Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D1677

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1677 tas-26 ta’ Settembru 2022 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar il-kooperazzjoni b’rabta ma’ indikazzjonijiet ġeografiċi u l-protezzjoni tagħhom, fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt

    ST/11862/2022/INIT

    ĠU L 252, 30.9.2022, p. 64–69 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/1677/oj

    30.9.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 252/64


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1677

    tas-26 ta’ Settembru 2022

    dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar il-kooperazzjoni b’rabta ma’ indikazzjonijiet ġeografiċi u l-protezzjoni tagħhom, fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar il-kooperazzjoni b’rabta ma’ indikazzjonijiet ġeografiċi u l-protezzjoni tagħhom (1) (il-“Ftehim”) ġie konkluż permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1832 (2) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2021.

    (2)

    Skont l-Artikolu 10 tal-Ftehim, il-Kumitat Konġunt għandu jiddetermina r-regoli ta’ proċedura tiegħu stess.

    (3)

    Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt, fir-rigward tar-regoli ta’ proċedura tiegħu, peress li dawk ir-regoli se jkunu vinkolanti fuq l-Unjoni.

    (4)

    Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-Ftehim, jenħtieġ li jiġu adottati r-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt.

    (5)

    Għalhekk il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni mehmuż,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar il-kooperazzjoni b’rabta ma’ indikazzjonijiet ġeografiċi u l-protezzjoni tagħhom fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tiegħu għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Settembru 2022.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    Z. NEKULA


    (1)  ĠU L 408I, 4.12.2020 p. 3.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1832 tat-23 ta’ Novembru 2020 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar il-kooperazzjoni b’rabta ma’ indikazzjonijiet ġeografiċi u l-protezzjoni tagħhom (ĠU L 408I, 4.12.2020, p. 1).


    ABBOZZ

    DEĊIŻJONI Nru… TAL-KUMITAT KONĠUNT

    ta'…

    dwar l-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tiegħu

    IL-KUMITAT KONĠUNT,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar il-kooperazzjoni b’rabta ma’ indikazzjonijiet ġeografiċi u l-protezzjoni tagħhom (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar il-kooperazzjoni b’rabta ma’ indikazzjonijiet ġeografiċi u l-protezzjoni tagħhom (“il-Ftehim”) ġie konkluż mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1832 (2) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2021.

    (2)

    Skont l-Artikolu 10 tal-Ftehim, il-Kumitat Konġunt għandu jiddetermina r-regoli ta’ proċedura tiegħu stess.

    (3)

    Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-Ftehim, jenħtieġ li jiġu adottati r-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Ir-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt, kif stipulat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni, huma b'dan adottati.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi …, …

    Għall-Kumitat Konġunt

    Il-Kopresidenti


    (1)  ĠU L 408I, 4.12.2020 p. 3.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1832 tat-23 ta’ Novembru 2020 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar il-kooperazzjoni b’rabta ma’ indikazzjonijiet ġeografiċi u l-protezzjoni tagħhom (ĠU L 408I, 4.12.2020 p. 1).


    ANNESS

    Regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt

    Artikolu 1

    Kamp ta’ applikazzjoni u responsabbiltajiet

    Il-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 10 tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar il-kooperazzjoni b’rabta ma' indikazzjonijiet ġeografiċi u l-protezzjoni tagħhom (“il-Ftehim”) għandu jwettaq dmirijietu kif previst fl-Artikolu 10 tal-Ftehim. B’mod partikolari, huwa għandu jkun responsabbli biex:

    (a)

    jemenda l-Anness I tal-Ftehim fir-rigward tar-referenzi għal-liġi applikabbli fil-Partijiet u jemenda l-Annessi l-oħrajn għall-Ftehim;

    (b)

    jiskambja informazzjoni dwar l-iżviluppi leġiżlattivi u ta' politika fir-rigward tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u dwar kwalunkwe kwistjoni oħra ta’ interess reċiproku fil-qasam tal-indikazzjonijiet ġeografiċi;

    (c)

    jiskambja informazzjoni dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi bil-għan li tiġi kkunsidrata l-protezzjoni tagħhom f’konformità mal-Ftehim.

    Artikolu 2

    Kompożizzjoni u presidenza

    1.   Il-Kumitat Konġunt għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“iċ-Ċina”), minn naħa waħda, u minn rappreżentanti tal-Unjoni Ewropea, min-naħa l-oħra.

    2.   Il-Kumitat Konġunt għandu jkun kopresedut minn rappreżentanti taċ-Ċina u tal-Unjoni Ewropea.

    3.   Kull kopresident jista' jiddelega l-funzjonijiet tal-kopresident, kollha jew kwalunkwe waħda minnhom, lil deputat nominat, f'liema każ ir-referenzi kollha minn hawn 'il quddiem għall-kopresident għandhom japplikaw bl-istess mod għad-deputat nominat.

    4.   Kull kopresident għandu jaħtar persuna ta’ kuntatt għall-kwistjonijiet kollha relatati mal-Kumitat Konġunt. Dawk il-persuni ta’ kuntatt għandhom ikunu responsabbli b'mod konġunt għad-dmirijiet segretarjali tal-Kumitat Konġunt.

    Artikolu 3

    Laqgħat

    Skont l-Artikolu 10(2) tal-Ftehim, il-post tal-laqgħa tal-Kumitat Konġunt għandu jalterna bejn il-Partijiet. Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa' f'ħin u post, u b'mod li jista' jinkludi wkoll l-użu ta' vidjokonferenzi, bi qbil b'mod reċiproku mill-Partijiet, iżda mhux aktar tard minn 90 jum wara t-talba minn kwalunkwe waħda mill-Partijiet.

    Artikolu 4

    Korrispondenza

    1.   Il-korrispondenza indirizzata lill-kopresidenti tal-Kumitat Konġunt għandha tintbagħat lill-punti ta’ kuntatt għaċ-ċirkolazzjoni lill-membri tal-Kumitat Konġunt.

    2.   Il-korrispondenza indirizzata lill-kopresidenti tal-Kumitat Konġunt tista' ssir permezz ta' kull mezz bil-miktub, inkluż permezz tal-posta elettronika.

    Artikolu 5

    Aġendi għal-laqgħat

    1.   Għandha titfassal aġenda proviżorja mill-persuni ta' kuntatt qabel kull laqgħa tal-Kumitat Konġunt. Din għandha tintbagħat, flimkien mad-dokumenti rilevanti, lill-membri tal-Kumitat Konġunt inklużi l-kopresidenti tal-Kumitat Konġunt sa mhux aktar tard minn 15-il jum qabel il-laqgħa. L-aġenda proviżorja tista' tinkludi kwalunkwe punt kopert mill-Artikoli 10 u 11 tal-Ftehim.

    2.   Kwalunkwe waħda mill-Partijiet tista', mill-inqas 21 jum qabel il-laqgħa, titlob li l-punti koperti mill-Artikoli 10 u 11 tal-Ftehim jiġu inklużi fl-aġenda proviżorja. Dawk il-punti għandhom jiġu inklużi fl-aġenda proviżorja.

    3.   Il-verżjoni finali tal-aġenda proviżorja għandha tiġi ċċirkolata lill-kopresidenti mill-inqas 5 ijiem qabel il-laqgħa.

    4.   L-aġenda għandha tiġi adottata mill-kopresidenti b'mod unanimu fil-bidu ta' kull laqgħa. Kwalunkwe punt ieħor minbarra dawk li jidhru fl-aġenda proviżorja jista' jitqiegħed fl-aġenda jekk iż-żewġ kopresidenti jaqblu dwar dan.

    Artikolu 6

    Deċiżjonijiet

    1.   Il-Kumitat Konġunt għandu jadotta deċiżjonijiet tiegħu b’kunsens kif previsti fl-Artikolu 10(2) tal-Ftehim.

    2.   Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt għandhom ikunu ffirmati mill-kopresidenti. Kull deċiżjoni għandha tipprevedi d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha.

    3.   Id-deċiżjonijiet adottati mill-Kumitat Konġunt għandhom juru d-data tal-adozzjoni u deskrizzjoni tas-suġġett tagħhom.

    Artikolu 7

    Proċedura bil-miktub

    1.   Id-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt tista' tiġi adottata bi proċedura bil-miktub fejn iż-żewġ Partijiet jaqblu. Il-proċedura bil-miktub għandha tikkonsisti minn skambju ta' noti bejn il-kopresidenti tal-Kumitat Konġunt.

    2.   Il-kopresident tal-Parti li tipproponi l-użu tal-proċedura bil-miktub għandu jissottometti l-abbozz ta' deċiżjoni lill-kopresident tal-Parti l-oħra, li għandu jwieġeb billi jindika jekk jaċċettax jew le l-abbozz ta’ deċiżjoni. Il-kopresident tal-Parti l-oħra jista' wkoll jipproponi emendi jew jitlob aktar żmien għar-riflessjoni. Jekk ikun hemm qbil dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni, dan għandu jiġi adottat skont l-Artikolu 6.

    Artikolu 8

    Minuti

    1.   L-abbozz tal-minuti ta' kull laqgħa għandu jitfassal mill-punt ta' kuntatt tal-Parti li tospita l-laqgħa tal-Kumitat Konġunt fi żmien 21 jum mil-laqgħa. L-abbozz tal-minuti għandu jiddikjara r-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet adottati u jinnota kwalunkwe konklużjoni oħra milħuqa.

    2.   Il-minuti għandhom jiġu approvati bil-miktub miż-żewġ Partijiet fi żmien 28 jum mil-laqgħa jew sa kwalunkwe data oħra li jiftiehmu dwarha l-Partijiet. Ladarba jiġu approvati, għandhom jiġu ffirmati żewġ kopji oriġinali mill-kopresidenti. Kopja oriġinali tal-minuti għandha tinżamm minn kull kopresident.

    Artikolu 9

    Spejjeż

    1.   Kull Parti għandha ġġarrab l-ispejjeż li toħroġ biex tieħu sehem fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt.

    2.   L-ispejjeż marbuta mal-organizzazzjoni tal-laqgħat u mar-riproduzzjoni tad-dokumenti għandha titħallas mill-Parti li tkun qiegħda torganizza l-laqgħa.

    Artikolu 10

    Pubbliċità u konfidenzjalità

    1.   Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-kopresidenti, il-laqgħat tal-Kumitat Konġunt ma għandhomx ikunu pubbliċi.

    2.   Meta Parti jissotometti informazzjoni kkunsidrata bħala kunfidenzjali skont il-liġijiet u r-regolamenti tagħha lill-Kumitat Konġunt, il-Parti l-oħra għandha tittratta din l-informazzjoni bħala kunfidenzjali.

    3.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, kull Parti tista' tiddeċiedi dwar il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Konġunt fil-pubblikazzjoni uffiċjali rispettiva tagħha.


    Top