EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D0307

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/307 tal-24 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja

ST/5976/2022/INIT

ĠU L 46, 25.2.2022, p. 97–124 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/307/oj

25.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 46/97


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/307

tal-24 ta’ Frar 2022

li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-15 ta' Ottubru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK (1), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja.

(2)

Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK, u meta titqies is-sitwazzjoni serja persistenti fil-Belarussja, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi jiġu estiżi sat-28 ta' Frar 2023.

(3)

Jenħtieġ li jiġu emendati d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet jew l-informazzjoni għal 27 persuna fiżika u seba' persuni ġuridiċi inklużi fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2012/642/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2012/642/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 8

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-28 ta’ Frar 2023.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt rieżami kostanti u għandha tiġġedded jew tiġi emendata, kif meħtieġ, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma ntlaħqux.”;

(2)

L-Anness I huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Frar 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

A. PANNIER-RUNACHER


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja (ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1).


ANNESS

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK huwa emendat kif ġej:

(1)

fit-tabella “A. Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikoli 3(1) u 4(1)”, l-entrati 2, 3, 8, 16, 18, 19, 20, 21, 30, 31, 33, 46, 49, 50, 53, 70, 77, 87, 88, 112, 114, 121, 123, 124, 125, 127 u 144 huma sostitwiti b’dan li ġej:

 

Ismijiet

(Trażlitterazzjoni tal-ortografija Belarussa)

( Trażlitterazzjoni tal-ortografija Russa)

Ismijiet

(ortografija Belarussa)

(ortografija Russa)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet għall-elenkar

Data tal-elenkar

“2.

Dzmitry Valerievich PAULICHENKA,

Dmitri Valerievich PAVLICHENKO (Dmitriy Valeriyevich PAVLICHENKO)

Дзмiтрый Валер'евiч ПАЎЛIЧЭНКА

Дмитрий Валериевич ПАВЛИЧЕНКО

Posizzjoni(jiet): eks Kmandant tal-Unità ta' Reazzjoni Rapida Speċjali (SOBR)

Kmandant ta' unità tal-OMON

Data tat-Twelid: 1966

Post tat-twelid: Vitebsk/ Viciebsk, eks Unjoni Sovjetika (illum, Belarussja)

Indirizz: Belarusian Association of Veterans of Special Forces of the Ministry of Internal Affairs ‘Honour’, 111 Mayakovskogo St., 220028 Minsk, Belarus

Sess: raġel

Persuna ċentrali fl-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Belarussja fl-1999-2000. Eks Kmandant tal-Unità ta’ Reazzjoni Rapida Speċjali (SOBR) fil-Ministeru għall-Intern.

Negozjant, Kap ta' "Honour" (Unur), l-Assoċjazzjoni tal-Ministeru għall-Intern tal-Veterani tal-Forzi Speċjali tal-Ministeru għall-Intern.

Huwa ġie identifikat bħala kmandant ta’ unità tal-OMON matul ir-repressjoni brutali fuq id-dimostrant, li seħħet fil-Belarussja wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020.

24.9.2004

3.

Viktar Uladzimiravich SHEIMAN (Viktar Uladzimiravich SHEYMAN)

Viktor Vladimirovich SHEIMAN (Viktor Vladimirovich SHEYMAN)

Вiктар Уладзiмiравiч ШЭЙМАН

Виктор Владимирович ШЕЙМАН

Posizzjoni(jiet): Eks Kap tal-Belarus President Property Management Directorate

Data tat-Twelid: 26.5.1958

Post tat-twelid: Soltanishki, Reġjun/Oblast ta' Grodno/Hrodna, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

Indirizz: Belarus President Property Management Directorate, 38 Karl Marx St., 220016 Minsk, Belarus

Sess: raġel

Eks Kap tal-Belarus President Property Management Directorate. Responsabbli għall-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Belarussja fl-1999-2000. Eks Segretarju tal-Kunsill tas-Sigurtà. Sheiman għadu Assistent Speċjali tal-President.

Huwa għadu membru influwenti u attiv tar-reġim ta’ Lukashenka.

24.9.2004

8.

Siarhei Mikalaevich KHAMENKA

Sergei Nikolaevich KHOMENKO

Сяргей Мiкалаевiч ХАМЕНКА

Сергей Николаевич ХОМЕНКО

Posizzjoni(jiet): Eks Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni, Maġġur Ġeneral tal-Milizzja (forza tal-pulizija)

Ministru għall-Ġustizzja

Data tat-Twelid: 21.9.1966

Post tat-twelid: Yasinovataya, eks Unjoni Sovjetika (issa Ukrajna)

Sess: raġel

Fil-pożizzjoni preċedenti ta' tmexxija tiegħu bħala Viċi Ministru fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni, kien responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza fuq il-ġurnalisti.

Huwa għadu attiv fir-reġim ta' Lukashenka bħala Ministru għall-Ġustizzja.

2.10.2020

16.

Aliaksandr Mikhailavich ALIASHKEVICH

Alexander Mikhailovich ALESHKEVICH

Аляксандр Мiхайлавiч АЛЯШКЕВIЧ

Александр Михайлович АЛЕШКЕВИЧ

Posizzjoni(jiet): Eks l-Ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment Distrettwali tal-Affarijiet Interni fid-Distrett ta' Moskovsky, Minsk, Kap tal-Pulizija Kriminali

Kap tad-Dipartiment Distrettwali tal-Affarijiet Interni fid-Distrett ta’ Leninsky, Minsk

Sess: raġel

Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala l-Ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment Distrettwali tal-Affarijiet Interni fid-Distrett ta' Moskovsky, Minsk u Kap tal-Pulizija Kriminali, huwa kien responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni f'dak id-distrett kontra dimostranti paċifiċi wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u l-użu eċċessiv ta' forza u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura.

Huwa għadu attiv fir-reġim ta' Lukashenka bħala l-Kap tad-Dipartiment Distrettwali tal-Affarijiet Interni fid-Distrett ta' Leninsky, Minsk.

2.10.2020

18.

Aliaksandr Paulavich VASILIEU

Alexander Pavlovich VASILIEV

Аляксандр Паўлавiч ВАСIЛЬЕЎ

Александр Павлович ВАСИЛЬЕВ

Posizzjoni(jiet):Eks Kap tad-Dipartiment tal-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv tar-Reġjun/l-Oblast ta' Gomel/ Homyel

Kap tal-Akkademja tal-Ministeru tal-Affarijiet Interni

Data tat-Twelid: 24.3.1975

Post tat-twelid: Mahiliou/Mogilev, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

Sess: raġel

Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment tal-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv tar-Reġjun/l-Oblast ta' Gomel/Homyel, huwa kien responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni f’dak ir-reġjun/l-oblast kontra dimostranti paċifiċi wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u l-użu eċċessiv ta' forza u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura.

Huwa għadu attiv fir-reġim ta' Lukashenka bħala l-Kap tal-Akkademja tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni.

2.10.2020

19.

Aleh Mikalaevich SHULIAKOUSKI

Oleg Nikolaevich SHULIAKOVSKI

Алег Мiкалаевiч ШУЛЯКОЎСКI

Олег Николаевич ШУЛЯКОВСКИЙ

Posizzjoni(jiet):Eks l-Ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv tar-Reġjun/l-Oblast ta' Gomel/ Homyel Kap tal-Pulizija Kriminali

Kap tad-Dipartiment għall-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv tar-Reġjun/l-Oblast ta' Brest

Data tat-Twelid: 26.7.1977

Sess: raġel

Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala l-Ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv tar-Reġjun/l-Oblast ta' Gomel/Homyel u Kap tal-Pulizija Kriminali, huwa kien responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija f’dak ir-reġjun /l-oblast kontra dimostranti paċifiċi wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u l-użu eċċessiv ta' forza u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura.

Huwa għadu attiv fir-reġim ta' Lukashenka bħala l-Kap tad-Dipartiment tal-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv tar-Reġjun/l-Oblast ta' Brest.

2.10.2020

20.

Anatol Anatolievich VASILIEU

Anatoli Anatolievich VASILIEV

Анатоль Анатольевiч ВАСIЛЬЕЎ

Анатолий Анатольевич ВАСИЛЬЕВ

Pożizzjoni(jiet): Eks Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv tar-Reġjun/l-Oblast ta' Gomel/Homyel, Kap tal-Pulizija tas-Sikurezza Pubblika

Viċi President tal-Kumitat Investigattiv

Data tat-Twelid: 26.1.1972

Post tat-twelid: Gomel/Homyel, Ir-Reġjun/l-Oblast ta' Gomel/Homyel, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

Sess: raġel

Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv tar-Reġjun/l-Oblast ta' Gomel/Homyel u Kap tal-Pulizija tas-Sikurezza Pubblika, huwa kien responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija f’dak ir-reġjun /l-oblast kontra dimostranti paċifiċi wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u l-użu eċċessiv ta' forza u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura.

Huwa għadu attiv fir-reġim ta' Lukashenka bħala Viċi President tal-Kumitat Investigattiv.

2.10.2020

21.

Aliaksandr Viachaslavavich ASTREIKA

Alexander Viacheslavovich ASTREIKO

Аляксандр Вячаслававiч АСТРЭЙКА

Александр Вячеславович АСТРЕЙКО

Pożizzjoni(jiet): Eks Kap tad-Dipartiment tal-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv tar-Reġjun/l-Oblast ta' Brest, Maġġur Ġeneral tal-Milizzja (forza tal-pulizija)

Kap tad-Dipartiment għall-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv tar-Reġjun/l-Oblast ta' Minsk

Data tat-Twelid: 22.12.1971

Post tat-twelid: Kapyl, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

Sess: raġel

Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment tal-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv tar-Reġjun/l-Oblast ta' Brest u Maġġur Ġeneral tal-Milizzja, huwa kien responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija f’dak ir-reġjun/l-oblast kontra dimostranti paċifiċi wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u l-użu eċċessiv ta' forza u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura.

Huwa għadu attiv fir-reġim ta' Lukashenka bħala l-Kap tad-Dipartiment tal-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv tar-Reġjun/l-Oblast ta' Minsk.

2.10.2020

30.

Uladzimir Viktaravich KALACH

Vladimir Viktorovich KALACH

Уладзiмiр Вiктаравiч КАЛАЧ

Владимир Викторович КАЛАЧ

Pożizzjoni(jiet): Eks Viċi President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB)

Assistent tal-President tar-Repubblika tal-Belarussja - Spettur għar-Reġjun/l-Oblast ta' Minsk

Sess: raġel

Grad: Maġġur Ġeneral

Fil-pożizzjoni preċedenti ta' tmexxija li kellu bħala Viċi President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB), kien responsabbli għall-parteċipazzjoni tal-KGB fil-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi u membri tal-oppożizzjoni.

Huwa għadu attiv fir-reġim ta' Lukashenka bħala Assistent tal-President tar-Repubblika tal-Belarussja – Spettur għar-Reġjun/l-Oblast ta' Minsk.

2.10.2020

31.

Alieg Anatolevich CHARNYSHOU

Oleg Anatolievich CHERNYSHEV

Алег Анатольевiч ЧАРНЫШОЎ

Олег Анатольевич ЧЕРНЫШЁВ

Pożizzjoni(jiet): Eks Viċi President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB)

Viċi President tal-Presidju tal-Akkademja Nazzjonali tax-Xjenzi

Sess: raġel

Grad: Maġġur Ġeneral

Fil-pożizzjoni preċedenti ta' tmexxija li kellu bħala Viċi President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB), huwa kien responsabbli għall-parteċipazzjoni tal-KGB fil-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi u membri tal-oppożizzjoni.

Huwa għadu attiv fir-reġim ta' Lukashenka bħala Viċi President tal-Presidju tal-Akkademja Nazzjonali tax-Xjenzi.

2.10.2020

33.

Lidzia Mihailauna YARMOSHINA

Lidia Mikhailovna YERMOSHINA

Лiдзiя Мiхайлаўна ЯРМОШЫНА

Лидия Михайловна ЕРМОШИНА

Pożizzjoni(jiet): Eks President tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC)

Data tat-Twelid: 29.1.1953

Post tat-twelid: Slutsk, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

Sess: mara

Fil-pożizzjoni preċedenti tagħha bħala l-President tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC), hija kienet responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tas-CEC, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni.

B'mod partikolari, is-CEC u t-tmexxija tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' ċerti kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata.

2.10.2020

46.

Viktar Aliaksandravich LUKASHENKA

Viktor Aleksandrovich LUKASHENKO

Вiктар Аляксандравiч ЛУКАШЭНКА

Виктор Александрович ЛУКАШЕНКО

Pożizzjoni(jiet): Eks Konsulent tal-President dwar is-Sigurtà Nazzjonali, Membru tal-Kunsill tas-Sigurtà

President tal-Kumitat Olimpiku Nazzjonali tal-Belarussja

Data tat-Twelid: 28.11.1975

Post tat-twelid: Mahiliou/Mogilev (eks Unjoni Sovjetika, issa Belarussja)

Sess: raġel

Identità Personali: 3281175A014PB8

Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala Konsulent tal-President dwar is-Sigurtà Nazzjonali u Membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, kif ukoll il-pożizzjoni superviżorja informali tiegħu fuq il-forzi tas-sigurtà tal-Belarussja, huwa kien u għadu responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-apparat tal-Istat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, tad-dimostranti paċifiċi kif ukoll l-intimidazzjoni u l-vjolenza fuq il-ġurnalisti.

Huwa għadu attiv fir-reġim ta' Lukashenka bħala l-President tal-Kumitat Olimpiku Nazzjonali. F’din il-pożizzjoni, li nħatar għaliha fis-26 ta’ Frar 2021, huwa responsabbli għat-trattament ħażin mill-uffiċjali tal-NOC tal-atleta Krystsina Tsimanouskaya matul l-Olimpjadi tas-Sajf tal-2020 f’Tokyo.

6.11.2020

49.

Raman Ivanavich MELNIK

Roman Ivanovich MELNIK

Раман Iванавiч МЕЛЬНIК

Роман Иванович МЕЛЬНИК

Pożizzjoni(jiet): Eks Kap tad-Direttorat Ewlieni tal-Protezzjoni tal-Ordni Pubbliku u l-Prevenzjoni fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni

Kap tal-Amministrazzjoni tad-Distrett ta' Leninsky ta' Minsk

Data tat-Twelid: 29.5.1964

Sess: raġel

Fil-pożizzjoni preċedenti ta’ tmexxija tiegħu bħala l-Kap tad-Direttorat Ewlieni tal-Protezzjoni tal-Ordni Pubbliku u l-Prevenzjoni fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni, huwa kien responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-apparat tal-Istat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, tad-dimostranti paċifiċi kif ukoll l-intimidazzjoni u l-vjolenza fuq il-ġurnalisti.

Huwa għadu attiv fir-reġim ta' Lukashenka bħala l-Kap tal-Amministrazzjoni tad-Distrett ta' Leninsky ta' Minsk.

6.11.2020

50.

Ivan Danilavich NASKEVICH

Ivan Danilovich NOSKEVICH

Iван Данiлавiч НАСКЕВIЧ

Иван Данилович НОСКЕВИЧ

Pożizzjoni(jiet): Eks President tal-Kumitat Investigattiv

Membru tar-riżerva tal-Kumitat Investigattiv

Data tat-Twelid: 25.3.1970

Post tat-twelid: il-villaġġ ta’ Cierabličy fir-Reġjun/l-Oblast ta’ Brest, eks Unjoni Sovjetika, (issa Belarussja)

Sess: raġel

Fil-pożizzjoni preċedenti ta’ tmexxija tiegħu bħala l-President tal-Kumitat Investigattiv, huwa kien responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija minn dak il-Kumitat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, partikolarment minħabba l-investigazzjonijiet mibdija kontra l-Kunsill ta’ Koordinazzjoni u kontra d-dimostranti paċifiċi.

Huwa għadu attiv fir-reġim ta' Lukashenka bħala membru tar-riżerva tal-Kumitat Investigattiv.

6.11.2020

53.

Andrei Fiodaravich SMAL

Andrei Fyodorovich SMAL

Андрэй Фёдаравiч СМАЛЬ

Андрей Федорович СМАЛЬ

Pożizzjoni(jiet): Eks Viċi President tal-Kumitat Investigattiv

Data tat-Twelid: 1.8.1973

Post tat-twelid: Brest, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

Sess: raġel

Fil-pożizzjoni preċedenti ta’ tmexxija tiegħu bħala l-Viċi President tal-Kumitat Investigattiv, huwa kien responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-Kumitat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, partikolarment minħabba l-investigazzjonijiet mibdija kontra l-Kunsill ta’ Koordinazzjoni u kontra d-dimostranti paċifiċi.

6.11.2020

70.

Aleh Heorhievich KARAZIEI

Oleg Georgevich KARAZEI

Алег Георгiевiч КАРАЗЕЙ

Олег Георгиевич КАРАЗЕЙ

Pożizzjoni(jiet): Eks Kap tad-Dipartiment tal-Prevenzjoni tad-Dipartiment Ewlieni tal-Infurzar tal-Liġi u l-Prevenzjoni tal-Pulizija tas-Sigurtà Pubblika tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni

Professur assoċjat fl-Akkademja tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni

Data tat-Twelid: 1.1.1979

Post tat-twelid: Ir-Reġjun/l-Oblast ta' Minsk, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

Sess: raġel

Fil-pożizzjoni preċedenti ta’ tmexxija tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment tal-Prevenzjoni tad-Dipartiment Ewlieni tal-Infurzar tal-Liġi u l-Prevenzjoni tal-Pulizija tas-Sigurtà Pubblika tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni, huwa kien responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-pulizija wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, tad-dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza fuq il-ġurnalisti.

Għadu attiv fir-reġim ta' Lukashenka bħala professur assoċjat fl-Akkademja tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni.

17.12.2020

77.

Viktar Ivanavich STANISLAUCHYK

Viktor Ivanovich STANISLAVCHIK

Вiктар Iванавiч СТАНIСЛАЎЧЫК

Виктор Иванович СТАНИСЛАВЧИК

Pożizzjoni(jiet): Eks Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija tad-Distrett ta' Sovetsky ta' Minsk, Kap tal-Pulizija tas-Sigurtà Pubblika

L-ewwel Viċi Kap taċ-Ċentru ta' Studji Avvanzati u Speċjalisti tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni

Data tat-Twelid: 27.1.1971

Sess: raġel

Fil-pożizzjoni preċedenti ta’ tmexxija tiegħu bħala Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija tad-Distrett ta’ Sovetsky ta’ Minsk u Kap tal-Pulizija tas-Sigurtà Pubblika, huwa kien responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-pulizija lokali taħt il-kmand tiegħu wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta’ dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti.

Skont ix-xhieda, huwa ssorvelja personalment id-detenzjoni ta' dimostranti paċifiċi u s-swat ta' dawk detenuti illegalment.

Huwa jibqa' attiv fir-reġim ta' Lukashenka bħala l-Ewwel Viċi kap taċ-Ċentru ta' Studji Avvanzati u Speċjalisti tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni.

17.12.2020

87.

Aliaksandr Vasilevich SHAKUTSIN

Aleksandr Vasilevich SHAKUTIN

Аляксандр Васiльевiч ШАКУЦIН

Александр Васильевич ШАКУТИН

Pożizzjoni(jiet): Negozjant, president tal-bord tad-diretturi tal-impriża Amkodor

Data tat-Twelid: 12.1.1959

Post tat-twelid: Bolshoe Babino, Orsha Rayon, Oblast ta' Vitebsk/Viciebsk, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

Sess: raġel

Huwa wieħed min-negozjanti ewlenin li joperaw fil-Belarussja, b’interessi kummerċjali fis-setturi tal-kostruzzjoni, tal-bini tal-magni, tal-agrikoltura u oħrajn.

Huwa rrappurtat li huwa wieħed mill-persuni li bbenefikaw l-aktar mill-privatizzazzjoni matul il-mandat ta’ Lukashenka bħala President. Huwa wkoll eks membru tal-presidju tal-assoċjazzjoni pubblika favur Lukashenka "Belaya Rus" u eks membru tal-Kunsill għall-Iżvilupp tal-Intraprenditorija fir-Repubblika tal-Belarussja.

F’Lulju 2020 għamel kummenti pubbliċi li kkundannaw il-protesti tal-oppożizzjoni fil-Belarussja, u b’hekk appoġġa l-politika ta’ repressjoni tar-reġim ta’ Lukashenka lejn dimostranti paċifiċi, l-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili.

Huwa għad għandu interessi kummerċjali fil-Belarussja.

17.12.2020

88.

Mikalai Mikalaevich VARABEI/VERABEI

Nikolay Nikolaevich VOROBEY

Мiкалай Мiкалаевiч ВАРАБЕЙ/ВЕРАБЕЙ

Николай Николаевич ВОРОБЕЙ

Pożizzjoni(jiet): Negozjant, koproprjetarju tal-Bremino Group

Data tat-Twelid: 4.5.1963

Post tat-twelid: Repubblika Sovjetika Ukrena (issa Ukrajna)

Sess: raġel

Huwa wieħed min-negozjanti ewlenin li joperaw fil-Belarussja u kellu u għad għandu interessi kummerċjali fis-setturi taż-żejt, tat-tranżitu tal-faħam, tal-banek u oħrajn.

Huwa l-koproprjetarju tal-Bremino Group – kumpannija li gawdiet minn ħelsien mit-taxxa u forom oħra ta’ appoġġ mill-amministrazzjoni Belarussa. Il-kumpannija tiegħu BelKazTrans ingħatat dritt esklussiv li tittrasferixxi l-faħam fil-Belarussja. F’Diċembru 2020, huwa ttrasferixxa wħud mill-assi tiegħu lill-assoċjati kummerċjali qrib tiegħu. Skont rapporti tal-media huwa għadu jikkontrolla l-kumpanniji Interservice and Oil Bitumen Plant. Huwa għad għandu attivitajiet kummerċjali mal-awtoritajiet fil-Belarussja u għadu jżomm relazzjonijiet mill-qrib magħhom u ta żewġ karozzi lussużi lil Lukashenka. Huwa għandu wkoll interessi kummerċjali fl-Ukrajna u r-Russja.

Għaldaqstant qed jibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u qed jappoġġah.

17.12.2020

112.

Siarhei Aliaksandravich GUSACHENKA

Sergey Alexandrovich GUSACHENKO

Сяргей Аляксандравiч ГУСАЧЭНКА

Сергей Александрович ГУСАЧЕНКО

Pożizzjoni(jiet): Viċi President tal-Kumpannija Nazzjonali tat-Televiżjoni u r-Radju tal-Istat (Belteleradio Company)

Data tat-Twelid: 05.11.1983

Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Tel. (uffiċċju): (+375-(17) 369-90-15

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala l-Viċi President ta' Belteleradio Company, (il-Kumpannija Nazzjonali tat-Televiżjoni u r-Radju tal-Istat), awtur u preżentatur tal-programm televiżiv ta' propaganda ta' kull ġimgħa "Glavnyy efir", Siarhei Gusachenka kien u għadu intenzjonalment jipprovdi lill-pubbliku Belarussu informazzjoni falza dwar ir-riżultat tal-elezzjonijiet, il-protesti, ir-repressjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet statali u l-attivitajiet tar-reġim ta' Lukashenka li jiffaċilitaw il-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni. Huwa direttament responsabbli għall-mod li bih it-televiżjoni tal-istat jippreżenta l-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiż, u b'hekk jagħti appoġġ lill-awtoritajiet, inkluż lil Lukashenka.

Huwa għalhekk qed jappoġġa r-reġim ta' Lukashenka.

21.6.2021

114.

Volha Mikalaeuna CHAMADANAVA

Olga Nikolaevna CHEMODANOVA

Вольга Мiĸалаеўна ЧАМАДАНАВА

Ольга Ниĸолаевна ЧЕМОДАНОВА

Pożizzjoni(jiet): Eks Segretarju tal-Istampa tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni tal-Belarussja

Kap tad-Direttorat Ewlieni għall-Ideoloġija u ż-Żgħażagħ tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Belt ta' Minsk

Data tat-Twelid: 13.10.1977

Post tat-twelid: Reġjun/Oblast ta' Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum Belarussja)

Sess: mara

Nazzjonalità: Belarussa

Grad: Kurunell

Passaport: MC1405076

Fil-pożizzjoni preċedenti tagħha bħala l-persuna ewlenija għall-media tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni tal-Belarussja, Volha Chamadanava qdiet rwol ewlieni fl-aljenazzjoni u fit-tgħawwiġ tal-fatti rigward il-vjolenza kontra d-dimostranti, kif ukoll fit-tixrid ta' informazzjoni falza dwarhom. Hija heddet lid-dimostranti paċifiċi u ġġustifikat kontinwament il-vjolenza kontrihom.

Peress li kienet tagħmel parti mill-apparat tas-sigurtà u tkellmet f'ismu, hija għaldaqstant qed tappoġġa lir-reġim ta' Lukashenka.

Hija għadha attiva fir-reġim ta' Lukashenka bħala l-Kap tad-Direttorat Ewlieni għall-Ideoloġija u ż-Żgħażagħ tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Belt ta' Minsk.

21.6.2021

121.

Liliya Valereuna LUKASHENKA (SIAMASHKA)

Liliya Valerevna LUKASHENKO (SEMASHKO)

Лiлiя Валер'еўна ЛУКАШЭНКА (СЯМАШКА)

Лилия Валерьевна ЛУКАШЕНКО (СЕМАШКО)

Pożizzjoni(jiet): Negozjant, direttur ta' gallerija tal-arti

Data tat-Twelid: 29.10.1979

Sess: mara

Nazzjonalità: Belarussa

Identità personali: 4291079A047PB1

Liliya Lukashenka hija mart Viktar Lukashenka u bint tar-rispett ta' Aliaksandr Lukashenka. Hija kienet marbuta mill-qrib ma’ għadd ta’ kumpanniji ta’ profil għoli, li bbenefikaw mir-reġim ta’ Lukashenka, inkluż Dana Holdings / Dana Astra u l-impriża Belkhudozhpromysly. Hija kien preżenti, flimkien ma' żewġha Viktar Lukashenka, għall-inawgurazzjoni sigrieta ta' Aliaksandr Lukashenka f'Settembru 2020.

Attwalment hija d-direttriċi tal-gallerija tal-arti “Art Chaos”. L-attivitajiet kummerċjali tagħha huma promossi mill-media affiljata mar-reġim.

Għaldaqstant qed tibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u qed tappoġġah.

21.6.2021

123.

Aliaksandr Yauhenavich SHATROU

Alexander (Alexandr) Evgenevich SHATROV

Аляксандр Яўгенавiч ШАТРОЎ

Александр Евгеньевич ШАТРОВ

Pożizzjoni(jiet): Negozjant, azzjonist u eks kap ta' Synesis LLC

Data tat-Twelid: 9.11.1978

Post tat-twelid: Unjoni Sovjetika (illum Federazzjoni Russa)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Russa, Belarussa

Identità personali: 3091178A002VF5

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala eks kap u eks azzjonist maġġoritarju ta' Synesis LLC, Alexander Shatrov kien responsabbli għal dik id-deċiżjoni ta' dik il-kumpannija li tipprovdi lill-awtoritajiet Belarussi pjattaforma ta' sorveljanza, Kipod, li tista' tfittex f'filmati u tanalizzahom, u tuża software ta' rikonoxximent tal-wiċċ. Għaldaqstant qed jikkontribwixxi għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika mill-apparat tal-istat.

Synesis LLC u s-sussidjarja tagħha Panoptes jibbenefikaw mis-sehem tagħhom fis-Sistema ta' Monitoraġġ tas-Sikurezza Repubblikana. Kumpanniji oħra li tagħhom Shatrov kien proprjetarju jew koproprjetarju, bħal BelBet u Synesis Sport, ukoll ibbenefikaw minn kuntratti tal-gvern.

Huwa għamel stqarrijiet pubbliċi fejn ikkritika lil dawk li kienu qed jipprotestaw kontra r-reġim ta' Lukashenka u qiegħed f'perspettiva n-nuqqas ta' demokrazija fil-Belarussja. Għaldaqstant huwa jibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u jappoġġah.

Huwa għadu azzjonist ta’ Synesis LLC.

21.6.2021

124.

Siarhei Siamionavich TSIATSERYN

Sergei Semionovich TETERIN

Сяргей Сямёнавiч ЦЯЦЕРЫН

Сергей Семёнович ТЕТЕРИН

Pożizzjoni(jiet): Negozjant, sid ta'BelGlobalStart , koproprjetarju ta' VIBEL, eks President tal-Federazzjoni Belarussa tat-Tennis

Data tat-Twelid: 7.1.1961

Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Siarhei Tsiatseryn huwa wieħed min-negozjanti ewlenin li joperaw fil-Belarussja, b'interessi kummerċjali fid-distribuzzjoni ta' xarbiet alkoħoliċi (permezz tal-kumpannija tiegħu "BelGlobalStart"), prodotti tal-ikel u għamara. Huwa parti miċ-ċirku ta' ġewwa ta' Lukashenka.

Fl-2019, BelGlobalStart ingħatat opportunità li tibda l-bini ta' ċentru multifunzjonali ta' negozju quddiem il-palazz presidenzjali f'Minsk. Huwa koproprjetarju tal-kumpannija VIBEL li tbigħ reklami fuq għadd ta' stazzjonijiet televiżivi nazzjonali Belarussi. Huwa kien il-president tal-Federazzjoni Belarussa tat-Tennis u eks assistent ta' Lukashenka għal kwistjonijiet sportivi.

21.6.2021

125.

Mikhail Safarbekovich GUTSERIEV

Микаил (Михаил) Сафарбекович ГУЦЕРИЕВ

Pożizzjoni(jiet): Negozjant, azzjonist u president tal-bord eżekuttiv tal-kumpanniji Safmar u Slavkali

Data tat-Twelid: 9.5.1958

Post tat-twelid: Akmolinsk, eks Unjoni Sovjetika (illum Każakistan)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Russa

Mikhail Gutseriev huwa negozjant prominenti Russu, b'interessi kummerċjali fil-Belarussja fis-setturi tal-enerġija, tal-potassa, tal-ospitalità u oħrajn. Huwa ilu żmien twil konoxxenza ta' Aliaksandr Lukashenka u bis-saħħa ta' dik l-assoċjazzjoni akkumula ġid u influwenza sinifikanti fost l-elit politiku fil-Belarussja. Safmar, kumpannija li kienet ikkontrollata minn Gutseriev, kienet l-unika ditta taż-żejt Russa li kompliet tforni ż-żejt lir-raffineriji Belarussi waqt il-kriżi tal-enerġija bejn il-Belarussja u r-Russja fil-bidu tal-2020.

Gutseriev appoġġa wkoll lil Lukashenka f'tilwim mar-Russja dwar il-kunsinni taż-żejt. Gutseriev kien il-president tal-bord tad-diretturi u azzjonist fil-kumpannija Slavkali, li qed tibni l-impjant ta' Nezhinsky għat-tħaffir u l-ipproċessar tal-klorur tal-potassju bbażat fuq id-depożitu ta' melħ potassiku ta' Starobinsky qrib Lyuban. Huwa l-akbar investiment fil-Belarussja, b'valur ta' USD 2 biljun. Lukashenka wiegħed li jibdel l-isem tal-belt ta' Lyuban għal Gutserievsk biex jagħtih ġieħ.

In-negozji l-oħrajn tiegħu fil-Belarussja inkludew stazzjonijiet tal-fjuwil u mħażen taż-żejt, lukanda, ċentru tan-negozju u terminal tal-ajruport f'Minsk. Lukashenka ddefenda lil Gutseriev wara li nbdiet investigazzjoni kriminali kontrih fir-Russja. Lukashenka rringrazzja wkoll lil Gutseriev għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji tiegħu għall-karità u l-investimenti ta' valur ta' biljuni ta' dollari fil-Belarussja. Gutseriev huwa rrappurtat li rregala lil Lukashenka rigali lussużi.

Gutseriev ddikjara wkoll li huwa s-sid ta’ residenza, li de facto tappartjeni lil Lukashenka, u b'hekk għattielu meta l-ġurnalisti bdew jinvestigaw l-assi ta' Lukashenka. Gutseriev attenda l-inawgurazzjoni sigrieta ta' Lukashenka fit-23 ta' Settembru 2020. F’Ottubru 2020, Lukashenka u Gutseriev it-tnejn dehru fil-ftuħ ta' knisja ortodossa, li dan tal-aħħar sponsorja.

Skont rapporti tal-media, meta l-impjegati tal-media tal-istat Belarussa li kienu qed jistrajkjaw tkeċċew f’Awwissu 2020, ħaddiema tal-media Russi twasslu lejn il-Belarussja abbord inġenji tal-ajru li jappartjenu lil Gutseriev sabiex jissostitwixxu l-ħaddiema mkeċċija, u qagħdu fil-lukanda Minsk Renaissance Hotel li tappartjeni lil Gutseriev. Gutseriev assista fl-akkwist tal-iskanners tas-CT għall-Belarussja matul il-kriżi tal-COVID-19. Għaldaqstant Mikhail Gutseriev qed jibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka u qed jappoġġah.

21.6.2021

127.

Aliaksandr Mikalaevich ZAITSAU

Alexander (Alexandr) Nikolaevich ZAITSEV

Аляксандр Мiкалаевiч ЗАЙЦАЎ

Александр Николаевич ЗАЙЦЕВ

Pożizzjoni(jiet): Negozjant, koproprjetarju tal-Bremino Group u tas-Sohra Group

Data tat-Twelid: 22.11.1976

Post tat-twelid: Ruzhany, ir-Reġjun/l-Oblast ta' Brest, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Aliaksandr Zaitsau huwa l-eks assistent ta' Viktar Lukashenka, iben u eks Konsulent dwar is-Sigurtà Nazzjonali għal Aliaksandr Lukashenka. Permezz ta' aċċess għall-familja Lukashenka Zaitsau jikseb kuntratti ta' valur għoli għan-negozji tiegħu. Huwa kellu u għad għandu rabtiet mill-qrib mas-Sohra Group li ngħata d-dritt li jesporta l-produzzjoni ta' intrapriżi proprjetà tal-istat (tratturi u trakkijiet) fil-pajjiżi tal-Golf u pajjiżi Afrikani. Huwa wkoll il-koproprjetarju u l-president tal-Kunsill tal-parteċipanti ta' Bremino Group. Il-kumpannija rċeviet appoġġ mill-istat għall-iżvilupp taż-żona Bremino-Orsha, kif ukoll għadd ta' vantaġġi finanzjarji u tat-taxxa u benefiċċji oħra. Zaitsau u sidien oħra ta' Bremino Group irċevew appoġġ minn Viktar Lukashenka.

Għaldaqstant huwa jibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u jappoġġah.

21.6.2021

144.

Andrei Siarheevich BAKACH

Andrei Sergeevich BAKACH

Андрэй Сяргеевiч БАКАЧ

Андрей Сергеевич БАКАЧ

Pożizzjoni(jiet): Eks Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija tad-Distrett ta' Pervomaysky ta' Minsk

L-ewwel Viċi Kap tad-Direttorat għall-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv Reġjonali ta’ Grodno/Hrodna.

Data tat-Twelid: 19.11.1983

Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu ta' Kap tad-Dipartiment tal-Affarijiet Interni tal-Amministrazzjoni tad-Distrett ta' Pervomaysky f'Minsk, Andrei Bakach kien responsabbli għall-azzjonijiet tal-forzi tal-pulizija li jappartjenu għal dik iż-żona tal-pulizija u għall-azzjonijiet li seħħew fl-għassa tal-pulizija. Matul il-mandat tiegħu ta' Kap, id-dimostranti paċifiċi f'Minsk ġew soġġetti għal trattament kiefer, inuman u degradanti fl-għassa tal-pulizija taħt il-kontroll tiegħu.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

Huwa għadu attiv fir-reġim ta’ Lukashenka bħala l-Ewwel Viċi Kap tad-Direttorat għall-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv Reġjonali ta’ Grodno/Hrodna.

21.6.2021"

(2)

tabella “B. Persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 4(1)” hija sostitwita bit-tabella li ġejja:

 

Ismijiet

Trażlitterazzjoni tal-ortografija Belarussa

Trażlitterazzjoni tal-ortografija Russa

Ismijiet

(ortografija Belarussa)

(ortografija Russa)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet għall-elenkar

Data tal-elenkar

"1.

Beltechexport

Beltechexport

Indirizz: Nezavisimosti Ave. 86-B, Minsk, Belarus

Sit web: https://bte.by/

Indirizz elettroniku: mail@bte.by

Beltechexport hija entità privata li tesporta armi u tagħmir militari prodotti minn kumpanniji tal-istat tal-Belarussja lejn pajjiżi fl-Afrika, l-Amerka t’Isfel, l-Asja u l-Lvant Nofsani. Beltechexport hija assoċjata mill-qrib mal-Ministeru tad-Difiża tal-Belarussja.

Beltechexport għalhekk qed tibbenefika mill-assoċjazzjoni tagħha mar-reġim ta’ Lukashenka u tappoġġah, billi ġġib benefiċċji għall-amministrazzjoni presidenzjali.

17.12.2020

2.

Dana Holdings

ТАА "Дана Холдынгз"

ООО "Дана Холдингз"

Indirizz: Peter Mstislavets St 9, pom. 3 (office 4), 220076 Minsk, Belarus

Numru tar-reġistrazzjoni: 690611860

Siti web: https://bir.by/; https://en.dana-holdings.com; https://dana-holdings.com/

Indirizz elettroniku: info@bir.by

Tel.: +375 (29) 636-23-91

Dana Holdings hija waħda mill-iżviluppaturi u l-kostrutturi ewlenin tal-proprjetà immobbli fil-Belarussja. Il-kumpannija u s-sussidjarji tagħha rċevew drittijiet ta’ żvilupp għal irqajja’ ta’ art u żviluppaw diversi kumplessi residenzjali kbar u ċentri kummerċjali.

Huwa rrappurtat li l-individwi li jirrappreżentaw lil Dana Holdings iżommu relazzjonijiet mill-qrib mal-President Lukashenka. Liliya Lukashenka, bint tar-rispett tal-President, kellha kariga għolja f’Dana Astra.

Dana Holdings għadha attiva ekonomikament fil-Belarussja.

Għaldaqstant Dana Holdings qed tibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka u qed tappoġġah.

17.12.2020

3.

Dana Astra

ЗТАА "Дана Астра"

ИООО "Дана Астра"

Indirizz: Peter Mstislavets St, 9, pom. 9-13, 220076 Minsk, Belarus

Numru tar-reġistrazzjoni: 191295361

Siti web: https://bir.by/; https://en.dana-holdings.com; https://dana-holdings.com/

Indirizz elettroniku: PR@bir.by

Tel.: +375 (17) 269-32-60; +375 17 269-32-51

Dana Astra, preċedentement sussidjarja ta’ Dana Holdings, hija waħda mill-iżviluppaturi u l-kostrutturi ewlenin tal-proprjetà immobbli fil-Belarussja. Il-kumpannija rċeviet drittijiet ta’ żvilupp għal irqajja' ta’ art u qed tiżviluppa ċ-ċentru multifunzjonali Minsk World, li huwa rreklamat mill-kumpannija bħala l-akbar investiment tat-tip tiegħu fl-Ewropa.

Huwa rrappurtat li l-individwi li jirrappreżentaw lil Dana Astra jżommu relazzjonijiet mill-qrib mal-President Lukashenka. Liliya Lukashenka, bint tar-rispett tal-President, kellha kariga għolja fil-kumpannija.

Għaldaqstant Dana Astra qed tibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka u qed tappoġġah.

17.12.2020

4.

GHU - Id-Dipartiment Ekonomiku Ewlieni tal-Amministrazzjoni Presidenzjali

Главное хозяйственное управление

Indirizz: Miasnikova Str. 37, Minsk, Belarus

Sit web: http://ghu.by

Indirizz elettroniku: ghu@ghu.by

Id-Dipartiment Ekonomiku Prinċipali (GHU) tal-Amministrazzjoni Presidenzjali huwa l-akbar operatur fis-suq tal-proprjetà immobbli mhux residenzjali fil-Belarussja u superviżur ta’ bosta kumpanniji.

Victor Sheiman, li bħala l-eks kap tal-Belarus President Property Management Directorate kien jeżerċita kontroll dirett fuq il-GHU, intalab mill-President Aliaksandr Lukashenka biex jissorvelja s-sikurezza tal-elezzjonijiet presidenzjali tal-2020.

Il-GHU għalhekk qed jibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u qed jappoġġah.

17.12.2020

5.

SYNESIS LLC

ООО “Синезис”

Indirizz: Platonova 20B, 220005 Minsk, Belarus; Mantulinskaya 24, 123100 Moscow, Russia.

Numru tar-reġistrazzjoni: 190950894 (Belarussja); 7704734000/

770301001 (Russja).

Sit web: https://synesis.partners; https://synesis-group.com/

Indirizz elettroniku: yuriy.serbenkov@synesis.by

Tel.: +375 (17) 240-36-50

Synesis LLC tipprovdi lill-awtoritajiet tal-Belarussja bi pjattaforma ta’ sorveljanza, li tista’ tfittex u tanalizza filmati u tuża software ta’ rikonoxximent tal-wiċċ, li jagħmel lill-kumpannija responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika mill-apparat tal-istat fil-Belarussja.

L-impjegati ta’ Synesis huma pprojbiti milli jikkomunikaw bil-Belarussu, u b’hekk jappoġġjaw il-politika ta’ diskriminazzjoni tar-reġim ta’ Lukashenka abbażi tal-lingwa.

Il-Kumitat għas-Sigurtà tal-Istat tal-Belarussja (KGB) u l-Ministeru tal-Affarijiet Interni huma elenkati bħala utenti ta’ sistema maħluqa minn Synesis. Il-kumpannija għalhekk qed tibbenefika mill-assoċjazzjoni tagħha mar-reġim ta’ Lukashenka u qed tappoġġah.

Alexander Shatrov, eks-kap, fundatur u eks azzjonist maġġoritarju ta’ Synesis, ikkritika pubblikament lil dawk li pprotestaw kontra r-reġim ta’ Lukashenka u ddeskriva n-nuqqas ta’ demokrazija fil-Belarussja bħala relattiv.

17.12.2020

6.

AGAT electromechanical Plant OJSC

Агат-электромеханический завод

Indirizz: Nezavisimosti Ave., 115, 220114 Minsk, Belarus

Sit web: https://agat-emz.by/ Indirizz elettroniku: marketing@agat-emz.by

Sit web: https://agat-emz.by/

Tel.:

+375 (17) 272-01-32;

+375 (17) 570-41-45

L-AGAT electromechanical Plant OJSC hija parti mill-Awtorità tal-Istat tal-Belarussja għall-Industrija Militari tar-Repubblika tal-Belarussja (magħrufa wkoll bħala SAMI jew Kumitat Industrijali Militari tal-Istat), li hija responsabbli għall-implimentazzjoni tal-politika militari-teknika tal-Istat u subordinata għall-Kunsill tal-Ministri u l-President tal-Belarussja.

AGAT electromechanical Plant OJSC għalhekk qed tibbenefika mill-assoċjazzjoni tagħha mar-reġim ta’ Lukashenka u qed tappoġġah.

Il-kumpannija timmanifattura “Rubezh” – sistema ta’ ostakli mfassla għall-kontroll tal-irvellijiet, li ntużat kontra dimostrazzjonijiet paċifiċi li seħħew wara l-elezzjonijiet presidenzjali li saru fid-9 ta’ Awwissu 2020, u għalhekk il-kumpannija hi responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

17.12.2020

7.

140 Repair Plant

140 ремонтный завод

Sit elettroniku: 140zavod.org

Il-140 Repair Plant hija parti mill-Awtorità tal-Istat tal-Belarussja għall-Industrija Militari tar-Repubblika tal-Belarussja (magħrufa wkoll bħala SAMI jew Kumitat Industrijali Militari tal-Istat), li hija responsabbli għall-implimentazzjoni tal-politika militari-teknika tal-Istat u subordinata għall-Kunsill tal-Ministri u l-President tal-Belarussja. l-140 Repair Plant għalhekk qed tibbenefika mill-assoċjazzjoni tagħha mar-reġim ta' Lukashenka u qed tappoġġah.

Il-kumpannija timmanifattura vetturi tat-trasport u vetturi armati, li ntużaw kontra dimostrazzjonijiet paċifiċi li seħħew wara l-elezzjonijiet presidenzjali li saru fid-9 ta’ Awwissu 2020, u b’hekk il-kumpannija hija responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

17.12.2020

8.

MZKT (magħrufa wkoll bħala VOLAT)

МЗКТ - Минский завод колёсных тягачей

Sit web: www.mzkt.by

L-MZKT (magħrufa wkoll bħala l-VOLAT) hija parti mill-Awtorità tal-Istat tal-Belarussja għall-Industrija Militari tar-Repubblika tal-Belarussja (magħrufa wkoll bħala SAMI jew Kumitat Industrijali Militari tal-Istat), li hija responsabbli għall-implimentazzjoni tal-politika militari-teknika tal-Istat u subordinata għall-Kunsill tal-Ministri u l-President tal-Belarussja. L-MZKT (magħrufa wkoll bħala l-VOLAT) għalhekk qed tibbenefika mill-assoċjazzjoni tagħha mar-reġim ta’ Lukashenka u qed tappoġġah.

Ħaddiema tal-MZKT li pprotestaw matul iż-żjara ta’ Alaksandr Lukashenka fil-fabbrika u bdew strajk wara l-elezzjonijiet presidenzjali tal-2020 fil-Belarussja tkeċċew, u dan jagħmel il-kumpannija responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem."

17.12.2020

9.

Sohra Group / Sohra LLC

ООО Сохра

Indirizz: Revolucyonnaya 17/19, office no. 22, 220030 Minsk, Belarus

Numru tar-reġistrazzjoni: 192363182

Sit web: http://sohra.by/

Indirizz elettroniku: info@sohra.by

Il-kumpannija Sohra kienet tappartjeni lil Aliaksandr Zaitsau, wieħed mill-aktar negozjanti influwenti fil-Belarussja, persuna b'rabta mill-qrib mal-klassi politika Belarussa u assistent mill-qrib tat-tifel il-kbir ta' Lukashenka, Viktor. Sohra tippromwovi prodotti industrijali Belarussi f'pajjiżi fl-Afrika u l-Lvant Nofsani. Hija kofondatriċi tal-kumpannija tad-difiża BSVT-New Technologies li hija involuta fil-produzzjoni tal-armi u l-immodernizzar tal-missili. Filwaqt li tuża il-pożizzjoni privileġġjata tagħha, Sohra sservi bħala intermedjarju bejn il-klassi politika Belarussa u l-intrapriżi tal-istat u s-sħab barranin fl-Afrika u l-Lvant Nofsani. Hija involuta wkoll fl-estrazzjoni tad-deheb f'pajjiżi Afrikani abbażi ta' konċessjonijiet miksuba mir-reġim ta' Lukashenka.

Għaldaqstant Sohra Group qed jibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka.

21.6.2021

10.

Bremino Group LLC

ООО "Бремино групп"

Indirizz: Niamiha 40, 220004, Minsk Belarus; Bolbasovo village, Zavodskaya 1k, Orsha Region/Oblast, Belarus

Numru tar-reġistrazzjoni:: 691598938

Sit web: http://www.bremino.by

Indirizz elettroniku: office@bremino.by; marketing@bremino.by

Bremino Group huwa l-inizjatur u koamministratur tal-proġett taż-żona ekonomika speċjali Bremino-Orsha maħluqa permezz ta' digriet presidenzjali ffirmat minn Aliaksandr Lukashenka. Il-kumpannija rċeviet appoġġ mill-istat għall-iżvilupp taż-żona Bremino-Orsha, kif ukoll għadd ta' vantaġġi finanzjarji u tat-taxxa a benefiċċji oħra. Is-sidien ta' Bremino Group - Aliaksandr Zaitsau, Mikalai Varabei u Aliaksei Aleksin - jiffurmaw parti miċ-ċirku ta' ġewwa ta' negozjanti marbuta ma' Lukashenka u jżommu kuntatti mill-qrib ma' Lukashenka u l-familja tiegħu.

Għaldaqstant Bremino Group qed jibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka.

Bremino Group huwa s-sid taċ-Ċentru tat-Trasport u l-Loġistika (TLC) fil-fruntiera bejn il-Belarussja u l-Polonja - Bremino-Bruzgi, li ntużat mir-reġim ta’ Lukashenka bħala kenn għall-migranti li ġew ittrasportati lejn il-fruntiera bejn il-Belarussja u l-Unjoni bil-għan li jaqsmuha illegalment. Bremino-Bruzgi TLC kien ukoll sit taż-żjara ta’ propaganda ta’ Lukashenka lill-migranti.

Għaldaqstant, Bromino Group qed tikkontribwixxi għal attivitajiet tar-reġim ta’ Lukashenka li jiffaċilitaw il-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni.

21.6.2021

11.

Globalcustom Management LLC

ООО "Глобалкастом-менеджмент"

Indirizz: Nemiga 40/301, Minsk, Belarus

Numru tar-reġistrazzjoni: 193299162

Sit web: https://globalcustom.by/

Indirizz elettroniku: info@globalcustom.by

Globalcustom Management hija assoċjata mal-Belarus President Property Management Directorate, li preċedentement kien immexxi minn Victor Sheiman, li ilu elenkat mill-Unjoni mill-2004. Il-kumpannija hija involuta fil-kuntrabandu ta' merkanzija lejn ir-Russja, li ma jkunx possibbli mingħajr il-kunsens tar-reġim ta’ Lukashenka, li jikkontrolla l-gwardji tal-fruntieri u d-dwana. Il-pożizzjoni privileġġata fis-settur tal-esportazzjoni tal-fjuri lejn ir-Russja, li minnha tibbenefika l-kumpannija, hija kundizzjonata wkoll fuq l-appoġġ tar-reġim. Globalcustom Management kienet l-ewwel sid ta' GardService, l-unika kumpannija privata li ngħatat il-permess għall-użu tal-armi minn Lukashenka. Għaldaqstant Globalcustom Management qiegħda tibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka.

21.6.2021

12.

Belarusski Avtomobilnyi Zavod (BelAZ) / OJSC "BELAZ"

Open Joint Stock Company “BELAZ” - Management Company of Holding “BELAZ-HOLDING

ААТ «БЕЛАЗ»

ОАО " БЕЛАЗ"

Indirizz: 40 let Octyabrya St 4, 222161, Zhodino, Minsk Region/Oblast, Belarus

Sit web: https://belaz.by

OJSC BelAZ hija fost l-intrapriżi tal-istat ewlenin fil-Belarussja u waħda mill-akbar manifatturi ta' trakkijiet kbar u trakkijiet kbar tal-iskart fid-dinja. Hija sors ta' dħul sinifikanti għar-reġim ta' Lukashenka. Lukashenka sostna li l-gvern dejjem ser jappoġġa l-kumpannija, u ddeskriviha bħala "marka Belarussa" u "parti mill-wirt nazzjonali". OJSC BelAZ offriet il-bini u t-tagħmir tagħha biex tiġi organizzata dimostrazzjoni politika favur ir-reġim ta’ Lukashenka. Għaldaqstant OJSC BelAZ tibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka u qed tappoġġah.

L-impjegati ta' OJSC BelAZ li ħadu sehem fl-istrajks u fil-protesti paċifiċi wara l-elezzjonijiet frawdolenti ta' Awwissu 2020 fil-Belarussja ġew mhedda bi tkeċċija u intimidati mill-maniġment tal-kumpannija. Grupp ta' impjegati ġew imsakkra ġewwa minn OJSC BelAZ biex dawn ma jitħallewx jingħaqdu ma' dimostranti oħra. Il-maniġment tal-kumpannija ppreżenta lis-strajk lill-media bħala laqgħa tal-membri tal-persunal. Għaldaqstant OJSC BelAZ hija responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tappoġġa lir-reġim ta' Lukashenka.

21.6.2021

13.

Minskii Avtomobilnyi Zavod (MAZ) / OJSC "MAZ"

Open Joint Stock Company "Minsk Automobile Works" - Management Company of "BELAVTOMAZ" Holding

ААТ "Мiнскi аўтамабiльны завод"

ОАО "Минский автомобильный завод"

Indirizz: Socialisticheskaya 2, 220021 Minsk, Belarus

Sit web: http://maz.by/

Data ta' reġistrazzjoni: 16.7.1944

Tel.: +375 (17) 217-22-22; +8000 217-22-22

OJSC Minsk Automobile Plant (MAZ) hija waħda mill-akbar intrapriżi tal-istat li jimmanifatturaw karozzi fil-Belarussja. Lukashenka ddeskriviha bħala "waħda mill-aktar intrapriżi industrijali importanti tal-pajjiż". Hija sors ta' dħul għar-reġim ta' Lukashenka. OJSC MAZ offriet il-bini u t-tagħmir tagħha biex tiġi organizzata dimostrazzjoni politika favur ir-reġim. Għaldaqstant OJSC MAZ tibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka u qed tappoġġah.

L-impjegati ta' OJSC MAZ li ħadu sehem fl-istrajks u fil-protesti paċifiċi wara l-elezzjonijiet frawdolenti ta' Awwissu 2020 fil-Belarussja ġew intimidati u aktar tard mkeċċija mill-maniġment tal-kumpannija. Grupp ta' impjegati ġew imsakkra ġewwa minn OJSC MAZ biex dawn ma jitħallewx jingħaqdu ma' dimostranti oħra. Għaldaqstant OJSC MAZ hija responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tappoġġa lir-reġim ta' Lukashenka.

21.6.2021

14.

Logex

ТАА "Лагекс"

ООО "Логекс"

Indirizz: 24 Kommunisticheskaya St., office 2, Minsk, Belarus

Numru tar-reġistrazzjoni: 192695465

Sit web: http://logex.by/

Indirizz elettroniku: info@logex.by

Logex hija assoċjata ma' Aliaksandr Shakutsin, negozjant viċin ir-reġim ta' Lukashenka, li ġie elenkat mill-Unjoni.

Il-kumpannija hija involuta fl-esportazzjoni ta' fjuri lejn il-Federazzjoni Russa bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping, li ma tkunx possibbli mingħajr il-kunsens tar-reġim, li jikkontrolla l-gwardji tal-fruntieri u d-dwana. Il-pożizzjoni privileġġata fis-settur tal-esportazzjoni tal-fjuri lejn ir-Russja, li minnha tibbenefika l-kumpannija, hija kundizzjonata fuq l-appoġġ tar-reġim. Il-fornituri Belarussi ewlenin ta' fjuri maqtugħa huma l-kumpanniji li għandhom rabta mill-qrib mat-tmexxija tar-repubblika.

Għaldaqstant Logex qed tibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka.

21.6.2021

15.

JSC “NNK” (Novaia naftavaia Kampania)/New Oil Company

ЗАТ "ННК" (Новая нафтавая кампанiя)

ЗАО "ННК" (Новая нефтяная компания)

Indirizz: Rakovska St. 14W room 7, 5th floor, Minsk, Belarus

Numru tar-reġistrazzjoni: 193402282

Novaya Neftnaya Kompaniya (NNK), New Oil Company, hija entità mwaqqfa f’Marzu 2020. Hija l-unika kumpannija privata intitolata li tesporta prodotti taż-żejt mill-Belarussja - indikazzjoni ta’ rabtiet mill-qrib mal-awtoritajiet u l-ogħla livell ta’ privileġġi tal-istat. NNK hija proprjetà ta’ Interservice, kumpannija li tappartjeni lil Mikalai Varabei li huwa wieħed min-negozjanti ewlenin li jibbenefikaw mir-reġim ta’ Lukashenka u li jappoġġawh. NNK hija rrappurtata wkoll li hija konnessa ma' Aliaksei Aleksin, negozjant prominenti ieħor Belarussu li jibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka. Skont ir-rapporti tal-media Aleskin kien il-fundatur tal-NNK flimkien ma’ Varabei. NNK intużat ukoll mill-awtoritajiet Belarussi biex jadattaw l-ekonomija tal-Belarussja għal miżuri restrittivi introdotti mill-Unjoni.

Għaldaqstant NNK qed tibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka.

21.6.2021

16.

Belaeronavigatsia

Intrapriża tal-istat

Белаэранавiгацыя

Дзяржаўнае прадпрыемства

Белаэронавигация

Государственное предприятие

Indirizz: 19 Korotkevich St., 220039 Minsk, Belarus

Data ta’ reġistrazzjoni: 1996

Sit web: http://www.ban.by/

Indirizz elettroniku: office@ban.by

Tel.: +375 (17) 215-40-51

Fax: +375 (17) 213-41-63

L-intrapriża tal-istat Belaeronavigatsiahija responsabbli għall-kontroll tat-traffiku tal-ajru tal-Belarussja. Għalhekk hija responsabbli għad-devjazzjoni tat-titjira tal-passiġġieri FR4978 lejn l-ajruport ta' Minsk mingħajr ġustifikazzjoni xierqa fit-23 ta' Mejju 2021. Din id-deċiżjoni politikament motivata ttieħdet bl-għan li jiġu arrestati u detenuti l-ġurnalist tal-oppożizzjoni Raman Pratasevich u Sofia Sapega u hija forma ta' repressjoni kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja.

L-intrapriża tal-istat Belaeronavigatsia hija għalhekk responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

17.

Open Joint Stock Company “Belavia Belarusian Airlines”

ААТ "Авiякампанiя Белавiя"

ОАО "Авиакомпания Белавиа"

Indirizz: 14A Nemiga St., 220004 Minsk, Belarus

Data ta' reġistrazzjoni: 4.1.1996

Numru tar-reġistrazzjoni: 600390798

OJSC Belavia Belarusian Airlines huwa t-trasportatur tal-linja tal-ajru nazzjonali tal-istat. Aliaksandr Lukashenka wiegħed li l-amministrazzjoni tiegħu ser tagħti kull appoġġ possibbli lil Belavia wara li l-Unjoni ddeċidiet li ddaħħal projbizzjoni fuq it-titjir li jgħaddi minn fuq l-ispazju tal-ajru tal-Unjoni u fuq l-aċċess għall-ajruporti tal-Unjoni mit-trasportaturi tal-ajru Belarussi kollha. Għal dak il-għan, huwa qabel mal-President Russu Vladimir Putin dwar l-ippjanar tal-ftuħ ta’ rotot ġodda tal-linji tal-ajru għal Belavia.

Il-maniġment ta’ Belavia qal ukoll lill-impjegati tiegħu biex ma jipprotestawx kontra l-irregolaritajiet tal-elezzjoni u d-detenzjonijiet tal-massa fil-Belarussja, għall-fatt li Belavia hija intrapriża tal-istat.

Għaldaqstant, Belavia qed tibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u tappoġġah.

Belavia kienet involuta biex jinġiebu migranti mil-Lvant Nofsani lejn il-Belarussja. Migranti li jixtiequ jaqsmu l-fruntiera esterna tal-Unjoni qed itiru lejn Minsk abbord titjiriet operati minn Belavia minn għadd ta’ pajjiżi mil-Lvant Nofsani, b’mod partikolari il-Libanu, l-Emirati Għarab Magħquda u t-Turkija. Biex tiffaċilita dan, Belavia fetħet rotot tal-ajru ġodda u żiedet l-għadd ta’ titjiriet fuq rotot eżistenti. Operaturi turistiċi lokali ħadmu bħala intermedjarji fil-bejgħ ta’ biljetti ta’ Belavia lil migranti prospettivi, u b’hekk għenu lil Belavia żżomm profil baxx.

Belavia għaldaqstant qed tikkontribwixxi għal attivitajiet tar-reġim ta’ Lukashenka li jiffaċilitaw il-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni.

2.12.2021

18.

Republican unitary enterprise "TSENTRKURORT "

Рэспублiканскае унiтарнае прадпрыемства "ЦЭНТРКУРОРТ"

Республиканское унитарное предприятие "ЦЕНТРКУРОРТ"

Indirizz: 39 Myasnikova St., 220030 Minsk, Belarus

Data ta' reġistrazzjoni: 12.8.2003

Numru tar-reġistrazzjoni: 100726604

Il-kumpannija turistika tal-istat Tsentrkurort tagħmel parti mid-Belarus President Property Management Directorate. Huwa rrappurtat li Tsentrkurort hija waħda mill-kumpanniji li tikkoordina l-fluss ta’ migranti li għandhom l-intenzjoni li jaqsmu l-fruntiera bejn il-Belarussja u l-Unjoni. Tsentrkurort għenet lil mill-anqas 51 ċittadin Iraqi jakkwistaw viżi għaż-żjara tagħhom fil-Belarussja, u ffirmat kuntratt għal servizzi tat-trasport mal-kumpannija Belarussa Stroitur, li toffri kiri ta’ xarabankijiet bix-xufier. Ix-xarabankijiet ibbukkjati minn Tsentrkurort ittrasportaw lill-migranti, inkluż tfal, mill-ajruport ta’ Minsk sal-lukandi.

Għaldaqstant Tsentrkurort qed tikkontribwixxi għal attivitajiet tar-reġim ta’ Lukashenka li jiffaċilitaw il-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni.

2.12.2021

19.

Oskartour LLC

ООО Оскартур

Indirizz: 25 Karl Marx St., room 1n, Minsk, Belarus

Data ta' reġistrazzjoni: 18.10.2016

Numru tar-reġistrazzjoni: 192721937

Oskartour huwa operatur turistiku, li ffaċilita l-kisba ta’ viżi għal migranti ġejjin mill-Iraq u organizza l-vjaġġ sussegwenti tagħhom lejn il-Belarussja permezz ta’ titjiriet minn Bagdad għal Minsk. Dawk il-migranti Iraqin aktar tard ġew ittrasporati sal-fruntiera ta’ bejn il-Belarussja u l-Unjoni bil-għan li jaqsmuha b’mod illegali. Bis-saħħa ta’ Oskartour u l-kuntatti tiegħu mal-linji tal-ajru Iraqin, l-awtoritajiet Belarussi u l-kumpannija tal-istat Tsentrkurort, tnedew titjiriet regolari minn Bagdad għal Minsk mit-trasportatur tal-ajru Iraqi, sabiex jinġiebu aktar persuni lejn il-Belarussja biex jaqsmu b’mod illegali l-fruntieri esterni tal-Unjoni. Oskartour ħa sehem f’din l-iskema għall-qsim illegali tal-fruntieri mwettqa mis-servizzi tas-sigurtà Belarussi u kumpanniji tal-istat.

Għaldaqstant qed jikkontribwixxi għal attivitajiet tar-reġim ta’ Lukashenka li jiffaċilitaw il-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni.

2.12.2021

20.

Republican subsidiary unitary enterprise “Hotel Minsk”

Гатэль "Мiнск"

Республиканское дочернее унитарное предприятие "Отель "Минск"

Indirizz: 11 Nezavisimosti Ave., Minsk, Belarus

Data ta' reġistrazzjoni: 26.12.2016/3.4.2017

Numru ta’ reġistrazzjoni: 192750964

Sit web: http://hotelminsk.by/

Indirizz elettroniku: hotelminsk@udp.gov.by; marketing@hotelminsk.by

Tel.: +375 (17) 209-90-61

Fax: +375 (17) 200-00-72

Hotel Minsk hija kumpannija sussidjarja tal-Belarus President Property Management Directorate – aġenzija tal-gvern li tirrapporta direttament lill-President. Hotel Minsk ħadet sehem f’din l-iskema ta’ qsim illegali tal-fruntieri mwettqa mis-servizzi tas-sigurtà Belarussi u kumpanniji tal-istat. Il-migranti ngħataw akkomodazzjoni fil-lukanda qabel ma ġew ittrasportati lejn il-fruntiera bejn il-Belarussja u l--Unjoni sabiex jaqsmuha b’mod illegali. Il-migranti Iraqin elenkaw lil Hotel Minsk bħala residenza temporanja fl-applikazzjonijiet tal-viża Belarussa tagħhom, li ġew ippreżentati immedjatament qabel il-wasla tagħhom fil-Belarussja.

Għaldaqstant, Hotel Minsk qed tikkontribwixxi għal attivitajiet tar-reġim ta’ Lukashenka li jiffaċilitaw il-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni.

2.12.2021

21.

Open Joint Stock Company “Hotel Planeta”

ААТ "Гасцiнiца Планета"

OAO "Гостиница Планета"

Indirizz: 31 Pobediteley Ave., Minsk, Belarus

Data ta’ reġistrazzjoni: 1.2.1994/6.3.2000

Numru ta’ reġistrazzjoni: 100135173

Sit web: https://hotelplaneta.by/

Indirizz elettroniku: planeta@udp.gov.by

Tel.: +375 (17) 226-78-53

Fax: +375 (17) 226-78-55

OJSC Hotel Planeta hija kumpannija sussidjarja tal-Belarus President Property Management Directorate – aġenzija tal-gvern li tirrapporta direttament lill-President. Hotel Planeta ħadet sehem fl-iskema għall-qsim illegali tal-fruntieri mwettqa mis-servizzi tas-sigurtà Belarussi u l-kumpanniji tal-istat. Il-migranti ngħataw akkomodazzjoni fil-lukanda qabel ma ġew ittrasportati lejn il-fruntiera bejn il-Belarussja u tal-Unjoni sabiex jaqsmuha b’mod illegali. Huma ħallsu USD 1 000 lil aġent tal-ivjaġġar f’Bagdad għat-titjira, viża turistika u soġġorn fil-lukanda.

Għaldaqstant, Hotel Planeta qed tikkontribwixxi għal attivitajiet tar-reġim ta’ Lukashenka li jiffaċilitaw il-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni.

2.12.2021

22.

ASAM (Asobnaia sluzhba aktyunykh merapryemstvau)

OSAM (Otdiel’naya sluzhba aktivnykh mieropriyatiy)

Асобная служба актыўных мерапрыемстваў (АСАМ)

Отдельная служба активных мероприятий (ОСАМ)

Indirizz: State Border Committee of the Republic of Belarus, 24 Volodarsky St., 220050, Minsk, Belarus

ASAM (Separate Service for Active Measures) hija unità speċjali Belarussa tal-gwardji tal-fruntiera kkontrollata minn Viktar Lukashenka u mmexxija minn Ihar Kruchkou. Il-forzi ta’ ASAM taħt l-operazzjoni speċjali “Gate” jorganizzaw qsim illegali tal-fruntieri mill-Belarussja lejn Stati Membri tal-Unjoni u huma involuti direttament fit-trasportazzjoni fiżika tal-migranti lejn in-naħa l-oħra tal-fruntiera. Barra minn hekk, ASAM titlob ħlas mill-migranti trasportati għall-qsim tal-fruntiera.

Għaldaqstant, ASAM qed tikkontribwixxi għal attivitajiet tar-reġim ta’ Lukashenka li jiffaċilitaw il-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni.

2.12.2021

23.

Cham Wings Airlines

 

Indirizz: P.O. Box 30588 Damascus, Syria

Sit web: https://chamwings.com/

Cham Wings Airlines huwa operatur ta’ titjiriet charter mis-Sirja għall-Belarussja. Il-kumpannija żiedet l-għadd ta’ titjiriet minn Damasku għal Minsk mis-sajf tal-2021 sabiex tittrasporta migranti lejn il-Belarussja, li kellhom l-intenzjoni li jaqsmu illegalment il-fruntieri esterni tal-Unjoni. Fil-ħarifa tal-2021, Cham Wings fetħet ukoll żewġ uffiċċji ġodda f’Minsk sabiex tkun tista’ torganizza t-titjiriet bejn Damasku u Minsk.

Għaldaqstant, Cham Wings Airlines qed tikkontribwixxi għal attivitajiet tar-reġim ta’ Lukashenka li jiffaċilitaw il-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni.

2.12.2021

24.

VIP Grub

 

Indirizz: Büyükdere Cad., No:201, Istanbul, Turkey

VIP Grub huwa servizz tal-passaporti u l-viża bbażat f’Istanbul, it-Turkija, li jorganizza vjaġġi lejn il-Belarussja bl-intenzjoni espliċita li jiffaċilita l-migrazzjoni lejn l-Unjoni. VIP Grub jirreklama b’mod attiv il-migrazzjoni lejn l-Unjoni. Għaldaqstant, VIP Grub qed jikkontribwixxi għal attivitajiet tar-reġim ta’ Lukashenka billi jiffaċilita l-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni.

2.12.2021

25.

Open Joint Stock Company “Grodno Azot”

Inkluż il-fergħa “Khimvolokno Plant” JSC “Grodno Azot”

ААТ "Гродна Азот"

ОАО "Гродно Азот"

Фiлiял "Завод Хiмвалакно" ААТ "Гродна Азот"

Филиал "Завод Химволокно" ОАО "Гродно Азот"

Indirizz: 100 Kosmonavtov Ave., Grodno/Hrodna, Belarus

Data ta' reġistrazzjoni: 1965

Numru tar-reġistrazzjoni: 500036524

Sit web: https://azot.by/en/

Indirizz: 4 Slavinskogo St., 230026 St., Grodno/Hrodna, , Belarus

Data ta' reġistrazzjoni: 12.5.2000

Numru tar-reġistrazzjoni: 590046884

Sit web: www.grodno-khim.by

Indirizz elettroniku: office@grodno-khim.by; market@grodno-khim.by; ppm@grodno-khim.by; tnp@grodno-khim.by

Tel./Fax: +375 (152) 39-19-00; +375 (152) 39-19-44

OJSC Grodno Azot hija produttur kbir tal-istat li tipproduċi komponenti tan-nitroġenu, ibbażat fi Grodno/Hrodna. Lukashenka iddeskriviha bħala “intrapriża importanti ħafna, waħda strateġika”. Grodno Azot hija l-proprjetarju wkoll ta’ Khimvolokno Plant, li hija manifattur kbir ta’ poliamidi u poliester u materjali kompożiti. Grodno Azot u Khimvolokno Plant tagħha huma sors ta’ dħul sostanzjali għar-reġim ta’ Lukashenka. Għaldaqstant, Grodno Azot qed tappoġġa lir-reġim ta’ Lukashenka.

Lukashenka żar il-kumpannija u ltaqa’ mar-rappreżentanti tagħha, waqt li ddiskutew il-modernizzazzjoni tal-impjant u forom varji ta’ għajnuna tal-Istat. Lukashenka wiegħed ukoll li ser jintuża self għall-bini ta’ impjant ġdid tan-nitroġenu fi Grodno/Hrodna. Għaldaqstant, Grodno Azot qed tibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka.

Il-ħaddiema ta’ Grodno Azot, inkluż l-impjegati tagħha f'Khimvolokno Plant, li ħadu sehem fi protesti paċifiċi kontra r-reġim u ħarġu bi strajk, ingħataw s-sensja, ġew intimidati u mhedda kemm mill-maniġment ta’ Grodno Azot kif ukoll mir-rappreżentati tar-reġim. Għaldaqstant, Grodno Azot hija responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili.

2.12.2021

26.

Assoċjazzjoni tal-Produzzjoni tal-Istat “Belorusneft”

Дзяржаўнае вытворчае аб'яднанне "Беларуснафта"

Государственное производственное объединение "Белоруснефть"

Indirizz: 9 Rogachevskaya St., 246003 Gomel/Homyel, Belarus

Data ta' reġistrazzjoni: 25.2.1966

Numru tar-reġistrazzjoni: 400051902

Belorusneft hija kumpannija tal-istat li topera fis-settur petrokimiku. Il-maniġment tal-kumpannija ta s-sensja lill-ħaddiema li ħarġu fuq strajk, ħadu sehem fil-protesti kontra r-reġim jew appoġġaw pubblikament dawn il-protesti. Għaldaqstant Belorusneft hija responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili.

2.12.2021

27.

Open Joint Stock Company “Belshina”

AAT “Белшина”

ОАО “Белшина”

Indirizz: 4 Minskoe Shosse St., 213824 Bobruisk, Belarus

Data ta' reġistrazzjoni: 10.1.1994

Numru tar-reġistrazzjoni: 700016217

Sit web: http://www.belshinajsc.by/

OJSC Belshina hija waħda mill-kumpanniji ewlenin tal-istat fil-Belarussja u manifattur kbir tat-tyres tal-vetturi. Bħala tali, hija sors sostanzjali ta’ dħul għar-reġim ta’ Lukashenka. L-Istat tal-Belarussja qed jagħmel profitt dirett mill-qligħ ta’ Belshina. Għaldaqstant, Belshina tappoġġa r-reġim ta’ Lukashenka.

L-impjegati ta’ Belshina li pprotestaw u ħarġu fuq strajk wara l-elezzjonijiet presidenzjali tal-2020 fil-Belarussja ngħataw is-sensja. Għaldaqstant, Belshina hija responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili.

2.12.2021”.


Top