EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D1019

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1019 tas-27 ta’ Ġunju 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

ST/9860/2022/INIT

ĠU L 170, 28.6.2022, p. 78–82 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/1019/oj

28.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 170/78


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/1019

tas-27 ta’ Ġunju 2022

li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-26 ta’ Lulju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (1) dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 26(3) tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK, il-Kunsill irrieżamina l-lista ta’ persuni u entitajiet indikati li tinsab fl-Anness II għal dik id-Deċiżjoni.

(3)

Abbażi ta’ dak ir-rieżami, jenħtieġ li jinżammu l-miżuri restrittivi kontra l-persuni u l-entitajiet kollha fil-lista li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK, sakemm isimhom ma jkunx imsemmi fl-Anness VI għal dik id-Deċiżjoni, u jenħtieġ li jiġu aġġornati 17-il entrata inklużi fl-Anness II.

(4)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2010/413/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-27 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

A. PANNIER-RUNACHER


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta’ Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il- Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39).


ANNESS

L-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK huwa emendat kif ġej:

(1)

taħt l-intestatura “I. Persuni u entitajiet involuti f’attivitajiet fir-rigward ta’ missili nukleari jew ballistiċi u persuni u entitajiet li jagħtu appoġġ lill-Gvern tal-Iran.”, l-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati korrispondenti fil-lista stabbilita taħt is-sottointestatura “A. Persuni”:

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“8.

Ebrahim MAHMUDZADEH

 

Kap tal-Bord ta’ Tmexxija ta’ Iran Telecommunications; eks Direttur Maniġerjali ta’ Iran Electronic Industries (ara Parti B, nru 20). Direttur ġenerali tal-Organizzazzjoni tas-Sigurtà Soċjali tal-Forzi Armati sa Settembru 2020. Viċi Ministru għad-Difiża Iranjan sa Diċembru 2020.

23.6.2008

27.

Kamran DANESHJOO (magħruf bħala DANESHJOU)

 

Eks Ministru għax-Xjenza, ir-Riċerka u t-Teknoloġija. Bħala maniġer tal-proġetti tal-111-il taqsima tal-Pjan AMAD, huwa pprovda appoġġ għall-attivitajiet nukleari tal-Iran sensittivi għall-proliferazzjoni.

1.12.2011”

(2)

taħt l-intestatura “I. Persuni u entitajiet involuti f’attivitajiet fir-rigward ta’ missili nukleari jew ballistiċi u persuni u entitajiet li jagħtu appoġġ lill-Gvern tal-Iran.”, l-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati korrispondenti fil-lista stabbilita taħt is-sottointestatura “B. Entitajiet”:

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“20.

Iran Electronic Industries

(inkluż il-fergħat kollha) u s-sussidjarji:

P. O. Box 18575-365, Tehran, Iran

Sussidjarja sħiħa ta’ proprjetà ta’ MODAFL (u għaldaqstant organizzazzjoni li tagħmel parti mill-istress grupp bħall-AIO, l-AvIO u d-DIO). Ir-rwol tagħha hu li timmanifattura komponenti elettroniċi għas-sistemi Iranjani tal-armi.

23.6.2008

 

(b) Iran Communications Industries (ICI)

(magħruf ukoll bħala Sanaye Mokhaberat Iran; Iran Communication Industries; Iran Communications Industries Group; Iran Communications Industries Co.)

PO Box 19295-4731, Pasdaran Avenue, Tehran, Iran; Indirizz alternattiv: PO Box 19575-131, 34 Apadana Avenue, Tehran, Iran; Indirizz alternattiv: Shahid Langary Street, Nobonyad Square Ave, Pasdaran, Tehran

Iran Communications Industries, sussidjarja ta’ Iran Electronics Industries (elenkata mill-UE), tipproduċi diversi oġġetti inkluż sistemi ta’ komunikazzjoni, apparat tal-avjonika, tal-ottika u tal-elettro-ottika, mikroelettronika, teknoloġija tal-informazzjoni, testijiet u kejl, sigurtà tat-telekomunikazzjoni, gwerra elettronika, manifattura u rinnovazzjoni tat-tubu tar-radar u lanċaturi tal-missili. ICI akkwistat materjal sensittiv permezz ta’ Hoda Trading, is-sussidjarja tagħha bbażata f’Hong Kong.

26.7.2010

52.

Raad Iran (magħrufa wkoll bħala Raad Automation Company; Middle East Raad Automation; RAAD Automation Co.; Raad Iran Automation Co.; RAADIRAN; Middle East RAAD Automation Co.; Automasion RAAD Khavar Mianeh; Automation Raad Khavar Mianeh Nabbet Co)

Unit 1, No 35, Bouali Sina Sharghi, Chehel Sotoun Street, Fatemi Square, Tehran

Kumpannija involuta fl-akkwist ta’ invertituri fir-rigward tal-programm għall-arrikkiment proskritt tal-Iran. Raad Iran ġiet stabbilita biex tipproduċi u tiddisinnja sistemi ta’ kontroll u tipprovdi l-bejgħ u l-istallazzjoni ta’ invertituri u apparat ta’ Kontroll b’Memorja (programmable Logic Controllers).

23.5.2011”

(3)

taħt l-intestatura “II. Islamic Revolutionary Guard Corps. (IRGC)”, l-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati korrispondenti fil-lista stabbilita taħt is-sottointestatura “A. Persuni”:

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“1.

Brigadier Ġeneral tal-IRGC Javad DARVISH-VAND

 

Eks Viċi Ministru għad-Difiża u Spettur Ġenerali ta’ MODAFL.

23.6.2008

2.

Viċi Ammiral Ali FADAVI

 

Viċi Kmandant Ġeneral tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC). Eks Kmandant tal-qawwa Navali tal-IRGC.

26.7.2010

3.

Parviz FATAH

Twieled fl-1961

Eks membru tal-IRGC. Eks Ministru għall-Enerġija. Minn Lulju 2019, kap tal-“Mostazafan Foundation”, eks membru tal-Kunsill ta’ Direzzjoni tal-Fondazzjoni Imam Khomeini.

26.7.2010

4.

Brigadier Ġeneral tal-IRGC Seyyed Mahdi FARAHI

 

Viċi Ministru għad-Difiża u l-Appoġġ tal-Forzi Armati mill-2021. Qabel kien Viċi Ministru għad-Difiża u l-Affarijiet Industrijali tal-Ministeru għad-Difiża, kap tal-Industriji tad-Difiża u l-Organizzazzjonijiet Ajruspazjali tal-Ministeru għad-Difiża, kif ukoll kmandant tal-Kamp ta’ Taħriġ tal-Persunal tal-Forzi Armati. Eks Kap tal-Organizzazzjoni tal-Industriji Ajruspazjali tal-Iran (AIO) u eks-direttur eżekuttiv tal-Organizzazzjoni tal-Industriji tad-Difiża (DIO) indikata min-NU. Membru tal-IRGC.

23.6.2008

6.

Mohammad Ali JAFARI

 

Eks Kmandant tal-IRGC. Attwalment kap tal-Kwartieri Kulturali u Soċjali ta’ Hazrat Baqiatollah al-Azam.

23.6.2008

7.

Brigadier Ġeneral tal-IRGC Mostafa Mohammad NAJJAR

 

Eks Ministru għall-Intern u eks Ministru tal-MODAFL, responsabbli għall-programmi militari kollha, inkluż il-programmi tal-missili ballistiċi. Minn Settembru 2013, Konsulent Għoli għall-Kap tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati dwar l-Industrija tal-Għarfien u t-Teknoloġija. Membru tal-IRGC.

23.6.2008

10.

Rostam QASEMI (magħruf ukoll bħala Rostam Qassemi; Rostam GHASEMI)

Twieled fl-1961

Mill-25 ta’ Awwissu 2021, Ministru għall-Iżvilupp Urban u tat-Toroq. Eks Kmandant ta’ Khatam al-Anbiya.

26.7.2010

12.

Brigadier Ġeneral tal-IRGC Ali SHAMSHIRI

 

Membru tal-IRGC. Konsulent tad-direttur tal-Istitut tar-Riċerka Xjentifika u Edukattiva dwar id-Difiża. Okkupa rwoli għolja fil-MODAFL.

23.6.2008

13.

Brigadier Ġeneral tal-IRGC Ahmad VAHIDI

 

Mill-25 ta’ Awwissu 2021, Ministru għall-Intern. Eks President tal-Università tad-Difiża Nazzjonali Suprema u eks Ministru tal-MODAFL.

23.6.2008

17.

Ali Ashraf NOURI

 

Kap tal-Kumpless Edukattiv u tar-Riċerka ta’ Basij għall-Arti tar-Rivoluzzjoni Iżlamika. Eks Viċi Kmandant tal-IRGC, Kap Politiku tal-Uffiċċju tal-IRGC.

23.1.2012

18.

Hojatoleslam Ali SAIDI (magħruf ukoll bħala Hojjat- al-Eslam Ali Saidi jew Saeedi)

 

Minn Marzu 2017, kap tal-uffiċċju ideoloġiku u politiku tal-Mexxej Suprem fir-rwol tiegħu bħala Kap Kmandant. Qabel kien rappreżentant tal-Mexxej Suprem tal-IRGC.

23.1.2012”

(4)

taħt l-intestatura “II. Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)”, l-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati korrispondenti fil-lista stabbilita taħt is-sottointestatura “B. Entitajiet”:

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“9.

Mehr Bank (magħruf ukoll bħala Mehr Finance and Credit Institute; Mehr Interest-Free Bank)

182, Shahid Tohidi St, 4th Golsetan, Pasdaran Ave, Tehran 1666943, Iran

Mehr Bank hu kkontrollat minn Bonyad Taavon Sepah u l-IRGC. Mehr Bank jipprovdi servizzi finanzjarji lill-IRGC. Skont intervista ma’ sors pubbliku ma’ dak li kien il-kap tal-Bonyad Taavon Sepah, Parviz Fatah, Bonyad Taavon Sepah ħoloq il-Mehr Bank sabiex iservi l-Basij (l-unità paramilitari tal-IRGC).

23.5.2011

12.

Etemad Amin Invest Co Mobin

(magħruf ukoll bħala: Etemad Amin Investment Company Mobin; Etemad-e Mobin; Etemad Amin Invest Company Mobin; Etemad Mobin Co.; Etemad Mobin Trust Co.; Etemade Mobin Company; Mobin Trust Consortium; Etemad-e Mobin Consortium)

Pasadaran Av. Tehran, Iran

Kumpannija li hija proprjetà ta’ jew ikkontrollata mill-IRGC li tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-interessi strateġiċi tar-reġim.

26.7.2010”


Top