Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D1436

    Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2022/1436 tal-25 ta’ Awwissu 2022 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni għall-Missjoni ta’ Konsulenza tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA) (EUAM RCA/1/2022)

    ST/11569/2022/INIT

    ĠU L 225, 31.8.2022, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2023

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/1436/oj

    31.8.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 225/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2022/1436

    tal-25 ta’ Awwissu 2022

    dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni għall-Missjoni ta’ Konsulenza tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA) (EUAM RCA/1/2022)

    IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38, it-tielet paragrafu tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/2110 tad-9 ta’ Diċembru 2019 dwar il-Missjoni ta’ Konsulenza tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha,

    Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Skont id-Deċiżjoni (PESK) 2019/2110, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bl-għan li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA), inkluż id-deċiżjoni tal-ħatra ta’ Kap tal-Missjoni.

    (2)

    Fis-17 ta’ Diċembru 2019, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/2189 (2), li taħtar lis-Sur Paulo SOARES bħala Kap tal-Missjoni ta’ EUAM RCA mid-9 ta’ Diċembru 2019 sat-8 ta’ Diċembru 2020.

    (3)

    Fl-24 ta’ Novembru 2020, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1774 (3), li testendi l-mandat tas-Sur Paulo SOARES bħala Kap tal-Missjoni ta’ EUAM RCA mid-9 ta’ Diċembru 2020 sat-8 ta’ Diċembru 2021.

    (4)

    Fil-25 ta’ Novembru 2021, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/2099 (4), li testendi l-mandat tas-Sur Paulo SOARES bħala Kap tal-Missjoni ta’ EUAM RCA mid-9 ta’ Diċembru 2021 sat-8 ta’ Awwissu 2022.

    (5)

    Fit-28 ta’ Lulju 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/1333 (5) li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/2110 u li testendi l-mandat ta’ EUAM RCA sad-9 ta’ Awwissu 2024.

    (6)

    Fit-8 ta’ Awwissu 2022, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona l-ħatra tas-Sur José Manuel MARQUES DIAS bħala Kap tal-Missjoni ta’ EUAM RCA mill-1 ta’ Settembru 2022 sal-31 ta’ Awwissu 2023,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Is-Sur José Manuel MARQUES DIAS huwa b’dan maħtur Kap tal-Missjoni għall-Missjoni ta’ Konsulenza tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA) mill-1 ta’ Settembru 2022 sal-31 ta’ Awwissu 2023.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Għandha tapplika mill-1 ta’ Settembru 2022.

    Magħmul fi Brussell, il-25 ta’Awwissu 2022.

    Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

    Il-President

    D. PRONK


    (1)  ĠU L 318, 10.12.2019, p. 141.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2019/2189 tas-17 ta’ Diċembru 2019 dwar il-Ħatra tal-Kap tal-Missjoni għall-Missjoni ta’ Konsulenza tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA) (EUAM RCA/1/2019) (ĠU L 330, 20.12.2019, p. 51).

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2020/1774 tal-24 ta’ Novembru 2020 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA) (EUAM RCA/1/2020) (ĠU L 398, 27.11.2020, p. 22).

    (4)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2021/2099 tal-25 ta’ Novembru 2021 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA) (EUAM RCA/1/2021) (ĠU L 428, 30.11.2021, p. 1).

    (5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1333 tat-28 ta’ Lulju 2022 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/2110 dwar il-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA) (ĠU L 201, 1.8.2022, p. 25).


    Top