Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D1680

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1680 tas-26 ta’ Settembru 2022 li taħtar membru, propost mir-Renju ta’ Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

    ST/12209/2022/INIT

    ĠU L 252, 30.9.2022, p. 73–73 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/1680/oj

    30.9.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 252/73


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1680

    tas-26 ta’ Settembru 2022

    li taħtar membru, propost mir-Renju ta’ Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

    Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Spanjol,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

    (2)

    Fl-10 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025.

    (3)

    Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġie propost għall-ħatra s-Sur Alberto NÚÑEZ FEIJÓO, sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

    (4)

    Il-Gvern Spanjol ippropona lis-Sur Alfonso RUEDA VALENZUELA, rappreżentant ta’ korp reġjonali li għandu mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali, Presidente de la Junta de Galicia (President tal-Gvern Reġjonali ta’ Galicia), bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Is-Sur Alfonso RUEDA VALENZUELA, rappreżentant ta’ korp reġjonali li għandu mandat elettorali, Presidente de la Junta de Galicia (President tal-Gvern Reġjonali ta’ Galicia), huwa b’dan maħtur bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Settembru 2022.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    Z. NEKULA


    (1)   ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.

    (2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2157 tal-10 ta’ Diċembru 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 78).


    Top