Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D1914

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1914 tas-6 ta’ Ottubru 2022 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/668 fir-rigward tal-istandards armonizzati dwar l-apparati personali li jżommu f’wiċċ l-ilma — għajnuniet għaż-żamma f’wiċċ l-ilma, ġkieket tas-salvataġġ u aċċessorji (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2022/7120

    ĠU L 261, 7.10.2022, p. 60–65 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/05/2023; Impliċitament imħassar minn 32023D0941

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2022/1914/oj

    7.10.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 261/60


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1914

    tas-6 ta’ Ottubru 2022

    li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/668 fir-rigward tal-istandards armonizzati dwar l-apparati personali li jżommu f’wiċċ l-ilma — għajnuniet għaż-żamma f’wiċċ l-ilma, ġkieket tas-salvataġġ u aċċessorji

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) u l-Artikolu 11(1), il-punt (a) tiegħu,

    Wara li kkonsultat lill-kumitat stabbilit bl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012,

    Billi:

    (1)

    F’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), it-tagħmir tal-protezzjoni personali (PPE) li jkun konformi mal-istandards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi għalihom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, irid ikun preżunt konformi mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza stabbiliti fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament koperti minn dawk l-istandards jew minn partijiet minnhom.

    (2)

    Bl-ittra M/031, bit-titolu “Standardisation mandate to CEN/CENELEC concerning standards for personal protective equipment” (Mandat ta’ standardizzazzjoni indirizzat lis-CEN/CENELEC li jikkonċerna standards għal tagħmir ta’ protezzjoni personali), il-Kummissjoni għamlet talba lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) biex jiżviluppaw u jabbozzaw standards armonizzati b’appoġġ għad-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE (3). Abbażi tat-talba tal-istandardizzazzjoni M/031, is-CEN abbozza diversi standards ġodda u rreveda għadd ta’ standards armonizzati eżistenti, inklużi dawk dwar it-tagħmir personali li jżomm f’wiċċ l-ilma.

    (3)

    Fid-19 ta’ Novembru 2020 skadiet it-talba tal-istandardizzazzjoni M/031 u ġiet sostitwita b’talba tal-istandardizzazzjoni ġdida kif stabbilit fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2020) 7924 (4).

    (4)

    Abbażi tat-talba tal-istandardizzazzjoni M/031 u t-talba tal-istandardizzazzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2020) 7924, is-CEN u s-CENELEC abbozzaw l-istandards armonizzati l-ġodda EN ISO 12402-2:2020, EN ISO 12402-3:2020 u EN ISO 12402-4:2020 dwar il-ġkieket tas-salvataġġ, EN ISO 12402-5:2020 dwar l-għajnuniet għaż-żamma f’wiċċ l-ilma, EN ISO 12402-6:2020 dwar il-ġkieket tas-salvataġġ u l-għajnuniet għaż-żamma f’wiċċ l-ilma ta’ applikazzjoni speċjali u EN ISO 12402-8:2020 dwar l-aċċessorji tal-apparat personali li jżomm f’wiċċ l-ilma.

    (5)

    F’Novembru 2020, l-Iżvezja oġġezzjonat formalment għall-istandards armonizzati EN ISO 12402-2:2020, EN ISO 12402-3:2020 u EN ISO 12402-4:2020, li r-referenzi għalihom kien għadhom ma ġewx ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    (6)

    L-istandards EN ISO 12402-5:2020, EN ISO 12402-6:2020 u EN ISO 12402-8:2020 huma maħsuba biex jintużaw flimkien mal-istandards EN ISO 12402-2:2020, EN ISO 12402-3:2020 u EN ISO 12402-4:2020 b’tali mod li parti mill-kontenut jew il-kontenut kollu tal-istandards EN ISO 12402-2:2020, EN ISO 12402-3:2020 u EN ISO 12402-4:2020 ikunu jikkostitwixxu rekwiżiti tal-istandards EN ISO 12402-5:2020, EN ISO 12402-6:2020 u EN ISO 12402-8:2020. Għaldaqstant, ir-referenzi tal-istandards EN ISO 12402-5:2020, EN ISO 12402-6:2020 u EN ISO 12402-8:2020 ma ġewx ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, peress li EN ISO 12402-2:2020, EN ISO 12402-3:2020 u EN ISO 12402-4:2020 kienu soġġetti għal oġġezzjoni formali maħruġa mill-Iżvezja.

    (7)

    Fin-notifika skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, l-Iżvezja tagħmel referenza għall-oġġezzjoni formali preċedenti li kienet ressqet f’Settembru 2014 rigward l-istandards EN ISO 12402-2:2006, EN ISO 12402-3:2006 u EN ISO 12402-4:2006 dwar il-ġkieket tas-salvataġġ, li ġew abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 89/686/KEE.

    (8)

    Il-Kummissjoni ddeċidiet li tippubblika r-referenzi tal-istandards armonizzati EN ISO 12402-2:2006, EN ISO 12402-3:2006 u EN ISO 12402-4:2006 b’restrizzjoni fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1217 (5).

    (9)

    Skont l-Iżvezja, in-nuqqas indikat fl-oġġezzjoni formali tagħha mill-2014 għadu jeżisti fl-istandards EN ISO 12402-2:2020, EN ISO 12402-3:2020 u EN ISO 12402-4:2020 skont ir-Regolament (UE) 2016/425. Fl-evalwazzjoni tagħha, l-Awtorità Żvediża tal-Ambjent tax-Xogħol tikkonkludi li dawk l-istandards għall-ġkieket tas-salvataġġ ma jipprovdux preżunzjoni ta’ konformità għall-ġkieket tas-salvataġġ li jintefħu fir-rigward tal-punti 1.1.1, 1.2.1 u 3.4 tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/425, u li dawk l-istandards ma jipprovdux preżunzjoni ta’ konformità mal-punt 5 tar-rimarki preliminari fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/425 dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-manifattur u r-rekwiżiti li jikkonċernaw l-użu maħsub fiż-żoni ta’ użu prevedibbli.

    (10)

    Il-Kumitat Tekniku 162 – Grupp ta’ Ħidma 6 tas-CEN wieġeb għall-punti tal-Iżvezja u indika li l-proposti Żvediżi kienu jinkludu kontenut restrittiv għad-disinn, u l-esperti kkonkludew li l-istandards inkwistjoni effettivament jinkludu rekwiżiti biex jiġi żgurat li r-Rekwiżiti Essenzjali tas-Saħħa u s-Sikurezza jkunu koperti u ssodisfati, u għaldaqstant l-oġġezzjoni ma setgħetx titqies ġustifikata.

    (11)

    Fid-dikjarazzjoni tagħha ta’ Diċembru 2020, l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Manifatturi tat-Tagħmir tas-Salvataġġ iddikjarat li se jikkonformaw mar-rakkomandazzjonijiet riveduti kollha li saru tul id-diskussjoni mal-Kumitat Tekniku tat-Tagħmir tas-Sikurezza Personali tal-ISO (TC188 SC1) u l-Awtoritajiet Żvediżi, u esprimiet tħassib dwar ir-rifjut potenzjali tal-istandards riveduti EN ISO 12402-2:2020, EN ISO 12402-3:2020 u EN ISO 12402-4:2020.

    (12)

    Wara li eżaminat l-istandards armonizzati EN ISO 12402-2:2020, EN ISO 12402-3:2020 u EN ISO 12402-4:2020, flimkien mar-rappreżentanti tal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati fil-Grupp ta’ Esperti dwar it-Tagħmir Personali Protettiv, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-klawżoli ta’ dawk l-istandards armonizzati li għandhom l-għan ikopru r-rekwiżiti bażiċi tas-saħħa u s-sikurezza stabbiliti fil-punt 1.1.1. dwar il-prinċipji tad-disinn - Ergonomija, fil-punt 1.2.1. dwar in-nuqqas ta’ periklu tal-PPE - Assenza ta’ riskji inerenti u fatturi oħra ta’ fastidju, u fil-punt 3.4. dwar il-protezzjoni fil-likwidi tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/425, ma jindirizzawx b’mod adegwat ir-riskji relatati, b’mod partikolari r-riskju ta’ għarqa, fejn jidħlu l-ġkieket tas-salvataġġ li jintefħu. Fil-fatt, l-istandards armonizzati rilevanti ma jinkludux rekwiżiti speċifiċi biex jiżguraw li l-apparat tal-infiħ ikun jaħdem sew fiċ-ċirkostanzi raġonevoli kollha tal-użu u tal-imġiba prevedibbli tal-utent ħalli jingħata protezzjoni adegwata mir-riskju ta’ għarqa. Għaldaqstant, il-Kummissjoni sabet li l-prodotti ddisinjati u manifatturati skont dawk l-istandards xorta għadhom jikkawżaw aċċidenti u inċidenti li jinvolvu lil utenti professjonali u konsumaturi.

    (13)

    Madankollu, il-Kummissjoni jidhrilha li l-klawżoli l-oħra tal-istandards armonizzati EN ISO 12402-5:2020, EN ISO 12402-6:2020 u EN ISO 12402-8:2020, li mhumiex soġġetti għall-oġġezzjoni formali, għadhom validi biex jagħtu preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti bażiċi tas-saħħa u s-sikurezza tar-Regolament (UE) 2016/425 li għandhom l-għan li jkopru.

    (14)

    Għalhekk, ir-referenzi tal-istandards armonizzati EN ISO 12402-2:2020, EN ISO 12402-3:2020 u EN ISO 12402-4:2020 jenħtieġ li jiġu ppubblikati b’restrizzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ir-restrizzjoni jenħtieġ li tkun teskludi l-klawżoli speċifiċi ta’ dawk l-istandards li għandhom l-għan li jkopru r-rekwiżiti bażiċi tas-saħħa u s-sikurezza stabbiliti fil-punt 1.1.1. dwar il-prinċipji tad-disinn - Ergonomija, fil-punt 1.2.1. dwar innokutezza tal-PPE - Assenza ta’ riskji u fatturi oħra ta’ fastidju “inerenti”, u fil-punt 3.4. dwar il-protezzjoni fil-likwidi tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/425.

    (15)

    L-istandards armonizzati EN ISO 12402-5:2020, EN ISO 12402-6:2020 u EN ISO 12402-8:2020 jissodisfaw ir-rekwiżiti li għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/425. Għaldaqstant, jixraq li r-referenzi ta’ dawk l-istandards armonizzati jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    (16)

    Jeħtieġ li r-referenzi tal-istandards armonizzati EN ISO 12402-5:2006, EN ISO 12402-6:2006 u EN ISO 12402-8:2006 jiġu rtirati minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, peress li dawk l-istandards ġew riveduti.

    (17)

    Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza tat-tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    (18)

    Il-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 ġie kkonsultat b’rabta mal-pubblikazzjoni tal-istandards armonizzati EN ISO 12402-2:2020, EN ISO 12402-3:2020 u EN ISO 12402-4:2020 f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/668 hija emendata kif ġej:

    (1)

    L-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

    (2)

    L-Anness II huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

    (3)

    L-Anness III huwa emendat f’konformità mal-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Ottubru 2022.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

    (2)  Ir-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar tagħmir ta’ protezzjoni personali u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE (ĠU L 81, 31.3.2016, p. 51).

    (3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward l-apparat personali protettiv (ĠU L 399, 30.12.1989, p. 18).

    (4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2020) 7924 tad-19 ta’ Novembru 2020 dwar talba ta’ standardizzazzjoni lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika rigward it-tagħmir protettiv personali b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

    (5)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1217 tas-17 ta’ Lulju 2019 dwar l-istandards armonizzati għall-apparat personali li jżomm f’wiċċ l-ilma - ġkieket tas-salvataġġ imfassla b’appoġġ għad-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE (ĠU L 192, 18.7.2019, p. 32).


    ANNESS I

    Fl-Anness I id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/668, jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

    Nru

    Referenza tal-istandard

    “39.

    EN ISO 12402-5:2020

    Apparati personali li jżommu f’wiċċ l-ilma - Parti 5: Għajnuniet għaż-żamma f’wiċċ l-ilma (livell 50) - Rekwiżiti tas-sikurezza (ISO 12402-5:2020)

    40.

    EN ISO 12402-6:2020

    Apparati personali li jżommu f’wiċċ l-ilma - Parti 6: Ġkieket tas-salvataġġ u għajnuniet għaż-żamma f’wiċċ l-ilma ta’ applikazzjoni speċjali - Rekwiżiti tas-sikurezza u metodi ta’ ttestjar addizzjonali (ISO 12402-6:2020)

    41.

    EN ISO 12402-8:2020

    Apparati personali li jżommu f’wiċċ l-ilma - Parti 8: Aċċessorji - Rekwiżiti tas-sikurezza u metodi ta’ ttestjar (ISO 12402-8:2020)”.


    ANNESS II

    Fl-Anness II, jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

    Nru

    Referenza tal-istandard

    Data tal-irtirar

    “30.

    EN ISO 12402-5:2006

    Apparati personali li jżommu f’wiċċ l-ilma - Parti 5: Għajnuniet għaż-żamma f’wiċċ l-ilma (livell 50) - Rekwiżiti tas-sikurezza (ISO 12402-5:2006)

    7 ta' Ottubru 2022

    31.

    EN ISO 12402-6:2006

    Apparati personali li jżommu f’wiċċ l-ilma - Parti 6: Ġkieket tas-salvataġġ u għajnuniet għaż-żamma f’wiċċ l-ilma ta’ applikazzjoni speċjali - Rekwiżiti tas-sikurezza u metodi ta’ ttestjar addizzjonali (ISO 12402-6:2006)

    7 ta' Ottubru 2022

    32.

    EN ISO 12402-8:2006

    Apparati personali li jżommu f’wiċċ l-ilma - Parti 8: Aċċessorji - Rekwiżiti tas-sikurezza u metodi ta’ ttestjar (ISO 12402-8:2006)

    7 ta' Ottubru 2022”.


    ANNESS III

    Fl-Anness III, jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

    Nru

    Referenza tal-istandard

    “4.

    EN ISO 12402-2:2020

    Apparati personali li jżommu f’wiċċ l-ilma - Parti 2: Ġkieket tas-salvataġġ, livell ta’ prestazzjoni 275 - Rekwiżiti tas-sikurezza (ISO 12402-2:2020)

    Avviż:

    L-applikazzjoni tal-klawżola 5.6 ta’ dan l-istandard ma tagħtix preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżit bażiku tas-saħħa u s-sikurezza stabbilit fil-punt 1.1.1. tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/425.

    L-applikazzjoni tal-klawżoli 5.1.2, 5.1.3, 5.1.5, 5.1.7, 5.2, 5.3.1.1, 5.3.1.2, 5.3.2.2, 5.3.2.3, 5.3.4.3, 5.3.4.4, 5.6.1.4, 5.6.1.7, 5.6.1.8, 5.6.1.9, 5.6.1.10 u 5.6.1.11 ta’ dan l-istandard ma tagħtix preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżit bażiku tas-saħħa u s-sikurezza stabbilit fil-punt 1.2.1. tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/425.

    L-applikazzjoni tal-klawżoli 5.1.2, 5.2, 5.3.1.1, 5.3.2.2, 5.3.4.2, 5.3.4.4, 5.6.3 u 5.7 ta’ dan l-istandard ma tagħtix preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżit bażiku tas-saħħa u s-sikurezza stabbilit fil-punt 3.4. tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/425.

    5.

    EN ISO 12402-3:2020

    Apparati personali li jżommu f’wiċċ l-ilma - Parti 3: Ġkieket tas-salvataġġ, livell ta’ prestazzjoni 150 - Rekwiżiti tas-sikurezza (ISO 12402-3:2020)

    Avviż:

    L-applikazzjoni tal-klawżola 5.6 ta’ dan l-istandard ma tagħtix preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżit bażiku tas-saħħa u s-sikurezza stabbilit fil-punt 1.1.1. tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/425.

    L-applikazzjoni tal-klawżoli 5.1.2, 5.1.3, 5.1.5, 5.1.7, 5.2, 5.3.1.1, 5.3.1.2, 5.3.2.2, 5.3.2.3, 5.3.4.3, 5.3.4.4, 5.6.1.4, 5.6.1.7, 5.6.1.8, 5.6.1.9, 5.6.1.10 u 5.6.1.11 ta’ dan l-istandard ma tagħtix preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżit bażiku tas-saħħa u s-sikurezza stabbilit fil-punt 1.2.1. tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/425.

    L-applikazzjoni tal-klawżoli 5.1.2, 5.2, 5.3.1.1, 5.3.2.2, 5.3.4.2, 5.3.4.4, 5.6.3 u 5.7 ta’ dan l-istandard ma tagħtix preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżit bażiku tas-saħħa u s-sikurezza stabbilit fil-punt 3.4. tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/425.

    6.

    EN ISO 12402-4:2020

    Apparati personali li jżommu f’wiċċ l-ilma - Parti 4: Ġkieket tas-salvataġġ, livell ta’ prestazzjoni 100 - Rekwiżiti tas-sikurezza (ISO 12402-4:2020)

    Avviż:

    L-applikazzjoni tal-klawżola 5.6 ta’ dan l-istandard ma tagħtix preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżit bażiku tas-saħħa u s-sikurezza stabbilit fil-punt 1.1.1. tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/425.

    L-applikazzjoni tal-klawżoli 5.1.2, 5.1.3, 5.1.5, 5.1.7, 5.2, 5.3.1.1, 5.3.1.2, 5.3.2.2, 5.3.2.3, 5.3.4.3, 5.3.4.4, 5.6.1.4, 5.6.1.7, 5.6.1.8, 5.6.1.9, 5.6.1.10 u 5.6.1.11 ta’ dan l-istandard ma tagħtix preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżit bażiku tas-saħħa u s-sikurezza stabbilit fil-punt 1.2.1. tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/425.

    L-applikazzjoni tal-klawżoli 5.1.2, 5.2, 5.3.1.1, 5.3.2.2, 5.3.4.2, 5.3.4.4, 5.6.3 u 5.7 ta’ dan l-istandard ma tagħtix preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżit bażiku tas-saħħa u s-sikurezza stabbilit fil-punt 3.4. tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/425.”.


    Top