This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022D1027
Council Decision (EU) 2022/1027 of 28 June 2022 on the financial contributions to be paid by the parties to the European Development Fund, including the second instalment for 2022
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1027 tat-28 ta’ Ġunju 2022 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jridu jitħallsu mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inkluż it-tieni ħlas parzjali għall-2022
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1027 tat-28 ta’ Ġunju 2022 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jridu jitħallsu mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inkluż it-tieni ħlas parzjali għall-2022
ST/10132/2022/INIT
ĠU L 172, 29.6.2022, p. 18–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
29.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 172/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1027
tat-28 ta’ Ġunju 2022
dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jridu jitħallsu mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inkluż it-tieni ħlas parzjali għall-2022
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar tal-għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, f’konformità mal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u Territorji Ekstra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) flimkien mal-Artikolu 14(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 tas-26 ta’ Novembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2015/323 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
F’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 19 sa 22 tar-Regolament (UE) 2018/1877, il-Kummissjoni Ewropea għandha tippreżenta proposta sal-15 ta’ Ġunju 2022 li tistabbilixxi l-ammont tat-tieni ħlas parzjali tal-kontribuzzjoni għall-2022 u ammont annwali rivedut tal-kontribuzzjoni għall-2022, fejn l-ammont ivarja mill-bżonnijiet reali. |
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2018/1877, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-estimi aġġornati tiegħu tal-impenji u l-pagamenti taħt l-istrumenti li jimmaniġġa. |
(3) |
Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) 2018/1877, is-sejħiet għal kontribuzzjonijiet għandhom l-ewwel jeżawrixxu l-ammonti previsti fil-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp preċedenti. Għaldaqstant jenħtieġ li ssir sejħa għall-fondi skont ir-Regolament (UE) 2018/1877 għall-Kummissjoni u għall-BEI. |
(4) |
Skont l-Artikolu 152 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (3) (“il-Ftehim dwar il-Ħruġ”), ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (“ir-Renju Unit”) għandu jibqa’ parti għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) sal-egħluq tal-11-il FEŻ u għal kull FEŻ preċedenti mhux magħluq. Madankollu, skont l-Artikolu 153 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, is-sehem tar-Renju Unit f’fondi diżimpenjati minn proġetti fl-ambitu tal-11-il FEŻ, meta dawk il-fondi jkunu ġew diżimpenjati wara l-31 ta’ Diċembru 2020, jew FEŻ preċedenti, ma għandux jerġa’ jintuża. |
(5) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1941 (4) tistabbilixxi l-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri fil-FEŻ għall-2022 għal EUR 2 500 000 000 għall-Kummissjoni, u għal EUR 300 000 000 għall- BEI. |
(6) |
Sabiex il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni jkunu jistgħu jiġu applikati minnufih, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għandhom iħallsu l-kontribuzzjonijiet individwali għall-FEŻ lill-Kummissjoni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment„ bħala t-tieni pagament parzjali għall-2022, f’konformità mal-Anness.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-28 ta’ Ġunju 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
A. PANNIER-RUNACHER
(2) ĠU L 307, 3.12.2018, p. 1.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1941 tad-9 ta’ Novembru 2021 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-finanzjament ta’ dak il-Fond, li jinkludi l-limitu massimu għall-2023, l-ammont annwali għall-2022, l-ammont tal-ewwel pagament parzjali għall-2022 u previżjoni indikattiva u mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija ta’ kontribuzzjonijiet għas-snin 2024 u 2025 (ĠU L 396, 10.11.2021, p. 61).
ANNESS
STATI MEMBRU U R-RENJU UNIT |
SKEMA TA’ RIDISTRIBUZZJONI TAL-11-IL FEŻ F’% |
it-tieni pagament parzjali għall-2022 (EUR) |
Total |
|
il-Kummissjoni |
BEI |
|||
11-IL FEŻ |
11-IL FEŻ |
|||
IL-BELĠJU |
3,24927 |
25 994 160,00 |
3 249 270,00 |
29 243 430,00 |
IL-BULGARIJA |
0,21853 |
1 748 240,00 |
218 530,00 |
1 966 770,00 |
IĊ-ĊEKJA |
0,79745 |
6 379 600,00 |
797 450,00 |
7 177 050,00 |
ID-DANIMARKA |
1,98045 |
15 843 600,00 |
1 980 450,00 |
17 824 050,00 |
IL-ĠERMANJA |
20,57980 |
164 638 400,00 |
20 579 800,00 |
185 218 200,00 |
L-ESTONJA |
0,08635 |
690 800,00 |
86 350,00 |
777 150,00 |
L-IRLANDA |
0,94006 |
7 520 480,00 |
940 060,00 |
8 460 540,00 |
IL-GREĊJA |
1,50735 |
12 058 800,00 |
1 507 350,00 |
13 566 150,00 |
SPANJA |
7,93248 |
63 459 840,00 |
7 932 480,00 |
71 392 320,00 |
FRANZA |
17,81269 |
142 501 520,00 |
17 812 690,00 |
160 314 210,00 |
IL-KROAZJA |
0,22518 |
1 801 440,00 |
225 180,00 |
2 026 620,00 |
L-ITALJA |
12,53009 |
100 240 720,00 |
12 530 090,00 |
112 770 810,00 |
ĊIPRU |
0,11162 |
892 960,00 |
111 620,00 |
1 004 580,00 |
IL-LATVIJA |
0,11612 |
928 960,00 |
116 120,00 |
1 045 080,00 |
IL-LITWANJA |
0,18077 |
1 446 160,00 |
180 770,00 |
1 626 930,00 |
IL-LUSSEMBURGU |
0,25509 |
2 040 720,00 |
255 090,00 |
2 295 810,00 |
L-UNGERIJA |
0,61456 |
4 916 480,00 |
614 560,00 |
5 531 040,00 |
MALTA |
0,03801 |
304 080,00 |
38 010,00 |
342 090,00 |
IN-NETHERLANDS |
4,77678 |
38 214 240,00 |
4 776 780,00 |
42 991 020,00 |
L-AWSTRIJA |
2,39757 |
19 180 560,00 |
2 397 570,00 |
21 578 130,00 |
IL-POLONJA |
2,00734 |
16 058 720,00 |
2 007 340,00 |
18 066 060,00 |
IL-PORTUGALL |
1,19679 |
9 574 320,00 |
1 196 790,00 |
10 771 110,00 |
IR-RUMANIJA |
0,71815 |
5 745 200,00 |
718 150,00 |
6 463 350,00 |
IS-SLOVENJA |
0,22452 |
1 796 160,00 |
224 520,00 |
2 020 680,00 |
IS-SLOVAKJA |
0,37616 |
3 009 280,00 |
376 160,00 |
3 385 440,00 |
IL-FINLANDJA |
1,50909 |
12 072 720,00 |
1 509 090,00 |
13 581 810,00 |
L-IŻVEZJA |
2,93911 |
23 512 880,00 |
2 939 110,00 |
26 451 990,00 |
IR-RENJU UNIT |
14,67862 |
117 428 960,00 |
14 678 620,00 |
132 107 580,00 |
TOTAL UE27 & IR-RENJU UNIT- |
100,00 |
800 000 000,00 |
100 000 000,00 |
900 000 000,00 |