Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D0783

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/783 tas-16 ta’ Mejju 2022 li taħtar membru, propost mir-Renju ta’ Spanja, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

ST/8571/2022/INIT

ĠU L 140, 19.5.2022, pp. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/09/2025

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/783/oj

19.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 140/6


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/783

tas-16 ta’ Mejju 2022

li taħtar membru, propost mir-Renju ta’ Spanja, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/853 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Spanjol,

Wara li kkonsulta lill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 300(2) tat-Trattat, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għandu jikkonsisti minn rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem, tal-impjegati, u ta’ partijiet oħra li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili, b’mod partikolari fl-oqsma soċjoekonomiċi, ċiviċi, professjonali u kulturali.

(2)

Fit-2 ta’ Ottubru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/1392 (2), li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perjodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025.

(3)

Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Andoni GARCÍA ARRIOLA, sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

(4)

Il-Gvern Spanjol ippropona lis-Sur Jaume BERNIS CASTELLS, Miembro de la Comisión Ejecutiva Nacional de COAG (Coordinadora de Organizaciones de Agricultores y Ganaderos) (Membru tal-Kummissjoni Eżekuttiva Nazzjonali tal-Korp ta’ Koordinazzjoni tal-Bdiewa u ta’ Dawk li Jrabbu l-Bhejjem), bħala membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fl-20 ta’ Settembru 2025,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Jaume BERNIS CASTELLS, Miembro de la Comisión Ejecutiva Nacional de COAG (Coordinadora de Organizaciones de Agricultores y Ganaderos) (Membru tal-Kummissjoni Eżekuttiva Nazzjonali tal-Korp ta’ Koordinazzjoni tal-Bdiewa u ta’ Dawk li Jrabbu l-Bhejjem), huwa b’dan maħtur bħala membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fl-20 ta’ Settembru 2025.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)   ĠU L 139, 27.5.2019, p. 15.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1392 tat-2 ta’ Ottubru 2020 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perjodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025, u li tħassar u tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perjodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025 adottata fit-18 ta’ Settembru 2020 (ĠU L 322, 5.10.2020, p. 1).


Top