This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022D0816
Council Decision (EU) 2022/816 of 23 May 2022 appointing an alternate member, proposed by the Italian Republic, of the Committee of the Regions
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/816 tat-23 ta’ Mejju 2022 li taħtar membru supplenti, propost mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/816 tat-23 ta’ Mejju 2022 li taħtar membru supplenti, propost mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni
ST/8480/2022/INIT
ĠU L 146, 25.5.2022, p. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
25.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 146/11 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/816
tat-23 ta’ Mejju 2022
li taħtar membru supplenti, propost mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),
Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Taljan,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta. |
(2) |
Fl-10 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025. |
(3) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali sar vakanti s-siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni u abbażi ta’ dan ġiet proposta għall-ħatra s-Sa Daniela BALLICO. |
(4) |
Il-Gvern Taljan ippropona lis-Sa Luisa PIACENTINI, rappreżentanta ta’ korp lokali li għandha mandat elettorali ta’ awtorità lokali, Consigliere comunale del Comune di Marano Equo (RM) (Membru tal-Assemblea Lokali ta’ Marano Equo (RM)), bħala membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sa Luisa PIACENTINI, rappreżentanta ta’ korp lokali li għandha mandat elettorali, Consigliere comunale del Comune di Marano Equo (RM) (Membru tal-Assemblea Lokali ta’ Marano Equo (RM)), hija b’dan maħtura bħala membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Mejju 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BEK
(1) ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2157 tal-10 ta’ Diċembru 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 78).