Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D0471

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/471 tat-23 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/338 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi għall-provvista lill-Forzi Armati Ukreni ta’ tagħmir u pjattaformi militari, imfassla biex iwasslu forza letali

    ST/7169/2022/INIT

    ĠU L 96, 24.3.2022, p. 43–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/471/oj

    24.3.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 96/43


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/471

    tat-23 ta’ Marzu 2022

    li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/338 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi għall-provvista lill-Forzi Armati Ukreni ta’ tagħmir u pjattaformi militari, imfassla biex iwasslu forza letali

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 41(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/338 (1) tistabbilixxi ammont ta’ referenza finanzjarja ta’ EUR 450 000 000 maħsub biex ikopri l-provvisti lill-Forzi Armati Ukreni.

    (2)

    Fid-dawl tal-konflitt armat li għaddej fit-territorju Ukren, jenħtieġ li l-ammont ta’ referenza finanzjarja jiżdied b’EUR 450 000 000 addizzjonali u d-durata tal-miżura ta’ assistenza tiġi estiża bi 12-il xahar.

    (3)

    Għalhekk id-Deċiżjoni (PESK) 2022/338 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni (PESK) 2022/338 hija emendata kif ġej:

    (1)

    fl-Artikolu 1, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “4.   Id-durata tal-Miżura ta’ Assistenza għandha tkun ta’ 36 xahar mill-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.”;

    (2)

    fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-Miżura ta’ Assistenza għandu jkun ta’ EUR 900 000 000.”;

    (3)

    fl-Artikolu 2, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “3.   F’konformità mal-Artikolu 29(5) tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509, l-amministratur għall-miżuri ta’ assistenza jista’ jagħmel sejħa għal kontribuzzjonijiet wara l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, sa EUR 900 000 000. Il-fondi li għalihom għamel sejħa l-amministratur għall-miżuri ta’ assistenza għandhom jintużaw biss biex titħallas in-nefqa fil-limiti approvati mill-Kumitat stabbilit bid-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 fil-baġit emendatorju tal-2022 li tikkorrispondi għall-Miżura ta’ Assistenza.”;

    (4)

    fl-Artikolu 2, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “4.   In-nefqa relatata mal-implimentazzjoni tal-Miżura ta’ Assistenza għandha tkun eliġibbli mill-1 ta’ Jannar 2022 u sa data li għandha tiġi ddeterminata mill-Kunsill. Mill-inqas 50 fil-mija tal-ammont ta’ referenza finanzjarja għandu jkopri n-nefqa mġarrba mill-11 ta’ Marzu 2022 ’il quddiem.”;

    (5)

    L-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Artikolu 5

    L-Istati Membri għandhom jippermettu t-tranżitu ta’ tagħmir militari, inkluż il-persunal li jkun jakkumpanjah, mit-territorji tagħhom, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħhom, konsistenti mal-Artikolu 56(3) tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509.”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2022.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J.-Y. LE DRIAN


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/338 tat-28 ta’ Frar 2022 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi għall-provvista lill-Forzi Armati Ukreni ta’ tagħmir u pjattaformi militari, imfassla biex iwasslu forza letali (ĠU L 60, 28.2.2022, p. 1).


    Top