Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D1335

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1335 tat-28 ta’ Lulju 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2012/285/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau

    ST/11041/2022/INIT

    ĠU L 201, 1.8.2022, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/1335/oj

    1.8.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 201/29


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/1335

    tat-28 ta’ Lulju 2022

    li temenda d-Deċiżjoni 2012/285/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fil-31 ta' Mejju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/285/PESK (1).

    (2)

    Il-Kunsill iqis li t-titolu tad-Deċiżjoni 2012/285/PESK jenħtieġ li jiġi emendat.

    (3)

    Il-Kunsill iqis li jenħtieġ li jitneħħew seba' persuni mil-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi, li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2012/285/PESK u li disa' persuni li jenħtieġ li jitneħħew mil-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness III għal dik-Deċiżjoni.

    (4)

    Għalhekk, jenħtieġ li ad-Deċiżjoni 2012/285/PESK tiġi emendata skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 2012/285/PESK hija emendata kif ġej:

    (1)

    it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/285/PESK tal-31 ta' Mejju 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Guinea-Bissau u li tħassar id-Deċiżjoni 2012/237/PESK”;

    (2)

    l-Annessi II u III huma emendati f’konformità mal-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Lulju 2022.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. BEK


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/285/PESK tal-31 ta' Mejju 2012 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau u li tħassar id-Deċiżjoni 2012/237/PESK (ĠU L 142, 1.6.2012, p. 36).


    ANNESS

    (1)   

    fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2012/285/PESK (Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 1(1)(b)), jitħassru l-entrati li jikkonċernaw lill-persuni elenkati hawn taħt:

    “1.

    Ġeneral Augusto MÁRIO CÓ

    2.

    Ġeneral Saya Braia Na NHAPKA

    3.

    Kurunell Tomás DJASSI

    5.

    Kurunell Celestino de CARVALHO

    10.

    Maġġur Samuel FERNANDES

    13.

    Kmandant (Forza Navali) Agostinho Sousa CORDEIRO

    15.

    Logutenent Lassana CAMARÁ”.

    (2)   

    fl-Anness III għad-Deċiżjoni 2012/285/PESK (Lista ta' persuni, entitajiet u korpi msemmijin fl-Artikolu 2), jitħassru l-entrati li jikkonċernaw lill-persuni elenkati hawn taħt:

    “6.

    Ġeneral Augusto MÁRIO CÓ

    7.

    Ġeneral Saya Braia Na NHAPKA

    8.

    Kurunell Tomás DJASSI

    9.

    Cranha DANFÁ

    10.

    Kurunell Celestino de CARVALHO

    14.

    Tcham NA MAN (magħruf ukoll bħala Namam)

    15.

    Maġġur Samuel FERNANDES

    18.

    Kmandant (Forza Navali) Agostinho Sousa CORDEIRO

    20.

    Logutenent Lassana CAMARÁ”.


    Top