EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D0846

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2022/846 tat-18 ta’ Mejju 2022 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (EUBAM Libya/1/2022)

ST/8368/2022/INIT

ĠU L 148, 31.5.2022, p. 38–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2023

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/846/oj

31.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/38


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2022/846

tat-18 ta’ Mejju 2022

li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (EUBAM Libya/1/2022)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/233/PESK tat-22 ta’ Mejju 2013 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2013/233/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-eżerċitar tal-kontroll politiku u tad-direzzjoni strateġika tal-EUBAM Libya, inkluż id-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni.

(2)

Fl-14 ta’ Jannar 2021, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/59 (2), li taħtar lis-Sa Natalina CEA bħala Kap tal-Missjoni ta’ EUBAM Libya mill-1 ta’ Frar 2021 sat-30 ta’ Ġunju 2021.

(3)

Fit-18 ta’ Ġunju 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1009 (3), li testendi l-mandat ta’ EUBAM Libya sat-30 ta’ Ġunju 2023.

(4)

Fit-22 ta’ Ġunju 2021, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1048 (4), li testendi l-mandat tas-Sa Natalina CEA bħala l-Kap tal-Missjoni EUBAM Libya sat-30 ta’ Ġunju 2022.

(5)

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona li l-mandat tas-Sa Natalina CEA bħala l-Kap tal-Missjoni ta’ EUBAM Libya jiġi estiż mill-1 ta’ Lulju 2022 sat-30 ta’ Ġunju 2023,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sa Natalina CEA bħala Kap tal-Missjoni ta’ EUBAM Libya huwa b’dan estiż mill-1 ta’ Lulju 2022 sat-30 ta’ Ġunju 2023.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2022.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

D. PRONK


(1)  ĠU L 138, 24.5.2013, p. 15.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2021/59 tal-14 ta’ Jannar 2021 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (EUBAM Libya/1/2021) (ĠU L 26, 26.1.2021, p. 3).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1009 tat-18 ta’ Ġunju 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2013/233/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (ĠU L 222, 22.6.2021, p. 18).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2021/1048 tat-22 ta’ Ġunju 2021 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (EUBAM Libya/2/2021) (ĠU L 228, 28.6.2021, p. 1).


Top