Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D0855

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/855 tal-24 ta’ Mejju 2022 li taħtar tliet membri u erba’ membri supplenti, proposti mir-Repubblika tal-Kroazja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

    ST/8504/2022/INIT

    ĠU L 150, 1.6.2022, p. 86–87 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/855/oj

    1.6.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 150/86


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/855

    tal-24 ta’ Mejju 2022

    li taħtar tliet membri u erba’ membri supplenti, proposti mir-Repubblika tal-Kroazja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

    Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Kroat,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

    (2)

    Fl-20 ta’ Jannar 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/102 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025.

    (3)

    Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali saru vakanti s-siġġijiet ta’ tliet membri fil-Kumitat tar-Reġjuni u abbażi ta’ dan ġew proposti għall-ħatra s-Sur Vojko OBERSNEL, is-Sur Goran PAUK u s-Sa Jelena PAVIČIĆ VUKIČEVIĆ.

    (4)

    Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali saru vakanti s-siġġijiet ta’ tliet membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni u abbażi ta’ dan ġew proposti għall-ħatra s-Sur Martin BARIČEVIĆ, is-Sa Antonija JOZIĆ u s-Sur Matija POSAVEC. Barra minn hekk, konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Igor ANDROVIĆ, sar vakanti s-siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

    (5)

    Il-Gvern Kroat ippropona lir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali jew lokali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali bħala membri fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025: Is-Sur Igor ANDROVIĆ, župan, Virovitičko-podravska županija (prefett, Kontea ta’ Virovitica-Podravina), is-Sur Joško KLISOVIĆ, predsjednik skupštine, Grad Zagreb (President tal-Assemblea, belt ta’ Zagreb), u s-Sur Marko VEŠLIGAJ, gradonačelnik, Grad Pregrada (sindku, belt ta’ Pregrada).

    (6)

    Il-Gvern Kroat ippropona lir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali jew lokali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali bħala membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025: Is-Sa Martina FURDEK HAJDIN, županica, Karlovačka županija (prefett, Kontea ta’ Karlovac), is-Sur Ivica KOVAČEVIĆ, načelnik, Općina Jakšić (sindku, Muniċipalità ta’ Jakšić), is-Sa Ana KUČIĆ, gradonačelnica, Grad Mali Lošinj (sindku, Belt ta’ Mali Lošinj), u s-Sa Marina MEDARIĆ, zamjenica župana, Primorsko-goranska županija (viċi prefett, Kontea ta’ Primorje-Gorski Kotar),

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali jew lokali li għandhom mandat elettorali huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025:

    (a)

    bħala membri:

    Is-Sur Igor ANDROVIĆ, župan, Virovitičko-podravska županija (prefett, Kontea ta’ Virovitica-Podravina),

    Is-Sur Joško KLISOVIĆ, predsjednik skupštine, Grad Zagreb (President tal-Assemblea, belt ta’ Zagreb),

    Is-Sur Marko VEŠLIGAJ, gradonačelnik, Grad Pregrada (sindku, belt ta’ Pregrada),

    kif ukoll

    (b)

    bħala membri supplenti:

    Is-Sa Martina FURDEK HAJDIN, županica, Karlovačka županija (prefett, Kontea ta’ Karlovac),

    Is-Sur Ivica KOVAČEVIĆ, načelnik, Općina Jakšić (sindku, Muniċipalità ta’ Jakšić),

    Is-Sa Ana KUČIĆ, gradonačelnica, Grad Mali Lošinj (sindku, Belt ta’ Mali Lošinj),

    Is-Sa Marina MEDARIĆ, zamjenica župana, Primorsko-goranska županij (viċi prefett, Kontea ta’ Primorje-Gorski Kotar).

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Mejju 2022.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. FESNEAU


    (1)  ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.

    (2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/102 tal-20 ta’ Jannar 2020 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 20, 24.1.2020, p. 2).


    Top