Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D0118

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/118 tas-27 ta’ Jannar 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

ST/15137/2021/INIT

ĠU L 19, 28.1.2022, p. 67–70 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/118/oj

28.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 19/67


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/118

tas-27 ta’ Jannar 2022

li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta’ Jannar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/72/PESK (1) dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija.

(2)

Abbażi ta’ rieżami tad-Deċiżjoni 2011/72/PESK, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi jiġu estiżi sal-31 ta’ Jannar 2023 għal tnejn u erbgħin persuna u sal-31 ta’ Lulju 2022 għal persuna waħda. Barra minn hekk, fl-Anness għal dik id-Deċiżjoni, jenħtieġ li jiġu emendati d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet għal tliet persuni, u jenħtieġ li l-informazzjoni relatata mal-applikazzjoni tad-drittijiet tad-difiża u dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva skont il-liġi Tuneżina tiġi emendata għal seba’ persuni.

(3)

Jenħtieġ għalhekk li d-Deċiżjoni 2011/72/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2011/72/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 5

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Jannar 2023.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, il-miżuri fl-Artikolu 1 għandhom japplikaw fir-rigward tal-entrata Numru 45 fl-Anness sal-31 ta’ Lulju 2022.

3.   Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Tista’ tiġġedded jew tiġi emendata, skont il-każ, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”;

(2)

L-Anness huwa emendat skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J.-Y. LE DRIAN


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK tal-31 ta’ Jannar 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 28, 2.2.2011, p. 62).


ANNESS

L-Anness għad-Deċiżjoni 2011/72/PESK huwa emendat kif ġej:

(i)

L-entrati li ġejjin fit-taqsima “A. Lista ta’ persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1” huma sostitwiti b’dan li ġej:

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

“7.

Halima Bent Zine El Abidine Ben Haj Hamda BEN ALI

Nazzjonalità: Tuneżina

Post tat-twelid: Tuneż, it-Tuneżija

Data tat-twelid: 17 ta’ Lulju 1992

L-aħħar indirizz magħruf: il-Palazz Presidenzjali, Tuneż, it-Tuneżija

Nru tal-ID: 09006300

Pajjiż tal-ħruġ: it-Tuneżija

Sess: mara

Informazzjoni oħra: bint Leïla TRABELSI

Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji, jew proċess ta’ rkupru tal-assi wara sentenza finali tal-qorti, mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f’miżapproprijazzjoni ta’ fondi pubbliċi minn detentur ta’ kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta’ kariga pubblika biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil parti terza u jikkawża telf lill-amministrazzjoni, l-eżerċitar ta’ influwenza ħażina fuq detentur ta’ kariga pubblika bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra, u assoċjata ma’ Leila Trabelsi (Nru 2).

29.

Ghazoua Bent Zine El Abidine Ben Haj Hamda BEN ALI

Nazzjonalità: Tuneżina

Post tat-twelid: Le Bardo

Data tat-twelid: 8 ta’ Marzu 1963

L-aħħar indirizz magħruf: 49 Avenue Habib Bourguiba — Carthage, it-Tuneżija

Nru tal-ID: 00589758

Pajjiż tal-ħruġ: it-Tuneżija

Sess: mara

Informazzjoni oħra: tabiba, bint Naïma EL KEFI, miżżewġa lil Slim ZARROUK

Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji, jew proċess ta’ rkupru tal-assi wara sentenza finali tal-qorti, mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f’miżapproprijazzjoni ta’ fondi pubbliċi minn detentur ta’ kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta’ kariga pubblika biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil parti terza u jikkawża telf lill-amministrazzjoni, u l-eżerċitar ta’ influwenza ħażina fuq detentur ta’ kariga pubblika bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra, u assoċjata ma’ Slim Zarrouk (Nru 30).

42.

Ghazoua Bent Hamed Ben Taher BOUAOUINA

Nazzjonalità: Tuneżina

Post tat-twelid: Monastir

Data tat-twelid: 30 ta’ Awwissu 1982

L-aħħar indirizz magħruf: rue Ibn Maja — Khezama est — Sousse, it-Tuneżija

Nru tal-ID: 08434380

Pajjiż tal-ħruġ: it-Tuneżija

Sess: mara

Informazzjoni oħra: bint Hayet BEN ALI, miżżewġa lil Badreddine BENNOUR

Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji, jew proċess ta’ rkupru tal-assi wara sentenza finali tal-qorti, mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f’miżapproprijazzjoni ta’ fondi pubbliċi minn detentur ta’ kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta’ kariga pubblika biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil parti terza u jikkawża telf lill-amministrazzjoni, u l-eżerċitar ta’ influwenza ħażina fuq detentur ta’ kariga pubblika bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra, u assoċjata ma’ Hayet Ben Ali (Nru 33).”

(ii)

Fl-entrati li ġejjin fit-Taqsima B, “Drittijiet tad-difiża u dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva skont il-liġi Tuneżina”, taħt l-intestatura “Applikazzjoni tad-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva”, jiżdiedu s-sentenzi finali li ġejjin:

“25.

Fil-15 ta’ Frar 2021 u fl-10 ta’ Marzu 2021, is-Sur CHIBOUB instema’ minn imħallef inkwirenti fil-kawża 19592/1. Fil-31 ta’ Marzu 2021, l-imħallef inkwirenti ddeċieda li jaqtal-kawża tiegħu mill-kawża ġenerali 19592/1. Il-kawża 1137/2 għadha pendenti.

26.

Fil-31 ta’ Marzu 2021, l-imħallef inkwirenti ddeċieda li jaqtal-kawża tagħha mill-kawża ġenerali 19592/1. Il-kawża 1137/2 għadha pendenti.

30.

Sentenza tal-Qorti tal-Appell ta’ Tuneż bid-data tal-15 ta’ April 2021 fil-kawża 29443 ikkundannatu għal miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi.

31.

Sentenza tal-Qorti tal-Appell ta’ Tuneż bid-data tal-1 ta’ Novembru 2018 fil-kawża 27658 ikkundannatu għal miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi.

33.

Sentenza bid-data tal-14 ta’ Marzu 2019 fil-kawża 40800 ikkundannatha għal miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi.

34.

Sentenza bid-data tas-7 ta’ Jannar 2016 fil-kawża 28264 ikkundannatha għal miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi.

46

Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza ta’ Tuneż bid-data tal-21 ta’ Marzu 2019 fil-kawża 41328/19 ikkundannatu għal miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi.”


Top