EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D0881

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/881 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna

ST/8639/2022/INIT

ĠU L 153, 3.6.2022, p. 77–87 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2022/881/oj

3.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 153/77


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/881

tat-3 ta’ Ġunju 2022

li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta' Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-15 ta' Ottubru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK.

(2)

Minħabba l-gravità tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-ksur kontinwu tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni kontinwa tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, jenħtieġ li 12-il individwu u tmien entitajiet jiġu inklużi fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK.

(3)

Id-Deċiżjoni 2012/642/PESK jenħtieġ li jiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK huwa b'dan emendat kif stipulat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

C. COLONNA


(1)  ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1.


ANNESS

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK huwa emendat kif ġej:

(1)

il-persuni fiżiċi li ġejjin jiżdiedu fit-tabella "A. Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikoli 3(1) u 4(1)":

 

Ismijiet

(Trażlitterazzjoni tal-ortografija Belarussa)

(Trażlitterazzjoni tal-ortografija Russa)

Ismijiet

(ortografija Belarussa)

(ortografija Russa)

Informazzjoni ta' Identifikazzjoni

Raġunijiet għall-elenkar

Data tal-elenkar

“184.

Ihar Vasilievich KARPENKA

Igor Vasilievich KARPENKO

Iгар Васiльевiч КАРПЕНКА

Игорь Васильевич КАРПЕНКО

Pożizzjoni(jiet): President tal-Kummissjoni Ċentrali tar-Repubblika tal-Belarussja dwar l-Elezzjonijiet u t-Twettiq ta' Referenda Repubblikani

Data tat-twelid: 28.4.1964

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala President tal-Kummissjoni Ċentrali tar-Repubblika tal-Belarussja dwar l-Elezzjonijiet u t-Twettiq ta' Referenda Repubblikani mit-13 ta' Diċembru 2021, Ilhar Karpenka huwa responsabbli għall-organizzazzjoni u t-twettiq tar-referendum kostituzzjonali tas-27 ta' Frar 2022, li ma jissodisfax l-istandards internazzjonali tal-istat ta' dritt, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem u ma jissodisfax il-kriterji stabbiliti mill-Kummissjoni ta' Venezja. B'mod partikolari, il-proċess ta' abbozzar ma kienx trasparenti u ma nvolviex lis-soċjetà ċivili jew lill-oppożizzjoni demokratika fl-eżilju.

Għaldaqstant huwa responsabbli li dgħajjef serjament id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Belarussja.

3.6.2022

185.

Dzmitry Aliaksevich ALEKSIN

Dmitry Alexeevich OLEKSIN

Дзмiтрый Аляксеевiч АЛЕКСIН

Дмитрий Алексеевич ОЛЕКСИН

Pożizzjoni(jiet): Iben Aliaksei Aleksin, azzjonist ta' Belneftgaz, Energo-Oil u Grantlo (li qabel kienet Energo-Oil-Invest)

Data tat-twelid: 25.4.1987

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Dzmitry Aleksin huwa iben Aliaksei Aleksin, negozjant prominenti Belarussu. Fl-2021 sar koproprjetarju ta' kumpanniji proprjetà ta' missieru jew assoċjati ma' missieru, fosthom Energo-Oil, Bleneftgaz u Grantlo (li qabel kienet Energo-Oil-Invest). Dawk il-kumpanniji ngħataw trattament preferenzjali abbażi ta' digrieti presidenzjali ffirmati minn Aliaksandr Lukashenka: Inter Tobacco ingħatat privileġġi esklussivi biex timporta prodotti tat-tabakk fil-Belarussja, filwaqt li Belneftgaz inħatret operatur nazzjonali ta' monitoraġġ tat-tranżitu.

Għaldaqstant huwa qed jibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka.

3.6.2022

186.

Vital Aliakseevich ALEKSIN

Vitaliy Alexeevich OLEKSIN

Вiталь Аляксеевiч АЛЯКСIН

Виталий Алексеевич ОЛЕКСИН

Pożizzjoni(jiet): Iben Aliaksei Aleksin, azzjonist ta' Belneftgaz, Energo-Oil u Grantlo (li qabel kienet Energo-Oil-Invest)

Data tat-twelid: 29.8.1997

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Vital Aleksin huwa iben Aliaksei Aleksin, negozjant prominenti Belarussu. Fl-2021 sar koproprjetarju ta' kumpanniji proprjetà ta' missieru, jew assoċjati ma' missieru, fosthom Energo-Oil, Bleneftgaz, u Grantlo (li qabel kienet Energo-Oil-Invest). Dawk il-kumpanniji ngħataw trattament preferenzjali abbażi ta' digrieti presidenzjali ffirmati minn Aliaksandr Lukashenka: Inter Tobacco ingħatat privileġġi esklussivi biex timporta prodotti tat-tabakk fil-Belarussja, filwaqt li Belneftgaz inħatret l-operatur nazzjonali ta' monitoraġġ tat-tranżitu.

Għaldaqstant huwa qed jibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka.

3.6.2022

187.

Bogoljub KARIĆ

Богољуб КАРИЋ

Боголюб КАРИЧ

Pożizzjoni(jiet): Negozjant u politiku Serb, assoċjat mal-kumpannija Dana Holdings

Data tat-twelid: 17.1.1954

Post tat-twelid: Peja/Pec, il-Kosovo)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Serb

Numru tal-passaport: 012830978 (validu sa 27.12.2026)

Bogoljub Karić huwa negozjant u politiku Serb. Flimkien mal-membri tal-familja tiegħu, żviluppa network ta' kumpanniji tal-proprjetà immobbli fil-Belarussja u kkultiva network ta' kuntatti mal-familja ta' Aliaksandr Lukashenka. B'mod partikolari, huwa kien assoċjat mill-qrib ma' Dana Holdings u s-sussidjarja preċedenti tagħha Dana Astra, u huwa allegatament irrappreżenta lil dawk l-entitajiet waqt laqgħat ma' Lukashenka. Il-proġett Minsk World, li ġie żviluppat minn kumpannija assoċjata ma' Karić, ġie deskritt minn Lukashenka bħala "eżempju ta' kooperazzjoni tad-dinja Slavonika". Bis-saħħa ta' dawk ir-relazzjonijiet mill-qrib ma' Lukashenka u ma' dawk ta' madwaru, il-kumpanniji assoċjati ma’ Karić irċevew trattament preferenzjali mir-reġim ta' Lukashenka, inkluż ħelsien mit-taxxa u biċċiet ta' art għall-iżvilupp ta’ proprjetà immobbli.

Għaldaqstant huwa qed jibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka u qed jappoġġah.

3.6.2022

188.

Andrii SICH

Andrey SYCH

Андрiй СИЧ

Андрей СЫЧ

Pożizzjoni(jiet): Kopreżentatur tal-programm "Platform" fuq l-istazzjon televiżiv tal-istat "Belarus 1"

Membru tal-organizzazzjoni "Rusj molodaja"

Data tat-twelid: 20.9.1990

Post tat-twelid: Belarussja

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Andrii Sich huwa kopreżentatur tal-programm "Platform" fuq l-istazzjoni televiżiv tal-istat "Belarus 1". F'dik il-pożizzjoni huwa appoġġa n-narrattiva tar-reġim li timmira li tiskredita l-media indipendenti, iddgħajjef id-demokrazija u tiġġustifika r-repressjoni. Huwa appoġġa n-narrattiva tar-reġim ta' Lukashenka dwar l-intenzjonijiet tal-istati tal-Punent li jorganizzaw kolp ta' stat fil-Belarussja u, appella għal kastigi ħorox għal dawk allegatament involuti, appoġġa kampanji ta' diżinformazzjoni dwar it-trattament ħażin tal-migranti li jaslu fl-Unjoni mill-Belarussja u ppromwova l-impressjoni li l-media indipendenti kienet aġent tal-influwenza barranija li l-attivitajiet tagħha għandhom jitrażżnu.

Huwa għalhekk qed jappoġġa r-reġim ta' Lukashenka.

3.6.2022

189.

Dzianis Aliaksandravich MIKUSHEU

Denis Alexandrovich MIKUSHEV

Дзянiс Аляксандравiч МIКУШЭЎ

Денис Александрович МИКУШЕВ

Pożizzjoni(jiet): Kap tad-Dipartiment għas-Superviżjoni tal-Konformità mal-Liġi tad-Deċiżjonijiet tal-Qorti f'Kawżi Kriminali tal-Uffiċċju tal-Prosekutur fir-Reġjun/Oblast ta' Gomel; konsulent legali anzjan

Data tat-twelid: 21.3.1980

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Dzianis Mikusheu huwa l-Kap tad-Dipartiment għas-Superviżjoni tal-Konformità mal-Liġi tad-Deċiżjonijiet tal-Qorti f'Kawżi Kriminali tal-Uffiċċju tal-Prosekutur fir-Reġjun/Oblast ta' Gomel u konsulent legali anzjan. F'dik il-pożizzjoni, huwa responsabbli għall-bidu tal-prosekuzzjonijiet ta' Siarhei Tsikhanouski, Artsiom Sakau, Dzmitry Papou, lhar Losik, Uladzimir Tsyhanovich u Mikalai Statkevich. Huwa kkontribwixxa għad-detenzjoni arbitrarja ta' Siarhei Tsikhanouski, kif ippreżentat fir-rapport mill-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar id-Detenzjoni Arbitrarja.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għal dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

3.6.2022

190.

Mikalai Ivanavich DOLIA

Nikolai Ivanovich DOLYA

Мiĸалай Iванавiч ДОЛЯ

Ниĸолай Иванович ДОЛЯ

Pożizzjoni(jiet): Imħallef fil-Qorti Reġjonali ta' Gomel

Data tat-twelid: 3.7.1979

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

ID personali: 3070379H041PBI

Mikalai Dolia huwa mħallef fil-Qorti Reġjonali ta' Gomel. F'dik il-pożizzjoni huwa responsabbli tas-sentenzi ta' pieni ta' priġunerija sproporzjonalment twal lil Siarhei Tsikhanouski, Artsiom Sakau, Dzmitry Papou , lhar Losik, Uladzimir Tsyhanovich u Mikalai Statkevich. Huwa kkontribwixxa għad-detenzjoni arbitrarja ta' Siarhei Tsikhanouski, kif ippreżentat fir-rapport mill-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar id-Detenzjoni Arbitrarja.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għal dgħajfien tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

3.6.2022

191.

Andrei Yauhenavich PARSHYN

Andrei Yevgenevich PARSHIN

Андрэй Яўгенавiч ПАРШЫН

Андрей Евгеньевич ПАРШИН

Pożizzjoni(jiet): Kap tad-Dipartiment Ewlieni għall-Ġlieda kontra l-Kriminalità Organizzata u l-Korruzzjoni fil-Belorussja (GUBOPiK)

Data tat-twelid: 19.2.1974

Indirizz: 4A Skryganova St., Apt. 211, Minsk, Belarus

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Andrei Parshyn huwa l-Kap tad-Dipartiment Ewlieni għall-Ġlieda Kontra l-Kriminalità Organizzata u l-Korruzzjoni (GUBOPiK) fil-Ministeru għall-Intern mill-2021 'l hawn. GUBOPiK huwa wieħed mill-korpi ewlenin responsabbli għall-persekuzzjoni politika fil-Belarussja, inkluż l-arresti arbitrarji u illegali u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' attivisti u membri tas-soċjetà ċivili.

Fuq il-profil tiegħu fuq Telegram, GUBOPiK ippubblika filmati ta' konfessjonijiet furzati minn attivisti Belarussi u ċittadini ordinarji, filwaqt li esponihom għall-pubbliku ġenerali Belarussu u użahom bħala għodda għal pressjoni politika. GUBOPiK żamm bħala detenut ukoll lil Mark Bernstein, wieħed mill-edituri ewlenin ta' Wikipedia bil-lingwa Russa, talli ppubblika informazzjoni dwar l-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, meqjusa bħala "aħbar falza" kontra r-Russja.

Għalhekk Andrei Parshyn huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Belarussja.

3.6.2022

192.

Ihar Piatrovich TUR

Igor Petrovich TUR

Iгар Пятровiч ТУР

Игорь петрович ТУР

Pożizzjoni(jiet): Impjegat tal-istazzjon televiżiv statali “ONT”, awtur u preżentatur prinċipali ta' diversi programmi ("Propaganda", "To be completed")

Data tat-twelid: 26.3.1989

Post tat-twelid: Grodno/Hrodna, Belarussja

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Ihar Tur huwa impjegat tal-istazzjon televiżiv statali “ONT” u wieħed mill-propagandisti ewlenin tar-reġim ta' Lukashenka. Huwa l-preżentatur tal-programm "Propaganda", li fih jappella għall-vjolenza, jiskredita lill-attivisti tal-oppożizzjoni u jippromwovi filmati b'konfessjonijiet furzati minn priġunieri politiċi. Huwa l-awtur ta' għadd ta' rapporti foloz dwar protesti mill-oppożizzjoni Belarussa, u ta’ diżinformazzjoni rigward avvenimenti fl-Unjoni u dwar attakki fuq is-soċjetà ċivili. Huwa responsabbli wkoll mit-tixrid tad-diżinformazzjoni u messaġġi online li jinċitaw il-vjolenza. Ingħata midalja minn Aliaksandr Lukashenka għall-ħidma tiegħu fil-media.

Għaldaqstant qed jibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka u qed jappoġġah.

3.6.2022

193.

Lyudmila Leanidauna HLADKAYA

Lyudmila Leonidovna GLADKAYA

Людмiла Леанiдаўна ГЛАДКАЯ

Людмила Леонидовна ГЛАДКАЯ

Pożizzjoni(jiet): Korrispondent speċjali tal-gazzetta “SB Belarus Segodnya”, preżentatriċi fuq l-istazzjon televiżiv statali “Belarus 1”

Data tat-twelid: 30.6.1983

Indirizz: 8A VodolazhskySt., apt. 45, Minsk, Belarus

Sess: mara

Nazzjonalità: Belarussa

Lyudmila Hladkaya hija waħda mill-aktar propagandisti prominenti tar-reġim ta' Lukashenka. Hija impjegata tal-gazzetta "SB Belarus Segodnya" u assoċjata ma' media oħra favur ir-reġim, inkluż l-istazzjon televiżiv statali “Belarus 1”. Hija spiss tuża diskors ta' mibegħda u lingwaġġ derogatorju waqt li tkun qed titkellem dwar l-oppożizzjoni demokratika. Hija wettqet ukoll bosta "intervisti" ma' ċittadini Belarussi detenuti inġustament, spiss studenti, li juruhom f'sitwazzjonijiet umiljanti u li jirridikolawhom. Hija ppromwoviet ir-repressjoni tal-apparat tas-sigurtà Belarussu u ħadet sehem f'kampanji ta' diżinformazzjoni u ta’ manipulazzjoni tal-informazzjoni. Hija qed tesprimi pubblikament appoġġ għal Aliaksandr Lukashenka u tesprimi kburija fil-qadi tar-reġim tiegħu. Hija ġiet imfaħħra pubblikament u ppremjata minn Lukashenka għal xogħolha.

Għaldaqstant hija qed tibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka u qed tappoġġah.

3.6.2022

194.

Ryhor Yur'yevich AZARONAK

Grigoriy Yurevich AZARYONOK

Рыгор Юр'евiч АЗАРОНАК

Григорий Юрьевич АЗАРЁНОК

Pożizzjoni(jiet): Impjegat tal-istazzjon televiżiv statali “CTV”, awtur u preżentatur ta' diversi programmi ("Secret Springs of Politics", "Order of Judas", "Panopticon")

Grad: Logutenent kurunell (riżerva)

Data tat-twelid: 18.10.1995

Post tat-twelid: Minsk, Belarussja

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Ryhor Azaronak huwa wieħed mill-propagandisti ewlenin tar-reġim ta' Lukashenka. Huwa artikolista politiku, awtur u l-preżentatur ta' programmi ta' propaganda ta' kull ġimgħa fuq l-istazzjon televiżiv statali “CTV”. Fix-xandiriet tiegħu huwa approva l-vjolenza kontra dawk li ma jaqblux mar-reġim ta' Lukashenka, u sistematikament uża lingwaġġ derogatorju dwar attivisti, ġurnalisti u avversarji oħra tar-reġim ta' Lukashenka. Huwa rċieva premju bil-midalja "Għall-Kuraġġ" mingħand Aliaksandr Lukashenka.

Għaldaqstant huwa qed jibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka u qed jappoġġah.

3.6.2022

195.

Ivan Ivanavich GALAVATYI

Ivan Ivanovich GOLOVATY

Iван Iванавiч ГАЛАВАТЫ

Иван Иванович ГОЛОВАТЫЙ

Pożizzjoni(jiet): Direttur Ġenerali tal-Open Joint Stock Company "Belaruskali"

Membru tal-Kumitat Permanenti tal-Kunsill tar-Repubblika tal-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika tal-Belarussja għall-Affarijiet Barranin u s-Sigurtà Nazzjonali

Data tat-twelid: 15.6.1976

Post tat-twelid: Pogost Settlement, Soligorsk District, Minsk Province, il-Belarussja

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Ivan Galavatyi huwa d-Direttur Ġenerali tal-intrapriża statali Belaruskali, li hija sors ewlieni ta' dħul u munita barranija għar-reġim ta' Lukashenka. Huwa membru tal-Kunsill tar-Repubblika tal-Assemblea Nazzjonali u għandu diversi pożizzjonijiet għolja oħra fil-Belarussja. Huwa rċieva diversi premjijiet statali, inkluż direttament mingħand Aliaksandr Lukashenka, matul il-karriera tiegħu. Huwa kien assoċjat mill-qrib ma' Lukashenka u membri tal-familja tiegħu. Għaldaqstant huwa qed jibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka u qed jappoġġah.

L-impjegati tal-Belaruskali li ħadu sehem fi strajks u protesti paċifiċi wara l-elezzjonijiet presidenzjali frodulenti ta' Awwissu 2020 fil-Belarussja, ġew imċaħħda minn primjums u sfaw imkeċċa. Lukashenka nnifsu personalment hedded li jissostitwixxi lil dawk li strajkjaw b'minaturi mill-Ukrajna. Għaldaqstant, Ivan Galavatyi huwa responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili.

3.6.2022"

(2)

il-persuni ġuridiċi li ġejjin jiżdiedu mat-tabella "B. Persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 4(1)":

 

Ismijiet

Trażlitterazzjoni tal-ortografija Belarussa

Trażlitterazzjoni tal-ortografija Russa

Ismijiet

(ortografija Belarussa)

(ortografija Russa)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet għall-elenkar

Data tal-elenkar

"28.

Open Joint-Stock Company “Belaruskali”

Адкрытае акцыянернае таварыства "Беларуськалiй"

Открытое акционерное общество "Беларуськалий"

Indirizz: 5 Korzha St 5, Soligorsk, 223710 Minsk Region, /Oblast, Belarus,

Data tar-reġistrazzjoni: 23.12.1996

Numru tar-reġistrazzjoni: 600122610

OJSC Belaruskali hija intrapriża statali u waħda mill-akbar produtturi tal-potassa fid-dinja li tipprovdi 20 % tal-esportazzjonijiet globali tal-potassa. Bħala tali, hija sors ewlieni ta' dħul u munita barranija għar-reġim ta' Lukashenka. Aliaksandr Lukashenka ddeskriviha bħala "teżor nazzjonali, turija ta' kburija, wieħed mill-pilastri tal-esportazzjonijiet Belarussi". Għaldaqstant Belaruskali tibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka u tappoġġah.

Impjegati ta' Belaruskali li ħadu sehem fi strajks u protesti paċifiċi wara l-elezzjonijiet frodulenti ta' Awwissu 2020 fil-Belarussja ġew intimidati u tkeċċew mill-maniġment tal-kumpannija. Lukashenka nnifsu t hedded personalment li jissostitwixxi lil dawk li strajkaw b'minaturi mill-Ukrajna. Għaldaqstant Belaruskali hija responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Belarussja u tappoġġa lir-reġim ta' Lukashenka.

3.6.2022

29.

Joint Stock Company “Belarusian Potash Company”

ААТ "Беларуская “калiйная кампанiя"

ОАО “Белорусская калийная компания”

Indirizz: 35 Masherova Ave. 220002 Minsk, Belarus

Data tar-reġistrazzjoni: 13.9.2013

Numru tar-reġistrazzjoni: 192050251

Tel. +375 (17)-309-30-10; +375 (17)-309-30-30

Indirizz elettroniku: info@belpc.by

JSC Belarusian Potash Company hija l-fergħa esportatriċi tal-produttur tal-potassa statali tal-Belarussja Belaruskali. Belaruskali hija waħda mill-akbar sorsi ta' dħul għar-reġim ta' Lukashenka. Il-provvisti mill-Belarusian Potash Company jammontaw għal 20 % tal-esportazzjonijiet globali tal-potassa.

L-istat jiggarantixxi d-drittijiet ta' monopolju tal- Belarusian Potash Company biex tesporta fertilizzanti tal-potassju. Bis-saħħa tat-trattament preferenzjali mill-awtoritajiet Belarussi, il-kumpannija taqla' dħul sostanzjali. Għaldaqstant, il-Belarusian Potash Company tibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka u tappoġġah.

3.6.2022

30.

"Inter Tobacco" LLC

Таварыства з абмежаванай адказнасцю "Iнтэр Табак"

Общество с ограниченной ответственностью "Интер Тобако"

Indirizz: (, 131 Novodvorskiy village, Novodvorskiy village council, Minsk District, 223016 Minsk Region/Oblast, Belarus (Minsk Free Economic Zone

Data tar-reġistrazzjoni: 10.10.2002

Numru tar-reġistrazzjoni: 808000714

Inter Tobacco LLC hija parti mill-Industrija tal-Manifattura tat-tabakk fil-Belarussja. Hija għandha sehem sinifikanti mis-suq tas-sigaretti domestiċi profittabbli fil-Belarussja. Il-kumpannija ngħatat privileġġi esklussivi biex timporta prodotti tat-tabakk fil-Belarussja, abbażi ta' digriet iffirmat minn Aliaksandr Lukashenka. Barra minn hekk, Lukashenka ħareġ digriet Presidenzjali biex ifassal mill-ġdid il-konfini tal-kapitali tal-Belarussja, Minsk, biex ineħħi l-art għall-fabbrika ta' Inter Tobacco, probabbilment għal raġunijiet relatati mal-evażjoni tat-taxxa. Inter Tobacco tappartjeni għal Alexei Oleksin u membri tal-familja qrib tiegħu (hija proprjetà tal-kumpannija Energo-Oil ta' Oleksin).

Għaldaqstant, Inter Tobacco qed tibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka.

3.6.2022

31.

Open Joint-Stock Company "Naftan"

Адкрытае акцыянернае таварыства "НАФТАН"

Открытое акционерное общество "НАФТАН"

Indirizz: Novopolotsk 1, 211440 Vitebsk Region/Oblast, Belarus,

Data tar-reġistrazzjoni: 1992

Numru tar-reġistrazzjoni: 300042199

Bħala intrapriża statali, OJSC Naftan hija sors ewlieni ta' dħul u munita barranija għar-reġim ta' Lukashenka. Għaldaqstant, Naftan tibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka u qed tappoġġah.

Impjegati ta' Naftan li ħadu sehem fi strajks u protesti paċifiċi wara l-elezzjonijiet presidenzjali frodulenti ta' Awwissu 2020 fil-Belarussja, ġew intimidati u tkeċċew mill-maniġment tal-kumpannija. Għaldaqstant Naftan hija responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Belarussja u tappoġġa lir-reġim ta' Lukashenka.

3.6.2022

32.

Open Joint-Stock Company "Grodno Tobacco Factory Neman"

Адкрытае акцыянернае таварыства "Гродзенская тытунёвая фабрыка""Нёман"

Oткрытое акционерное общество "Гродненская табачная фабрика Неман"

Indirizz: 18 Ordzhonikidze St, 230771 Grodno/ Hrodna, Belarus,

Data tar-reġistrazzjoni: 30.12.1996

Numru tar-reġistrazzjoni: 500047627

OJSC "Grodno Tobacco Factory Neman" hija intrapriża statali tal-Belarussja u waħda mis-sorsi ewlenin ta' dħul għar-reġim ta' Lukashenka. Il-kumpannija għandha 70-80 % tas-sehem mis-suq tat-tabakk fil-Belarussja. "Grodno Tobacco Factory Neman" għalhekk tibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka u tappoġġah.

Immanifatturati fil-Belarussja, il-marki Grodno Tobacco Factory "Neman" huma fost l-aktar sigaretti komuni li jiddaħħlu b'kuntrabandu fl-Unjoni bħala parti mill-kummerċ tat-tabakk bil-kuntrabandu li jħalli qligħ. Vaguni tal-ferrovija li jappartjenu għal kumpanniji statali tal-Belarussja "Belaruskali" u "Grodno Azot" jintużaw fl-iskema tal-kuntrabandu. "Grodno Tobacco Factory Neman" għalhekk tikkontribwixxi għall-faċilitazzjoni tat-trasferiment illegali ta' oġġetti ristretti fit-territorju tal-Unjoni.

3.6.2022

33.

Beltamozhservice

Рэспублiканскае унiтарнае прадпрыемства "БЕЛМЫТСЭРВIС"

Республиканское унитарное предприятие "БЕЛТАМОЖСЕРВИС"

Indirizz: 17th km. Minsk-Dzerzhinsk, administrative building, office 75, Shchomyslitsky 223049 Minsk Region/Oblast, Belarus

Data tar-reġistrazzjoni: 9.6.1999

Numru tar-reġistrazzjoni: 101561144

Beltamozhservice hija kumpannija statali u waħda mill-akbar kumpanniji tal-loġistika fil-Belarussja. Hija assoċjata mill-qrib mal-awtoritajiet Belarussi u hija involuta fil-kuntrabandu u l-esportazzjoni mill-ġdid ta' oġġetti mill-Belarussja lejn ir-Russja. Il-kumpannija tibbenefika minn rabtiet mal-awtoritajiet Belarussi u tipprovdi dħul sinifikanti lir-reġim ta' Lukashenka. Beltamozhservice għaldaqstant qed tibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka u qed tappoġġah.

3.6.2022

34.

Open Joint Stock Company "Managing Company of Holding""Belkommunmash"

Адкрытае акцыянернае таварыства "Кiруючая кампанiя холдынгу""Белкамунмаш"

Открытое акционерное общество "Управляющая компания холдинга""Белкоммунмаш"

Indirizz: 64B-2 Perekhodnaya St., 220070 Minsk, Belarus

Data tar-reġistrazzjoni: 13.08.1991

Numru tar-reġistrazzjoni: 100205408

Belkommunmash hija manifattur Belarussu ta' vetturi tat-trasport pubbliku. Aliaksandr Lukashenka qed jippromwovi minn-negozju ta’ Belkommunmash, filwaqt li jiggarantixxi l-konformità tal-kumpannija mal-obbligi kuntrattwali tagħha lejn is-sħab tagħha u qed juża l-influwenza tiegħu biex jappoġġa l-attività kummerċjali tagħha. Għalhekk Belkommunmash qed tibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka.

Belkommunmash keċċiet lill-ħaddiema b'ritaljazzjoni għall-protesta tagħhom kontra r-riżultati ffalsifikati tal-elezzjoni presidenzjali fl-2020, u għalhekk hija responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tappoġġa lir-reġim ta' Lukashenka.

3.6.2022

35.

Belteleradio Company / National State Television and Radio Company of the Republic of Belarus

Нацыянальная дзяржаўная тэлерадыёкампанiя Рэспублiкi Беларусь / Белтэлерадыёкампанiя

Национальная государственная телерадиокомпания Республики Беларусь / Белтелерадиокомпания

Indirizz: 9. Makayonka St, Minsk, Belarus

Data tar-reġistrazzjoni: 14.9.1994

Numru tar-reġistrazzjoni: 100717729

Sit web: tvr.by

Belteleradio Company hija l-kumpannija statali tax-xandir televiżiv u tar-radju u tikkontrolla seba' stazzjonijiet tat-televiżjoni u ħames stazzjonijiet tar-radju fil-Belarussja. Wara l-elezzjonijiet presidenzjali frodulenti f'Awwissu 2020, Belteleradio Company keċċiet lill-ħaddiema tal-mezzi tax-xandir li tikkontrolla li pprotestaw u ssostitwiethom b'impjegati tal-media Russi. Għaldaqstant hija responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili

L-istazzjonijiet televiżivi u tar-radju ssorveljati minn Belteleradio Company qed ixerrdu b'mod attiv il-propaganda u b'hekk qed jappoġġaw lir-reġim ta' Lukashenka.

3.6.2022".


Top