Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D1682

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1682 tad-29 ta’ Settembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1465 dwar azzjoni tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Mekkaniżmu ta’ Verifika u Spezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Jemen

    ST/12389/2022/INIT

    ĠU L 252, 30.9.2022, p. 76–77 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/1682/oj

    30.9.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 252/76


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/1682

    tad-29 ta’ Settembru 2022

    li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1465 dwar azzjoni tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Mekkaniżmu ta’ Verifika u Spezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Jemen

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fit-18 ta’ Settembru 2018, abbażi ta’ talba mill-Mekkaniżmu ta’ Verifika u Spezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għal Jemen (UNVIM), il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1249 (1) dwar azzjoni tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ tal-UNVIM.

    (2)

    Fit-12 ta’ Ottubru 2020, abbażi ta’ talba mill-UNVIM, il-Kunsill adotta Deċiżjoni (PESK) 2020/1465 (2) u ġedded azzjoni tal-Unjoni b’appoġġ tal-UNVIM għal perjodu ta’ 12-il xahar.

    (3)

    Fil-15 ta’ Novembru 2021, abbażi ta’ talba oħra mill-UNVIM, il-Kunsill emenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1465 permezz tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/1991 (3) sabiex iġedded ulterjorment l-azzjoni tal-Unjoni b’appoġġ tal-UNVIM għal perjodu ta’ 12-il xahar, sat-30 ta’ Settembru 2022.

    (4)

    I-r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 2643 (2022) estendiet il-mandat tal-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti li tappoġġa l-Ftehim ta’ Hodeidah sabiex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tal-ftehim dwar il-belt ta’ Hodeidah u l-portijiet ta’ Hodeidah, Saleef u Ras Issa kif stabbilit fil-Ftehim ta’ Stokkolma konkluż fit-13 ta’ Diċembru 2018 mill-partijiet fil-kunflitt fil-Jemen, u approvata mill-UNSCR 2451 (2018) u l-UNSCR 2452 (2019).

    (5)

    Il-UNVIM talab appoġġ ulterjuri mill-Unjoni għal sena.

    (6)

    Jenħtieġ li l-Unjoni ġġedded għal sena l-appoġġ tagħha lill-UNVIM għall-implimentazzjoni tal-mandat tiegħu.

    (7)

    Jenħtieġ għalhekk li d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1465 tiġi emendata skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni (PESK) 2020/1465 hija b’dan emendata kif ġej:

    (1)

    fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-proġett imsemmi fl-Artikolu 1 għandu jkun ta’:

    EUR 2 059 838 għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2020 sat-28 ta’ Frar 2022,

    EUR 2 200 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Marzu 2022 sat-30 ta’ Settembru 2022,

    EUR 2 200 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2022 sat-30 ta’ Settembru 2023.

    Il-Kunsill għandu jirrevedi l-ammont ta’ referenza finanzjarja sal-1 ta’ Marzu 2023 abbażi, fost l-oħrajn, tar-rata ta’ assorbiment u ta’ valutazzjoni tal-ħtiġijiet mis-SEAE u mill-Kummissjoni.”;

    (2)

    fl-Artikolu 5, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Hija għandha tiskadi fit-30 ta’ Settembru 2023.”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Għandha tapplika mill-1 ta’ Ottubru 2022.

    Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Settembru 2022.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. SÍKELA


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1249 tat-18 ta’ Settembru 2018 dwar azzjoni tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Mekkaniżmu ta’ Verifika u Spezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Jemen (ĠU L 235, 19.9.2018, p. 14).

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1465 tat-12 ta’ Ottubru 2020 dwar azzjoni tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Mekkaniżmu ta’ Verifika u Spezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Jemen (ĠU L 335, 13.10.2020, p. 13).

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1991 tal-15 ta’ Novembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1465 dwar azzjoni tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Mekkaniżmu ta’ Verifika u Spezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Jemen (UNVIM)(ĠU L 405, 16.11.2021, p. 12).


    Top