This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022D0218
Council Decision (CFSP) 2022/218 of 17 February 2022 amending Decision 2012/642/CFSP concerning restrictive measures in view of the situation in Belarus
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/218 tas-17 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/218 tas-17 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja
ST/14508/2021/INIT
ĠU L 37, 18.2.2022, p. 41–45
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
18.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 37/41 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/218
tas-17 ta’ Frar 2022
li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-15 ta’ Ottubru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK (1) dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja. |
(2) |
Fl-24 ta’ Ġunju 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1031 (2), li emendat id-Deċiżjoni 2012/642/PESK u introduċiet restrizzjonijiet settorjali speċifiċi. |
(3) |
Ċerti kjarifiki huma meħtieġa biex tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa ta’ dawk ir-restrizzjonijiet settorjali speċifiċi. |
(4) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2012/642/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2012/642/PESK hija emendata kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 2d, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “4. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għal esportazzjonijiet, bejgħ, provvisti jew trasferimenti ta’ oġġetti u teknoloġija b’użu doppju, jew il-forniment relatat ta’ assistenza teknika jew finanzjarja, għall-manutenzjoni u s-sikurezza ta’ kapaċitajiet nukleari ċivili eżistenti.” |
(2) |
l-Artikolu 2f huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
fl-Artikolu 2h, il-punti (a) sa (d) huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
(4) |
Fl-Artikolu 2i(l), il-punti (a) sa (d) huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
(5) |
fl-Artikolu 2j, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Għandu jkun ipprojbit il-provvediment ta’ assigurazzjoni jew riassigurazzjoni lil:
|
(6) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 2n 1. L-ebda pretensjoni b’konnessjoni ma’ ebda kuntratt jew tranżazzjoni li l-prestazzjoni tagħha tkun ġiet affettwata, direttament jew indirettament, b’mod sħiħ jew parzjalment, mill-miżuri imposti skont din id-Deċiżjoni, inkluż pretensjonijiet għal indennizz jew kwalunkwe pretensjoni oħra ta’ dan it-tip, bħal pretensjoni għal kumpens jew pretensjoni taħt garanzija, b’mod partikolari pretensjoni għal estensjoni jew ħlas ta’ bond, garanzija jew indennizz, b’mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta’ kwalunkwe għamla, ma għandha tiġi sodisfatta, jekk din issir minn:
|
(7) |
fl-Artikolu 3(1) u (8), fl-Artikolu 4(1) u (2), u fl-Artikolu 5(1) il-kliem, “l-Anness” huma sostitwiti b’“Anness I”; |
(8) |
fl-Artikolu 5(1), il-punt (f) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(9) |
fl-Artikolu 5, jiżdied il-paragrafu li ġej: “4. “B’deroga mill-Artikolu 4(1), l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu.’; |
(10) |
fl-Artikolu 6, il-paragrafu 1, il-kliem “l-Anness” huma sostitwiti b’“l-Anness I, l-Anness II, u l-Anness III”; |
(11) |
jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin: “Artikolu 6a 1. Il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”) jistgħu jipproċessaw id-data personali sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom skont din id-Deċiżjoni, b’mod partikolari:
2. Il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli jistgħu jipproċessaw, fejn applikabbli, data rilevanti relatata ma’ reati kriminali mwettqa mill-persuni fiżiċi elenkati, ma’ kundanni penali jew ma’ miżuri ta’ sigurtà li jikkonċernaw lil tali persuni, biss sa fejn tali proċessar ikun meħtieġ għat-tħejjija tal-Anness I. 3. Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli huma maħtura bħala “kontrolluri” skont it-tifsira tal-punt (8) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1), sabiex ikun żgurat li l-persuni fiżiċi kkonċernati jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2018/1725. Artikolu 7a L-azzjonijiet ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi ma għandhom joħolqu ebda tip ta’ responsabbiltà fuqhom, jekk ma kinux jafu, u ma kellhom l-ebda raġuni valida biex jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom ikunu jiksru l-miżuri stabbiliti f’din id-Deċiżjoni. (*1) Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).”;" |
(12) |
L-Anness III huwa emendat kif jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta’ wara dik tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Frar 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J.-Y. LE DRIAN
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja (ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1031 tal-24 ta’ Ġunju 2021 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja (ĠU L 224 I, 24.6.2021, p. 15).
ANNESS
L-Anness III huwa sostitwit b’dan li ġej:
‘ANNESS III
LISTA TA’ ISTITUZZJONIJIET TA’ KREDITU KBAR IMSEMMIJA FL-ARTIKOLI 2h U 2i
Development Bank of the Republic of Belarus |
Belarusbank |
Belinvestbank (Belarusian Bank for Development and Reconstruction) |
Belagoprombank |
Bank Dabrabyt |