Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D1044

    Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2022/1044 tat-28 ta’ Ġunju 2022 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (EUPOL COPPS/1/2022)

    ST/8408/2022/INIT

    ĠU L 173, 30.6.2022, p. 73–74 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2023

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/1044/oj

    30.6.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 173/73


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2022/1044

    tat-28 ta’ Ġunju 2022

    li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (EUPOL COPPS/1/2022)

    IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/354/PESK tat-3 ta’ Lulju 2013 dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Bis-saħħa tal-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2013/354/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bil-għan li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS), inkluż id-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni.

    (2)

    Fit-13 ta’ Ottubru 2020, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1541 (2), li ħatret is-Sa Nataliya APOSTOLOVA bħala Kap tal-Missjoni ta’ EUPOL COPPS mill-15 ta’ Novembru 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021.

    (3)

    Fit-28 ta’ Ġunju 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1066 (3), li testendi l-mandat ta’ EUPOL COPPS sat-30 ta’ Ġunju 2022.

    (4)

    Fl-1 ta’ Lulju 2021, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1128 (4), li testendi l-mandat tas-Sa Nataliya APOSTOLOVA bħala l-Kap tal-Missjoni ta’ EUPOL COPPS sat-30 ta’ Ġunju 2022.

    (5)

    Fis-27 ta’ Ġunju 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/1018 (5) li testendi l-mandat ta’ EUPOL COPPS mill-1 ta’ Lulju 2022 sat-30 ta’ Ġunju 2023.

    (6)

    Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona l-estensjoni tal-mandat tas-Sa Nataliya APOSTOLOVA bħala Kap tal-Missjoni ta’ EUPOL COPPS mill-1 ta’ Lulju 2022 sat-30 ta’ Ġunju 2023,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-mandat tas-Sa Nataliya APOSTOLOVA bħala Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) huwa b’dan estiż mill-1 ta’ Lulju 2022 sat-30 ta’ Ġunju 2023.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2022.

    Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ġunju 2022.

    Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

    Il-President

    D. PRONK


    (1)  ĠU L 185, 4.7.2013, p. 12.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2020/1541 tat-13 ta’ Ottubru 2020 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (EUPOL COPPS/1/2020) (ĠU L 353, 23.10.2020, p. 8).

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1066 tat-28 ta’ Ġunju 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2013/354/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (ĠU L 229, 29.6.2021, p. 13).

    (4)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2021/1128 tal-1 ta’ Lulju 2021 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (EUPOL COPPS/1/2021) (ĠU L 244, 9.7.2021, p. 3).

    (5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1018 tas-27 ta’ Ġunju 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2013/354/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (ĠU L 170, 28.6.2022, p. 76).


    Top