|
Isem
|
Psewdonimu
|
Informazzjoni ta' identifikazzjoni
|
Data tad-deżinjazzjoni
|
Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet
|
"1.
|
CHON Chi Bu
전지부
|
CHON Chi-bu
|
Ġeneru: maskil
|
22.12.2009
|
Membru tal-General Bureau of Atomic Energy, eks direttur tekniku ta' Yongbyon. Permezz ta' ritratti sar magħruf li għandu rabtiet ma' reattur nukleari fis-Sirja qabel ma ġie bbumbardjat minn Iżrael fl-2007.
|
3.
|
O Kuk-Ryol
오극렬
|
O Kuk Ryol
|
Data tat-twelid: 7.1.1930
Post tat-Twelid: Jilin Province, China.
Ġeneru: maskil
|
22.12.2009
|
Ġeneral tal-Armata tal-Poplu Korean, eks Viċi President tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, li kienet korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK, responsabbli għas-superviżjoni tal-akkwist minn pajjiżi oħra ta' teknoloġija avvanzata għal programmi nukleari u ballistiċi. Eks membru tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea.
|
4.
|
PAK Jae-gyong
박재경
|
PAK Chae-Kyong
PAK Jae Gyong
|
Data tat-twelid: 10.6.1933
Numru tal-Passaport: 554410661
Ġeneru: maskil
|
22.12.2009
|
Ġeneral tal-Armata tal-Poplu Korean. Eks Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Politika Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Poplu u eks Viċi Direttur tal-Uffiċċju tal-Loġistika tal-Forzi Armati tal-Poplu (Konsulent militari tal-mejjet Kim Jong-Il). Kien preżenti waqt l-ispezzjoni tal-Kmand tal-Forzi Ballistiċi Strateġiċi minn KIM Jong Un fl-2012. Eks membru tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. President tal-Kumitat Korean tal-Veterani kontra l-Imperjaliżmu.
|
5.
|
RYOM Yong
렴영
|
|
Ġeneru: maskil
|
22.12.2009
|
Direttur tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (entità deżinjata min-Nazzjonijiet Uniti), inkarigat mir-relazzjonijiet internazzjonali.
|
6.
|
SO Sang-kuk
서상국
|
SO Sang Kuk
|
Data tat-twelid: 30.11.1938
Ġeneru: maskil
|
22.12.2009
|
Kap tad-Dipartiment tal-Fiżika Nukleari, Università Kim Il Sung.
|
7.
|
KIM Yong Chol
김영철
|
KIM Yong-Chol; KIM Young-Chol; KIM Young-Cheol; KIM Young-Chul
|
Data tat-twelid: 1946
Post tat-Twelid: Pyongan-Pukto, DPRK
Ġeneru: maskil
|
19.12.2011
|
Membru tal-Bureau Politiku tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, il-Kummissjoni għall-Affarijiet tal-Istat tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u, sa Ġunju 2022, Direttur tad-Dipartiment tal-Front Magħqud. Eks Kmandant tal-Uffiċċju Ġenerali tar-Rikonjizzjoni (RGB), entità sanzjonata mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.
|
8.
|
CHOE Kyong-song
최경성
|
CHOE Kyong song
|
Data tat-twelid: 1945
Ġeneru: maskil
|
20.5.2016
|
Kurunell Ġeneral tal-Armata tal-Poplu Korean. Eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.
|
9.
|
CHOE Yong-ho
최용호
|
CHOE Yong Ho
|
Ġeneru: maskil
|
20.5.2016
|
Kurunell Ġeneral tal-Armata tal-Poplu Korean/Ġeneral tal-Forza tal-Ajru tal-Armata tal-Poplu Korean. Eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Kmandant tal-Forza tal-Ajru tal-Armata tal-Poplu Korean u l-forza kontra l-attakki mill-ajru (Anti-aircraft force). Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.
|
10.
|
HONG Sung-Mu
홍승무
|
HONG Sung Mu
|
Data tat-twelid: 1.1.1942
Ġeneru: maskil
|
20.5.2016
|
Viċi direttur tad-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjonijiet (MID). Il-MID – deżinjat mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fit-2 ta' Marzu 2016 – huwa involut f'aspetti ewlenin tal-programm tal-missili tar-RDPK. Il-MID huwa responsabbli għas-sorveljanza tal-iżvilupp tal-missili ballistiċi tar-RDPK, inkluż il-programmi ta' riċerka u żvilupp. Bħala tali, Hong huwa responsabbli għal programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. Kien xhud għall-illanċjar tal-missila ballistika interkontinentali Hwasong-15 fit-28 ta' Novembru 2017. F'Lulju 2020 ipparteċipa f'laqgħa tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea ddedikata għad-"deterrenza mill-gwerra", ewfemiżmu użat biex jirreferi għall-programm nukleari tar-RDPK. Rielett għall-Kumitat Ċentrali tal-Partit f'Jannar 2021.
|
11.
|
JO Kyongchol
조경철
|
JO Kyong Chol
|
Ġeneru: maskil
|
20.5.2016
|
Ġeneral tal-Armata tal-Poplu Korean. Eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Direttur tal-Kmand Militari tas-Sigurtà. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. Akkumpanja lil Kim Jong Un għall-akbar taħriġ li qatt sar tal-artillerija li twassal fit-tul. Rielett għall-Kumitat Ċentrali tal-Partit f'Jannar 2021.
|
12.
|
KIM Chun-sam
김춘삼
|
KIM Chun Sam
|
Ġeneru: maskil
|
20.5.2016
|
Logutenent Ġeneral, ex-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Eks Direttur tad-Dipartiment tal-Operazzjonijiet tal-Kwartieri Ġenerali Militari tal-Armata tal-Poplu Korean u l-ewwel viċi kap tal-Kwartieri Ġenerali Militari. Bħala tali, kien responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.
|
13.
|
KIM Chun-sop
김춘섭
|
KIM Chun Sop
|
Ġeneru: maskil
|
20.5.2016
|
Eks direttur tad-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjonijiet (MID). Il-MID – deżinjat mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fit-2 ta' Marzu 2016 – huwa involut f'aspetti ewlenin tal-programm tal-missili tar-RDPK. Il-MID huwa responsabbli għas-sorveljanza tal-iżvilupp tal-missili ballistiċi tar-RDPK, inkluż il-programmi ta' riċerka u żvilupp. Eks membru tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, li kienet korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Bħala tali, kien responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. Kien preżenti għas-sessjoni tar-ritratti għal dawk li kkontribwixxew għas-suċċess tat-test tal-SLBM f'Mejju 2015.
|
16.
|
KIM Won-hong
김원홍
|
KIM Won Hong
|
Data tat-twelid: 7.1.1945
Post tat-Twelid: Pyongyang, RDPK
Numru tal-passaport: 745310010
Ġeneru: maskil
|
20.5.2016
|
Ġeneral tal-Armata tal-Poplu Korean. Kien l-Ewwel Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Politika Ġenerali tal-Armata tal-Poplu Korean. Eks Direttur tad-Dipartiment tas-Sigurtà tal-Istat. Eks Ministru għas-Sigurtà tal-Istat. Eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u l-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Bħala tali, kien responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.
|
17.
|
PAK Jong-chon
박정천
|
PAK Jong Chon
|
Ġeneru: maskil
|
20.5.2016
|
Membru tal-Presidju tal-Bureau Politiku tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema, Viċi President tal-Kummissjoni Militari Ċentrali, Segretarju tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u Membru tal-Kummissjoni għall-Affarijiet tal-Istat. Marixxal u eks Kap tal-Persunal Ġenerali. Wettaq ir-rieżami formali fil-parata militari tal-25 ta' April 2022, li, b'kont meħud tal-pożizzjonijiet attwali tiegħu, jindika r-rwol kontinwu tiegħu fl-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva u r-responsabbiltà tiegħu għalihom. F'Jannar 2021 ġie elett għall-Kumitat Ċentrali tal-Partit, il-Bureau Politiku tal-Kumitat Ċentrali u l-Kummissjoni Militari Ċentrali.
|
18.
|
LI Yong-ju
리용주
|
RI Yong Ju
|
Ġeneru: maskil
|
20.5.2016
|
Ammirall tal-Armata tal-Poplu Korean. Eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Eks kap Kmandant tal-Forzi Navali tal-Poplu Korean, li huma involuti fl-iżvilupp ta' programmi ta' missili ballistiċi u fl-iżvilupp ta' kapaċitajiet nukleari tal-forzi navali tar-RDPK. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.
|
19.
|
SON Chol-ju
손철주
|
SON Chol Ju
|
Ġeneru: maskil
|
20.5.2016
|
Kurunell Ġeneral tal-Armata tal-Poplu Korean. Viċi Direttur, Bureau ta' Gwida tal-Bureau Politiku Ġenerali tal-Armata tal-Poplu Korean u eks Direttur Politiku tal-Forzi tal-Ajru u ta' Kontra l-Ajru, li jissorveljaw l-iżvilupp ta' rokits modernizzati kontra l-inġenji tal-ajru. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. Son ġie elenkat bħala li pparteċipa f'laqgħa tal-Kummissjoni Militari Ċentrali f'Mejju 2020 bħala Viċi Direttur responsabbli għall-organizzazzjoni tal-Armata tal-Poplu Korean
|
20.
|
YUN Jong-rin
윤정린
|
YUN Jong Rin
|
Ġeneru: maskil
|
20.5.2016
|
Ġeneral tal-Armata tal-Poplu Korean, eks kmandant tal-Kmand tal-Gwardja Suprema. Eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u membru tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Bħala tali, kien responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.
|
21.
|
HONG Yong Chil
홍영칠
|
|
Ġeneru: maskil
|
20.5.2016
|
Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjonijiet (MID). Il-MID – deżinjat mill-KSNU fit-2 ta' Marzu 2016 – huwa involut f'aspetti ewlenin tal-programm tal-missili tar-RDPK. Il-MID huwa responsabbli għas-sorveljanza tal-iżvilupp tal-missili ballistiċi tar-RDPK, inkluż il-programmi ta' R&Ż. It-Tieni Kumitat Ekonomiku u t-Tieni Akkademja ta' Xjenzi Naturali — deżinjati wkoll f'Awwissu 2010 — huma subordinati għall-MID. Fl-2019 Hong ġie deskritt bħala wieħed mill-uffiċjali ewlenin fil-qasam tax-xjenza tad-difiża nazzjonali. Huwa akkumpanja lil Kim Jong Un waqt l-isparar ta' tip ġdid ta' arma tattika gwidata, u waqt l-ispezzjoni ta' tip ġdid ta' sottomarin li kien qed jinbena.
Huwa kien wieħed mix-xjenzjati kkongratulati minn Kim Jong Un fl-2017 għall-illanċjar tal-Hwasong-15 tal-missila ballistika interkontinentali (ICBM) u osserva testijiet tal-magni preċedenti u llanċjar ballistiku ieħor. Fl-2016, huwa akkumpanja lil Kim Jong Un għal laqgħa ma' xjenzati li fiha ġiet diskussa r-riċerka biex jiġu muntati testati nukleari ta' missili tattiċi u strateġiċi. Huwa seta' kellu rwol sinifikanti fit-test nukleari tar-RDPK fis-6 ta' Jannar 2016. Bħala tali, huwa responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.
|
22.
|
RI Hak Chol
리학철
|
RI Hak Chul; RI Hak Cheol
|
Data tat-twelid: 19.1.1963 jew 8.5.1966
Numri tal-Passaport: 381320634, PS- 563410163
Ġeneru: maskil
|
20.5.2016
|
President tal-Green Pine Associated Corporation ("Green Pine"). Skont il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tan-NU fl-2012, il-Green Pine kienet ħadet f'idejha ħafna mill-attivitajiet tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID). Il-KOMID ġiet deżinjata mill-Kumitat f'April 2009 u hija n-negozjant ewlieni tal-armi u l-esportatur prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali tar-RDPK. Green Pine tqieset ukoll bħala responsabbli wkoll għal madwar nofs l-armi u l-materjal relatat esportat mir-RDPK. Green Pine ġiet identifikata għal sanzjonijiet minħabba l-esportazzjoni ta' armi jew ta' materjal relatat mir-RDPK. Green Pine tispeċjalizza fil-produzzjoni ta' inġenji u armamenti militari marittimi, bħal sottomarini, dgħajjes militari u sistemi ta' missili, u esportat torpedoes u assistenza teknika lil ditti Iranjani relatati mad-difiża. Green Pine ġiet deżinjata mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.
|
23.
|
YUN Chang Hyok
윤창혁
|
|
Data tat-twelid: 9.8.1965
Ġeneru: maskil
|
20.5.2016
|
Viċi Direttur taċ-Ċentru tal-Kontroll tas-Satelliti, l-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Iżvilupp tal-Ajruspazju (NADA), li Kim Jong Un żar qabel it-test tal-missila ballistika interkontinentali (ICBM) fl-24 ta' Marzu 2022. In-NADA hija soġġetta għal sanzjonijiet taħt il-UNSCR 2270 (2016) għall-involviment fl-iżvilupp tar-RDPK ta' xjenza u teknoloġija tal-ispazju, inkluż it-tlugħ ta' satelliti u rokits. Il-UNSCR 2270 (2016) ikkundannat it-tlugħ tas-satellita tar-RDPK tas-7 ta' Frar 2016 minħabba l-użu ta' teknoloġija tal-missili ballistiċi u minħabba li kien fi ksur serju tar-Riżoluzzjonijiet 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013) u 2094 (2013). Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.
|
24.
|
RI Myong Su
리명수
|
|
Data tat-twelid: 1937
Post tat-Twelid: Myongchon, North Hamgyong, DPRK
Ġeneru: maskil
|
7.4.2017
|
Viċi Marixxall tal-Armata tal-Poplu Korean, l-ewwel viċi kmandant tal-Kmand Suprem tal-Armata tal-Poplu Korean. Sal-2018, membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati tal-Poplu. Kap rappreżentant militari f'funeral tal-istat f'Mejju 2022, iżda deskritt bħala veteran f'parata ta' April 2022. Ri Myong Su kien influwenti fi kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali inkluż il-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva. Ri huwa membru tal-Assemblea Suprema tal-Poplu (SPA).
|
25.
|
SO Hong Chan
서홍찬
|
|
Data tat-twelid: 30.12.1957
Post tat-Twelid: Kangwon, DPRK
Passaport: PD836410105
Data ta' skadenza tal-passaport: 27.11.2021
Ġeneru: maskil
|
7.4.2017
|
Kien l-Ewwel Viċi Ministru għall-Forzi Armati tal-Poplu, eks Direttur Ġenerali tal-Bureau tas-Servizzi Posterjuri ta' Appoġġ u eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Rielett bħala Membru tal-Kumitat Ċentrali f'Jannar 2021. F'din il-kariga, So Hong Chan huwa responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.
|
26.
|
WANG Chang Uk
왕창욱
|
|
Data tat-twelid: 29.5.1960
Ġeneru: maskil
|
7.4.2017
|
Ministru għall-Industrija u l-Enerġija Atomika, promoss għal Membru sħiħ tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea f'Diċembru 2021. F'din il-kapaċità, Wang Chang Uk huwa responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.
|
27.
|
JANG Chol
장철
|
|
Data tat-twelid: 31.3.1961
Post tat-Twelid: Pyongyang, RDPK
Numru tal-Passaport: 563310042
Ġeneru: maskil
|
7.4.2017
|
Membru tal-Kummissjoni tal-Istat għall-Kultura Fiżika u l-Gwida Sportiva u eks president tal-Akkademja Statali tax-Xjenzi Naturali, organizzazzjoni dedikata għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet teknoloġiċi u xjentifiċi tar-RDPK. F'din il-kapaċità, Jang Chol kellu pożizzjoni strateġika għall-iżvilupp tal-attivitajiet nukleari tar-RDPK. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.
|
28.
|
KIM Su Gil
김수길
|
KIM Su-Gil
|
Data tat-twelid: 1950
Ċittadinanza: RDPK
Ġeneru: maskil
|
21.4.2022
|
Fil-kapaċità tiegħu bħala Direttur tal-Bureau Politiku Ġenerali tal-Armata tal-Poplu Korean bejn l-2018 u l-2021 u Membru tal-Kummissjoni għall-Affarijiet tal-Istat bejn l-2019 u l-2021, huwa kien responsabbli għall-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, relatati mal-iżvilupp ta' programmi nukleari u ballistiċi bi ksur tar-Riżoluzzjonijiet 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013), 2270 (2016), 2321 (2016), 2356 (2017), 2371 (2017), 2375 (2017), u 2397 (2017) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.
|
29.
|
JON Il Ho
전일호
|
JON Il-Ho
|
Data tat-twelid: 1955 jew 1956
Ċittadinanza: RDPK
Ġeneru: maskil
|
21.4.2022
|
Fil-kapaċità tiegħu bħala "uffiċjal ewlieni fil-qasam tax-xjenza tad-difiża nazzjonali", huwa għandu rwol ewlieni fl-iżvilupp tal-programmi tar-RDPK dwar l-armi ta' qerda massiva u huwa responsabbli għalihom. Promoss għall-Kurunell Ġenerali f'Awwissu 2019, irċieva l-Premju għax-Xjenza u t-Teknoloġija tas-16 ta’ Frar, Direttur tal-Istitut tar-Riċerka tal-Awtomazzjoni u Direttur tal-Istitut tal-Università tat-Teknoloġija Kim Chaek, u Viċi Direttur ta' Dipartiment tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema, huwa pparteċipa fl-illanċjar ta' missila ballistika interkontinentali (ICBM) Hwasong-14 fl-4 ta' Lulju 2017 u t-28 ta' Lulju 2017, kif ukoll il-biċċa l-kbira ta' llanċjar ieħor ta' missili fl-2017, l-2019 u f'Marzu 2020.
|
30.
|
JONG Sung Il
정승일
|
JONG Sung-Il
|
Data tat-twelid: 20.3.1961
Numru tal-passaport: 927240105
Ċittadinanza: RDPK
Ġeneru: maskil
|
21.4.2022
|
Fil-kapaċità tiegħu bħala "Uffiċjal Għoli tal-Partit" u "uffiċjali ewlieni fil-qasam tax-xjenza tad-difiża nazzjonali" u identifikat minn Stat Membru tan-NU bħala eks Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjonijiet tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea fl-2017, huwa għandu rwol ewlieni fl-iżvilupp tal-programmi tar-RDPK dwar l-armi ta' qerda massiva, b'mod partikolari l-missili ballistiċi, u huwa responsabbli għalihom. Huwa kien preżenti waqt it-testijiet tal-missili ballistiċi interkontinentali (ICBM) Hwasong-14 fl-4 ta' Lulju 2017 u fit-28 ta' Lulju 2017 u kien preżenti waqt l-illanċjar ta' missili ballistiċi/Sistemi Kbar ta' Llanċjar ta' Rokits Multipli fl-24 ta' Awwissu 2019 u fl-10 ta' Settembru 2019.
|
31.
|
YU Jin
유진
|
YU Jin
|
Data tat-twelid: 1960
Ċittadinanza: RDPK
Ġeneru: maskil
|
21.4.2022
|
Fil-kapaċità tiegħu bħala Direttur tad-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjonijiet u Membru Alternattiv tal-Bureau Politiku tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, huwa responsabbli talli kellu rwol ewlieni fl-iżvilupp tal-programmi tar-RDPK dwar l-armi ta' qerda massiva kemm fl-oqsma nukleari kif ukoll f'dawk ballistiċi. Huwa akkumpanja lil Kim Jong Un fl-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Iżvilupp tal-Ajruspazju qabel l-illanċjar ta' missili ballistiċi interkontinentali (ICBM) ta' Marzu 2022 u ħa sehem fil-Wirja tad-Difiża Nazzjonali tal-2021, li apparentement uriet sistemi ta' armi ġodda. Bħala Viċi Direttur, huwa kien preżenti waqt it-testijiet tal-ICBM Hwasong-14 tal-4 ta' Lulju 2017 u t-28 ta' Lulju 2017, kif ukoll waqt l-ispezzjoni minn Kim Jong Un ta' tip ġdid ta' sottomarin, li r-RDPK indikat li kien intiż għall-iskop "strateġiku" li jiġu skjerati missili ballistiċi llanċjati minn sottomarini, li possibbilment kapaċi jġorru testati nukleari, fit-22 ta' Lulju 2019 u l-illanċjar ta' missili ballistiċi tal-25 ta' Lulju u tat-30 ta' Lulju 2019, u tat-2 ta' Awwissu 2019."
|