See dokument on väljavõte EUR-Lexi veebisaidilt.
Dokument 32022D0367
Commission Implementing Decision (EU) 2022/367 of 2 March 2022 amending Decision 2011/163/EU on the approval of plans submitted by third countries in accordance with Article 29 of Council Directive 96/23/EC (notified under document C(2022) 1200) (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/367 tat-2 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2011/163/UE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (notifikata bid-dokument C(2022) 1200) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/367 tat-2 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2011/163/UE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (notifikata bid-dokument C(2022) 1200) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2022/1200
ĠU L 69, 4.3.2022, lk 107—116
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Kehtetud, Kehtetuks muutumise kuupäev: 14/12/2022; Impliċitament imħassar minn 32022R2293
4.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 69/107 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/367
tat-2 ta’ Marzu 2022
li temenda d-Deċiżjoni 2011/163/UE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE
(notifikata bid-dokument C(2022) 1200)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 29(1), ir-raba’ subparagrafu, u l-Artikolu 29(2) tagħha,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 96/23/KE jeżiġi li l-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimportaw annimali u prodotti tal-annimali koperti minn dik id-Direttiva, jissottomettu pjanijiet ta’ monitoraġġ tar-residwi li jipprovdu l-garanziji meħtieġa (“il-pjanijiet”). Il-pjanijiet jenħtieġ li jkunu jkopru mill-inqas il-gruppi tar-residwi u tas-sustanzi elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 96/23/KE. |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE (2) tapprova l-pjanijiet sottomessi minn ċerti pajjiżi terzi dwar l-annimali u l-prodotti tal-annimali, li huma elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni. |
(3) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2315 emendat l-aħħar l-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE (3). Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2315 qasmet il-kategorija “prodotti tal-akkwakultura” f’erba’ subkategoriji, jiġifieri “Ħut bil-pinen”, “Prodotti tal-ħut bil-pinen”, “Krustaċji” u “Molluski” (molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi tal-ibħra), biex tkun allinjata aħjar mal-kategoriji użati għaċ-ċertifikati stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 (4), u mal-listi tal-pajjiżi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti stabbiliti fl-Annessi VIII u IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405 (5). |
(4) |
Il-Belarussja, il-Kanada, iċ-Ċina, Iżrael (6), il-Moldova, l-Iżvizzera, it-Turkija, l-Istati Uniti, u l-Urugwaj kienu elenkati qabel għall-“akkwakultura” fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE u kienu qed jesportaw il-kavjar li joriġina mill-akkwakultura fuq din il-bażi. Il-pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi għall-ħut bil-pinen li dawn ippreżentaw kien konformi mar-rekwiżiti ġenerali tal-Unjoni għall-akkwakultura u kien ikopri wkoll il-kavjar. Għalhekk, dawk il-pajjiżi terzi tħallew barra mil-lista għall-“prodotti tal-ħut bil-pinen (eż. kavjar)” fl-Anness ta’ 2011/163/UE kif emendat bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2315. Biex ikun evitat kull nuqqas ta’ ċarezza b’rabta mal-eliġibbiltà għall-esportazzjoni tal-kavjar lejn l-Unjoni, dawk il-pajjiżi terzi jenħtieġ li jiġu elenkati wkoll fil-kolonna “prodotti tal-ħut bil-pinen (eż. kavjar)”. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, il-kolonna “prodotti tal-ħut bil-pinen (eż. kavjar)” jenħtieġ li jsir jisimha “kavjar (7) (prodott tal-ħut bil-pinen)”. |
(5) |
L-Emirati Għarab Magħquda ma ssottomettewx pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi għall-ħut bil-pinen lill-Kummissjoni. Madankollu, l-Emirati Għarab Magħquda pprovdew garanziji, b’rabta mal-ħut bil-pinen li joriġinaw mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi, li huma approvati biex jesportaw dawn il-prodotti lejn l-Unjoni. Għalhekk, fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE jenħtieġ li tiġi inkluża entrata għall-Emirati Għarab Magħquda fis-subkolonna għall-“kavjar (prodott tal-ħut bil-pinen)” bin-nota xierqa f’qiegħ il-paġna. |
(6) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni 2011/163/UE jenħtieġ li tiġi emendata skont dan. |
(7) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (8).
Artikolu 2
L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Marzu 2022.
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE tas-16 ta’ Marzu 2011 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (ĠU L 70, 17.3.2011, p. 40).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2315 tas-17 ta’ Diċembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2011/163/UE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (ĠU L 464, 28.12.2021, p. 17).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 tas-16 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali u mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti, ċertifikazzjoni uffiċjali dwar dawn iċ-ċertifikati u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 599/2004, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 636/2014 u (UE) 2019/628, id-Direttiva 98/68/KE u d-Deċiżjonijiet 2000/572/KE, 2003/779/KE u 2007/240/KE (ĠU L 442, 30.12.2020, p. 1).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405 tat-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 118).
(6) Minn hawn ’il quddiem mifhum bħala l-Istat ta’ Iżrael, għajr it-territorji li ilhom fl-amministrazzjoni ta’ Iżrael minn Ġunju 1967, jiġifieri l-Għoljiet ta’ Golan, l-Istrixxa ta’ Gaża, Ġerusalemm tal-Lvant u l-bqija tax-Xatt tal-Punent.
(7) Kavjar jew sostituti tal-kavjar ippreparati mill-bajd tal-ħut.
(8) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).
ANNESS
“ANNESS
Kodiċi tal-ISO2 |
Pajjiż ((1)) |
Bovini |
Ovini/kaprini |
Porċini |
Ekwini |
Tjur |
Prodotti tal-akkwakultura |
Ħalib |
Bajd |
Fniek |
Kaċċa salvaġġa |
Kaċċa mrobbija |
Għasel |
Budellati |
|||
Prodotti tas-sajd |
Molluski (molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi tal-ibħra) |
||||||||||||||||
Ħut bil-pinen |
Kavjar ((13)) (prodott tal-ħut bil-pinen) |
Krustaċji |
|||||||||||||||
AD |
Andorra |
X |
X |
X ((2)) |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
AE |
L-Emirati Għarab Magħquda |
|
|
|
|
|
X ((2)) |
X ((2)) |
|
|
X ((3)) |
|
|
|
|
|
|
AL |
L-Albanija |
|
X |
|
|
|
X |
|
|
|
X ((2a)) |
X |
|
|
|
|
X |
AM |
L-Armenja |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
AR |
L-Arġentina |
X |
X |
|
X |
X |
X |
|
|
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
AU |
L-Awstralja |
X |
X |
|
X |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
X |
X |
X |
X |
BA |
Il-Bożnija-Ħerzegovina |
X |
X |
X |
|
X |
X |
|
|
|
X |
X |
|
|
|
X |
|
BD |
Il-Bangladesh |
|
|
|
|
|
X |
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
BF |
Il-Burkina Faso |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
BJ |
Il-Benin |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
BN |
Il-Brunei |
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
BR |
Il-Brażil |
X |
|
|
X |
X |
X |
|
X |
|
|
|
|
|
|
X |
X |
BW |
Il-Botswana |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
BY |
Il-Belarussja |
|
|
|
X ((7)) |
|
X |
X |
|
|
X |
X |
|
|
|
X |
X |
BZ |
Il-Belize |
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
CA |
Il-Kanada |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
CH |
L-Iżvizzera |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
CL |
Iċ-Ċilì |
X |
X |
X |
|
X |
X |
|
|
X |
X |
|
|
X |
|
X |
X |
CM |
Il-Kamerun |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
CN |
Iċ-Ċina |
|
|
|
|
X |
X |
X |
X |
|
|
X |
X |
|
|
X |
X |
CO |
Il-Kolombja |
|
|
|
|
|
X |
|
X |
|
X |
X ((2)) |
|
|
|
|
X |
CR |
Il-Costa Rica |
|
|
|
|
|
X |
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
CU |
Kuba |
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
X |
|
DO |
Ir-Repubblika Dominicana |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
EC |
L-Ekwador |
|
|
|
|
|
X |
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
EG |
L-Eġittu |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X ((2a)) |
|
|
|
|
|
X |
ET |
L-Etjopja |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
FK |
Il-Gżejjer Falkland |
X |
X ((5)) |
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
FO |
Il-Gżejjer Faeroe |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
GB |
Ir-Renju Unit |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
GE |
Il-Georgia |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
GG |
Guernsey |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
GL |
Greenland |
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
GT |
Il-Gwatemala |
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
X |
|
HN |
Il-Honduras |
|
|
|
|
|
X |
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
ID |
L-Indoneżja |
|
|
|
|
|
X |
|
X |
|
X ((2a)) |
X ((2a)) |
|
|
|
|
|
IL |
Iżrael ((4)) |
|
|
|
|
X |
X |
X |
|
|
X |
X |
|
|
|
X |
|
IM |
Isle of Man |
X |
X |
X |
|
|
X |
|
|
X |
X |
|
|
|
|
X |
|
IN |
L-Indja |
|
|
|
|
X ((2a)) |
X |
|
X |
|
X ((2a)) |
X |
|
|
|
X |
X |
IR |
L-Iran |
|
|
|
|
|
|
X |
X |
|
|
|
|
|
|
|
X |
JE |
Jersey |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
JM |
Il-Ġamajka |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
JP |
Il-Ġappun |
X |
|
X |
|
X |
X |
|
|
X |
X |
X |
|
|
|
X ((2a)) |
X |
KE |
Il-Kenja |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
KR |
Il-Korea t’Isfel |
|
|
|
|
X |
X |
|
X |
X |
X ((2a)) |
X ((2a)) |
|
|
|
X ((2a)) |
|
LB |
Il-Libanu |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
LK |
Is-Sri Lanka |
|
|
|
|
|
X |
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
MA |
Il-Marokk |
|
|
|
|
X |
X |
|
X ((2a)) |
X |
X ((2a)) |
X ((2a)) |
|
|
|
|
X |
MD |
Il-Moldova |
|
|
|
|
X |
X |
X |
|
|
X |
X |
|
|
|
X |
|
ME |
Il-Montenegro |
X |
X ((5)) |
X |
|
X |
X |
|
|
|
X |
X |
|
|
|
X |
|
MG |
Il-Madagascar |
|
|
|
|
|
X |
X |
X |
|
|
|
|
|
|
X |
|
MK |
Il-Maċedonja ta’ Fuq |
X |
X |
X |
|
X |
X |
|
|
|
X |
X |
|
X |
|
X |
|
MM |
Il-Myanmar |
|
|
|
|
|
X |
|
X |
|
|
|
|
|
|
X |
|
MN |
Il-Mongolja |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
MU |
Il-Mauritius |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
X ((2)) |
|
MX |
Il-Messiku |
|
|
X ((2)) |
|
|
X |
|
X |
|
X ((2a)) |
X |
|
|
|
X |
|
MY |
Il-Malasja |
|
|
|
|
X ((2)) |
X |
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
MZ |
Il-Mozambique |
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
NA |
In-Namibja |
X |
X ((5)) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
NC |
New Caledonia |
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
X |
|
NG |
In-Niġerja |
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
NI |
In-Nikaragwa |
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
X |
|
NZ |
New Zealand |
X |
X |
X ((2a)) |
X |
X ((2a)) |
X |
|
|
X |
X |
X ((2a)) |
X ((2a)) |
X |
X |
X |
X |
OM |
L-Oman |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X ((2a)) |
X ((2a)) |
|
|
|
X ((2a)) |
|
PA |
Il-Panama |
|
|
|
|
|
X |
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
PE |
Il-Perù |
|
|
|
|
|
X |
|
X |
X |
|
|
|
|
|
|
|
PH |
Il-Filippini |
|
|
|
|
|
X |
|
X |
|
X ((2a)) |
X ((2a)) |
|
|
|
|
|
PK |
Il-Pakistan |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
PM |
Saint Pierre u Miquelon |
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
PN |
Il-Gżejjer Pitcairn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
PY |
Il-Paragwaj |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
RS |
Is-Serbja ((6)) |
X |
X |
X |
X ((7)) |
X |
X |
|
|
|
X |
X |
|
X |
|
X |
X |
RU |
Ir-Russja |
X |
X |
X |
|
X |
|
|
|
|
X |
X |
|
|
X ((8)) |
X |
X |
RW |
Ir-Rwanda |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
SA |
L-Arabja Sawdija |
|
|
|
|
|
X |
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
SG |
Singapore |
X ((2)) |
X ((2)) |
X ((2)) |
X ((9)) |
X ((2)) |
X |
|
|
|
X ((2)) |
X ((2a)) |
|
X ((9)) |
X ((9)) |
|
|
SL |
Sierra Leone |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
SM |
San Marino |
X |
|
X ((2)) |
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
X |
|
SV |
El Salvador |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
SY |
Is-Sirja |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
SZ |
L-Eswatini |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TG |
It-Togo |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
TH |
It-Tajlandja |
X ((2a)) |
|
X ((2a)) |
|
X |
X |
|
X |
X |
X ((2a)) |
X ((2a)) |
|
|
|
X |
|
TN |
It-Tuneżija |
|
|
|
|
|
X |
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
X |
TR |
It-Turkija |
|
|
|
|
X |
X |
X |
|
X |
X |
X |
|
|
|
X |
X |
TW |
It-Tajwan |
|
|
|
|
|
X |
|
X |
|
X ((2a)) |
X |
|
|
|
X |
|
TZ |
It-Tanzanija |
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
X |
|
UA |
L-Ukrajna |
X |
|
X |
|
X |
X |
|
|
X |
X |
X |
X |
|
|
X |
X |
UG |
L-Uganda |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
US |
L-Istati Uniti |
X |
X ((10)) |
X |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
UY |
L-Urugwaj |
X |
X |
|
X |
|
X |
X |
|
X |
X |
|
|
X |
|
X |
X |
UZ |
L-Użbekistan |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
VE |
Il-Venezwela |
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
VN |
Il-Vjetnam |
|
|
|
|
|
X |
|
X |
X |
X ((2a)) |
X ((2a)) |
|
|
|
X |
|
WF |
Wallis u Futuna |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
XK |
Il-Kosovo ((11)) |
|
|
|
|
X ((2)) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
ZA |
L-Afrika t’Isfel |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
X ((12)) |
|
|
ZM |
Iż-Żambja |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
((1)) Din it-tabella fiha lista ta’ pajjiżi u territorji. Mhijiex limitata għall-pajjiżi rikonoxxuti mill-Unjoni.
((2)) Pajjiżi terzi li jużaw biss materja prima mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi oħra li huma approvati għall-importazzjoni ta’ din il-materja prima lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2.
((2a)) Pajjiżi terzi li jużaw prodotti ta’ oriġini mill-annimali mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi oħra li huma approvati għall-importazzjonijiet ta’ dawn il-prodotti pproċessati lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2, għall-fini li jintużaw biss għall-preparazzjoni ta’ prodotti komposti destinati għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.
((3)) Ħalib tal-ġemel biss.
((4)) Minn hawn ’il quddiem mifhum bħala l-Istat ta’ Iżrael, għajr it-territorji li ilhom fl-amministrazzjoni ta’ Iżrael minn Ġunju 1967, jiġifieri l-Għoljiet ta’ Golan, l-Istrixxa ta’ Gaża, Ġerusalemm tal-Lvant u l-bqija tax-Xatt tal-Punent.
((5)) Speċijiet ovina biss.
((6)) Il-Kosovo mhux inkluż.
((7)) Esportazzjoni lejn l-Unjoni ta’ ekwidi ħajjin għat-tbiċċir (annimali li jipproduċu l-ikel biss).
((8)) Ċriev biss.
((9)) Għall-prodotti bażiċi tal-laħam frisk li joriġinaw minn New Zealand biss, destinati lejn l-Unjoni, u li jinħattu u jitgħabbew mill-ġdid u jgħaddu minn Singapore, kemm jekk jinħażnu hemm, kif ukoll jekk le.
((10)) Speċijiet kaprini biss.
((11)) Din id-deżinjazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u tikkonforma mal-UNSCR 1244 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-Dikjarazzjoni tal-Indipendenza tal-Kosovo.
((12)) Ratiti biss.
((13)) Kavjar jew sostituti tal-kavjar ippreparati mill-bajd tal-ħut.