Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D0832

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/832 tal-24 ta’ Mejju 2022 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi

    ST/7843/2022/INIT

    ĠU L 147, 30.5.2022, p. 42–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/832/oj

    30.5.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 147/42


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/832

    tal-24 ta’ Mejju 2022

    li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1922/2006 jipprevedi li l-Kunsill jaħtar 18-il membru, kif ukoll membri supplenti, għall-Bord ta’ Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għal perijodu ta’ tliet snin. Għal kull mandat, il-membri u l-membri supplenti maħtura mill-Kunsill jridu jirrappreżentaw tmintax-il Stat Membru fl-ordni tal-Presidenzi b’rotazzjoni, membru wieħed u membri supplenti wieħed maħtura minn kull Stat Membru kkonċernat.

    (2)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1922/2006 jipprevedi wkoll li il-membri u l-membri supplenti tal-Bord ta’ Tmexxija jinħatru b’tali mod li jiġu żgurati l-ogħla standards ta’ kompetenza u firxa wiesgħa ta’ kompetenzi rilevanti u transdixxiplinari fil-qasam tal-ugwaljanza bejn is-sessi, u li jenħtieġ li l-mira tkun rappreżentanza bbilanċjata bejn l-irġiel u n-nisa fuq il-Bord tat-Tmexxija.

    (3)

    Il-Gvernijiet tal- Ungerija, il-Polonja, id-Danimarka, Ċipru, l-Irlanda, il-Litwanja, il-Greċja, l-Italja, il-Latvja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, is-Slovakkja, Malta, l-Estonja, il-Bulgarija, l-Awstrija, ir-Rumanija u l-Finlandja ippreżentaw nomini lill-Kunsill għall-membri u l-membri supplenti li jridu jinħatru fil-Bord ta’ Tmexxija għall-perjodu mill-1 ta’ Ġunju 2022 sal-31 ta’ Mejju 2025,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-persuni li ġejjin huma b’dan maħtura għall-Bord ta’ Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi bħala membri u membri supplenti għall-perjodu mill-1 ta’ Ġunju 2022 sal-31 ta’ Mejju 2025 biex jirrappreżentaw l-Istati Membri kkonċernati:

    RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN

    Pajjiż

    Membru

    Membru Supplenti

    Ungerija

    Is-Sa Brigitta GYEBNÁR

    Is-Sa Rita NAGYLAKI

    Polonja

    Is-Sur Paweł KOSMULSKI

    Is-Sa Karolina MICHALCZYK

    Danimarka

    Is-Sa Kira UITTERDIJK APPEL

    Is-Sur Jeppe HOLM NIELSEN

    Ċipru

    Is-Sur Stavros CHRISTOFI

    Is-Sur Alexandros ALEXANDROU

    Irlanda

    Is-Sa Jane Ann DUFFY

    Is-Sa Deirdre NÍ NÉILL

    Litwanja

    Is-Sa Jolanta SAKALAUSKIENĖ

    Is-Sa Greta TUMĖNIENĖ

    Greċja

    Is-Sa Eleni NTALAKA

    Is-Sa Sophia NIKOLAOU

    Italja

    Is-Sa Laura MENICUCCI

    Is-Sur Stefano PIZZICANNELLA

    Latvja

    Is-Sa Ieva JUHŅĒVIČA

    Is-Sa Agnese GAILE

    Lussemburgu

    Is-Sa Maryse FISCH

    Is-Sa Valérie DEBOUCHÉ

    Netherlands

    Is-Sa Esther VAN DIJK

    Is-Sur Michael NINABER VAN EIJBEN

    Slovakkja

    Is-Sa Zuzana BRIXOVÁ

    Is-Sur Ján TOMAŠTÍK

    Malta

    Is-Sa Annalise DESIRA

    Is-Sa Sasha Na Jeong FARRUGIA

    Estonja

    Is-Sa Lee MARIPUU

    Is-Sa Eva Liina KLIIMAN

    Bulgarija

    Is-Sa Irina IVANOVA

    Is-Sa Mila NIKOLOVA

    Awstrija

    Is-Sa Jacqueline NIAVARANI

    Is-Sa Katja GERSTMANN

    Rumanija

    Is-Sur Dan MOLDOVAN

    Is-Sa Maria ULICAN

    Finlandja

    Is-Sa Tanja AUVINEN

    Is-Sa Eeva RAEVAARA

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brusell, l-24 ta’ Mejju 2022.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. FESNEAU


    (1)  ĠU L 403, 30.12.2006, p. 9.


    Top