Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D1668

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1668 tat-28 ta’ Settembru 2022 dwar standards armonizzati għal tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment splussivi mfassla b’sostenn għad-Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    C/2022/6855

    ĠU L 251, 29.9.2022, p. 6–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 17/09/2024

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2022/1668/oj

    29.9.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 251/6


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1668

    tat-28 ta’ Settembru 2022

    dwar standards armonizzati għal tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment splussivi mfassla b’sostenn għad-Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    F’konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-prodotti li jkunu konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti konformi mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza stabbiliti fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva koperti minn dawk l-istandards jew minn partijiet minnhom.

    (2)

    Bl-ittra BC/CEN/46-92 – BC/CLC/05-92 tat-12 ta’ Diċembru 1994, il-Kummissjoni għamlet talba lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) għat-tfassil u għar-reviżjoni tal-istandards armonizzati b’appoġġ għad-Direttiva 94/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) (“it-talba”). Dik id-Direttiva ġiet sostitwita bid-Direttiva 2014/34/UE mingħajr ma nbidlu r-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 94/9/KE. Dawk ir-rekwiżiti attwalment huma stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 2014/34/UE.

    (3)

    B’mod partikolari, is-CEN u s-CENELEC intalbu jfasslu standards ġodda dwar id-disinn u l-ittestjar ta’ tagħmir għall-użu f’atmosferi potenzjalment splussivi kif indikat fil-Kapitolu I tal-programm ta’ standardizzazzjoni maqbul bejn is-CEN u s-CENELEC u l-Kummissjoni u mehmuża mat-talba. Is-CEN u s-CENELEC intalbu wkoll jirrevedu l-istandards eżistenti bl-għan li jallinjawhom mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza tad-Direttiva 94/9/KE.

    (4)

    Abbażi tat-talba, is-CEN abbozza l-istandard armonizzat “EN 15967:2022 - Determinazzjoni tal-pressjoni massima maħluqa minn splużjoni u r-rata massima ta’ tlugħ ta’ pressjoni ta’ gassijiet u fwar”.

    (5)

    Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN, ivvalutat jekk l-istandard “EN 15967:2022” abbozzat mis-CEN jikkonformax mat-talba.

    (6)

    L-istandard “EN 15967:2022” jissodisfa r-rekwiżiti li għandu l-għan li jkopri u li huma stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 2014/34/UE. Għalhekk, jixraq li r-referenza ta’ dak l-istandard tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    (7)

    L-istandard “EN 15967:2022” jissostitwixxi l-istandard EN 15967:2011. Għalhekk, jeħtieġ li r-referenza tal-istandard “EN 15967:2011” li hija ppubblikata permezz tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2018/C 371/01 (4) tiġi rtirata mis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    (8)

    Sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw il-prodotti tagħhom għall-verżjoni riveduta tal-istandard “EN 15967:2011”, jeħtieġ li l-irtirar tar-referenza ta’ dak l-istandard jiġi differit.

    (9)

    Fl-interessi taċ-ċarezza u tar-razzjonalità, jenħtieġ li tiġi ppubblikata f’att uniku lista sħiħa ta’ referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/34/UE u li jissodisfaw ir-rekwiżiti li għandhom l-għan li jkopru. Ir-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/34/UE huma ppubblikati attwalment bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1202 (5) u permezz tal-Komunikazzjoni 2018/C 371/01.

    (10)

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1202 ġiet emendata b’mod sostanzjali kemm-il darba. Fl-interess taċ-ċarezza u tar-razzjonalità, u peress li jeħtieġ li jsiru aktar emendi għal dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni, jenħtieġ li dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni titħassar u tiġi sostitwita.

    (11)

    Ħafna mir-referenzi tal-istandards armonizzati ppubblikati permezz tal-Komunikazzjoni 2018/C 371/01 ġew irtirati. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1202 tipprevedi l-irtirar tar-referenzi li jifdal tal-istandards armonizzati li huma ppubblikati permezz ta’ dik il-Komunikazzjoni. Fl-interess taċ-ċarezza u tar-razzjonalità, il-Komunikazzjoni 2018/C 371/01 jenħtieġ li titħassar. Sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw il-prodotti tagħhom għall-verżjonijiet riveduti tal-istandards ikkonċernati, jenħtieġ li l-Komunikazzjoni 2018/C 371/01 tkompli tapplika sad-dati tal-irtirar tar-referenzi tal-istandards armonizzati kkonċernati ppubblikati permezz ta’ dik il-Komunikazzjoni.

    (12)

    Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Ir-referenzi tal-istandards armonizzati għal tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment splussivi mfassla b’sostenn għad-Direttiva 2014/34/UE, elenkati fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni, huma b’dan ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 2

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1202 titħassar.

    Artikolu 3

    Il-Komunikazzjoni 2018/C 371/01 titħassar. Madankollu, għandha tkompli tapplika fir-rigward tar-referenzi tal-istandards armonizzati elenkati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni sad-dati tal-irtirar ta’ dawk ir-referenzi.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2022.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)   ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

    (2)  Id-Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għal tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment esplużivi (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 309).

    (3)  Id-Direttiva 94/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Marzu 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw it-tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment esplussivi (ĠU L 100, 19.4.1994, p. 1).

    (4)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għal tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment esplużivi (Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni) (ĠU C 371, 12.10.2018, p. 1).

    (5)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1202 tat-12 ta’ Lulju 2019 dwar l-istandards armonizzati għal tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment esplużivi mfassla b’sostenn għad-Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 189, 15.7.2019, p. 71).


    ANNESS I

    Nru

    Referenza tal-istandard

    1.

    EN 1010-1:2004+A1:2010

    Sikurezza ta’ makkinarju - Rekwiżiti ta’ sikurezza għad-disinn u kostruzzjoni ta’ magni tal-istampar u ta’ konverżjoni ta’ karta għal użijiet diversi - Parti 1: Rekwiżiti komuni

    2.

    EN 1010-2:2006+A1:2010

    Sikurezza ta’ makkinarju - Rekwiżiti ta’ sikurezza għad-disinn u kostruzzjoni ta’ magni tal-istampar u ta’ konverżjoni ta’ karta għal użijiet diversi - Parti 2: Magni tal-istampar u verniċjar inkluż makkinarju ta’ qabel l-istampar

    3.

    EN 1127-1:2019

    Atmosferi splussivi - Prevenzjoni ta’ u protezzjoni minn splużjoni - Parti 1: Kunċetti bażiċi u metodoloġija

    4.

    EN 1127-2:2014

    Atmosferi splussivi - Prevenzjoni ta’ u protezzjoni minn splużjoni - Parti 2: Kunċetti bażiċi u metodoloġija għat-tħaffir f’minjieri

    5.

    EN 1755:2015

    Trakkijiet industrijali -Rekwiżiti ta’ sikurezza u verifika - Rekwiżiti supplementari għall-operat f’atmosferi potenzjalment splussivi

    6.

    EN 1834-1:2000

    Magni li joperaw b’sistema ta’ kombustjoni interna li jaħdmu b’moviment alternat - Rekwiżiti ta’ sikurezza għad-disinn u kostruzzjoni ta’ magni għall-użu f’atmosferi potenzjalment splussivi - Parti 1: Magni tal-Grupp II għall-użu f’atmosferi fejn hemm gass u fwar li jaqbad

    7.

    EN 1834-2:2000

    Magni li joperaw b’sistema ta’ kombustjoni interna li jaħdmu b’moviment alternat - Rekwiżiti ta’ sigurtà għad-disinn u kostruzzjoni ta’ magni biex jintużaw f’atmosferi potenzjalment splussivi - Parti 2: Magni tal-Grupp I għall-użu f’xogħlijiet taħt l-art li huma suxxettibbli għal arja kombustibbli u.jew għal trab kombustibbli

    8.

    EN 1834-3:2000

    Magni li joperaw b’sistema ta’ kombustjoni interna li jaħdmu b’moviment alternat - Rekwiżiti ta’ sikurezza għad-disinn u kostruzzjoni ta’ magni għall-użu f’atmosferi potenzjalment splussivi - Parti 3: Magni tal-Grupp II għall-użu f’atmosferi fejn ikun hemm trab li jaqbad

    9.

    EN 1839:2017

    Determinazzjoni tal-limiti ta’ splużjoni u tal-limitu ta’ konċentrazzjoni ta’ ossiġenu (LOC) għal gassijiet u fwar li jaqbdu

    10.

    EN 1953:2013

    Tagħmir li jatomizza u jisprejja għal materjali tal-kisi - Rekwiżiti ta’ sikurezza

    11.

    EN 12581:2005+A1:2010

    Impjanti tal-kisi - Makkinarju għall-applikazzjoni ta’ materjal tal-kisi likwidu organiku permezz ta’ immersjoni jew elettrolosi - Rekwiżiti ta’ sikurezza

    12.

    EN 12621:2006+A1:2010

    Magni għall-provvista u/jew ċirkolazzjoni ta’ materjali tal-kisi taħt pressjoni - Rekwiżiti ta’ sikurezza

    13.

    EN 12757-1:2005+A1:2010

    Makkinarju tat-taħlit għal materjali tal-kisi - Rekwiżiti ta’ sikurezza - Parti 1: Makkinarju tat-taħlit li jintuża għal-lostru mill-ġdid ta’ vetturi

    14.

    EN 13012:2021

    Pompi tal-petrol - Konstruzzjoni u prestazzjoni ta’ żennuni awtomatiċi għall-użu fuq distributuri tal-fjuwil

    15.

    EN 13237:2012

    Atmosferi potenzjalment splussivi - Termini u definizzjonijiet għal tagħmir u sistemi protettivi maħsubin għall-użu f’atmosferi potenzjalment splussivi

    16.

    EN 13616-1:2016

    Apparati għall-prevenzjoni ta’ mili żejjed ta’ tankijiet statiċi għal fjuwils likwidi - Parti 1: Apparati għall-prevenzjoni ta’ mili żejjed b’apparat li jagħlaq

    17.

    EN 13617-1:2021

    Pompi tal-petrol - Parti 1: Rekwiżiti ta’ sikurezza għall-kostruzzjoni u prestazzjoni ta’ pompi tal-kejl, distributuri u unitajiet ta’ pompi li jitħaddmu mill-bogħod

    18.

    EN 13617-2:2021

    Pompi tal-petrol - Parti 2: Rekwiżiti ta’ sikurezza għall-kostruzzjoni u prestazzjoni ta’ tagħmir sikur li jaqtal-fluss għall-użu fuq pompi tal-kejl u distributuri

    19.

    EN 13617-3:2021

    Pompi tal-petrol - Parti 3: Rekwiżiti ta’ sikurezza għall-kostruzzjoni u prestazzjoni ta’ valvoli ta’ sikurezza

    20.

    EN 13617-4:2021

    Pompi tal-petrol - Parti 4: Rekwiżiti ta’ sikurezza għall-kostruzzjoni u prestazzjoni ta’ swivels għall-użu fuq pompi tal-kejl u distributuri

    21.

    EN 13760:2021

    Tagħmir u aċċessorji tal-LPG - Sistema tal-mili tal-LPG għall-vetturi ħfief u tqal - Żennuni, rekwiżiti tal-ittestjar u dimensjonijiet

    22.

    EN 13852-1:2013

    Krejnijiet - Krejnijiet li joperaw ’il barra mill-kosta - Parti 1: Krejnijiet għal skopijiet ġenerali li joperaw ’il barra mill-kosta

    23.

    EN 13852-3:2021

    Krejnijiet - Krejnijiet li joperaw ’il barra mill-kosta - Parti 3: Krejnijiet ħfief li joperaw lil hinn mill-kosta

    Avviż 1: Ir-referenzi normattivi msemmija fil-klawżola 2 tal-istandard armonizzat EN IEC 60079-0:2018 għandhom jinqraw bħala EN IEC 60079-0:2018 ikkoreġut mill-EN IEC 60079-0:2018/AC:2020-02

    Avviż 2: Ir-referenzi normattivi msemmija fil-klawżola 2 tal-istandard armonizzat EN ISO 80079-36:2016 għandhom jinqraw bħala EN ISO 80079-36:2016 ikkoreġut mill-EN ISO 80079-36:2016/AC:2019 Restrizzjoni: din il-pubblikazzjoni ma tkoprix il-parti li ġejja tal-istandard: il-kolonna “Kummenti/Noti” tat-Tabella ZB.1

    24.

    EN 14034-1:2004+A1:2011

    Determinazzjoni ta’ karatteristiċi ta’ splużjoni ta’ sħab ta’ trab - Parti 1: Determinazzjoni tal-pressjoni massima ta’ splużjoni pmax ta’ sħab ta’ trab

    25.

    EN 14034-2:2006+A1:2011

    Determinazzjoni ta’ karatteristiċi ta’ splużjoni ta’ sħab ta’ trab - Parti 2: Determinazzjoni tar-rata massima ta’ żieda fil-pressjoni ta’ splużjoni (dp/dt)max ta’ sħab ta’ trab

    26.

    EN 14034-3:2006+A1:2011

    Determinazzjoni ta’ karatteristiċi ta’ splużjoni ta’ sħab ta’ trab - Parti 3: Determinazzjoni tal-limitu aktar baxx ta’ splużjoni LEL ta’ sħab ta’ trab

    27.

    EN 14034-4:2004+A1:2011

    Determinazzjoni ta’ karatteristiċi ta’ splużjoni ta’ sħab ta’ trab - Parti 4: Determinazzjoni tal-konċentrazzjoni limitattiva ta’ ossiġenu LOC ta’ sħab ta’ trab

    28.

    EN 14373:2021

    Sistemi ta’ soppressjoni tal-isplużjonijiet

    29.

    EN 14460:2018

    Tagħmir reżistenti għall-isplużjonijiet

    30.

    EN 14491:2012

    Sistemi protettivi ta’ ftuħ għall-arja f’każ ta’ splużjoni ta’ trab

    31.

    EN 14492-1:2006+A1:2009

    Krejnijiet - Vinċijiet u paranki motorizzati - Parti 1: Vinċijiet motorizzati

    EN 14492-1:2006+A1:2009/AC:2010

    32.

    EN 14492-2:2006+A1:2009

    Krejnijiet - Vinċijiet u paranki motorizzati - Parti 2: Paranki motorizzati

    EN 14492-2:2006+A1:2009/AC:2010

    33.

    EN 14522:2005

    Determinazzjoni tat-temperatura tat-tqabbid awtokombustjoni ta’ gassijiet u fwar

    34.

    EN 14591-1:2004

    Prevenzjoni u protezzjoni minn splużjonijiet f’minjieri taħt l-art - Sistemi protettivi - Parti 1: Struttura ta’ ventilazzjoni reżistenti għal splużjoni ta’ 2 bar

    EN 14591-1:2004/AC:2006

    35.

    EN 14591-2:2007

    Prevenzjoni u protezzjoni minn splużjonijiet f’minjieri taħt l-art - Sistemi protettivi - Parti 2: Ostakli passivi ta’ kontenituri tal-ilma

    EN 14591-2:2007/AC:2008

    36.

    EN 14591-4:2007

    Prevenzjoni u protezzjoni minn splużjonijiet f’minjieri taħt l-art - Sistemi protettivi - Parti 4: Sistemi awtomatiċi ta’ estinzjoni għal road headers

    EN 14591-4:2007/AC:2008

    37.

    EN 14677:2008

    Sikurezza ta’ makkinarju - Formazzjoni tal-azzar b’sistema sekondarja - Makkinarju u tagħmir għat-trattament ta’ azzar likwidu

    38.

    EN 14678-1:2013

    Tagħmir u aċċessorji tal-LPG - Kostruzzjoni u prestazzjoni ta’ tagħmir tal-LPG għal pompi tal-petrol għall-awtomobbli - Parti 1: Distributuri

    39.

    EN 14681:2006+A1:2010

    Sikurezza ta’ makkinarju - Rekwiżiti ta’ sikurezza għal makkinarju u tagħmir għall-produzzjoni ta’ azzar b’fornijiet bl-ark elettriku

    40.

    EN 14797:2006

    Apparati ta’ ftuħ għall-arja f’każ ta’ splużjoni

    41.

    EN 14973:2015

    Ċineg trasportatriċi għall-użu fi stallazzjonijiet taħt l-art - Rekwiżiti ta’ sikurezza elettrika u ta’ protezzjoni mill-ħruq

    42.

    EN 14983:2007

    Prevenzjoni u protezzjoni minn splużjonijiet f’minjieri taħt l-art -Tagħmir u sistemi protettivi maħsubin biex jintużaw f’arja kombustibbli

    43.

    EN 14986:2017

    Disinn ta’ fannijiet li jintużaw f’atmosferi potenzjalment splussivi

    44.

    EN 14994:2007

    Sistemi protettivi ta’ ftuħ għall-arja f’każ ta’ splużjoni ta’ gass

    45.

    EN 15089:2009

    Sistemi għall-iżolament tal-isplużjoni

    46.

    EN 15188:2020

    Determinazzjoni ta’ kif akkumulazzjonijiet ta’ trab jaqbdu spontanjament

    47.

    EN 15198:2007

    Metodoloġija għall-valutazzjoni tar-riskju ta’ tagħmir u komponenti mhux elettriċi maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment splussivi

    48.

    EN 15233:2007

    Metodoloġija għall-valutazzjoni tas-sikurezza funzjonali ta’ sistemi protettivi għal atmosferi potenzjalment splussivi

    49.

    EN 15268:2008

    Pompi tal-petrol - Rekwiżiti ta’ sikurezza għall-kostruzzjoni ta’ assemblaġġi ta’ pompi sommerġibbli

    50.

    EN 15794:2009

    Determinazzjoni tal-punti ta’ splużjoni ta’ likwidi li jaqbdu

    51.

    EN 15967:2022

    Determinazzjoni tal-pressjoni massima ta’ splużjoni u r-rata massima ta’ żieda fil-pressjoni ta’ gassijiet u fwar

    52.

    EN 16009:2011

    Apparati ta’ ftuħ għall-arja f’każ ta’ splużjoni bla fjamma

    53.

    EN 16020:2011

    Apparati li jiddevjaw l-isplużjoni

    54.

    EN 16447:2014

    Valvoli flap għall-iżolament tal-isplużjoni

    55.

    EN ISO 16852:2016

    Apparat li ma jwaqqaf it-tixrid ta’ fjammi - Rekwiżiti ta’ prestazzjoni, metodi ta’ ttestjar u limiti għall-użu (ISO 16852:2016)

    56.

    EN 17077:2018

    Determinazzjoni ta’ komportament ta’ ħruq ta’ strati ta’ trab

    57.

    EN 50050-1:2013

    Tagħmir miżmum fl-idejn għal sprejjar elettrostatiku - Rekwiżiti ta’ sikurezza - Parti 1: Tagħmir miżmum fl-idejn għal sprejjar li jintuża fuq materjali tal-kisi likwidi li jaqbdu malajr

    58.

    EN 50050-2:2013

    Tagħmir miżmum fl-idejn għal sprejjar elettrostatiku - Rekwiżiti ta’ sikurezza - Parti 2: Tagħmir miżmum fl-idejn għal sprejjar li jintuża fuq trab tal-kisi li jaqbad malajr

    59.

    EN 50050-3:2013

    Tagħmir miżmum fl-idejn għal sprejjar elettrostatiku - Rekwiżiti ta’ sikurezza - Parti 3: Tagħmir miżmum fl-idejn għal sprejjar għall-użu fuq materjali naturali jew sintetiċi li jaqbdu malajr

    60.

    EN 50104:2010

    Apparat elettriku għad-detezzjoni u kejl tal-ossiġenu - Rekwiżiti tal-prestazzjoni u metodi ta’ ttestjar

    61.

    EN 50176:2009

    Tagħmir stazzjonarju ta’ applikazzjonijiet elettrostatiċi għal materjal tal-kisi likwidu li jaqbad malajr - Rekwiżiti ta’ sikurezza

    62.

    EN 50177:2009

    Tagħmir stazzjonarju ta’ applikazzjonijiet elettrostatiċi għal trab tal-kisi li jaqbad malajr - Rekwiżiti ta’ sikurezza

    EN 50177:2009/A1:2012

    63.

    EN 50223:2015

    Tagħmir stazzjonarju ta’ applikazzjonijiet elettrostatiċi għal materjali naturali jew sintetiċi li jaqbdu malajr – Rekwiżiti ta’ sikurezza

    64.

    EN 50271:2018

    Apparat elettriku għad-detezzjoni u kejl ta’ gassijiet kombustibbli, gassijiet tossiċi jew ossiġenu - Rekwiżiti u testijiet għal apparati li jużaw softwer u/jew teknoloġiji diġitali

    65.

    EN 50281-2-1:1998

    Apparat elettriku għall-użu f’ambjenti fejn hemm trab kombustibbli - Parti 2-1: Metodi ta’ ttestjar - Metodi għad-determinazzjoni tat-temperatura tat-tqabbid minima ta’ trab

    EN 50281-2-1:1998/AC:1999

    66.

    EN 50303:2000

    Tagħmir tal-Grupp I, Kategorija M1, maħsub biex jiffunzjona f’atmosferi esposti għal gass kombustibbli u/jew trab tal-faħam

    67.

    EN 50381:2004

    Kmamar ventilati trasportabbli b’sors ta’ emissjoni interna jew mingħajru

    EN 50381:2004/AC:2005

    68.

    EN 50495:2010

    Apparati ta’ sikurezza meħtiġin għall-funzjonament sikur ta’ tagħmir fir-rigward ta’ riskji ta’ splużjoni

    69.

    EN IEC 60079-0:2018

    Atmosferi splussivi - Parti 0: Tagħmir – Rekwiżiti ġenerali (IEC 60079-0:2017)

    70.

    EN 60079-1:2014

    Atmosferi splussivi - Parti 1: Protezzjoni ta’ tagħmir permezz ta’ interkjużuri reżistenti għall-fjammi “d” (IEC 60079-1:2014)

    71.

    EN 60079-2:2014

    Atmosferi splussivi - Parti 2: Protezzjoni ta’ tagħmir permezz ta’ interkjużuri bi pressjoni għolja “p” (IEC 60079-2:2014)

    EN 60079-2:2014/AC:2015

    72.

    EN 60079-5:2015

    Atmosferi splussivi - Parti 5: Protezzjoni ta’ tagħmir permezz ta’ mili bit-trab “q” (IEC 60079-5:2015)

    73.

    EN 60079-6:2015

    Atmosferi splussivi - Parti 6: Protezzjoni ta’ tagħmir permezz ta’ immersjoni f’likwidu “o” (IEC 60079-6:2015)

    74.

    EN 60079-7:2015

    Atmosferi splussivi - Parti 7: Protezzjoni ta’ tagħmir permezz ta’ sikurezza miżjuda “e” (IEC 60079–7:2015)

    EN IEC 60079-7:2015/A1:2018

    75.

    EN 60079-11:2012

    Atmosferi splussivi - Parti 11: Protezzjoni ta’ tagħmir permezz ta’ sikurezza intrinsika “i” (IEC 60079–11:2011)

    76.

    EN 60079-15:2010

    Atmosferi splussivi - Parti 15: Protezzjoni ta’ tagħmir permezz bit-tip ta’ protezzjoni “n” (IEC 60079-15:2010)

    77.

    EN 60079-18:2015

    Atmosferi splussivi - Parti 18: Protezzjoni ta’ tagħmir permezz ta’ inkapsulament “m” (IEC 60079-18:2014)

    EN 60079-18:2015/A1:2017

    78.

    EN 60079-20-1:2010

    Atmosferi splussivi - Parti 20-1: Karatteristiċi tal-materjali għall-klassifikazzjoni ta’ gass u fwar - Metodi ta’ ttestjar u data (IEC 60079-20-1:2010)

    79.

    EN 60079-25:2010

    Atmosferi splussivi - Parti 25: Sistemi elettriċi intrinsikament sikuri (IEC 60079-25:2010)

    EN 60079-25:2010/AC:2013

    80.

    EN 60079-26:2015

    Atmosferi splussivi - Parti 26: Tagħmir bl-livell ta’ protezzjoni tat-tagħmir (EPL) Ga (IEC 60079-26:2014)

    81.

    EN 60079-28:2015

    Atmosferi splussivi - Parti 28: Protezzjoni tat-tagħmir u tas-sistemi ta’ trażmissjoni bl-użu ta’ radjazzjoni ottika (IEC 60079-28:2015)

    82.

    EN 60079-29-1:2016

    Atmosferi splussivi - Parti 29-1: Detetturi tal-gass - Rekwiżiti tal-prestazzjoni tad-detetturi għall-gassijiet li jaqbdu (IEC 60079-29-1:2016, (Modifikat))

    83.

    EN 60079-29-4:2010

    Atmosferi splussivi - Parti 29-4: Detetturi tal-gass - Rekwiżiti tal-prestazzjoni tad-detetturi ta’ perkors miftuħ għall-gassijiet li jaqbdu (IEC 60079-29-4:2009, (Modifikat))

    84.

    EN 60079-30-1:2017

    Atmosferi splussivi - Parti 30-1: Tisħin ta’ superfiċi permezz ta’ reżistenza elettrika - Rekwiżiti ġenerali u tal-ittestjar (IEC/IEEE 60079-30-1:2015, (Modifikat))

    85.

    EN 60079-31:2014

    Atmosferi splussivi - Parti 31: Protezzjoni ta’ tagħmir mill-kombustjoni ta’ trab permezz ta’ interkjużura “t” (IEC 60079-31:2013)

    86.

    EN 60079-35-1:2011

    Atmosferi splussivi - Parti 35-1: Elmi bid-dawl għall-użu f’minjieri fejn hemm gass kombustibbli - Rekwiżiti ġenerali – Kostruzzjoni u ttestjar fir-rigward tar-riskju ta’ splużjoni (IEC 60079-35-1:2011)

    EN 60079-35-1:2011/AC:2011

    87.

    EN ISO/IEC 80079-20-2:2016

    Atmosferi splussivi - Parti 20-2: Karatteristiċi tal-materjali - Metodi ta’ ttestjar ta’ trab kombustibbli (ISO/IEC 80079-20-2:2016)

    EN ISO/IEC 80079-20-2:2016/AC:2017

    88.

    EN ISO/IEC 80079-34:2011

    Atmosferi splussivi - Parti 34: Applikazzjoni ta’ sistemi ta’ kwalità għall-manifattura ta’ tagħmir (ISO/IEC 80079-34:2011)

    89.

    EN ISO 80079-36:2016

    Atmosferi splussivi - Parti 36: Tagħmir mhux elettriku għal atmosferi splussivi - Metodu u rekwiżiti bażiċi (ISO 80079-36:2016)

    90.

    EN ISO 80079-37:2016

    Atmosferi splussivi - Parti 37: Tagħmir mhux elettriku għal atmosferi splussivi - Tip ta’ protezzjoni mhux elettrika għas-sikurezza kostruttiva “c”, għall-kontroll ta’ sorsi ta’ tqabbid “b”, għall-immersjoni f’likwidi “k” (ISO 80079-37:2016)

    91.

    EN ISO/IEC 80079-38:2016

    Atmosferi splussivi - Parti 38: Tagħmir u komponenti għall-użu f’atmosferi splussivi f’minjieri taħt l-art (ISO/IEC 80079-38:2016)

    EN ISO/IEC 80079-38:2016/A1:2018


    ANNESS II

    Nru

    Referenza tal-istandard

    Data tal-irtirar

    1.

    EN 13012:2012

    Pompi tal-petrol - Konstruzzjoni u prestazzjoni ta’ żennuni awtomatiċi għall-użu fuq distributuri tal-fjuwil

    3.9.2023

    2.

    EN 13617-1:2012

    Pompi tal-petrol - Parti 1: Rekwiżiti ta’ sikurezza għall-kostruzzjoni u prestazzjoni ta’ pompi tal-kejl, distributuri u unitajiet ta’ pompi li jitħaddmu mill-bogħod

    3.9.2023

    3.

    EN 13617-2:2012

    Pompi tal-petrol - Parti 2: Rekwiżiti ta’ sikurezza għall-kostruzzjoni u prestazzjoni ta’ tagħmir sikur li jaqtal-fluss għall-użu fuq pompi tal-kejl u distributuri

    3.9.2023

    4.

    EN 13617-3:2012

    Pompi tal-petrol - Parti 3: Rekwiżiti ta’ sikurezza għall-kostruzzjoni u prestazzjoni ta’ valvoli ta’ sikurezza

    3.9.2023

    5.

    EN 13617-4:2012

    Pompi tal-petrol - Parti 4: Rekwiżiti ta’ sikurezza għall-kostruzzjoni u prestazzjoni ta’ swivels għall-użu fuq pompi tal-kejl u distributuri

    3.9.2023

    6.

    EN 13760:2003

    Sistema tal-mili tal-LPG għall-vetturi ħfief u tqal - Żennuni, rekwiżiti tal-ittestjar u dimensjonijiet

    19.11.2023

    7.

    EN 14373:2005

    Sistemi ta’ soppressjoni tal-isplużjonijiet

    19.11.2023

    8.

    EN 15188:2007

    Determinazzjoni ta’ kif akkumulazzjonijiet ta’ trab jaqbdu spontanjament

    27.11.2022

    9.

    EN 15967:2011

    Determinazzjoni tal-pressjoni massima ta’ splużjoni u r-rata massima ta’ żieda fil-pressjoni ta’ gassijiet u fwar

    29.3.2024


    Top