Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D0450

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/450 tat-18 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2011/173/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bożnija-Ħerzegovina

    ST/6637/2022/INIT

    ĠU L 91, 18.3.2022, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/450/oj

    18.3.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 91/22


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/450

    tat-18 ta’ Marzu 2022

    li temenda d-Deċiżjoni 2011/173/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bożnija-Ħerzegovina

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fil-21 ta' Marzu 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/173/PESK (1).

    (2)

    Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni 2011/173/PESK, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi jiġġeddu sal-31 ta' Marzu 2024.

    (3)

    Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2011/173/PESK tiġi emendata skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 2011/173/PESK hija emendata kif ġej:

    (1)

    L-Artikolu 3(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “1.   Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'unanimità fuq proposta minn Stat Membru jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jistabbilixxi u jemenda l-lista fl-Anness.”;

    (2)

    it-tieni paragrafu tal-Artikolu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Marzu 2024.”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Marzu 2022.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J.-Y. LE DRIAN


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/173/PESK tal-21 ta' Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bożnija-Ħerzegovina (ĠU L 76, 22.3.2011, p. 68).


    Top