Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D0164

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2022/164 tat-3 ta’ Frar 2022 dwar l-attivazzjoni tal-kompitu eżekuttiv sekondarju tal-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) biex tikkontribwixxi għall-ġlieda kontra t-traffikar tad-drogi narkotiċi ’l barra mill-kosta tas-Somalja (ATALANTA/2/2022)

ST/5571/2022/INIT

ĠU L 27, 8.2.2022, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/164/oj

8.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 27/8


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2022/164

tat-3 ta’ Frar 2022

dwar l-attivazzjoni tal-kompitu eżekuttiv sekondarju tal-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) biex tikkontribwixxi għall-ġlieda kontra t-traffikar tad-drogi narkotiċi ’l barra mill-kosta tas-Somalja (ATALANTA/2/2022)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta’ Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mill-kosta tas-Somalja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2b tagħha,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/2188 (2), li emendat l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK u tat lill-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta), fost l-oħrajn, il-kompitu eżekuttiv sekondarju biex tikkontribwixxi għall-ġlieda kontra t-traffikar tad-drogi narkotiċi ’l barra mill-kosta tas-Somalja (il-“kompitu eżekuttiv sekondarju”).

(2)

L-Artikolu 2b(3) tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, jipprevedi li l-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà għandu jattiva l-kompitu eżekuttiv sekondarju meta l-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE jirrapporta li l-Atalanta tiddisponi mill-assi meħtieġa biex twettaq il-kompiti msemmija f’dak l-Artikolu.

(3)

Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE rrapporta li l-Atalanta tiddisponi mill-assi meħtieġa biex twettaq il-kompitu eżekuttiv sekondarju.

(4)

Jenħtieġ li l-kompitu eżekuttiv sekondarju jiġi attivat b’effett immedjat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kompitu eżekuttiv sekondarju biex tikkontribwixxi għall-ġlieda kontra t-traffikar tad-drogi narkotiċi ’l barra mix-xtut tas-Somalja, mogħti lill-Atalanta permezz tal-Artikolu 2b tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, huwa b’dan attivat.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Frar 2022.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

D. PRONK


(1)   ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/2188 tat-22 ta’ Diċembru 2020 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (ĠU L 435, 23.12.2020, p. 74).


Top