This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022D1237
Council Decision (CFSP) 2022/1237 of 18 July 2022 amending Decision (CFSP) 2018/907 extending the mandate of the European Union Special Representative for the South Caucasus and the crisis in Georgia
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1237 tat-18 ta’ Lulju 2022 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/907 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1237 tat-18 ta’ Lulju 2022 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/907 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia
ST/10106/2022/INIT
ĠU L 190, 19.7.2022, pp. 125–126
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2023
|
19.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 190/125 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/1237
tat-18 ta’ Lulju 2022
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/907 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) u l-Artikolu 33 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-7 ta’ Lulju 2003, il-Kunsill qabel li jaħtar Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Kawkasu tan-Nofsinhar. |
|
(2) |
Fit-13 ta’ Novembru 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2071 (1) li taħtar lis-Sur Toivo KLAAR bħala r- RSUE għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia. Il-mandat tar-RSUE ġie estiż suċċessivament, l-aktar reċenti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/251 (2) u ser jiskadi fil-31 ta’ Awwissu 2022. |
|
(3) |
Jenħtieġ li l-mandat tar-RSUE jiġi estiż għal perjodu ulterjuri ta’ tnax-il xahar u li jiġi stabbilit ammont ta’ referenza finanzjarja ġdid għall-perjodu mill-1 ta’ Settembru 2022 sal-31 ta’ Awwissu 2023. |
|
(4) |
Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-ksib tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2018/907 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 1 Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea Il-mandat tas-Sur Toivo KLAAR bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia (Kawkasu tan-Nofsinhar) huwa estiż sal-31 ta’ Awwissu 2023. Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li l-mandat tar-RSUE jintemm aktar kmieni, abbażi ta’ valutazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) u proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ).”; |
|
(2) |
fl-Artikolu 5(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej: “L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perjodu mill-1 ta’ Settembru 2022 sal-31 ta’ Awwissu 2023 għandu jkun ta’ EUR 2 912 000 ”; |
|
(3) |
fl-Artikolu 14, l-ewwel paragrafu, it-tieni sentenza hija sostitwita b’dan li ġej: “Ir-RSUE għandu jippreżenta lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni rapporti regolari ta’ progress u rapport komprensiv finali dwar l-implementazzjoni tal-mandat sal-31 ta’ Mejju 2023.”. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Lulju 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2071 tat-13 ta’ Novembru 2017 li taħtar lir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia (ĠU L 295, 14.11.2017, p. 55).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/251 tal-21 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/907 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia (ĠU L 41, 22.2.2022, p. 31).