Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D0429

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/429 tal-15 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

    ST/7123/2022/INIT

    ĠU L 87I, 15.3.2022, p. 44–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/429/oj

    15.3.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    LI 87/44


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/429

    tal-15 ta’ Marzu 2022

    li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK (1).

    (2)

    L-Unjoni tibqa’ soda fl-appoġġ tagħha għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna.

    (3)

    Fl-24 ta' Frar 2022, il-President tal-Federazzjoni Russa ħabbar operazzjoni militari fl-Ukrajna u l-forzi armati Russi bdew attakk fuq l-Ukrajna. Dak l-attakk huwa ksur sfaċċat tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    (4)

    Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-24 ta’ Frar 2022, il-Kunsill Ewropew ikkundanna bl-aktar mod qawwi possibbli l-aggressjoni militari mhux provokata u mhux ġustifikata tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna. Bl-azzjonijiet militari illegali tagħha, ir-Russja qed tikser b'mod serju d-dritt internazzjonali u l-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, u qed iddgħajjef is-sigurtà u l-istabbiltà Ewropea u globali. Il-Kunsill Ewropew qabel dwar aktar miżuri restrittivi li ser jimponu konsegwenzi massivi u severi fuq ir-Russja għall-azzjonijiet tagħha, f'koordinazzjoni mill-qrib mas-sħab u l-alleati tal-Unjoni.

    (5)

    Fil-25 ta’ Frar 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/329 (2), li emendat il-kriterji ta’ deżinjazzjoni biex jiġu inklużi persuni u entitajiet li jappoġġaw lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa u jibbenefikaw minnu, persuni u entitajiet li jipprovdu lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa sors sostanzjali ta’ dħul, u persuni fiżiċi jew ġuridiċi assoċjati ma’ persuni jew entitajiet elenkati.

    (6)

    Minħabba l-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill iqis li 15-il individwu u 9 entitajiet jenħtieġ li jinżdiedu mal-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

    (7)

    Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/145/PESK tiġi emendata skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK huwa emendat f’konformità mal-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Marzu 2022.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J.-Y. LE DRIAN


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16).

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/329 tal-25 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 50, 25.2.2022, p. 1).


    ANNESS

    Il-persuni u l-entitajiet li ġejjin jinżdiedu mal-lista ta' persuni, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK:

    Persuni

     

    Isem

    Informazzjoni għall-Identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    "879

    Roman Arkadyevich ABRAMOVICH (Russu: Роман Аркадьевич Абрамович)

    Oligarka qrib Vladimir Putin. Azzjonist ewlieni ta' Evraz. Eks gvernatur ta' Chukotka.

    Data tat-twelid: 24.10.1966

    Post tat-twelid: Saratov, Federazzjoni Russa

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: Raġel

    Individwi assoċjati: Vladimir Putin

    Entitajiet assoċjati: Chelsea F.C., Evraz Group SA, LLC Evraz Holding, Millhouse Capital.

    Roman Abramovich huwa oligarka Russu li għandu rabtiet twal u mill-qrib ma' Vladimir Putin. Huwa kellu aċċess privileġġat għall-President, u żamm relazzjonijiet tajbin ħafna miegħu. Din il-konnessjoni mal-mexxej Russu għenitu jżomm il-ġid konsiderevoli tiegħu. Huwa azzjonist ewlieni tal-grupp tal-azzar Evraz, li huwa wieħed mill-akbar kontribwenti fir-Russja.

    Għalhekk huwa kien qed jibbenefika wkoll minn persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja li huma responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea jew għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Huwa wkoll wieħed min-negozjanti Russi ewlenin involuti f'setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    15.3.2022

    880

    German Borisovich KHAN (Russu: Герман Борисович Хан)

    Oligarka qrib Vladimir Putin. Wieħed mill-azzjonisti ewlenin ta' Alfa Group

    Data tat-twelid: 24.10.1961

    Post tat-twelid: Kyiv, Ukrajna

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: Raġel

    Individwi assoċjati: Vladimir Putin, Mikhail Fridman, Petr Aven, Alexey Kuzmichev

    Entitajiet assoċjati: Alfa Group, Alfa Bank

    German Khan huwa azzjonist ewlieni tal-konglomerat Alfa Group, li jinkludi Alfa Bank, wieħed mill-akbar kontribwenti fir-Russja. Huwa maħsub li huwa wieħed mill-aktar persuni influwenti fir-Russja. Bħal sidien oħra ta' Alfa Bank (Mikhail Fridman u Petr Aven), huwa jżomm relazzjoni mill-qrib ma' Vladimir Putin u jkompli jkollu favuri sinifikanti miegħu. Is-sidien ta' Alfa Group jirċievu benefiċċji kummerċjali u legali minn din ir-relazzjoni. It-tifla l-kbira ta' Vladimir Putin, Maria, mexxiet proġett tal-karità, Alfa-Endo, li kien iffinanzjat minn Alfa Bank. Vladimir Putin ippremja l-lealtà ta' Alfa Group lejn l-awtoritajiet Russi billi pprovda għajnuna politika lill-pjanijiet ta' investimenti barranin ta' Alfa Group.

    Għalhekk huwa appoġġa attivament materjalment jew finanzjarjament, u bbenefika minn persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja li huma responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea jew għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Huwa wkoll wieħed min-negozjanti Russi ewlenin involuti f'setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    15.3.2022

    881

    Viktor Filippovich RASHNIKOV (Russu: Виктор Филиппович Рашников)

    Oligarka. Sid, president tal-Bord tad-Diretturi u president tal-Kumitat għall-Ippjanar Strateġiku ta' Magnitogorsk Iron & Steel Works (MMK).

    Data tat-twelid: 3.10.1948

    Post tat-twelid: Magnitorsk, Federazzjoni Russa

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: Raġel

    Entitajiet assoċjati: Magnitogorsk Iron & Steel Works (MMK)

    Viktor Rashnikov huwa oligarka ewlieni Russu li huwa s-sid u l-president tal-Bord tad-Diretturi tal-kumpannija Magnitogorsk Iron & Steel Works (MMK). MMK hija waħda mill-akbar kontribwenti fir-Russja. Dan l-aħħar, il-piż tat-taxxa fuq il-kumpannija żdied, u dan irriżulta fi dħul konsiderevolment ogħla għall-baġit tal-Istat Russu.

    Huwa għalhekk negozjant ewlieni Russu involut f'setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    15.3.2022

    882

    Alexey Viktorovich KUZMICHEV (Russu: Алексей Викторович Кузьмичёв)

    Oligarka qrib Vladimir Putin. Wieħed mill-azzjonisti ewlenin ta' Alfa Group.

    Data tat-twelid: 15.10.1962

    Post tat-twelid: Kirov, Federazzjoni Russa

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: Raġel

    Individwi assoċjati: Vladimir Putin, Mikhail Fridman, Petr Aven, German Khan

    Entitajiet assoċjati: Alfa Group, Alfa Bank

    Alexey Kuzmichev huwa azzjonist ewlieni tal-konglomerat Alfa Group, li jinkludi Alfa Bank, wieħed mill-akbar kontribwenti fir-Russja. Huwa maħsub li huwa wieħed mill-aktar persuni influwenti fir-Russja. Huwa għandu rabtiet stabbiliti sew mal-president Russu. It-tifla l-kbira ta' Vladimir Putin, Maria, mexxiet proġett tal-karità, Alfa-Endo, li kien iffinanzjat minn Alfa Bank. Vladimir Putin ippremja l-lealtà ta' Alfa Group lejn l-awtoritajiet Russi billi pprovda għajnuna politika lill-pjanijiet ta' investimenti barranin ta' Alfa Group.

    Għalhekk huwa appoġġa attivament materjalment jew finanzjarjament, u bbenefika minn persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja li huma responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea jew għad-destabbilizzazzjoni tal- Ukrajna. Huwa wkoll negozjant ewlieni Russu involut f'setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    15.3.2022

    883

    Alexander Alexandrovich MIKHEEV (Russu: Александр Александрович Михеев)

    Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta' JSC Rosoboronexport

    Data tat-twelid: 18.11.1961

    Post tat-twelid: Moscow, Federazzjoni Russa

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: Raġel

    Individwi assoċjati: Sergey Chemezov

    Entitajiet assoċjati: Rosoboronexport, Rostec, Servizz Federali tal-Kooperazzjoni Militari-Teknika

    Alexander Mikheev huwa l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta' Rosoboronexport, l-uniku intermedjarju statali uffiċjali tar-Russja għall-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' prodotti, teknoloġiji u servizzi militari u b'użu doppju. Rosoboronexport hija kumpannija sussidjarja ta’ Rostec, korporazzjoni li tappartjeni lill-istat li tissorvelja r-riċerka u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji militari, u għandha diversi faċilitajiet ta’ produzzjoni li għandhom rwol strumentali fl-użu ta’ dawk it-teknoloġiji fil-kamp tal-battalja. Il-bejgħ tal-armi jipprovdi sors importanti ta' dħul għall-gvern Russu. Dan jintuża wkoll biex imexxi 'l quddiem l-objettivi ekonomiċi u strateġiċi tar-Russja. Mill-2000 sal-2020 Rosoboronexport biegħet armi b'valur ta' USD 180 biljun lil klijenti barranin.

    Huwa għalhekk negozjant ewlieni involut f'setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    15.3.2022

    884

    Alexander Nikolayevich SHOKHIN (Russu: Александр Николаевич ШОХИН)

    President tal-Unjoni Russa ta' Industrijalisti u Imprendituri

    Viċi President tal-Bord tad-Diretturi ta' Mechel PAO

    Membru tal-Bureau tal-Kunsill Suprem tal-partit politiku "Russja Magħquda"

    Data tat-twelid: 25.12.1951

    Post tat-twelid: Savinskoye, Kirillovsky District, Federazzjoni Russa

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Alexander Nikolayevich Shokhin huwa l-president tal-Unjoni Russa ta' Industrijalisti u Intraprendituri – grupp ta' lobbying, li jippromwovi l-interessi tan-negozju fir-Russja. Huwa wkoll Viċi President tal-Bord tad-Diretturi ta' Mechel PAO – waħda mill-kumpanniji ewlenin Russi tal-estrazzjoni u tal-metalli, li tiġġenera sors ta' dħul għall-Gvern tal-Federazzjoni Russa.

    Wara l-annessjoni tal-Krimea mir-Russja, Shokhin esprima pubblikament il-ħtieġa li jiġi dirett aktar investiment Russu lejn il-Krimea sabiex jingħeleb l-imblokk ekonomiku possibbli mill-Punent. Fl-24 ta' Frar 2022, Shokhin attenda laqgħa tal-oligarki fil-Kremlin ma' Vladimir Putin biex jiddiskutu l-impatt tal-kors ta' azzjoni wara s-sanzjonijiet tal-Punent. Il-fatt li ġie mistieden jattendi dik il-laqgħa juri li huwa membru fiċ-ċirku ta’ ġewwa ta’ oligarki qrib Vladimir Putin u li qed jappoġġa jew jimplimenta l-azzjonijiet jew il-politiki li qed idgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

    15.3.2022

     

     

     

    Dan juri wkoll li huwa wieħed min-negozjanti ewlenin involuti f'setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tar-Russja, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

     

    885

    Andrey Valerievich RYUMIN (Russu: Андрей Валерьевич Рюмин)

    Direttur Eżekuttiv ta' Rosseti PJSC (qabel, sa Awwissu 2014, magħrufa bħala Russian Grids), President tal-Bord

    Data tat-twelid: 12.06.1980

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Andrey Ryumin, id-direttur eżekuttiv ta' Rosseti PJSC, kumpannija kkontrollata mill-Istat Russu, li hija operatur ta' grilji tal-enerġija, tipprovdi servizzi ta' konnessjoni teknoloġika, servizzi ta' trażmissjoni u ta' distribuzzjoni tal-elettriku fir-Russja.

    Rosseti PJSC bniet is-substazzjon "Port", li jipprovdi trazzjoni ferrovjarja tal-Pont tal-Krimea, u jalimenta l-parti tal-merkanzija xotta tal-port marittimu ta' Taman, kif ukoll awtostradi, b'mod partikolari, l-awtostrada M25 Novorossiysk-Kerch Strait.

    15.3.2022

     

     

     

    Fl-24 ta' Frar 2022, Ryumin attenda laqgħa tal-oligarki fil-Kremlin ma' Vladimir Putin biex jiddiskutu l-impatt tal-kors ta' azzjoni wara s-sanzjonijiet tal-Punent. Il-fatt li ġie mistieden jattendi dik il-laqgħa juri li huwa membru fiċ-ċirku ta’ ġewwa ta’ oligarki qrib Vladimir Putin u li qed jappoġġa jew jimplimenta l-azzjonijiet jew il-politiki li qed idgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

     

    Dan juri wkoll li huwa wieħed min-negozjati ewlenin involuti fis-settur ekonomiku, li jipprovdi sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    886

    Armen Sumbatovich GASPARYAN (Russu: Армен Сумбатович ГAСПАРЯН)

    Pubbliċist, propagandist, membru tal-bord "Russia Today"

    Data tat-twelid: 04.07.1975

    Post tat-twelid: Moscow, Federazzjoni Russa

    Nazzjonalità: Russa

    Armen Gasparyan imexxi l-programm tiegħu stess "Nablyudenye" għall-entità tal-media Russa Sputnik u programm tar-radju fuq "Vesti FM". Huwa jippubblika wkoll kotba u kotba awdjo u jaġixxi bħala espert fil-programm tar-radju "Polnyi kontakt" ("Kuntatt sħiħ") ta' Vladimir Solovyov, propagandist ieħor.

    Gasparian ippropaga b'mod konsistenti narrattivi f'konformità mal-propaganda tal-Kremlin. Huwa uża fallaċji loġiċi biex jispjega l-affarijiet internazzjonali, ċaħad is-sovranità tal-Ukrajna fuq il-Krimea, u ddefenda l-azzjonijiet tar-Russja fl-Istrett ta' Kerch meta qabdet bastiment Ukren.

    15.3.2022

     

     

    Sess: raġel

    Huwa jkompli jippubblika propaganda favur ir-Russja relatata mal-invażjoni Russa tal-Ukrajna u jiċħad b'mod attiv is-sovranità tal-Ukrajna.

    Għaldaqstant, b'mod attiv qed jappoġġa azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà tal-Ukrajna.

     

    887

    Artyom/ Artem Grigoryevich SHEYNIN (Russu: Артём Григорьевич ШЕЙНИН)

    Propagandist u preżentatur Russu tal-programm ta' taħdit "Vremya Pokazhet" ("Biż-żmien inkunu nafu") fuq Channel One li huwa kkontrollat mill-istat (Russu: Первый канал)

    Data tat-twelid: 26.01.1966

    Post tat-twelid: Moscow, Federazzjoni Russa

    Sess: raġel

    Nazzjonalità: Russa

    Artyom Sheynin huwa propagandist Russu u preżentatur tal-programm ta' taħdit "Vremya Pokazhet" ("Biż-żmien inkunu nafu") fuq Channel One, stazzjon televiżiv ikkontrollat mill-istat. Huwa għamel dikjarazzjonijiet b'appoġġ għall-annessjoni illegali tal-Krimea u r-rikonoxximent tal-indipendenza tal-hekk imsejħa Repubbliki tal-Poplu ta' Donetsk u Lugansk. Fix-xandiriet diretti tiegħu, Sheynin jippromwovi l-mibegħda etnika bejn l-Ukreni u r-Russi, jiċħad is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna, u jimmalafama l-avversarji ta' Putin fir-Russja.

    Meta tkellem dwar l-24 ta' Frar 2022, jum l-aggressjoni militari mhux ġustifikata fuq skala sħiħa Russa kontra l-Ukrajna, Sheynin stqarr li l-operazzjoni Russa fl-Ukrajna kienet inevitabbli u l-għan tagħha kien li ġġiegħel lill-awtoritajiet Ukreni jżommu l-paċi.

    Għaldaqstant, b'mod attiv qed jappoġġa azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà tal-Ukrajna.

    15.3.2022

    888

    Dmitry Yevgenevich KULIKOV (Russu: Дмитрий Евгеньевич КУЛИКОВ)

    Espert tal-Kumitat tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa għall-Affarijiet tal-KSI u r-Relazzjonijiet mal-Kompatrijotti.

    Produttur tal-films, preżentatur tat-televiżjoni u tar-radju.

    Membru tal-Kunsill Pubbliku taħt il-Ministeru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa

    Data tat-twelid: 18.11.1967

    Post tat-twelid: Shakhtyorsk, Donbas region, Ukrajna

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Dmitry Kulikov huwa propagandist favur il-Kremlin. Huwa għamel kummenti pubbliċi fuq l-istazzjonijiet televiżivi tal-istat li jimxu man-narrattiva tal-Kremlin dwar is-sitwazzjoni fir-reġjun ta' Donbas. Huwa ġġustifika wkoll l-azzjonijiet tal-awtoritajiet Russi li jheddu l-integrità u s-sovranità territorjali tal-Ukrajna, bħas-sospensjoni tal-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Minsk jew id-deċiżjoni li jirrikonoxxu r-"repubbliki indipendenti ta' Donbas u Luhansk".

    Għaldaqstant, b'mod attiv qed jappoġġa azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

    15.3.2022

    889

    Konstantin Lvovich ERNST (Russu: Константин Львович ЭРНСТ)

    Uffiċjal kap eżekuttiv ta' Channel One Russia (Russu: Первый канал)

    Data tat-twelid: 06.02.1961

    Post tat-twelid: Moscow, Federazzjoni Russa

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Konstantin Ernst huwa l-uffiċjal kap eżekuttiv ta' Channel One Russia – waħda mill-akbar kumpanniji tal-media Russi, li ilha tintuża għal skopijiet ta' propaganda mill-awtoritajiet Russi għal ħafna snin. F'din il-pożizzjoni, huwa responsabbli għall-organizzazzjoni u t-tixrid tal-propaganda kontra l-Ukrajna tal-awtoritajiet Russi.

    Huwa ngħata wkoll l-ogħla premjijiet tal-Istat, fosthom l-ordnijiet Għas-Servizzi lill-Patrija, l-Ordni ta' Ħbiberija, ittri ta' apprezzament u premjijiet mill-Gvern u l-President tal-Federazzjoni Russa, kif ukoll il-midalja "Għall-parteċipant fl-operazzjoni militari fis-Sirja".

    Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna. Huwa wkoll wieħed min-negozjanti ewlenin involuti f'setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tar-Russja, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    15.3.2022

    890

    Marina Vladimirovna SECHINA (Russu: Марина Владимировна СЕЧИНА)

    Sid tal-kumpannija b'responsabbiltà limitata "Stankoflot"

    Data tat-twelid: 1962

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: mara

    Marina Sechina hija eks mara ta' Igor Sechin, l-uffiċjal kap eżekuttiv ta' Rosneft. Hija użat ir-rabtiet ma' diversi atturi fil-gvern Russu u strutturi ta' negozju Russi, inkluż mal-eks raġel tagħha, għal benefiċċju personali.

    In-negozji li huma proprjetà ta' Sechina pparteċipaw fit-tħejjija tal-Logħob Olimpiku tax-Xitwa f'Sochi fl-2014. Hija s-sid tal-kumpannija b'responsabbiltà limitata "Stankoflot", li tingħata kuntratti mingħajr sejħa għal offerti mal-Korporazzjoni tal-Istat għall-Assistenza għall-Iżvilupp, il-Produzzjoni u l-Esportazzjoni ta' Prodotti Industrijali ta' Teknoloġija Avvanzata (Rostec). Barra minn hekk, hija l-Kap ta’ FTSSR CJSC u sid ta’ sehem fl-RK-Telekom.

    Għaldaqstant qed tibbenefika minn persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja li huma responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea jew id-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna u tibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    15.3.2022

    891

    Suleyman Abusaidovich KERIMOV (Russu: Сулейман Абусаидович КЕРИМОВ)

    Sid tal-grupp finanzjarju u industrijali Nafta Moscow

    Membru tal-Kunsill tal-Federazzjoni mir-Repubblika ta' Dagestan

    Data tat-twelid: 12.03.1966

    Post tat-twelid: Derbent, Dagestan, Federazzjoni Russa

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Suleyman Kerimov huwa s-sid tal-grupp finanzjarju u industrijali Nafta Moscow. Il-valur nett ta' Kerimov u l-familja tiegħu huwa stmat li hu USD 9,8 biljun. Huwa rċieva somom kbar ta' flus mingħand Sergei Roldugin, li huwa l-gwardjan tal-ġid ta' Vladimir Putin.

    Fl-24 ta' Frar 2022, Kerimov attenda l-laqgħa tal-oligarki fil-Kremlin ma' Vladimir Putin biex jiddiskutu l-impatt tal-miżuri meħuda wara s-sanzjonijiet tal-Punent. Il-fatt li ġie mistieden jattendi dik il-laqgħa juri li huwa membru fiċ-ċirku ta’ ġewwa ta’ oligarki qrib ta' Vladimir Putin u li qed jappoġġa jew jimplimenta azzjonijiet jew politiki li qed idgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

    15.3.2022

     

     

     

    Huwa għalhekk negozjant ewlieni involut f'setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

     

    892

    Tigran Oganesovich KHUDAVERDYAN (Russu:Тигран Оганесович ХУДАВЕРДЯН)

    Direttur Eżekuttiv u Viċi Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta' Yandex NV

    Data tat-twelid: 28.12.1981

    Post tat-twelid: Yerevan, Armenia

    Nazzjonalità: Armena

    Sess: raġel

    Tigran Khudaverdyan huwa d-direttur eżekuttiv ta' Yandex – waħda mill-kumpanniji ewlenin ta’ teknoloġija fir-Russja, li tispeċjalizza fi prodotti u servizzi intelliġenti mħaddma mit-tagħlim awtomatiku. L-ex kap tal-aħbarijiet ta’ Yandex akkuża lill-kumpannija li hija “element ewlieni fil-ħabi ta’ informazzjoni” lir-Russi dwar il-gwerra fl-Ukrajna. Barra minn hekk, il-kumpannija bdiet twissi lill-utenti Russi li bdew ifittxu aħbarijiet dwar l-Ukrajna fuq is-sistema ta’ tiftix tagħha dwar informazzjoni mhux affidabbli fuq l-internet, wara li l-Gvern Russu hedded lill-medja Russa rigward dak li huma jippubblikaw.

    15.3.2022

     

     

     

    Fl-24 ta' Frar 2022, Khudaveryan attenda laqgħa tal-oligarki fil-Kremlin ma' Vladimir Putin biex jiddiskutu l-impatt tal-miżuri meħuda wara s-sanzjonijiet tal-Punent. Il-fatt li ġie mistieden jattendi dik il-laqgħa juri li huwa membru fiċ-ċirku ta’ ġewwa ta’ oligarki qrib Vladimir Putin u li qed jappoġġa jew jimplimenta azzjonijiet jew politiki li qed idgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna. Barra minn hekk, huwa wkoll wieħed min-negozjanti ewlenin involuti f'setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

     

    893

    Vladimir Valerievich RASHEVSKY / Vladimir Valeryevich RASHEVSKIY

    (Russu: Владимир Валерьевич РАШЕВСКИЙ)

    Uffiċjal Kap Eżekuttiv u Direttur ta' EuroChem Group AG

    Data tat-twelid: 29.09.1973

    Post tat-twelid: Moscow, Federazzjoni Russa

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Vladimir Rashevsky huwa l-uffiċjal kap eżekuttiv u d-Direttur ta' EuroChem Group AG, waħda mill-akbar produtturi tad-dinja ta’ fertilizzanti minerali. Qabel (bejn l-2004 u l-2020) kien l-uffiċjal kap eżekuttiv ta' kumpannija tal-faħam JSC SUEK. Dawn huma kumpanniji Russi kbar, proprjetà b'mod konġunt tal-biljunarju Russu Andrei Melnichenko, li jiġġeneraw u jipprovdu dħul sostanzjali lill-gvern Russu. Dawn jikkooperaw ukoll mal-awtoritajiet Russi, inkluż Vladimir Putin. Il-kumpanniji ta' EuroChem Group ipprovdew in-nitrat tal-ammonijaka liż-żoni okkupati ta' Donbas. SUEK iffirmat kuntratti ma' sanatorji tal-Krimea għal programmi tas-saħħa tal-impjegati.

    Għaldaqstant qed jappoġġa, materjalment jew finanzjarjament, jew qed jibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    Fl-24 ta' Frar 2022, Rashevsky attenda laqgħa tal-oligarki fil-Kremlin ma' Vladimir Putin biex jiddiskutu l-impatt tal-miżuri meħuda wara s-sanzjonijiet tal-Punent. Il-fatt li ġie mistieden jattendi dik il-laqgħa juri li huwa membru fiċ-ċirku ta’ ġewwa t oligarki qrib Vladimir Putin u li qed jappoġġa jew jimplimenta azzjonijiet jew politiki li qed idgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

    15.3.2022

    Entitajiet

     

    Isem

    Informazzjoni għall-Identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    57

    ROSNEFT AERO (RN AERO) (Russu: Роснефть-Аэро / РН-Аэро)

    Indirizz: 15, Malaya Kaluzhskaya Str., Moscow, 119071, Russian Federation

    Telefon: +7 (499) 517-76-56; +7 (499) 517-76-55 (fax)

    Sit web: https://www.rosneft-aero.ru/en/

    Indirizz elettroniku: info@rn-aero.rosneft.ru

    Rosneft Aero tforni fjuwil tal-ġettijiet lill-Ajruport ta' Simferopol, li jipprovdi konnessjoni ta' titjiriet bl-ajru bejn it-territorju tal-Krimea u Sevastopol li ġew annessi illegalment u r-Russja. Għalhekk tikkontribwixxi għall-konsolidazzjoni tal-Peniżola tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa.

    Għaldaqstant, Rosneft Aero tappoġġa, b'mod materjali jew finanzjarju, azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    15.3.2022

    58

    JSC ROSOBORONEXPORT (Russu: AO Рособоронэкспорт)

    Indirizz: 27 Stromynka Str., Moscow, 107076, Russian Federation

    Telefon: +7 (495) 739 60 17 / +7 (495) 534 61 40

    Sit web: http://roe.ru/eng/

    Indirizz elettroniku: roe@roe.ru

    Rosoboronexport hija l-unika intermedjarja statali uffiċjali tar-Russja għall-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' prodotti, teknoloġiji u servizzi militari u b'użu doppju. Rosoboronexport hija kumpannija sussidjarja ta’ Rostec, korporazzjoni li tappartjeni lill-istat li tissorvelja r-riċerka u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji militari, u għandha diversi faċilitajiet ta’ produzzjoni li għandhom rwol strumentali fl-użu ta’ dawk it-teknoloġiji fil-kamp tal-battalja. Il-bejgħ tal-armi jipprovdi sors importanti ta' munita soda lill-gvern Russu. Dan jintuża wkoll biex imexxi 'l quddiem l-objettivi ekonomiċi u strateġiċi tar-Russja. Mill-2000 sal-2020 Rosoboronexport biegħet armi b'valur ta' USD 180 biljun lil klijenti barranin.

    Għaldaqstant, Rosoboronexport hija involuta f'setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    15.3.2022

    59

    JSC NPO High Precision Systems (Russu: АО НПО Высокоточные комплексы)

    Indirizz: 7 Kievskaya Str., Moscow, 121059, Russian Federation

    Telefon:+7 (495) 981-92-77 fax: +7 (495) 981-92-78

    Indirizz elettroniku: npovk@npovk.ru

    Sit web: https://www.npovk.ru

    High Precision Systems huwa żviluppatur u manifattur tal-armi Russu. Huwa mexxej fl-inġinerija u l-produzzjoni tas-sistemi tal-missili ballistiċi tattiċi fir-Russja. High Precision Systems huwa sussidjarju ta' Rostec.

    Il-Forzi Armati Russi użaw armi prodotti minn High Precision Systems matul l-invażjoni illegali Russa tal-Ukrajna fl-2022. Għaldaqstant, High Precision Systems huwa responsabbli talli appoġġa, b'mod materjali jew finanzjarju, azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    15.3.2022

    60

    JSC Kurganmashzavod (Russu: ПАО Курганмашзавод)

    Indirizz:, 17 1J Mashinostroitely Ave., 640021, Kurgan, Russian Federation

    Telefon: +7 (3522) 23-20-83,+7 (3522) 47-19-99; Fax: +7 (3522) 23-20-71, +7 (3522) 23-20-82

    Indirizz elettroniku: kmz@kmz.ru

    Sit web: https://www.kurganmash.ru

    Kurganmashzavod hija kumpannija ewlenija Russa ta' kumpless militari industrijali. Il-vetturi għall-ġlied tal-infanterija BMP-3 fornuti minn Kurganmashzavod lill-Forzi Armati Russi ntużaw mir-Russja matul l-invażjoni illegali tal-Ukrajna fl-2022.

    Għaldaqstant, Kurganmashzavod hija responsabbli talli appoġġat, b'mod materjali jew finanzjarju, azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    15.3.2022

    61

    JSC Russian Helicopters (Russu: AO Вертолеты России)

    Indirizz: 1 Bolshaya Pionerskaya Str., 115054, Moscow, Russian Federation

    Telefon: + +7 (495) 981-63-67

    Sit web: http://www.russianhelicopters.aero

    Indirizz elettroniku: info@rhc.aero

    Russian Helicopters hija kumpannija ewlenija Russa tal-manifattura tal-ħelikopters. Il-ħelikopters militari Ka-52 "Alligator” prodotti minn Russian Helicopters intużaw mir-Russja matul l-invażjoni illegali tal-Ukrajna fl-2022.

    Għaldaqstant, Russian Helicopters hija responsabbli talli appoġġat, b'mod materjali jew finanzjarju, azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    15.3.2022

    62

    PJSC United Aircraft Corporation (Russu: ПАО Объединённая авиастроительная корпорация)

    Indirizz: 1 Bolshaya. Pionerskaya Str., 115054, Moscow, Russian Federation

    Telefon: +7 (495) 926-1420

    Sit web: https://www.uacrussia.ru/

    Indirizz elettroniku: office@uacrussia.ru

    United Aircraft Corporation huwa manifattur Russu ta' inġenji tal-ajru ċivili u militari. Flimkien mal-kumpanniji affiljati tiegħu jikkontrolla 100 % tal-produzzjoni tal-inġenji tal-ajru militari tar-Russja.

    L-inġenji tal-ajru tal-ġlied prodotti minn United Aircraft Corporation intużaw mir-Russja matul l-invażjoni illegali tal-Ukrajna fl-2022.

    Għaldaqstant, United Aircraft Corporation huwa responsabbli talli appoġġa, b'mod materjali jew finanzjarju, azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    15.3.2022

    63

    JSC United Shipbuilding Corporation (Russu: АО Объединённая Судостроительная Корпорация)

    Indirizz: 11 Bolshaya Tatarskaya Str., Moscow 115184, Russian Federation

    Telefon: +7 495 617 33 00

    Sit web: https://www.aoosk.ru

    Indirizz elettroniku: info@aoosk.ru

    United Shipbuilding Corporation huwa konglomerat statali Russu ta' bini tal-bastimenti, li huwa l-fornitur ewlieni ta' bastimenti tal-gwerra militari lill-Forza Navali Russa. Huwa sid ta' diversi tarzni u uffiċċji ta' disinn.

    Il-bastiment kbir ta' żbark "Pyotr Morgunov" tal-proġett 11711, li nbena minn United Shipbuilding Corporation, ħa sehem fl-invażjoni illegali Russa tal-Ukrajna fl-2022. Il-bastiment tal-għassa tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed "Vasily Bykov" tal-proġett 22160 iddisinnjat minn United Shipbuilding Corporation, ukoll ħa sehem fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna.

    Barra minn hekk, l-uffiċċju ta' disinn "Almaz", proprjetà ta' United Shipbuilding Corporation, żviluppa l-korvetti tal-proġett 22800, li wħud minnhom inbnew fit-tarzni li jinsabu fit-territorju tal-Krimea u Sevastopol annessi illegalment u li kkontribwew għall-militarizzazzjoni tal-Peniżola tal-Krimea.

    Għaldaqstant, JSC United Shipbuilding Corporation huwa responsabbli talli appoġġa, b'mod materjali jew finanzjarju, azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    15.3.2022

    64

    JSC Research and Production Corporation URALVAGONZAVOD (Russu: АО "Научно-производственная корпорация УралВагонЗавод")

    Indirizz: 28 Vostochnoe shosse., 622007, Nizhny Tagil, Sverdlovsk region, Russian Federation

    Telefon: +7 3435 34 5000; +7 3435 33 47 12

    Indirizz elettroniku: web@uvz.ru

    Sit web: http://uralvagonzavod.ru

    Uralvagonzavod hija korporazzjoni Russa kbira tal-bini tal-magni. Hija l-uniku manifattur ta' tankijiet militari fir-Russja.

    It-tankijiet T-72B3 fornuti minn Uralvagonzavod lill-Forzi Armati Russi ntużaw mir-Russja matul l-invażjoni illegali tal-Ukrajna fl-2022. Għaldaqstant, Uralvagonzavod hija responsabbli talli appoġġat, b'mod materjali jew finanzjarju, azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    15.3.2022

    65

    JSC Zelenodolsk Shipyard [A.M. Gorky Zelenodolsk Plant] (Russu: АО "Зеленодольский завод имени А. М. Горького")

    Indirizz: 5, Zavodskaya Str., 422546 Zelenodolsk, Republic of Tatarstan, Russian Federation

    Telefon:+7 (84371) 5-76-10, Fax: +7 (84371) 5-78-00

    Sit web: https://www.zdship.ru

    Indirizz elettroniku: nfo@zdship.ru

    Zelenodolsk Shipyard hija waħda mill-akbar intrapriżi tal-bini tal-bastimenti fir-Russja. Hija bniet il-bastiment tal-għassa tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed "Vasily Bykov", li ħa sehem fl-invażjoni illegali Russa tal-Ukrajna fl-2022. Fl-24 ta' Frar 2022"Vasily Bykov" attakka s-suldati Ukreni li kienu qed jiddefendu Snake Island.

    Għaldaqstant, Zelenodolsk Shipyard hija responsabbli talli appoġġat, b'mod materjali jew finanzjarju, azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    15.3.2022’


    Top