This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022D1447
Council Decision (CFSP) 2022/1447 of 1 September 2022 amending Decision 2014/145/CFSP concerning restrictive measures in respect of actions undermining or threatening the territorial integrity, sovereignty and independence of Ukraine
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1447 tal-1 ta’ Settembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1447 tal-1 ta’ Settembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
ST/11825/2022/INIT
ĠU L 227I, 1.9.2022, p. 4–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
1.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 227/4 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/1447
tal-1 ta’ Settembru 2022
li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-17 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK (1). |
(2) |
L-Unjoni tibqa’ soda fl-appoġġ tagħha għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna u tkompli tikkundanna l-azzjonijiet u l-politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali tal-Ukrajna. |
(3) |
Minħabba l-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li jiżdiedu tliet persuni responsabbli għal azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna mal-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK. |
(4) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/145/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK huwa emendat f’konformità mal-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Settembru 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BEK
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16).
ANNESS
Il-persuni li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK:
Persuni
|
Isem |
Informazzjoni għall-Identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
“1230 |
Alla Viktorovna POLYAKOVA (Алла Викторовна ПОЛЯКОВА) |
Data tat-twelid: 26.11.1970 Post tat-twelid: Ryazan, il-Federazzjoni Russa Nazzjonalita’: Russa Sess: mara |
Membru tad-Duma tal-Istat li vvotat favur ir-riżoluzzjoni Nru 58243-8 ‘Dwar l-appell tad-Duma tal-Istat tal-Assemblea Federali tal-Federazzjoni Russa lill-President tal-Federazzjoni Russa V.V. Putin dwar il-ħtieġa li jiġu rikonoxxuti r-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk u r-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk’ u għalhekk appoġġat u implimentat azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
1.9.2022 |
1231. |
Anton Olegovich TKACHEV (Антон Олегович ТКАЧЁВ) |
Data tat-twelid: 31.3.1994 Post tat-twelid: Voronezh, il-Federazzjoni Russa Nazzjonalita’: Russu Sess: raġel |
Membru tad-Duma tal-Istat li vvota favur ir-riżoluzzjoni Nru 58243-8 ‘Dwar l-appell tad-Duma tal-Istat tal-Assemblea Federali tal-Federazzjoni Russa lill-President tal-Federazzjoni Russa V.V. Putin dwar il-ħtieġa li jiġu rikonoxxuti r-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk u r-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk’ u għalhekk appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
1.9.2022 |
1232. |
Valery Andreevich PONOMAREV (Валерий Андреевич ПОНОМАРЕВ) |
Data tat-twelid: 17.8.1959 Post tat-twelid: Distrett Kurilsky, Reġjun Sakhalin, il-Federazzjoni Russa Nazzjonalita’: Russu Sess: raġel |
Membru tal-Kunsill tal-Federazzjoni li rratifika d-deċiżjonijiet tal-gvern tat-‘Trattat ta’ Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk u bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk’. |
1.9.2022” |