Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D0948

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/948 tal-1 ta’ Marzu 2022 dwar l-approvazzjoni tal-iskema ta’ riżoluzzjoni għal Sberbank d.d. (notifikata bid-dokument C(2022)1403) (It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

    C/2022/1403

    ĠU L 164, 20.6.2022, p. 65–65 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/948/oj

    20.6.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 164/65


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/948

    tal-1 ta’ Marzu 2022

    dwar l-approvazzjoni tal-iskema ta’ riżoluzzjoni għal Sberbank d.d.

    (notifikata bid-dokument C(2022)1403)

    (It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(7) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fl-1 ta’ Marzu 2022 fil-17:26 il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) ittrażmetta skema ta’ riżoluzzjoni għal.Sberbank d.d stabbilit fil-Kroazja lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 18(7) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014.

    (2)

    Fl-iskema ta’ riżoluzzjoni, l-SRB jiddikjara li l-kundizzjonijiet kollha għar-riżoluzzjoni stipulati fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 huma rispettati minn Sberbank d.d. u jevalwa għaliex hemm bżonn azzjoni ta’ riżoluzzjoni fl-interess pubbliku.

    (3)

    L-iskema ta’ riżoluzzjoni, skont l-Artikolu 18(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, tqiegħed lil Sberbank d.d. taħt riżoluzzjoni u tiddetermina l-applikazzjoni tal-bejgħ ta’ għodda ta’ negozju lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni. L-iskema ta’ riżoluzzjoni tipprovdi wkoll ir-raġunijiet li minħabba fihom dawk l-elementi huma adegwati.

    (4)

    Il-Kummissjoni taqbel mal-iskema ta’ riżoluzzjoni. B’mod partikulari taqbel mar-raġunijiet mogħtiija mill-SRB li minħabba fihom hi neċessarja r-riżoluzzjoni fl-interess pubbliku skont l-Artikolu 18(5) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014.

    (5)

    Jenħtieġ li l-iskema ta’ riżoluzzjoni kif ippreżentata mill-SRB għaldaqstant tiġi approvata,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Ir-riżoluzzjoni tal-iskema ta’ riżoluzzjoni għal Sberbank d.d hija approvata.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.

    Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2022.

    Għall-Kummissjoni

    Mairead MCGUINNESS

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  Ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali – it-30 ta’ Lulju 2014 – L 225:pp1 sa 90: http://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/PDF/?uri=CELEX:32014R0806&from=EN


    Top