This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022D0583
Council Decision (EU) 2022/583 of 4 April 2022 on the conclusion, on behalf of the Union, of the Agreement between the European Union and the Federative Republic of Brazil amending the Agreement between the European Union and the Federative Republic of Brazil on short-stay visa waiver for holders of diplomatic, service or official passports
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/583 tal-4 ta’ April 2022 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil li jemenda l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir għad-detenturi ta’ passaporti diplomatiċi, tas-servizz jew uffiċjali
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/583 tal-4 ta’ April 2022 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil li jemenda l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir għad-detenturi ta’ passaporti diplomatiċi, tas-servizz jew uffiċjali
ST/13445/2018/REV/1
ĠU L 113, 11.4.2022, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/583/oj
11.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 113/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/583
tal-4 ta’ April 2022
dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil li jemenda l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir għad-detenturi ta’ passaporti diplomatiċi, tas-servizz jew uffiċjali
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 77(2), punt (a), flimkien mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Il-Kummissjoni nnegozjat f’isem l-Unjoni Ftehim mar-Repubblika Federattiva tal-Brażil li jemenda l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir għad-detenturi ta’ passaporti diplomatiċi, tas-servizz jew uffiċjali (il-“Ftehim”). |
(2) |
Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1869 (2), il-Ftehim ġie ffirmat fis-27 ta’ Settembru 2021, soġġett għall-konklużjoni tiegħu. |
(3) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li l-Irlanda ma tiħux sehem fihom, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (3); għaldaqstant l-Irlanda mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
(4) |
Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil li jemenda l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir għad-detenturi ta’ passaporti diplomatiċi, tas-servizz jew uffiċjali huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni (4).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 2 tal-Ftehim (5) .
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ April 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
R. BACHELOT-NARQUIN
(1) Approvazzjoni tal-24 ta’ Marzu 2022 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1869 tas-26 ta’ Novembru 2018 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil li jemenda l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir għad-detenturi ta’ passaporti diplomatiċi, ta’ servizz jew uffiċjali (ĠU L 306, 30.11.2018, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).
(4) Ara paġna 3 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(5) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.