Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D1238

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1238 tat-18 ta’ Lulju 2022 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Qarn tal-Afrika u li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1012

ST/10165/2022/INIT

ĠU L 190, 19.7.2022, pp. 127–128 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2024

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/1238/oj

19.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 190/127


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/1238

tat-18 ta’ Lulju 2022

li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Qarn tal-Afrika u li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1012

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 33 u l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-8 ta’ Diċembru 2011, il-Kunsill qabel li jaħtar Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Qarn tal-Afrika.

(2)

Fil-21 ta’ Ġunju 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1012 (1) li taħtar lis-Sa Annette WEBER bħala r-RSUE għall-Qarn tal-Afrika. Il-mandat tar-RSUE ser jiskadi fil-31 ta’ Awwissu 2022.

(3)

Jenħtieġ li l-mandat tar-RSUE jiġi estiż għal perjodu ulterjuri ta’ 24 xahar u jenħtieġ li jiġi stabbilit ammont ta’ referenza finanzjarja ġdid għall-perjodu mill-1 ta’ Settembru 2022 sal-31 ta’ Awwissu 2024.

(4)

Ir-RSUE ser timplimenta l-mandat fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-ksib tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sa Annette WEBER bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Qarn tal-Afrika huwa estiż sal-31 ta’ Awwissu 2024. Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li l-mandat tar-RSUE jintemm aktar kmieni, abbażi ta’ valutazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà u ta’ proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (PESK) 2021/1012 hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 5(1), jinżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perjodu mill-1 ta’ Settembru 2022 sal-31 ta’ Awwissu 2024 għandu jkun ta’ EUR 4 744 381,14.”;

(2)

fl-Artikolu 14, it-tieni sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“Ir-RSUE għandha tippreżenta lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni rapporti ta’ progress regolari u rapport komprensiv finali dwar l-implementazzjoni tal-mandat sal-31 ta’ Mejju 2024.”.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1012 tal-21 ta’ Ġunju 2021 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Qarn tal-Afrika (ĠU L 222, 22.6.2021, p. 27).


Top