This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022D0568
Council Decision (EU) 2022/568 of 4 April 2022 on the position to be taken on behalf of the European Union within the Special Committee on Customs and Trade Facilitation established by the Economic Partnership Agreement between the European Union and its Member States, of the one part, and the SADC EPA States, of the other part, as regards the adoption of the rules of procedure of the Special Committee on Customs and Trade Facilitation
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/568 tal-4 ta’ April 2022 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Speċjali dwar il-Faċilitazzjoni Doganali u Kummerċjali stabbilit permezz tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati EPA SADC, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Speċjali dwar il-Faċilitazzjoni Doganali u Kummerċjali
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/568 tal-4 ta’ April 2022 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Speċjali dwar il-Faċilitazzjoni Doganali u Kummerċjali stabbilit permezz tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati EPA SADC, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Speċjali dwar il-Faċilitazzjoni Doganali u Kummerċjali
ST/7222/2022/INIT
ĠU L 109, 8.4.2022, p. 52–57
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
8.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 109/52 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/568
tal-4 ta’ April 2022
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Speċjali dwar il-Faċilitazzjoni Doganali u Kummerċjali stabbilit permezz tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati EPA SADC, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Speċjali dwar il-Faċilitazzjoni Doganali u Kummerċjali
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati EPA SADC, min-naħa l-oħra (1) ('il-Ftehim') ġie ffirmat mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha fl-10 ta’ Ġunju 2016. Huwa ilu jiġi applikat b’mod proviżorju bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Botswana, il-Lesoto, in-Namibja, l-Eswatini u l-Afrika t’Isfel min-naħa l-oħra, mill-10 ta’ Ottubru 2016, u bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Możambik, min-naħa l-oħra, mill-4 ta’ Frar 2018. |
(2) |
Il-Kumitat Speċjali dwar id-Dwana u l-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ ġie stabbilit permezz tal-Artikolu 50(1) tal-Ftehim. |
(3) |
Skont l-Artikolu 50(2), il-punt (f), tal-Ftehim, il-Kumitat Speċjali dwar id-Dwana u l-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ irid jiddetermina r-regoli ta’ proċedura tiegħu stess. |
(4) |
Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdanil-Kumitat Speċjali dwar il-Faċilitazzjoni Doganali u Kummerċjali, peress li d-deċiżjoni dwar l-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tiegħu ser ikollha effetti legali fuq l-Unjoni. |
(5) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Speċjali dwar il-Faċilitazzjoni Doganali u Kummerċjali fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tiegħu għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni ta' dak il-kumitat mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Speċjali dwar id-Dwana u l-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ, stabbilit permezz tal-Artikolu 50 tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati EPA SADC, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tiegħu għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni ta’ dak il-kumitat mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-4 ta’ April 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
R. BACHELOT-NARQUIN
Abbozz
DEĊIŻJONI Nru [...] TAL-KUMITAT SPEĊJALI DWAR IL-FAĊILITAZZJONI DOGANALI U KUMMERĊJALI
ta'…
fir-rigward tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu
IL-KUMITAT SPEĊJALI DWAR IL-FAĊILITAZZJONI DOGANALI U KUMMERĊJALI
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Istati EPA SADC, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), iffirmat f’Kasane fl-10 ta’ Ġunju 2016, u b’mod partikolari l-Artikoli 50(2)(f) tiegħu,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat Speċjali dwar il-Faċilitazzjoni Doganali u Kummerċjali huma stabbiliti kif stipulat fl-Anness.
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fi...
Magħmul fi ...
ANNESS
REGOLI TA’ PROĊEDURA TAL-KUMITAT SPEĊJALI DWAR IL-FAĊILITAZZJONI DOGANALI U KUMMERĊJALI
KAPITOLU I
Organizzazzjoni
Artikolu 1
Għamla u Presidenza
1. Il-Kumitat Speċjali dwar il-Faċilitazzjoni Doganali u Kummerċjali stabbilit f’konformità mal-Artikolu 50 tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Istati EPA SADC, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) għandu jwettaq dmirijietu kif previst fl-Artikolu 50 tal-Ftehim.
2. Ir-referenza f’dawn ir-Regoli ta’ Proċedura għal “Partijiet” għandha tkun f’konformità mad-definizzjoni prevista fl-Artikolu 104 tal-Ftehim.
3. Kif previst fl-Artikolu 50(1) tal-Ftehim, il-Kumitat Speċjali dwar il-Faċilitazzjoni Doganali u Kummerċjali għandu jkun magħmul mir-rappreżentanti tal-Partijiet.
4. Kif previst fl-Artikolu 50(4) tal-Ftehim, il-Kumitat Speċjali dwar il-Faċilitazzjoni Doganali u Kummerċjali għandu jiġi ppresedut b’mod alternat minn uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea u minn uffiċjal tal-Istati EPA SADC. L-ewwel laqgħa tal-Kumitat Speċjali dwar il-Faċilitazzjoni Doganali u Kummerċjali għandu jiġi koppresedut minn uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea u minn uffiċjal tal-Istati EPA SADC.
5. Il-mandat li jikkorrispondi għall-ewwel perjodu għandu jibda fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kumitat Speċjali dwar il-Faċilitazzjoni Doganali u Kummerċjali u jintemm fil-31 ta’ Diċembru tal-istess sena.
Artikolu 2
Laqgħat
1. Il-Kumitat Speċjali dwar il-Faċilitazzjoni Doganali u Kummerċjali għandu jiltaqa’ darba fis-sena jew fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet. Il-laqgħat għandhom isiru fi Brussell jew fit-territorju ta’ wieħed mill-Istati tal-EPA SADC b’mod alternattiv, sakemm il-Partijiet ma jiftehmux mod ieħor.
2. Sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor, il-laqgħat tal-Kumitat Speċjali dwar il-Faċilitazzjoni Doganali u Kummerċjali għandhom jissejħu mill-Parti li jkollha l-Presidenza, wara li tikkonsulta mal-Parti l-oħra.
Artikolu 3
Osservaturi
Il-Kumitat Speċjali dwar il-Faċilitazzjoni Doganali u Kummerċjali jista’ jiddeċiedi li jistieden osservaturi fuq bażi ad hoc u jiddetermina liema punti fl-aġenda ser ikunu miftuħa għal dawk l-osservaturi.
Artikolu 4
Segretarjat
1. Il-Parti li tospita l-laqgħa tal-Kumitat Speċjali dwar il-Faċilitazzjoni Doganali u Kummerċjali għandha taġixxi bħala s-Segretarjat.
2. Meta il-laqgħa ssir permezz ta’ mezzi elettroniċi, il-Parti li jkollha l-Presidenza għandha taġixxi bħala s-Segretarjat.
KAPITOLU II
Operat
Artikolu 5
Dokumenti
Fejn id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat Speċjali dwar il-Faċilitazzjoni Doganali u Kummerċjali jkunu bbażati fuq dokumenti ta’ sostenn miktubin, dawn id-dokumenti għandhom jiġu enumerati u ċċirkolati mis-Segretarjat tal-Kumitat Speċjali dwar il-Faċilitazzjoni Doganali u Kummerċjali bħala dokumenti tal-Kumitat Speċjali dwar il-Faċilitazzjoni Doganali u Kummerċjali.
Artikolu 6
Notifika u aġenda għal-laqgħat
1. Is-Segretarjat għandu jinnotifika lill-Partijiet bil-fatt li tkun issejħet laqgħa u jitlob għal inputs fl-aġenda mhux aktar tard minn 30 jum qabel il-laqgħa. F’każ ta’ xi kwistjoni urġenti u/jew ċirkostanzi mhux previsti li jiġu kkunsidrati, il-laqgħa tista’ tissejjaħ fi żmien qasir.
2. Għandha titfassal aġenda provviżorja għal kull laqgħa mis-Segretarjat tal-Kumitat Speċjali dwar il-Faċilitazzjoni Doganali u Kummerċjali. Din għandha tintbagħat mis-Segretarjat lill-President u lill-membri tal-Kumitat Speċjali dwar il-Faċilitazzjoni Doganali u Kummerċjali mhux aktar tard minn 14-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa.
3. L-aġenda proviżorja għandha tinkludi l-punti li fir-rigward tagħhom is-Segretarjat tal-Kumitat Speċjali dwar il-Faċilitazzjoni Doganali u Kummerċjali ikun irċieva talba għall-inklużjoni fl-aġenda mingħand Parti.
4. L-aġenda għandha tkun adottata mill-Kumitat Speċjali dwar il-Faċilitazzjoni Doganali u Kummerċjali fil-bidu ta’ kull laqgħa. Jistgħu jiddaħħlu fl-aġenda punti oħra barra minn dawk li jkunu jidhru fl-aġenda proviżorja jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk.
5. Il-President tal-Kumitat Speċjali dwar il-Faċilitazzjoni Doganali u Kummerċjali jista’ jistieden, bi qbil mal-Partijiet kollha, esperti biex jattendu l-laqgħat tiegħu sabiex jipprovdu informazzjoni dwar suġġetti speċifiċi.
Artikolu 7
Rapport tal-laqgħa
Sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor, ir-rapport ta' kull laqgħa għandu jitfassal mis-Segretarjat tal-Kumitat Speċjali dwar il-Faċilitazzjoni Doganali u Kummerċjali u jiġi adottat fit-tmiem ta' kull laqgħa.
Artikolu 8
Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1. Il-Kumitat Speċjali dwar il-Faċilitazzjoni Doganali u Kummerċjali għandu jadotta b’kunsens deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet fil-każijiet previsti fil-Ftehim jew fejn tali setgħa tkun ġiet iddelegata lilu mill-Kunsill Konġunt jew mill-Kumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp.
2. Fejn il-Kumitat Speċjali dwar il-Faċilitazzjoni Doganali u Kummerċjali ikollu s-setgħa skont il-Ftehim li jadotta deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet, jew fejn tali setgħa tkun ġiet iddelegata lilu mill-Kunsill Konġunt jew mill-Kumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp, dawn l-atti għandhom jiġu intitolati “Deċiżjoni” jew “Rakkomandazzjoni” rispettivament fir-rapport tal-laqgħat. Is-Segretarjat tal-Kumitat Speċjali dwar il-Faċilitazzjoni Doganali u Kummerċjali għandu jagħti n-numru tas-serje, id-data tal-adozzjoni u deskrizzjoni tas-suġġett għal kwalunkwe deċiżjoni jew rakkomandazzjoni approvata. Kull deċiżjoni jew rakkomandazzjoni għandha tipprevedi d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha.
3. F’każ li Stat EPA SADC ma jkunx preżenti, id-deċiżjonijiet u/jew ir-rakkomandazzjonijiet tal-laqgħa għandhom jiġu kkomunikati lill-membru li ma setax jattendi l-laqgħa mis-Segretarjat. Dak l-Istat EPA SADC għandu jipprovdi tweġiba bil-miktub fi żmien għaxart (10) ijiem kalendarji minn meta jintbagħtu d-deċiżjonijiet u/jew ir-rakkomandazzjonijiet, filwaqt li jindika liema deċiżjonijiet u/jew rakkomandazzjonijiet ma jkunx jaqbel magħhom, inkluż ir-raġunijiet għal dan. Fin-nuqqas tar-risposta bil-miktub imsemmija hawn fuq fi żmien għaxart (10) ijiem kalendarji, id-deċiżjonijiet u/jew ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jitqiesu li ġew adottati. F'każ li l-Istat EPA SADC li ma jkunx attenda l-laqgħa ma jaqbilx ma' xi deċiżjoni jew rakkomandazzjoni, għandha tapplika l-proċedura fil-paragrafu 4.
4. Fil-perijodu ta’ bejn il-laqgħat, il-Kumitat Speċjali dwar il-Faċilitazzjoni Doganali u Kummerċjali jista’ jadotta deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet bi proċedura bil-miktub jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu li jsir hekk. Il-proċedura bil-miktub għandha tikkonsisti minn skambju ta’ noti bejn ir-rappreżentanti tal-Partijiet.
5. Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Kumitat Speċjali dwar il-Faċilitazzjoni Doganali u Kummerċjali għandhom jiġu awtentikati billi kopja awtentika tiġi ffirmata minn rappreżentant tal-Unjoni Ewropea u minn rappreżentant tal-Istati EPA SADC.
Artikolu 9
Aċċess pubbliku
1. Il-laqgħat tal-Kumitat Speċjali dwar il-Faċilitazzjoni Doganali u Kummerċjali ma għandhomx ikunu pubbliċi, sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor.
2. Kull Parti tista’ tiddeċiedi li tippubblika d-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjoniet tal-Kumitat Speċjali dwar il-Faċilitazzjoni Doganali u Kummerċjali.
KAPITOLU III
Dispożizzjonijiet finali
Artikolu 10
Spejjeż
1. Kull Parti għandha tieħu ħsieb kwalunkwe nefqa li ġġarrab bħala riżultat tal-parteċipazzjoni tagħha fil-laqgħat tal-Kumitat Speċjali dwar il-Faċilitazzjoni Doganali u Kummerċjali, kemm fir-rigward tan-nefqa tal-persunal, tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza, kif ukoll fir-rigward tan-nefqa postali u ta’ telekomunikazzjoni.
2. In-nefqa marbuta mal-organizzazzjoni tal-laqgħat, mal-provvediment ta’ servizzi ta’ interpretazzjoni u mar-riproduzzjoni tad-dokumenti għandha titħallas mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.
Artikolu 11
Emenda tar-Regoli ta' Proċedura
Dawn ir-Regoli ta’ Proċedura jistgħu jiġu emendati bil-miktub b'deċiżjoni tal-Kumitat Speċjali dwar il-Faċilitazzjoni Doganali u Kummerċjali f’konformità mal-Artikolu 8.