This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022D0098
Council Implementing Decision (EU) 2022/98 of 25 January 2022 amending Implementing Decision (EU) 2020/1561 granting temporary support under Regulation (EU) 2020/672 to Hungary to mitigate unemployment risks in the emergency following the COVID-19 outbreak
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/98 tal-25 ta’ Jannar 2022 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1561 li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lill-Ungerija biex ittaffi r-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/98 tal-25 ta’ Jannar 2022 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1561 li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lill-Ungerija biex ittaffi r-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19
ST/15256/2021/INIT
ĠU L 17, 26.1.2022, p. 42–46
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
26.1.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 17/42 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/98
tal-25 ta’ Jannar 2022
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1561 li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lill-Ungerija biex ittaffi r-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 tad-19 ta’ Mejju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ Strument Ewropew għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad f’emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-COVID-19 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Wara talba mill-Ungerija fis-6 ta’ Awwissu 2020, il-Kunsill, peremzz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1561 (2), ta assistenza finanzjarja lill-Ungerija fil-forma ta’ self li jammonta għal massimu ta’ EUR 504 330 000 b’maturità medja massima ta’ 15-il sena, bil-ħsieb li jikkomplementa l-isforzi nazzjonali tal-Ungerija biex tindirizza l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 u tirreaġixxi għall-konsegwenzi soċjoekonomiċi ta’ dik it-tifqigħa għall-ħaddiema u għall-persuni li jaħdmu għal rashom. |
(2) |
Is-self kellu jintuża mill-Ungerija biex tiffinanzja miżuri simili għall-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri relatati mas-saħħa, kif imsemmi fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1561. |
(3) |
It-tifqigħa tal-COVID-19 waqqfet parti sostanzjali tal-forza tax-xogħol fl-Ungerija. Dan wassal għal żidiet f’daqqa u severi ripetuti fin-nefqa pubblika fl-Ungerija fir-rigward ta’ miżura ġdida, jiġifieri skema ta’ appoġġ ta’ darba għall-introjtu għall-persuni li jaħdmu għal rashom f’setturi affettwati mill-miżuri ta’ protezzjoni u l-miżuri msemmija fl-Artikolu 3, punti (f), (g), (h), (i) u (j) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1561. |
(4) |
It-tifqigħa tal-COVID-19 u l-miżuri straordinarji li implimentat l-Ungerija fl-2020 u fl-2021 biex trażżan dik it-tifqigħa u l-impatt soċjoekonomiku kif ukoll dak relatat mas-saħħa tagħha kellhom, u għad qed ikollhom, impatt drammatiku fuq il-finanzi pubbliċi. L-Ungerija kellha defiċit u dejn tal-gvern estiż ta’ 8,0 % u 80,1 % tal-prodott domestiku gross (PDG) rispettivament sa tmiem l-2020. Skont it-tbassir tal-ħarifa 2021 tal-Kummissjoni, id-defiċit u d-dejn tal-gvern estiż tal-Ungerija huma mbassra li jonqsu għal 7,5 % u 79,2 % tal-PDG rispettivament fl-2021 u l-PDG tagħha huwa proġettat li jiżdied b’7,4 % fl-2021. |
(5) |
Fl-1 ta’ Diċembru 2021 l-Ungerija talbet assistenza finanzjarja ulterjuri mill-Unjoni f’ ammont ta’ EUR 147 140 000 sabiex tikkomplementa aktar l-isforzi nazzjonali tagħha li wettqet fl-2020 u l-2021 biex tindirizza l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 u tirreaġixxi għall-konsegwenzi soċjoekonomiċi ta’ dik it-tifqigħa għall-ħaddiema u għal dawk li jaħdmu għal rashom,b’mod partikolari l-miżuri msemmija fil-premessi (6) sa (8). |
(6) |
Permezz tad-‘Digriet tal-Gvern Nru 485/2020. (XI. 10.)’ (3), l-Ungerija estendiet sa tmiem l-istat ta’ emerġenza u emendat għadd ta’ miżuri relatati mat-taxxa msemmija fl-Artikolu 3, punti (f), (g), (h) u (j), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1561. Is-self li intalab mill-Ungerija huwa maħsub biex ikopri n-nefqa għall-perjodu minn Diċembru 2020 sa Ġunju 2021 biss. Id-digriet fih il-kundizzjoni espliċita li l-benefiċjarji jridu jżommu kuntratti ta’ impjieg li kienu fis-seħħ fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ tad-digriet u li ma jitterminawx tali kuntratti permezz ta’ avviż mill-impjegatur għat-tul tal-miżuri rispettivi. L-ambitu tas-setturi eliġibbli għall-appoġġ ġie modifikat bl-Artikolu 1 tad-‘Digriet tal-Gvern Nru 571/2020. (XII. 9.)’ (4), l-Artikolu 1 tad-‘Digriet tal-Gvern Nru 638/2020. (XII. 22.)’ (5), l-Artikolu 1 tad-‘Digriet tal-Gvern Nru 105/2021. (III. 3.)’ (6), l-Artikolu 1 tad-‘Digriet tal-Gvern Nru 147/2021. (III. 27.)’ (7) u l-Artikolu 1 tad-‘Digriet tal-Gvern Nru 204/2021. (IV. 29.)’ (8). Għas-setturi milquta l-agħar mill-pandemija, l-Ungerija introduċiet eżenzjoni mill-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u mill-imposta tat-taħriġ tal-impjegaturi, inizjalment għall-perjodu minn Marzu sa Diċembru 2020, kif ukoll tnaqqis fit-taxxa ta’ kontribuzzjoni ta’ riabilitazzjoni tal-impjegaturi, inizjalment għall-perjodu minn Marzu sa Ġunju 2020. L-Ungerija introduċiet ukoll eżenzjoni ta’ kostijiet tal-persunal mill-bażi għat-taxxa tat-taxxa tal-impriżi żgħar (“KIVA”), inizjalment għall-perjodu minn Marzu sa Ġunju 2020. Għal dawn il-miżuri kollha, ġiet mitluba biss il-parti tan-nefqa totali (jew dħul mitluf) relatata mal-kumpaniji li jnaqqsu jew iwaqqfu l-ħin tax-xogħol jew meta l-impjegati jkunu kontinwament fl-impjieg sad-data tal-eżitu disponibbli l-aħħar. Minħabba li dawk il-miżuri jikkonsistu minn dħul mitluf għall-Gvern, dawn jistgħu jitqiesu li huma ekwivalenti għal nefqa pubblika. |
(7) |
Barra minn hekk, permezz tad-‘Digriet tal-Gvern Nru 105/2021. (III. 3.)’, l-Artikolu 1 tad-‘Digriet tal-Gvern Nru 147/2021. (III. 27)’ u l-Artikolu 1 tad-‘Digriet tal-Gvern Nru 204/2021. (IV. 29)’, l-Ungerija emendat l-eżenzjoni mir-reġim tat-taxxa f’somma waħda f’daqqa għan-negozji żgħar (“KATA”), kif imsemmi fl-Artikolu 3, punt (i), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1561, li inizjalment ġiet introdotta għall-perjodu minn Marzu sa Ġunju 2020 u estiża għall-perjodu minn Marzu sa April 2021. Ġiet mitluba biss dik il-parti tan-nefqa relatata mal-appoġġ għal dawk li jaħdmu għal rashom u għall-kumpaniji b’membru wieħed. Il-miżura tista’ titqies bħala miżura simili għall-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2020/672, peress li għandha l-għan li tipproteġi lil dawk li jaħdmu għal rashom jew kategoriji simili ta’ ħaddiema minn tnaqqis fl-introjtu jew it-telf tiegħu. |
(8) |
Permezz tad-Digriet tal-Gvern Nru 310/2021. (VI. 7.) dwar l-appoġġ f’kumpens għal dawk li jaħdmu għal rashom (9), l-Ungerija introduċiet skema ġdida ta’ appoġġ ta’ darba għall-introjtu għal dawk li jaħdmu għal rashom f’setturi affettwati mill-miżuri ta’ lockdown bil-kundizzjoni li jżommu l-attivitajiet tagħhom għal mill-inqas xahrejn wara t-tmiem prospettiv tal-istat ta’ emerġenza. Il-pagament ta’ darba jammonta għall-paga minima garantita ta’ kull xahar (HUF 219 000). Il-perjodu ta’ eliġibbiltà jintemm fit-tmiem tal-istat ta’ emerġenza. Il-grupp fil-mira tal-iskema huma intraprendituri uniċi li ma għandhomx impjegati u li mhumiex eliġibbli għal appoġġ taħt skema tal-pagi settorjali. Il-miżura tista’ titqies bħala miżura simili għall-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2020/672, peress li għandha l-għan li tipproteġi lil dawk li jaħdmu għal rashom jew kategoriji simili ta’ ħaddiema minn tnaqqis fl-introjtu jew it-telf tiegħu. |
(9) |
L-Ungerija tissodisfa l-kundizzjonijiet għat-talba ta’ assistenza finanzjarja kif stabbilit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/672. L-Ungerija pprovdiet lill-Kummissjoni b’evidenza xierqa li n-nefqa pubblika reali u ppjanata żdiedet bi EUR 897 720 542 mill-1 ta’ Frar 2020 minħabba l-miżuri nazzjonali meħuda biex jiġu indirizzati l-effetti soċjoekonomiċi tat-tifqigħa tal-COVID-19. Dan jikkostitwixxi żieda f’daqqa u severa minħabba li hija relatata kemm ma’ miżura ġdida kif ukoll ma’ estensjoni tal-miżuri eżistenti direttament relatati ma’ miżuri simili bħall-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar li jkopru proporzjon sinifikanti tal-impriżi u tal-forza tax-xogħol fl-Ungerija. L-Ungerija ffinanzjat EUR 113 740 000 tal-ammont miżjud tan-nefqa permezz tal-fondi tal-Unjoni. L-Ungerija ffinanzjat EUR 132 510 542 tal-ammont miżjud tan-nefqa pubblika permezz tal-fondi tagħha stess. |
(10) |
Il-Kummissjoni kkonsultat lill-Ungerija u vverifikat iż-żieda f’daqqa u severa fin-nefqa pubblika reali u ppjanata direttament relatata ma’ miżuri simili għall-skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, kif imsemmi fit-talba tal-1 ta’ Diċembru 2021, f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2020/672. |
(11) |
Għalhekk jenħtieġ li tingħata assistenza finanzjarja bil-għan li l-Ungerija tiġi megħjuna tindirizza l-effetti soċjoekonomiċi tat-taqlib ekonomiku gravi kkawżat mit-tifqigħa tal-COVID-19. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjonijiet rigward il-maturitajiet, il-qies u r-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali u tal-partijiet f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali. |
(12) |
Jenħtieġ li l-Ungerija u l-Kummissjoni jqisu din id-Deċiżjoni fil-ftehim ta’ self imsemmi fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2020/672. |
(13) |
Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tkun mingħajr preġudizzju għall-eżitu ta’ kwalunkwe proċedura relatata ma’ distorsjonijiet tal-operat tas-suq intern li tista’ titwettaq, b’mod partikolari skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat. Din ma twarrabx il-ħtieġa li l-Istati Membri jinnotifikaw każijiet ta’ għajnuna potenzjali mill-Istat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108 tat-Trattat. |
(14) |
Jenħtieġ li l-Ungerija tinforma lill-Kummissjoni fuq bażi regolari dwar l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta l-punt sa fejn l-Ungerija implimentat dik in-nefqa. |
(15) |
Id-deċiżjoni li tingħata assistenza finanzjarja ttieħdet b’kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet eżistenti u mistennija tal-Ungerija, kif ukoll it-talbiet għal assistenza finanzjarja skont ir-Regolament (UE) 2020/672 diġà ppreżentati jew ippjanati li jiġu ppreżentati minn Stati Membri oħra, filwaqt li jiġu applikati l-prinċipji ta’ trattament ugwali, solidarjetà, proporzjonalità u trasparenza, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1561 hija emendata kif ġej:
(1) |
l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
l-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 3 L-Ungerija tista’ tiffinanzja l-miżuri li ġejjin:
|
(3) |
l-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 4 1. L-Ungerija għandha tinforma lill-Kummissjoni sat-28 ta’ April 2021, u kull sitt xhur wara dan dwar l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata sakemm dik in-nefqa pubblika ppjanata tkun ġiet implimentata b’mod sħiħ. 2. Meta l-miżuri msemmija fl-Artikolu 3 jkunu bbażati fuq nefqa pubblika ppjanata u jkunu ġew soġġetti għal deċiżjoni ta’ implimentazzjoni li temenda din id-Deċiżjoni, l-Ungerija għandha tinforma lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data tal-adozzjoni ta’ dik id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni emendatorja, u kull sitt xhur wara dan, dwar l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata sakemm dik in-nefqa pubblika ppjanata tkun ġiet implimentata bis-sħiħ.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Ungerija.
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha lid-destinatarju.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Jannar 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
C. BEAUNE
(1) ĠU L 159, 20.5.2020, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1561 tat-23 ta’ Ottubru 2020 li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lill-Ungerija biex ittaffi r-riskji ta’ qagħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19 (ĠU L 357, 27.10.2020, p. 24).
(3) Ippromulgat fil-Gazzetta Uffiċjali Ungeriża fl-10 ta’ Novembru 2020 (Nru 242), p. 7671.
(4) Ippromulgat fil-Gazzetta Uffiċjali Ungeriża fid-9 ta’ Diċembru 2020 (Nru 273), p. 9076.
(5) Ippromulgat fil-Gazzetta Uffiċjali Ungeriża fit- 22 ta’ Diċembru, 2020 (Nru 287), p. 10473.
(6) Ippromulgat fil-Gazzetta Uffiċjali Ungeriża fil-5 ta’ Marzu 2021 (Nru 37), p. 1509.
(7) Ippromulgat fil-Gazzetta Uffiċjali Ungeriża fit-27 ta’ Marzu 2021 (Nru 52), p. 2042.
(8) Ippromulgat fil-Gazzetta Uffiċjali Ungeriża fid-29 ta’ April 2021 (Nru 73), p. 2676.
(9) Ippromulgat fil-Gazzetta Uffiċjali Ungeriża fis-7 ta’ Ġunju 2021 (Nru 104), p. 4469.