Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D1664

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1664 tal-20 ta’ Settembru 2022 dwar il-konklużjoni f’isem l-Unjoni tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Awstralja, min-naħa l-oħra

    ST/15467/2016/INIT

    ĠU L 255, 3.10.2022, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/1664/oj

    Related international agreement

    3.10.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 255/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1664

    tal-20 ta’ Settembru 2022

    dwar il-konklużjoni f’isem l-Unjoni tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Awstralja, min-naħa l-oħra

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207 u l-Artikolu 212(1), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mill-Kummissjoni Ewropea u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

    Billi:

    (1)

    F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1546 (2), il-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Awstralja, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), ġie ffirmat fis-7 ta’ Awwissu 2017, u xi wħud mid-dispożizzjonijiet tiegħu qiegħdin jiġu applikat fuq bażi provviżorja skont l-Artikolu 61 tal-Ftehim, sakemm jiħdol fis-seħħ.

    (2)

    L-objettiv tal-Ftehim huwa li jsaħħaħ il-kooperazzjoni fuq spettru wiesgħa ta’ oqsma ta’ politika, li jinkludu d-drittijiet tal-bniedem, in-nonproliferazzjoni tal-armi tal-qerda massiva, il-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet ekonomiċi u kummerċjali, is-saħħa, l-ambjent, it-tibdil fil-klima, l-enerġija, l-edukazzjoni, il-kultura, ix-xogħol, il-ġestjoni tad-diżastri, is-sajd u l-affarijiet marittimi, it-trasport, il-kooperazzjoni legali u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, l-iffinanzjar tat-terroriżmu, il-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni.

    (3)

    Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi approvat,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Awstralja, min-naħa l-oħra, huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni (3).

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 61(1) tal-Ftehim (4).

    Artikolu 3

    Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà għandu jippresjedi b’mod konġunt il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 56 tal-Ftehim.

    L-Unjoni jew, skont kif ikun il-każ, l-Unjoni u l-Istati Membri, għandhom ikunu rrappreżentati fil-Kumitat Konġunt, skont is-suġġett.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Settembru 2022.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. BEK


    (1)  Kunsens tat-18 ta’ April 2018 (għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1546 tad-29 ta’ Settembru 2016 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Awstralja, min-naħa l-oħra (ĠU L 237, 15.9.2017, p. 5).

    (3)  Il-Ftehim ġie ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 237, 15.9.2017, p. 7) flimkien mad-Deċiżjoni dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tiegħu.

    (4)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


    Top