Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D0039

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/39 tat-12 ta’ Jannar 2022 li tistabbilixxi r-regoli dwar il-format u l-iskedi ta’ żmien għall-preżentazzjoni tal-pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali u tar-rapporti annwali dwar il-ġbir tad-data fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura, u li tħassar id-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1701 u (UE) 2018/1283

C/2022/44

ĠU L 8, 13.1.2022, p. 142–186 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2022/39/oj

13.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 8/142


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/39

tat-12 ta’ Jannar 2022

li tistabbilixxi r-regoli dwar il-format u l-iskedi ta’ żmien għall-preżentazzjoni tal-pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali u tar-rapporti annwali dwar il-ġbir tad-data fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura, u li tħassar id-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1701 u (UE) 2018/1283

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/1004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2017 dwar l-istabbiliment ta’ qafas tal-Unjoni għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ data fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 6(5) u 11(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jitlob lill-Istati Membri sabiex jiġbru d-data bijoloġika, ambjentali, teknika u soċjoekonomika meħtieġa għall-ġestjoni tas-sajd.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2017/1004, l-Istati Membri jridu jiġbru data bħal din fi ħdan il-qafas ta’ pjan ta’ ħidma nazzjonali. Pjanijiet bħal dawn, iridu jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Ottubru tas-sena ta’ qabel dik li fiha japplikaw, iridu jitfasslu f’konformità mal-programm pluriennali tal-Unjoni għall-ġbir, għall-ġestjoni u għall-użu tad-data fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura (“EU MAP”).

(3)

L-EU MAP huwa previst mid-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2021/1167 (3) u mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1168 (4).

(4)

F’konformità mal-Artikolu 6(5) tar-Regolament (UE) 2017/1004, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dwar il-proċeduri, il-format u l-iskedi ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ dawn il-pjanijiet ta’ ħidma.

(5)

Huwa xieraq li jiġi stabbilit il-format tal-pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali, f’konformità mar-rekwiżiti tad-data stabbiliti fl-EU MAP. Sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-iskadenza tal-15 ta’ Ottubru 2021 għall-preżentazzjoni tal-pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali applikabbli għall-perjodu mill-2022, il-format previst minn din id-Deċiżjoni sar disponibbli għall-Istati Membri mid-19 ta’ Lulju 2021 u l-Istati Membri qablu li jippreżentaw il-pjanijiet ta’ ħidma tagħhom imsejsa fuq dan il-format.

(6)

Il-perjodu ta’ validità tal-pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali kien jaqbel mal-perjodu ta’ żmien tal-EU MAP. Peress li l-EU MAP attwali mhux se jiskadi f’data fissa, jenħtieġ li l-perjodu ta’ validità tal-pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali jiġi stabbilit f’din id-Deċiżjoni. Jenħtieġ li l-ewwel pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali ppreżentati f’konformità ma’ din id-Deċiżjoni jkopru perjodu ta’ tliet sa sitt snin li jibda mill-1 ta’ Jannar 2022, biex jipprovdu l-istabbiltà meħtieġa għall-ġbir tad-data. Jenħtieġ li l-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali waħdanin jew suċċessivi ma jaqbiżx il-31 ta’ Diċembru 2027, biex jiġi allinjat mal-perjodu ta’ programmazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/1139 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura (5).

(7)

F’konformità mal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2017/1004, l-Istati Membri jridu jippreżentaw lill-Kummissjoni rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali tagħhom għall-ġbir tad-data fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar il-proċeduri, il-format u l-iskedi ta’ żmien għall-preżentazzjoni u għall-approvazzjoni ta’ dawn ir-rapporti.

(8)

Huwa xieraq li jiġi stabbilit il-format tar-rapporti annwali f’konformità mar-rekwiżiti tad-data stabbiliti fl-EU MAP. Peress li r-rapporti annwali u l-pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali huma msejsa fuq l-istess format, jenħtieġ li dak il-format jintuża mill-Istati Membri għar-rappurtar dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali li se jkunu stabbiliti mill-1 ta’ Jannar 2022.

(9)

Peress li r-rapporti annwali u l-pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali jissejsu fuq l-istess format, jenħtieġ li l-format mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1283 (6) jintuża mill-Istati Membri għar-rappurtar dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali stabbiliti għas-sena 2021.

(10)

Sabiex tippermetti d-divulgazzjoni f’waqtha tal-eżiti tal-pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali għall-ġbir tad-data u l-forniment f’waqtu tad-data lill-utenti aħħarin, jenħtieġ li l-iskadenza għall-preżentazzjoni tar-rapporti annwali tiġi stabbilita għall-31 ta’ Mejju tas-sena ta’ wara s-sena li fiha jkun ġie implimentat il-pjan ta’ ħidma.

(11)

Il-Kummissjoni qieset ir-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (7). Ġew ikkonsultati wkoll ir-rappreżentanti tal-Istati Membri miġbura fi gruppi ta’ esperti speċifiċi.

(12)

Id-Deċiżjonijiet tal-Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1701 (8) u (UE) 2018/1283 jistabbilixxu r-regoli għall-preżentazzjoni tal-pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali u tar-rapporti annwali f’konformità mar-rekwiżiti tad-data tal-EU MAP preċedenti. Jenħtieġ li dawk id-Deċiżjonijiet jitħassru, peress li din id-Deċiżjoni tipprevedi r-regoli għall-preżentazzjoni ta’ dawk il-pjanijiet u r-rapporti f’konformità mar-rekwiżiti l-ġodda tad-data.

(13)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Kontenut u perjodu ta’ applikazzjoni tal-pjanijiet ta’ ħidma

1.   Il-format tal-pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali għall-ġbir tad-data f’konformità mal-programm pluriennali tal-Unjoni għall-ġbir, għall-ġestjoni u għall-użu tad-data fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura (“EU MAP”) stabbilit bid-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2021/1167 u bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1168, hu stipulat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   L-ewwel pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali għandhom ikopru perjodu minimu ta’ tliet snin u massimu ta’ sitt snin, mill-1 ta’ Jannar 2022 u jispiċċaw sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2027. Il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ kwalunkwe pjan ta’ ħidma nazzjonali suċċessiv m’għandux jispiċċa aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2027.

Artikolu 2

Kontenut u skadenza għall-preżentazzjoni tar-rapporti annwali

1.   Ir-rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ ħidma għall-ġbir tad-data f’konformità mal-EU MAP għandhom jiġu ppreżentati f’konformità mal-format stipulat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jippreżentaw, sal-31 ta’ Mejju ta’ kull sena, ir-rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ ħidma għall-ġbir tad-data għas-sena kalendarja ta’ qabel.

Artikolu 3

Tħassir tad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1701 u (UE) 2018/1283

1.   Id-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1701 u (UE) 2018/1283 huma b’dan imħassrin.

2.   Sal-31 ta’ Mejju 2022, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw ir-rapporti annwali msejsa fuq il-format mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1283.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Jannar 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 157, 20.6.2017, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(3)  Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2021/1167 tas-27 ta’ April 2021 li tistabbilixxi l-programm pluriennali tal-Unjoni għall-ġbir u l-ġestjoni tad-data bijoloġika, ambjentali, teknika u soċjoekonomika fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura mill-2022 (ĠU L 253, 16.7.2021, p. 51).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1168 tas-27 ta’ April 2021 li tistabbilixxi l-lista ta’ stħarriġ obbligatorju tar-riċerka fuq il-baħar u l-limiti bħala parti mill-programm pluriennali tal-Unjoni għall-ġbir u għall-ġestjoni tad-data fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura mill-2022 (ĠU L 253, 16.7.2021, p. 92).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2021/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1004 (ĠU L 247, 13.7.2021, p. 1).

(6)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1283 tal-24 ta’ Awwissu 2018 li tistabbilixxi regoli dwar il-format u l-iskedi ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ rapporti annwali dwar il-ġbir tad-data fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura (ĠU L 242, 26.9.2018, p. 1).

(7)  STECF 19-03, 20-01 rapporti tal-EWG 19-12, 20-16, 20-18 (ħolqa għall-pubblikazzjoni).

(8)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1701 tad-19 ta’ Awwissu 2016 li tistabbilixxi r-regoli dwar il-format għall-preżentazzjoni tal-pjanijiet ta’ ħidma għall-ġbir tad-data fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura (ĠU L 260, 27.9.2016, p. 153).


ANNESS

I –   Format tal-pjanijiet ta’ ħidma u tar-rapporti annwali

I.1   Tqassim ġenerali u prinċipji tal-abbozzar

Il-pjanijiet ta’ ħidma u r-rapporti annwali fihom informazzjoni miġbura f’tabelli u f’kaxxi tat-test. Dan l-anness jelenka dawn it-tabelli u l-kaxxi tat-test, u jiddeskrivi l-kampi tagħhom.

Fejn Stat Membru ma jagħmilx ġbir ta’ data f’setturi koperti minn ċerti tabelli jew kaxxi tat-test, ma huwiex obbligat jissottometti t-tabelli jew il-kaxxi tat-test korrispondenti fil-pjan ta’ ħidma (WP) jew fir-rapport annwali (AR). L-Istati Membri għandhom jindikaw permezz ta’ (I/L) fit-tabella fil-qosor tal-WP liema tabelli u kaxxi tat-test huma inklużi u liema ma humiex.

Is-sezzjonijiet skurati griżi tat-tabelli u tal-kaxxi tat-test huma relatati biss mar-rapporti annwali. It-taqsimiet li jifdal huma relatati mal-pjanijiet ta’ ħidma u jridu jiġu kkupjati mingħajr tibdil fir-rapport annwali rilevanti. Il-kolonni li fihom formoli jenħtieġ li jimtlew awtomatikament.

I.2   Kompilazzjoni tar-rapport annwali

L-Istati Membri għandhom l-ewwel jittrasferixxu l-informazzjoni mill-pjanijiet ta’ ħidma adottati tagħhom għal kull tabella u kaxxa tat-test korrispondenti fir-rapport annwali, u mbagħad għandhom jimlew il-kolonni b’kulur griż addizzjonali.

Meta jiġi kkompilat ir-rapport annwali, l-Istati Membri ma għandhom jeditjaw l-ebda valur fit-tabelli jew fil-kaxxi tat-test li joriġinaw mill-pjanijiet ta’ ħidma aċċettati tagħhom, bl-eċċezzjoni ta’:

Tabella 1.2: laqgħat mhux inklużi fil-pjan ta’ ħidma jistgħu jiddaħħlu bħala ringieli addizzjonali, enfasizzati bil-griż, fl-aħħar tat-tabella.

Tabella 1.3: ftehimiet ġodda mhux inklużi fil-pjan ta’ ħidma jistgħu jiddaħħlu bħala ringieli addizzjonali, enfasizzati bil-griż, fl-aħħar tat-tabella.

Tabella 2.1: speċijiet mhux inklużi fil-pjan ta’ ħidma jistgħu jiddaħħlu bħala ringieli addizzjonali, enfasizzati bil-griż, fl-aħħar tat-tabella.

Tabella 2.2: speċijiet, parametri jew skemi ta’ kampjunar ġodda mhux inklużi fil-pjan ta’ ħidma jistgħu jiddaħħlu bħala ringieli addizzjonali, enfasizzati bil-griż, fl-aħħar tat-tabella.

Tabella 2.5: skemi jew oqfsa ġodda tal-kampjunar mhux inklużi fil-pjan ta’ ħidma jistgħu jiddaħħlu bħala ringieli addizzjonali, enfasizzati bil-griż, fl-aħħar tat-tabella.

It-Tabella 1.4 tapplika biss għar-rapport annwali. L-Istati Membri għandhom jużawha biex jispeċifikaw is-segwitu tagħhom għar-rakkomandazzjonijiet u l-ftehimiet relatati mad-data miġbura skont id-DCF fil-livell tal-UE u f’dak internazzjonali.

Fejn meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jispjegaw id-devjazzjonijiet mill-pjan ta’ ħidma fil-“Kummenti tal-AR” rilevanti fit-tabelli, u fil-kaxxi tat-test fir-rapport annwali. Fil-kaxxi tat-test, huma għandhom jispeċifikaw l-azzjonijiet li se jittieħdu biex jiġu evitati devjazzjonijiet mill-pjan ta’ ħidma fil-futur.

I.3   Ismijiet u kodifikazzjoni konsistenti, konformità mal-konvenzjonijiet

L-Istati Membri għandhom japplikaw l-ismijiet u l-kodifikazzjoni konsistenti ta’ irkapti, speċijiet, sajd, żoni tas-sajd u simili fit-tabelli u fil-kaxxi tat-test tal-pjanijiet ta’ ħidma u tar-rapporti annwali.

Fejn applikabbli, l-Istati Membri għandhom jużaw kodiċijiet u ismijiet mit-tabelli rilevanti fl-annessi għad-deċiżjonijiet tal-EU MAP u konvenzjonijiet internazzjonali oħra, inklużi dawk miftiehma mill-gruppi ta’ koordinazzjoni reġjonali.

Jekk Stat Membru jopera f’diversi reġjuni, huwa għandu jippreżenta l-attivitajiet tiegħu ta’ ġbir ta’ data kull reġjun, għal data bijoloġika, u kull suprareġjun, għal data ekonomika. L-istratifikazzjoni reġjonali hija inkluża fit-Tabella 2 tal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1168. L-Istat Membru għandu jippreżenta l-attivitajiet tiegħu barra mill-ilmijiet tal-UE miġbura f’taqsimiet reġjonali u fi ħdan ir-reġjun, skont l-organizzazzjoni reġjonali tas-sajd (tal-ġestjoni) jew organizzazzjoni internazzjonali oħra. L-istess diviżjoni għandha tinżamm fit-tabelli u fil-kaxxi tat-test fil-pjanijiet ta’ ħidma u fir-rapporti annwali.

II –   Deskrizzjoni tat-tabelli u tal-kaxxi tat-test

1:   Informazzjoni Ġenerali

Qafas għall-ġbir tad-data fil-livell nazzjonali

Kumment ġenerali: Uża din il-kaxxa tat-test biex tiddeskrivi kif il-ġbir tad-data huwa organizzat fl-Istat Membru tiegħek (istituzzjonijiet involuti, informazzjoni ta’ kuntatt) u f’liema gruppi ta’ koordinazzjoni reġjonali (RCG) jipparteċipa l-Istat Membru tiegħek.

Iddeskrivi l-qafas ġenerali tal-programm nazzjonali għall-ġbir tad-data fir-rigward tat-taqsimiet rilevanti tal-EU MAP. Jekk applikabbli, indika bidliet metodoloġiċi kbar fl-approċċ meta mqabbel mas-sena/snin preċedenti, u għal liema taqsima/taqsimiet japplikaw.

Agħti l-isem, l-akronimu u d-dettalji ta’ kuntatt sħaħ tal-istituti kollha li jikkontribwixxu għall-attivitajiet tal-ġbir tad-data, u ddeskrivi fil-qosor ir-rwol tagħhom fil-pjan ta’ ħidma.

Ipprovdi link għas-sit web nazzjonali għall-ġbir tad-data, jekk ikun hemm wieħed.

(massimu ta’ 1 000 kelma)


Tabella 1.1: Disponibilità ta’ data

Kumment ġenerali: Din it-tabella tissodisfa l-Artikolu 6(3)(e) tar-Regolament (UE) 2017/1004. Uża din it-Tabella biex tipprovdi informazzjoni dwar id-disponibbiltà tad-data għal kull sett ta’ data.

Isem tal-kamp

Deskrizzjoni

SM

Uża l-kodiċi ISO 3166-1 alpha-3 eż. “DEU”. Ara MasterCodeList “SM”.

Reġjun

Ara MasterCodeList “Reġjuni”. Jekk l-informazzjoni tirreferi għar-reġjuni kollha, uża l-kodiċi “ir-reġjuni kollha”.

RFMO/RFO/IO

Daħħal l-akronimu tal-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMO), l-organizzazzjoni reġjonali tas-sajd (RFO) jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali (IO) li jipprovdu ġestjoni/parir dwar l-ispeċi/istokk. Ara MasterCodeList “RFMO/RFO/IO”. Jekk ma tkun applikabbli l-ebda RFMO, RFO jew IO, uża “MA” (mhux applikabbli).

Tabella tal-WP

Indika t-tabella speċifika fil-pjan ta’ ħidma bid-dettalji tad-data korrispondenti.

Sett ta’ data

Indika s-sett ta’ data li għalih se tingħata informazzjoni dwar id-disponibbiltà. Ara MasterCodeList “Sett ta’ data”.

Subsett ta’ data

Indika s-subsett li għalih se tingħata informazzjoni dwar id-disponibbiltà. Ara MasterCodeList “Subsett tad-data”.

Entrata speċifika

Test liberu jekk meħtieġ

Sena ta’ implimentazzjoni

Indika s-sena jew is-snin li fihom se jiġi implimentat il-pjan ta’ ħidma.

Sena ta’ referenza

Indika s-sena li għaliha se tinġabar id-data (eż. “N”, “N-1”). Is-sena ta’ implimentazzjoni hija “N”.

Disponibbiltà tad-data

Indika meta d-data miġbura matul is-sena ta’ referenza hija pjanata li tkun disponibbli. Kun kemm jista’ jkun preċiż (eż “N+1”, “N+1-it-tieni trimestru”, “N+1, data speċifika”, eċċ.).

Kummenti tal-WP

Kwalunkwe kumment ieħor

Kumment ġenerali: L-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu informazzjoni dwar id-disponibbiltà tad-data għal kull sett ta’ data. Data ġdida mhux inkluża fil-pjan ta’ ħidma tista’ tiżdied bħala ringieli addizzjonali, enfasizzati bil-griż, fl-aħħar tat-tabella.

Żmien meta d-data kienet disponibbli

Indika meta d-data saret disponibbli.

Kummenti tal-AR

Żid kummenti biex tiċċara kwalunkwe devjazzjoni mill-pjan ta’ ħidma.


Tabella 1.2: Koordinazzjoni reġjonali u internazzjonali pjanata

Kumment ġenerali: Din it-tabella tissodisfa l-Artikolu 7(2)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1004. Uża din it-Tabella sabiex tipprovdi informazzjoni dwar il-parteċipazzjoni pjanata tal-Istat Membru f’laqgħat rilevanti għall-ġbir ta’ data taħt id-DCF.

Isem tal-kamp

Deskrizzjoni

SM

Uża l-kodiċi ISO 3166-1 alpha-3 eż. “DEU”. Ara MasterCodeList “SM”.

Akronimu tal-laqgħat

Indika akronimu uffiċjali għal-laqgħat li l-Istat Membru tiegħek qed jippjana li jattendi.

Bħala minimu, indika l-laqgħa nazzjonali ta’ koordinazzjoni anki jekk l-Istat Membru tiegħek iddeċieda li ma jorganizza l-ebda tali laqgħa; il-laqgħat kollha tal-RCG fejn ikun involut l-Istat Membru tiegħek; laqgħat annwali tal-RCG fejn l-Istat Membru tiegħek ma jkunx involut; il-Laqgħa ta’ kollegament; il-Laqgħa Nazzjonali tal-Korrispondenti. Jekk xi laqgħat ma jkunux jistgħu jiġu pjanati sal-mument li jiġi ppreżentat il-WP, tista’ żżid il-laqgħat li l-Istat Membru tiegħek ikun attenda fl-AR. Indika fil-kolonna “Kummenti tal-WP” jekk l-Istat Membru tiegħek ma jorganizza l-ebda laqgħa nazzjonali jew ma jipparteċipax f’RCG.

Isem tal-laqgħat

Daħħal l-isem uffiċjali sħiħ tal-laqgħat li l-Istat Membru tiegħek qed jippjana li jattendi. Tħallix kaxex vojta jekk imlejt il-kolonna tal-“Akronimu tal-laqgħa”. Indika fil-kolonna “Kummenti tal-WP” jekk ma torganizza l-ebda laqgħa nazzjonali jew ma tipparteċipax f’RCG.

RFMO/RFO/IO

Daħħal l-akronimu tal-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMO), l-organizzazzjoni reġjonali tas-sajd (RFO) jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali (IO) li jipprovdu ġestjoni/parir dwar l-ispeċi/istokk. Ara MasterCodeList “RFMO/RFO/IO”. Jekk ma tkun applikabbli l-ebda RFMO, RFO jew IO, uża “MA” (mhux applikabbli).

Kummenti tal-WP

Kwalunkwe kumment ieħor.

Kumment ġenerali: L-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu informazzjoni dwar in-numru ta’ laqgħat relatati mad-DCF li għalihom attendew. Laqgħat ġodda mhux inklużi fil-pjan ta’ ħidma jistgħu jiżdiedu bħala ringieli addizzjonali, enfasizzati bil-griż, fl-aħħar tat-tabella.

Numru ta’ parteċipanti mill-Istati Membri

Indika n-numru ta’ parteċipanti mill-Istat Membru tiegħek għal kull laqgħa. Daħħal “0” jekk l-ebda parteċipant ma attenda l-laqgħa.

Kummenti tal-AR

Żid kummenti biex tiċċara kwalunkwe devjazzjoni mill-pjan ta’ ħidma.


Tabella 1.3: Ftehimiet bilaterali u multilaterali

Kumment ġenerali: Din it-tabella tissodisfa l-Artikolu 6(3)(f) tar-Regolament (UE) 2017/1004. Uża din it-Tabella biex tipprovdi informazzjoni dwar il-ftehimiet ma’ Stati Membri oħra u kif qegħdin jintlaħqu l-obbligi Ewropej u internazzjonali. Niżżel biss il-ftehimiet attwali u pjanati. Jekk ftehim jiskadi matul perjodu kopert mill-WP, immarka bħala “obsolet” fil-“Kummenti tal-AR” għas-sena li fiha ma jibqax fis-seħħ.

Isem tal-kamp

Deskrizzjoni

SM

Uża l-kodiċi ISO 3166-1 alpha-3 eż. “DEU”. Ara MasterCodeList “SM”. Daħħal l-Istati Membri kollha involuti fi ftehim. Entrati multipli separati b’punt u virgola.

Isem tal-ftehim

Indika l-isem tal-ftehim. L-Istati Membri kkonċernati jenħtieġ li japplikaw l-istess isem għall-istess ftehim.

Persuni ta’ kuntatt

Ipprovdi l-isem u l-indirizz elettroniku tal-korrispondent nazzjonali minn kull Stat Membru involut fil-ftehim.

Kontenut

Iddeskrivi fil-qosor l-għan u l-kontenut tal-ftehim. Ipprovdi referenza sħiħa ċara jew link validu għad-dokumentazzjoni tal-ftehim, fejn ikun rilevanti, fil-kolonna “Kummenti tal-WP”.

Koordinazzjoni

Iddeskrivi fil-qosor kif tkun qiegħda ssir/se ssir il-koordinazzjoni u minn min.

Deskrizzjoni tal-kampjunar/protokoll tal-kampjunar/intensità tal-kampjunar

Iddeskrivi fil-qosor il-kampjunar li għandu jitwettaq skont il-ftehim.

Trażmissjoni tad-data

Indika liema Stat Membru huwa jew se jkun responsabbli għas-sottomissjoni ta’ liema sett ta’ data.

Aċċess għall-bastimenti

Indika permezz ta’ (I/L) jekk il-ftehim jimplikax xi forma ta’ aċċess għal bastimenti ta’ sħab oħra. Jekk l-aċċess ikun implikat, speċifika dan (imbark, kondiviżjoni tal-kampjuni mal-ħatt l-art eċċ.) fil-kolonna “Kummenti tal-WP”.

Validità

Indika s-sena meta jiskadi l-ftehim jew is-sena meta jkun ġie/se jiġi ffirmat il-ftehim, jekk dan jiġi estiż awtomatikament kull sena.

Kummenti tal-WP

Kwalunkwe kumment ieħor.

Kumment ġenerali: L-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu informazzjoni dwar il-bidliet fil-ftehimiet li għaddejjin. Ftehimiet ġodda mhux inklużi fil-pjan ta’ ħidma jistgħu jiżdiedu bħala ringieli addizzjonali, enfasizzati bil-griż, fl-aħħar tat-tabella.

Kummenti tal-AR

Żid kummenti jekk ikun hemm xi tibdil fil-ftehimiet matul is-sena ta’ implimentazzjoni. Uża “għadu għaddej” jekk il-ftehim ikun għadu operazzjonali; “obsolet” jekk ma jkunx għadu fis-seħħ; “ġdid” jekk jiżdied il-ftehim.


Tabella 1.4: Segwitu tar-rakkomandazzjonijiet u tal-ftehimiet

Kumment ġenerali: Din it-tabella tissodisfa l-Artikolu 6(3)(g) tar-Regolament (UE) 2017/1004. Uża din it-Tabella biex tipprovdi informazzjoni dwar kif l-Istat Membru tiegħek qed jippjana li jwettaq ir-rakkomandazzjonijiet u l-ftehimiet relatati mal-ġbir tad-data skont id-DCF fuq livell Ewropew u internazzjonali u kif se jiġu ssodisfati l-obbligi Ewropej u internazzjonali.

Isem tal-kamp

Deskrizzjoni

SM

Uża l-kodiċi ISO 3166-1 alpha-3 eż. “DEU”. Ara MasterCodeList “SM”.

Reġjun

Ara MasterCodeList “Reġjuni”. Jekk l-informazzjoni tirreferi għar-reġjuni kollha, uża l-kodiċi “ir-reġjuni kollha”.

RFMO/RFO/IO

Daħħal l-akronimu tal-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMO), l-organizzazzjoni reġjonali tas-sajd (RFO) jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali (IO) li jipprovdu ġestjoni/parir dwar l-ispeċi/istokk. Ara MasterCodeList “RFMO/RFO/IO”. Jekk ma tkun applikabbli l-ebda RFMO, RFO jew IO, daħħal “MA” (mhux applikabbli).

Sors tar-rakkomandazzjoni/tal-ftehim

Indika s-sors tar-rakkomandazzjoni bħala akronimu ta’ Grupp ta’ Koordinazzjoni Reġjonali (RCG) rilevanti, Laqgħa ta’ Kollegament (LM), Grupp ta’ Ħidma ta’ Esperti (EWG) tal-STECF, eż. “LM 2020”, “STECF EWG 20-08”.

Taqsima tal-EU MAP

Indika għal liema paragrafu fl-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP hija relatata r-rakkomandazzjoni (eż. 1. Prinċipji ġenerali, 5. Data soċjoekonomika dwar is-sajd, eċċ.). Jekk rakkomandazzjoni tkun relatata ma’ diversi taqsimiet, indika dawn kollha. Jekk rakkomandazzjoni tapplika għat-taqsimiet kollha tal-EU MAP, daħħal “kollha”.

Suġġett

Indika s-suġġett li għalih tapplika r-rakkomandazzjoni, eż. “Kwalità tad-data”, “Stħarriġ” eċċ.

Numru tar-rakkomandazzjoni

Jekk applikabbli, indika n-numru speċifiku tar-rakkomandazzjoni.

Inkella, daħħal “MA”.

Rakkomandazzjoni/Ftehim

Irreferi biss għar-rakkomandazzjonijiet u l-ftehimiet applikabbli għall-Istat Membru tiegħek. Ma hemmx bżonn li jiġu elenkati r-rakkomandazzjonijiet u l-ftehimiet li ma japplikawx għall-Istat Membru tiegħek (eż. dwar it-Termini ta’ Referenza tal-gruppi ta’ esperti, dwar azzjonijiet li għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni, eċċ.). Għall-ftehimiet, l-Istati Membri kkonċernati jenħtieġ li japplikaw l-istess deskrizzjoni għall-istess ftehim.

Azzjoni ta’ segwitu

Iddeskrivi fil-qosor l-azzjonijiet ta’ segwitu meħuda jew li għandhom jittieħdu.

Kummenti tal-AR

Kwalunkwe kumment ieħor.


Kaxxa tat-Test 1a: Deskrizzjoni tal-istudji tat-test

Kumment ġenerali: Din il-kaxxa tat-test tissodisfa l-Kapitolu II, il-punt 1.2 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP.

1.

Għan tal-istudju tat-test

2.

Durata tal-istudju tat-test

3.

Metodoloġija u eżiti mistennija tal-istudju tat-test

(massimu ta’ 900 kelma kull studju)

Deskrizzjoni qasira tar-riżultati (inkluż id-devjazzjonijiet mill-pjan u ġustifikazzjonijiet għaliex jekk dan kien il-każ).

Il-kisba tal-eżiti mistennija oriġinali tal-istudju u ġustifikazzjoni jekk dan ma kienx il-każ.

L-inkorporazzjoni tar-riżultati tal-istudju f’kampjunar regolari mill-Istat Membru.

(massimu ta’ 900 kelma kull studju)


Kaxxa tat-Test 1b: Attivitajiet oħra ta’ ġbir ta’ data

Kumment ġenerali: Uża din il-kaxxa tat-test biex tipprovdi informazzjoni dwar attivitajiet oħra ta’ ġbir ta’ data li huma relatati mal-programm operazzjonali tal-EMFAF tiegħek u li jeħtieġ li jiġu inklużi fil-pjan ta’ ħidma u fir-rapport annwali. Iddeskrivi l-attivitajiet li huma ffinanzjati mid-DCF iżda li jissodisfaw l-objettivi taħt prijoritajiet oħra tal-EMFAF, bħall-għarfien dwar il-baħar, jew l-attivitajiet iffinanzjati mid-DCF, iżda mingħajr rabta diretta mar-rekwiżiti speċifiċi tal-EU MAP jew mat-tabelli tal-mudell tal-WP, bħas-sajd tal-ilma ħelu. Tista’ tinkludi wkoll studji speċifiċi ta’ darba għal ħtieġa partikolari ta’ utent finali li ma jidħlux fil-ġbir regolari tad-data.

1.

Għan tal-attività tal-ġbir tad-data

2.

Durata tal-attività tal-ġbir tad-data

3.

Metodoloġija u eżiti mistennija tal-attività tal-ġbir tad-data

(massimu ta’ 900 kelma kull attività)

Deskrizzjoni qasira tar-riżultati (inkluż id-devjazzjonijiet mill-pjan u ġustifikazzjonijiet għaliex jekk dan kien il-każ).

Il-kisba tal-eżiti oriġinali mistennija u ġustifikazzjoni jekk dan ma kienx il-każ.

Segwitu għall-attivitajiet (x’inhuma l-passi li jmiss, kif se jintużaw ir-riżultati).

(massimu ta’ 900 kelma kull attività)

2:   Data bijoloġika

Tabella 2.1: Lista tal-ispeċijiet/istokkijiet meħtieġa

Kumment ġenerali: Din it-tabella tissodisfa l-Artikolu 5(2)(a), l-Artikolu 6(3)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1004 u l-Kapitolu II, il-punt 2.1(a) tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Din it-tabella hija maħsuba biex tispeċifika d-data li għandha tinġabar skont it-Tabella 1 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Uża din it-Tabella biex tagħti ħarsa ġenerali tal-ġbir ta’ data fil-livell taż-żona/tal-istokk. L-individwi kollha inklużi fil-kampjun għandhom jiġu identifikati fil-livell tal-ispeċi u jitteħdilhom kejl tat-tul, fejn ikun possibbli. Data bijoloġika oħra differenti mit-tul hija speċifikata fit-Tabella 2.2, u tista’ tinkludi data miġbura fl-istħarriġ fuq il-baħar.

Isem tal-kamp

Deskrizzjoni

SM

Uża l-kodiċi ISO 3166-1 alpha-3 eż. “DEU”. Ara MasterCodeList “SM”.

Perjodu ta’ referenza

Indika s-sena/snin li għalihom fil-fatt tirreferi d-data. Agħżel it-tliet snin rappreżentattivi l-aktar reċenti qabel l-ewwel sena tal-perjodu WP (l-ebda aġġornament tal-perjodu ta’ referenza meħtieġ fil-perjodu WP), bid-data disponibbli. Agħti s-sena/snin ta’ referenza bħala eż. “2018-2020”.

Meta l-perjodu ta’ referenza jvarja mill-aktar tliet snin reċenti, ikkjarifika dan fil-kolonna “Kummenti tal-WP”.

Reġjun

Ara MasterCodeList “Reġjuni”. Jekk l-informazzjoni tirreferi għar-reġjuni kollha, uża l-kodiċi “ir-reġjuni kollha”.

RFMO/RFO/IO

Daħħal l-akronimu tal-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMO), l-organizzazzjoni reġjonali tas-sajd (RFO) jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali (IO) li jipprovdu ġestjoni/parir dwar l-ispeċi/istokk. Ara MasterCodeList “RFMO/RFO/IO”. Jekk ma tkun applikabbli l-ebda RFMO, RFO jew IO, daħħal “MA” (mhux applikabbli).

Speċi

Indika l-isem xjentifiku tal-ispeċijiet/istokkijiet kollha elenkati fit-Tabella 1 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP, għar-reġjuni u għaż-żoni kollha fejn topera l-flotta tas-sajd tal-Istat Membru tiegħek.

Meta l-flotta topera f’reġjun ikkombinat (eż. il-Baħar Mediterran u l-Baħar l-Iswed), niżżel l-ispeċijiet kollha għal dak ir-reġjun. Tista’ żżid ringieli addizzjonali, fl-aħħar, għal speċijiet jew stokk mhux inklużi fit-Tabella 1 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP, li għalihom il-kampjunar huwa meħtieġ mill-Istat Membru tiegħek, mill-RFMOs jew huwa miftiehem fil-livell tar-reġjun tal-baħar. Iġġustifika tali inklużjoni fil-kolonna “Kummenti tal-WP”.

Żona

Indika ż-żona għall-ispeċi/istokk imsemmija, f’konformità mal-kolonna 3 tat-Tabella 1 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP.

Ħatt l-art medju fis-snin ta’ referenza (tunnellati)

Daħħal il-ħatt l-art medju fis-sena fil-perjodu ta’ referenza tal-istatistika għal kull speċi u stokk. Jekk l-ispeċi ma tinħattx, f’dak il-każ daħħal “Xejn”. Ipprovdi n-numru eżatt ta’ tunnellati mingħajr pożizzjonijiet deċimali.

Sors tad-data użat għall-ħatt l-art nazzjonali medju

Daħħal is-sors tad-data għall-ħatt l-art nazzjonali medju. Ara MasterCodeList “Sors tad-Data”.

TAC tal-UE (jekk hemm) (%)

Tapplika biss għal stokkijiet li huma soġġetti għal regolamenti dwar it-TAC u l-kwoti.

Daħħal “Xejn”, jekk l-Istat Membru tiegħek ma jkollu l-ebda sehem fit-TAC tal-UE tal-istokk ikkonċernat.

Daħħal il-perċentwal tas-sehem (valur bejn 0 u 100) jekk l-Istat Membru tiegħek ikollu sehem fit-TAC tal-UE tal-istokk ikkonċernat.

Jekk it-TAC tirreferi għal diversi speċijiet ikkombinati, daħħal il-perċentwal tas-sehem fit-TAC għal kull speċi u indika l-kombinazzjoni fil-kolonna “Kummenti tal-WP”. Fil-każ ta’ swap ta’ kwoti sinifikanti (aktar minn 50 % tas-sehem tat-TAC), indika l-volum tal-iswap fil-kolonna “Kummenti tal-WP”.

Daħħal “MA” jekk l-istokk ma jkunx ġestit mit-TAC. F’dan il-każ imla l-kolonna “Sehem (%) fil-ħatt l-art tal-UE”.

Sehem (%) fil-ħatt l-art tal-UE

Japplika għall-istokkijiet kollha li għalihom ma ġiet iddefinita l-ebda TAC (s’issa). Daħħal “Xejn”, jekk l-Istat Membru tiegħek ma jkollu l-ebda ħatt l-art tal-istokk ikkonċernat. Daħħal il-perċentwal tas-sehem (valur bejn 0 u 100), jekk l-Istat Membru tiegħek ikollu ħatt l-art tal-istokk ikkonċernat.

Sors tad-data użat għall-ħatt l-art tal-UE

Daħħal is-sors tad-data għall-ħatt l-art tal-UE. Ara MasterCodeList “Sors tad-data”.

Ir-regoli tal-limitu użati

Indika liema regoli ta’ soll japplikaw, meta speċi ma tintgħażilx għall-kampjunar. Għal speċijiet li jintgħażlu għall-kampjunar, daħħal “Xejn”. Għall-ispeċijiet diadromi niżżel “Xejn”, peress li ma japplika l-ebda soll għalihom skont il-MAP tal-UE. Uża l-ġerarkija tar-regoli: 1) “TAC < 10 %”, 2) “Ħatt l-art < 10 %”, 3) “Ħatt l-art < 200 t”.

Jekk l-Istat Membru tiegħek ma għandux ħatt l-art/qabdiet f’“żona ta’ speċi” partikolari, daħħal “Ħatt l-art < 200 t”.

Ara MasterCodeList “Ir-regoli tal-limitu użati”.

Ftehim ta’ koordinazzjoni reġjonali fil-livell tal-istokk

Daħħal “I” (iva) jew “L” (le) jekk ikun hemm ftehim reġjonali dwar il-kampjunar tal-istokk. Jekk ikun hemm ftehim reġjonali, irreferi għall-isem tal-ftehim fit-Tabella 1.3. Jekk skemi differenti ta’ kampjunar ta’ diversi speċijiet japplikaw għall-istess stokk u mhux kollha kemm huma jkunu kkoordinati reġjonalment, spjega s-sitwazzjoni fil-kolonna “Kummenti tal-WP”.

Koperta minn skema ta’ kampjunar kummerċjali għat-tul

Daħħal “I” (iva) jew “L” (le) jekk l-ispeċi/istokk ikunu koperti minn kampjunar kummerċjali għat-tul. Stokk jitqies kopert mill-kampjunar jekk l-istrutturi tat-tul ikunu ntbagħtu lill-utenti finali regolarment matul l-aħħar tliet snin, jew jekk ikun kopert minn qafas ġdid tal-kampjunar bi pjan biex l-istruttura tat-tul tintbagħat lill-RFMO/RFO/IO rilevanti fil-futur.

Magħżul għall-kampjunar ta’ varjabbli bijoloġiċi

Daħħal “I” (iva) jekk l-ispeċi/l-istokk ikunu ntgħażlu għall-kampjunar għal mill-anqas varjabbli wieħed tat-Tabella 2.2 tal-pjan ta’ ħidma, u daħħal “L” (le) jekk le. Kun ċert li l-istokkijiet kollha mmarkati b’“I” f’dan il-kamp għandhom entrata fit-Tabella 2.2.

Kummenti tal-WP

Kwalunkwe kumment ieħor.

Kumment ġenerali: L-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu informazzjoni dwar in-numru ta’ individwi tal-ħut imkejla għal kull speċi/stokk. Speċijiet/stokk ġodda, mhux inklużi fil-pjan ta’ ħidma, jistgħu jiddaħħlu bħala ringieli addizzjonali enfasizzati bil-griż, fi tmiem it-tabella.

In-numru miksub ta’ individwi mkejla għat-tul fil-livell nazzjonali mill-kampjunar kummerċjali

Indika n-numru totali ta’ individwi tal-ħut imkejla għat-tul fil-livell nazzjonali mis-sajd kummerċjali.

In-numru miksub ta’ kampjuni għat-tul fil-livell nazzjonali mill-kampjunar kummerċjali

Indika n-numru ta’ kampjuni (unitajiet ta’ kampjunar primarju – PSUs) mis-sajd kummerċjali li minnu nkiseb in-numru ta’ individwi. Anki meta speċi ma tintgħażilx għall-kampjunar, iżda tinġabar id-data, daħħal in-numru ta’ kampjuni hawnhekk.

Kummenti tal-AR

Żid kummenti biex tiċċara d-differenzi possibbli bejn in-numri miksuba meta mqabbla mal-aspettattivi bbażati fuq il-protokoll. Indika f’din il-kolonna jekk jingħataw kummenti estiżi fil-Kaxxa tat-Test 2.1. Tista’ żżid kwalunkwe kumment ieħor.


Kaxxa tat-Test 2.1: Lista tal-ispeċijiet/istokkijiet meħtieġa

Kumment ġenerali: Din il-kaxxa tat-test tissodisfa l-Artikolu 5(2)(a), l-Artikolu 6(3)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1004 u l-Kapitolu II, il-punt 2.1(a) tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Din il-kaxxa tat-test tapplika għar-rapport annwali u tikkomplementa t-Tabella 2.1.

Devjazzjonijiet mill-pjan ta’ ħidma

Elenka d-devjazzjonijiet (jekk ikun hemm) fil-ġbir tad-data (tulijiet biss) miksub meta mqabbel ma’ dak li kien pjanat.

Ir-raġunijiet ġenerali għal devjazzjonijiet mill-pjan ta’ ħidma f’termini ta’ ġbir ta’ data pjanat vs. dak miksub jenħtieġ li jkunu miġbura fil-qosor f’din it-taqsima, filwaqt li kummenti ddettaljati dwar id-devjazzjonijiet fir-rigward tal-ispeċijiet/istokkijiet partikolari jenħtieġ li jiġu inklużi fil-kolonna “Kummenti tal-AR” fit-Tabella 2.1.

Azzjonijiet biex jiġu evitati devjazzjonijiet

Iddeskrivi l-azzjonijiet li se jiġu kkunsidrati jew li ttieħdu biex jiġu evitati devjazzjonijiet fil-futur u meta dawn l-azzjonijiet huma mistennija li jipproduċu effett. Jekk ma jkun hemm ebda devjazzjoni, allura din it-taqsima ma hijiex applikabbli.

(Kaxxa tat-test waħda ta’ massimu ta’ 1 000 kelma kull reġjun/RFMO/RFO/IO)


Tabella 2.2: Ippjanar tal-kampjunar għall-varjabbli bijoloġiċi

Kumment ġenerali: Din it-tabella tissodisfa l-Artikolu 5(2)(a), l-Artikolu 6(3)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1004 u l-Kapitolu II, il-punt 2.1(a) tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Din it-tabella hija maħsuba biex tispeċifika d-data bijoloġika (għajr it-tul) li għandha tinġabar skont it-Tabella 1 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Għall-ispeċijiet elenkati f’din it-tabella, għandhom jintwerew varjabbli bijoloġiċi (età, piż, proporzjon tas-sess, maturità u fekondità) li huma pjanati li jinġabru. It-tabella għandha tinkludi wkoll id-data miġbura skont l-istħarriġiet fuq il-baħar speċifikati fit-Tabella 2.6, u mis-sajd rikreattiv speċifikat fit-Tabella 2.4. Għas-sajd kummerċjali, din it-tabella jenħtieġ li tkun konsistenti mat-Tabella 2.1.

Isem tal-kamp

Deskrizzjoni

SM

Uża l-kodiċi ISO 3166-1 alpha-3 eż. “DEU”. Ara MasterCodeList “SM”.

Sena ta’ implimentazzjoni

Indika s-sena li fiha se tiġi implimentata l-attività. Daħħal ringiela waħda għal kull sena ta’ implimentazzjoni u inkludi s-snin kollha mill-perjodu tal-pjan ta’ ħidma.

Reġjun

Ara MasterCodeList “Reġjuni”. Jekk l-informazzjoni tirreferi għar-reġjuni kollha, uża l-kodiċi “ir-reġjuni kollha”.

RFMO/RFO/IO

Daħħal l-akronimu tal-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMO), l-organizzazzjoni reġjonali tas-sajd (RFO) jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali (IO) li jipprovdu ġestjoni/parir dwar l-ispeċi/istokk. Ara MasterCodeList “RFMO/RFO/IO”. Jekk ma tkun applikabbli l-ebda RFMO, RFO jew IO, daħħal “MA” (mhux applikabbli).

Speċi

Indika l-isem xjentifiku tal-ispeċijiet li għalihom huwa meħtieġ kampjunar tal-varjabbli bijoloġiċi skont it-Tabella 1 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP, għar-reġjuni u għaż-żoni kollha fejn topera l-flotta tas-sajd tal-Istat Membru.

Daħħal biss dawn l-ispeċijiet li għandhom “I” fil-kolonna “Magħżula għall-kampjunar ta’ varjabbli bijoloġiċi” tat-Tabella 2.1.

Żona

Indika ż-żona għall-ispeċi/istokk imsemmija, f’konformità mal-kolonna 3 tat-Tabella 1 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Għad-data miġbura fl-istħarriġiet fuq il-baħar (it-Tabella 2.6) jew mis-sajd rikreattiv (it-Tabella 2.4), poġġi l-erja/i koperta/i fil-kolonna “Kummenti tal-WP”.

Varjabbli bijoloġiku

Daħħal il-varjabbli bijoloġiku li jrid jinġabar. Ara MasterCodeList “Varjabbli Bijoloġiku”. Elenka biss il-varjabbli bijoloġiċi li qed tippjana li tiġbor għal kull speċi/stokk mill-inqas darba matul il-perjodu tal-kampjunar. Jekk qed tippjana li tiġbor varjabbli f’sena waħda biss, poġġi “0” fil-kolonna “Numru ta’ individwi għall-kampjunar” għal snin oħra meta ma jkun pjanat ebda kampjunar għal dan il-varjabbli. Daħħal kull varjabbli fuq linja separata u evita li ddaħħal varjabbli multipli fl-istess ċellola. Għas-sajd rikreattiv biss tista’ ddaħħal it-“tul” bħala varjabbli bijoloġiku.

Ġbir tad-data mitlub mill-utent finali

Indika jekk il-ġbir tad-data huwiex ibbażat fuq talba tal-utent finali bl-użu ta’ “I” (iva) jew “L” (le). Għal data li hija obbligatorja skont l-EU MAP, huwa mistenni li awtomatikament tkun “I”. Għal data addizzjonali, daħħal “I” (eż. minħabba li korp nazzjonali jew RCG jitlob ċertu tip ta’ ġbir tad-data) jew “L” (eż. meta l-ġbir tad-data jantiċipa użu possibbli fil-futur).

Tip ta’ osservazzjoni

Indika t-tip ta’ attività ta’ osservazzjoni użata biex tinġabar id-data għat-tip speċifikat tal-iskema ta’ kampjunar. Ara MasterCodeList “Tip ta’ osservazzjoni”.

Tip ta’ skema ta’ kampjunar

Daħħal it-tip ta’ skema ta’ kampjunar użata. Ara MasterCodeList “Tip ta’ skema ta’ kampjunar”. Ir-referenza għat-tipi ta’ skemi ta’ kampjunar jenħtieġ li tkun konsistenti fit-tabelli kollha fejn tidher din il-kolonna. Kull tip ta’ skema ta’ kampjunar jenħtieġ li jiġi rrapportat f’ringiela separata.

Għall-istħarriġ obbligatorju tar-riċerka fuq il-baħar, irrapporta biss l-iskemi ta’ kampjunar għall-ispeċijiet ewlenin fil-mira kif elenkati fit-Tabella 1 tal-anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-EU MAP.

Identifikatur tal-iskema ta’ kampjunar

Indika isem uniku (test liberu) biex tidentifika kull kombinazzjoni ta’ “Tip ta’ osservazzjoni”*“Tip ta’ skema ta’ kampjunar”. Uża referenza identika fil-kaxxi tat-test u fl-Anness 1.1. Għal stħarriġ obbligatorju tar-riċerka fuq il-baħar, uża l-akronimu mit-Tabella 1 tal-anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-EU MAP - ara MasterCodeList “Stħarriġ obbligatorju fuq il-baħar”.

Jekk il-ħatt l-art tal-Istat Membru tiegħek jiġi kkampjunat minn Stat Membru ieħor skont ftehim bilaterali jew multilaterali, poġġi ringiela f’din it-tabella li tirreferi għall-identifikatur tal-iskema ta’ kampjunar tal-Istat Membru l-ieħor.

Kampjunar opportunistiku (O) jew pjanat (P)

Jekk in-numru ta’ individwi inklużi fil-kampjun ikun relatat ma’ skemi ta’ kampjunar fil-punti 2.4, 2.5 jew 2.6 daħħal “O” (“opportunistiku”) u l-ebda ċifra (“N/A”) fil-kolonna “Numru ta’ individwi għall-kampjunar”.

Jekk in-numru ta’ individwi inklużi fil-kampjun ikun relatat ma’ skema ta’ kampjunar speċifika għall-varjabbli bijoloġiċi, daħħal “P” (“pjanat”) u ipprovdi ċifra fil-kolonna “Numru ta’ individwi għall-kampjunar”.

Numru ta’ individwi għall-kampjunar

Daħħal “N/A” f’każ ta’ kampjunar Opportunistiku (“O”), u ċifra pjanata f’każ ta’ kampjunar Pjanat (“P”). Daħħal “0” f’każ li ma jkun pjanat l-ebda ġbir għal sena partikolari.

Isem il-pjan ta’ ħidma reġjonali

Indika l-isem tal-pjan ta’ ħidma reġjonali fis-seħħ jekk ikun hemm. Uża akronimu jekk jeżisti wieħed. Daħħal “L” (le) jekk ma japplika l-ebda pjan ta’ ħidma reġjonali.

Kummenti tal-WP

Kwalunkwe kumment ieħor. Fil-każ ta’ ftehim bilaterali jew multilaterali dwar dan il-varjabbli tal-istokk, indika l-isem tal-ftehim bħal fit-Tabella 1.3.

Kumment ġenerali: L-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu informazzjoni dwar in-numru ta’ ħut imkejjel għal kull speċi, żona, varjabbli bijoloġiku, u skema ta’ kampjunar. Speċijiet/varjabbli/skemi ġodda, mhux inklużi fil-pjan ta’ ħidma, jistgħu jiżdiedu bħala ringieli addizzjonali, enfasizzati bil-griż, fi tmiem it-tabella.

Numru miksub ta’ individwi inklużi fil-kampjun fil-livell nazzjonali

Indika n-numru totali ta’ individwi inklużi fil-kampjun fil-livell nazzjonali. Niżżel “0” jekk ma jkun sar l-ebda kampjunar fis-sena ta’ rapportar. Għal kampjunar opportunistiku minn stħarriġiet ta’ riċerka fuq il-baħar, tista’ ddaħħal “MA”.

Numru miksub ta’ kampjuni

Indika n-numru ta’ kampjuni (PSU kif iddefinit fl-Anness 1.1) li minnhom inkiseb in-numru ta’ individwi. Niżżel “0” jekk ma jkun sar l-ebda kampjunar fis-sena ta’ rapportar. Għal stħarriġiet ta’ riċerka fuq il-baħar, daħħal “MA”.

% miksub ta’ individwi inklużi fil-kampjun fil-livell nazzjonali

Din il-kolonna timtela awtomatikament bl-użu ta’ formola:

100 * (“Numru miksub ta’ individwi inklużi fil-kampjun fil-livell nazzjonali”)/(“Numru ta’ individwi għall-kampjunar”)

“N/A” tindika kampjunar opportunistiku jew l-ebda kampjunar għal varjabbli partikolari.

Indikazzjoni jekk humiex meħtieġa Kummenti tal-AR li jikkonċernaw il-% miksub ta’ individwi inklużi fil-kampjun

Din il-kolonna timtela awtomatikament jekk id-diskrepanza bejn il-kejl miksub u dak pjanat tkun anqas minn 90 % jew aktar minn 150 %. Il-valuri barra minn din il-medda huma mmarkati b’“x”, u l-Istat Membru huwa mitlub jipprovdi kumment fil-kolonna “Kummenti tal-AR”. Tista’ timla wkoll il-kolonna “Kummenti tal-AR” mingħajr l-indikazzjoni.

“N/A” tindika kampjunar opportunistiku.

Kummenti tal-AR

Żid kummenti biex tiċċara kwalunkwe devjazzjoni mill-pjan ta’ ħidma, speċjalment jekk ikun hemm diskrepanza indikata fil-kolonna T. Jekk xi speċijiet ikunu żdiedu għall-kampjunar fis-sena ta’ implimentazzjoni, spjega fil-qosor ir-raġuni. Indika f’din il-kolonna jekk jingħataw kummenti estiżi fil-Kaxxa tat-Test 2.2. Tista’ żżid kwalunkwe kumment ieħor.


Kaxxa tat-Test 2.2: Ippjanar tal-kampjunar għall-varjabbli bijoloġiċi

Kumment ġenerali: Din il-kaxxa tat-test tissodisfa l-Artikolu 5(2)(a), l-Artikolu 6(3)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1004 u l-Kapitolu II, il-punt 2.1(a) tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Din il-kaxxa tat-test tapplika għar-rapport annwali u tikkomplementa t-Tabella 2.2.

Devjazzjonijiet mill-pjan ta’ ħidma

Elenka d-devjazzjonijiet (jekk ikun hemm) fil-ġbir miksub ta’ data bijoloġika (minbarra t-tulijiet), meta mqabbel ma’ dak li kien pjanat.

Ir-raġunijiet ġenerali għal devjazzjonijiet mill-pjan ta’ ħidma f’termini ta’ ġbir ta’ data pjanat vs. dak miksub jenħtieġ li jkunu miġbura fil-qosor f’din it-taqsima, filwaqt li kummenti ddettaljati dwar id-devjazzjonijiet fir-rigward tal-ispeċijiet/istokkijiet partikolari jenħtieġ li jiġu inklużi fil-kolonna “Kummenti tal-AR” fit-Tabella 2.2.

Azzjonijiet biex jiġu evitati devjazzjonijiet.

Iddeskrivi l-azzjonijiet li se jiġu kkunsidrati jew li ttieħdu biex jiġu evitati devjazzjonijiet fil-futur u meta dawn l-azzjonijiet huma mistennija li jipproduċu effett. Jekk ma jkun hemm ebda devjazzjoni, allura din it-taqsima ma hijiex applikabbli.

(Kaxxa bit-test waħda ta’ massimu ta’ 1 000 kelma kull reġjun/RFMO/RFO/IO)


Tabella 2.3: Il-ġbir tad-data għall-ispeċijiet diadromi fl-ilma ħelu

Kumment ġenerali: Din it-tabella tissodisfa l-Artikolu 5(2)(a), l-Artikolu 6(3)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1004 u l-Kapitolu II, il-punt 2.1(b) u l-punt 2.3 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Uża din it-Tabella biex tagħti ħarsa ġenerali tad-data li għandha tinġabar dwar is-sajd kummerċjali u rikreattiv fl-ilma ħelu u fl-ilmijiet interni għas-salamun, it-trotta tal-baħar u s-sallur. Inkludi wkoll ħarsa ġenerali lejn id-data li għandha tinġabar minn stħarriġiet ta’ riċerka dwar is-salamun, it-trota tal-baħar u s-sallur fl-ilma ħelu, u dwar is-sallur fi kwalunkwe ħabitat rilevanti inkluż l-ilmijiet kostali. Uża t-Tabelli 2.1, 2.2 u 2.5 biex tiddeskrivi l-ġbir tad-data dwar l-ispeċijiet diadromi mis-sajd kummerċjali fil-baħar.

Isem tal-kamp

Deskrizzjoni

SM

Uża l-kodiċi ISO 3166-1 alpha-3 eż. “DEU”. Ara MasterCodeList “SM”.

Sena ta’ implimentazzjoni

Indika s-sena li fiha se tiġi implimentata l-attività. Daħħal ringiela waħda għal kull sena ta’ implimentazzjoni u inkludi s-snin kollha mill-perjodu tal-pjan ta’ ħidma.

Reġjun

Ara MasterCodeList “Reġjuni”. Jekk l-informazzjoni tirreferi għar-reġjuni kollha, uża l-kodiċi “ir-reġjuni kollha”.

RFMO/RFO/IO

Daħħal l-akronimu tal-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMO), l-organizzazzjoni reġjonali tas-sajd (RFO) jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali (IO) li jipprovdu ġestjoni/parir dwar l-ispeċi/istokk. Ara MasterCodeList “RFMO/RFO/IO”. Jekk ma tkun applikabbli l-ebda RFMO, RFO jew IO, daħħal “MA” (mhux applikabbli).

Speċi

Indika l-isem xjentifiku tal-ispeċi. Elenka l-ispeċijiet kollha mit-Tabella 3 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP, anki jekk ma jkunx hemm speċi fl-Istat Membru.

Unità tal-ġestjoni/Xmara

Għas-salamun u għat-trota tal-baħar, indika x-xmara. Għas-sallura, indika l-Unità tal-Ġestjoni tas-Sallura (EMU).

Korp tal-ilma

Daħħal l-isem tax-xmara (għas-salamun u għat-trota tal-baħar) jew ta’ korp ieħor tal-ilma (għas-sallura).

Speċi preżenti fl-Istat Membru

Indika permezz ta’ “I” (iva) jew “L” (le) jekk l-ispeċi tkun preżenti fl-Istat Membru, anki jekk ma tkunx inkluża fil-kampjun.

Tip ta’ osservazzjoni

Indika t-tip ta’ attività ta’ osservazzjoni użata biex tinġabar id-data għat-tip speċifikat tal-iskema ta’ kampjunar. Ara MasterCodeList “Tip ta’ osservazzjoni”.

Tip ta’ skema ta’ kampjunar

Daħħal it-tip ta’ skema ta’ kampjunar użata. Ara MasterCodeList “Tip ta’ skema ta’ kampjunar”. Ir-referenza għat-tipi ta’ skemi ta’ kampjunar jenħtieġ li tkun konsistenti fit-tabelli kollha fejn tidher din il-kolonna.

Kull tip ta’ skema ta’ kampjunar jenħtieġ li jiġi rrapportat f’ringiela separata.

Identifikatur tal-iskema ta’ kampjunar

Indika isem uniku (test liberu) biex tidentifika kull kombinazzjoni ta’ “Tip ta’ osservazzjoni” * “Tip ta’ skema ta’ kampjunar”. Uża referenza identika fil-kaxxi tat-test u fl-Anness 1.1.

Raġunijiet għan-nuqqas ta’ kampjunar

Jekk l-ispeċi tkun meħtieġa skont it-Tabella 3 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP jew tintgħażel fil-livell reġjonali, iżda mhux miġbura, indika r-raġuni(jiet) għan-nuqqas ta’ kampjunar ta’ din l-ispeċi, b’referenzi speċifiċi u b’evidenza xjentifika fejn xieraq (eż. speċijiet mhux preżenti fiż-żona, regolamenti/liġijiet fil-pajjiż eċċ.).

Stadju tal-ħajja

Indika l-istadju tal-ħajja tal-ispeċi (eż. ħġieġ, isfar, fidda, parr, smolt, adult eċċ.). Ara MasterCodeList “Stadju tal-ħajja”.

Miftiehem fl-RCG

Id-deżinjazzjoni tax-xmajjar u ta’ korpi oħrajn tal-ilma li għandhom jiġu mmonitorjati għas-sallura, għas-salamun u għat-trota tal-baħar għandha tiġi miftiehma fil-livell tal-RCG u titwettaq fil-livell nazzjonali.

Indika permezz ta’ “I” (iva) jew “L” (le) jekk ikun hemm rakkomandazzjoni tal-RCG jew ftehim reġjonali biex jittieħed kampjun f’siti ta’ kampjunar speċifikati.

Ġbir ta’ data mis-sajd/indipendenti

Indika jekk id-data toriġina minn qabdiet kummerċjali jew rikreattiv (F = sajd) jew minn sorsi oħra (I = indipendenti).

Varjabbli diadromu

Indika l-varjabbli li għandhom jinġabru.

Eżempji: l-abbundanza tar-rekluti (sallura tal-ħġieġ), l-abbundanza tal-istokk wieqaf (sallura safra), in-numru, il-piż u l-proporzjon tas-sess tas-sallur tal-fidda li jemigra, l-abbundanza ta’ smolt, parr u n-numru ta’ individwi axxendenti fix-xmajjar għas-salamun adult u t-trota tal-baħar.

Jekk il-varjabbli ma jinġabrux direttament iżda jiġu stmati, iddeskrivi l-metodu ta’ stima fil-Kaxxa tat-Test 2.3. Daħħal kull varjabbli f’ringieli separati.

Ara MasterCodeList “Varjabbli diadromu”.

Metodi

Indika l-metodi użati (eż. nases, sajd b’kurrent elettriku, counter, ġurnali ta’ abbord eċċ. jew kwalunkwe kombinazzjoni ta’ dawn il-metodi) li minnhom se tinkiseb id-data. Iddeskrivi l-metodu/istrateġija tal-kampjunar anki fid-dokument ta’ kwalità (l-Anness 1.1).

Unità

Għal kull metodu, indika l-unità pjanata tar-rapportar tad-data (in-numru, is-siti, in-numru ta’ individwi, eċċ.).

Numru minimu pjanat ta’ unitajiet

Indika n-numri minimi pjanati għall-unità magħżula. (eż. in-numru ta’ nases, in-numru ta’ counters, in-numru ta’ siti ta’ sajd b’kurrent elettriku, eċċ.).

Frekwenza

Indika l-frekwenza pjanata tal-kampjunar. Ara MasterCodeList “Frekwenza”. Jekk iddaħħal “Oħrajn”, speċifika l-frekwenza fil-kolonna “Kummenti tal-WP”.

Kummenti tal-WP

Kwalunkwe kumment ieħor.

Kumment ġenerali: Din it-tabella jenħtieġ li tipprovdi informazzjoni dwar in-numri miksuba u testi qosra biex tispjega kwalunkwe diverġenza mill-pjan ta’ ħidma.

Numru ta’ unitajiet miksuba

Indika n-numru ta’ unitajiet miksuba.

% ta’ unitajiet miksuba

Il-perċentwal ta’ unitajiet miksuba. Din il-kolonna timtela awtomatikament bl-użu ta’ formola:

100 * (“Numru ta’ unitajiet miksuba”)/(“Numru minimu pjanat ta’ unitajiet”).

Indikazzjoni jekk humiex meħtieġa Kummenti tal-AR li jikkonċernaw in-numru ta’ unitajiet miksuba

Din il-kolonna timtela awtomatikament jekk id-diskrepanza bejn in-numru pjanat u dak miksub ta’ unitajiet tkun anqas minn 90 % jew aktar minn 150 %. Il-valuri barra minn din il-medda huma mmarkati b’“x”, u l-Istat Membru huwa mitlub jipprovdi kumment fil-kolonna “Kummenti tal-AR”. Tista’ timla wkoll il-kolonna “Kummenti tal-AR” mingħajr l-indikazzjoni.

Kummenti tal-AR

Żid kummenti biex tiċċara kwalunkwe devjazzjoni mill-pjan ta’ ħidma, speċjalment jekk ikun hemm diskrepanza bejn in-“Numru ta’ unitajiet miksuba” u n-“Numru pjanat ta’ unitajiet”. Indika f’din il-kolonna jekk jingħataw kummenti estiżi fil-Kaxxa tat-Test 2.3. Tista’ żżid kwalunkwe kumment ieħor.


Kaxxa tat-Test 2.3: Il-ġbir tad-data għall-ispeċijiet diadromi fl-ilma ħelu

Kumment ġenerali: Din il-kaxxa tat-test tissodisfa l-Artikolu 5(2)(a), l-Artikolu 6(3)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1004 u l-Kapitolu II, il-punt 2.1(b) u l-punt 2.3 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Uża din il-kaxxa tat-test biex tagħti ħarsa ġenerali tal-metodoloġija użata biex tinġabar id-data dwar is-sajd kummerċjali u rikreattiv fl-ilma ħelu u fl-ilmijiet interni għas-salamun, it-trota tal-baħar u s-sallur. Inkludi wkoll ħarsa ġenerali lejn id-data li għandha tinġabar minn stħarriġiet ta’ riċerka dwar is-salamun, it-trota tal-baħar u s-sallur fl-ilma ħelu, u dwar is-sallur fi kwalunkwe ħabitat rilevanti inkluż l-ilmijiet kostali.

Metodu magħżul għall-ġbir tad-data.

Iddeskrivi fil-qosor il-metodu għall-ġbir tal-varjabbli ppreżentat fit-Tabella 2.3. Deskrizzjonijiet dettaljati għandhom jiġu inklużi fl-Anness 1.1. Jekk il-varjabbli ma jinġabrux direttament iżda jiġu stmati, il-metodu ta’ stima jenħtieġ li jiġi deskritt hawnhekk.

(massimu ta’ 250 kelma kull speċi u żona)

In-numri pjanati nkisbu? Iva/Le

Jekk it-tweġiba hija Le, spjega għaliex le, u x’miżuri ttieħdu biex jiġi evitat in-nuqqas ta’ konformità.

(massimu ta’ 500 kelma kull speċi u żona)


Tabella 2.4: Sajd rikreattiv

Kumment ġenerali: Din it-tabella tissodisfa l-Artikolu 5(2)(a), l-Artikolu 6(3)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1004, u l-Kapitolu II, il-punt 2.2 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Din it-tabella hija maħsuba biex tispeċifika d-data li għandha tinġabar skont il-Kapitolu II, il-punt 2.2 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata. Uża din it-tabella biex tispeċifika d-data li għandha tinġabar skont it-Tabella 4 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP, li tinkludi wkoll qabdiet rikreattivi tal-baħar u tal-ilma ħelu. Għall-ispeċijiet diadromi tal-ilma ħelu, uża t-Tabella u l-Kaxxa tat-Test 2.3.

Isem tal-kamp

Deskrizzjoni

SM

Uża l-kodiċi ISO 3166-1 alpha-3 eż. “DEU”. Ara MasterCodeList “SM”.

Sena ta’ implimentazzjoni

Indika s-sena li fiha se tiġi implimentata l-attività. Daħħal ringiela waħda għal kull sena ta’ implimentazzjoni u inkludi s-snin kollha mill-perjodu tal-pjan ta’ ħidma.

Reġjun

Ara MasterCodeList “Reġjuni”. Jekk l-informazzjoni tirreferi għar-reġjuni kollha, uża l-kodiċi “ir-reġjuni kollha”.

RFMO/RFO/IO

Daħħal l-akronimu tal-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMO), l-organizzazzjoni reġjonali tas-sajd (RFO) jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali (IO) li jipprovdu ġestjoni/parir dwar l-ispeċi/istokk. Ara MasterCodeList “RFMO/RFO/IO”. Jekk ma tkun applikabbli l-ebda RFMO, RFO jew IO, daħħal “MA” (mhux applikabbli).

Speċi

Indika l-isem xjentifiku tal-ispeċijiet/istokkijiet għall-kampjunar tas-sajd rikreattiv. Bħala minimu, indika l-ispeċijiet mit-Tabella 4 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP, sakemm ma tkunx ġiet miftiehma lista alternattiva fil-livell reġjonali. Inkludi wkoll speċijiet identifikati minn studji pilota u/jew ħtiġijiet ta’ ġestjoni għas-sajd rikreattiv u/jew miftiehma fil-livell reġjonali, anki jekk speċi ma teżistix fl-Istat Membru. Lista tal-ispeċijiet elażmobranki u tal-ispeċijiet tal-ICCAT li jpassu ħafna individwalment (linja waħda għal kull speċi). Għal skemi ta’ kampjunar ta’ diversi speċijiet bħal stħarriġiet bit-telefon jew stħarriġiet ta’ skrinjar, tista’ ddaħħal “L-ispeċijiet kollha”.

Żona/i koperta/i

Indika ż-żoni pjanati li jridu jiġu koperti mis-sajd u/jew kampjunar. Iż-żona għandha tkun parti jew, jekk applikabbli, erja sħiħa kif indikat fit-Tabella 4 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP, għall-ispeċijiet elenkati f’dik it-tabella. Uża t-Tabella 2.3 għas-sajd rikreattiv fl-ilma ħelu fuq is-sallur, is-salamun u t-trota tal-baħar.

Speċi preżenti fl-Istat Membru

Indika permezz ta’ “I” (iva) jew “L” (le) jekk l-ispeċi tkun preżenti fl-Istat Membru anki jekk ma tkunx inkluża fil-kampjun.

Liċenzja

Indika jekk l-awtorità delegata teħtieġx liċenzja ġenerali, speċifika għall-ispeċi, speċifika għall-irkaptu, speċifika għaż-żona, jew l-ebda liċenzja.

Ara MasterCodeList “Liċenzja”.

Raġunijiet għan-nuqqas ta’ kampjunar

Jekk l-ispeċi tkun meħtieġa skont it-Tabella 4 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP jew tintgħażel fil-livell reġjonali, iżda mhux miġbura, indika r-raġuni(jiet) għan-nuqqas ta’ kampjunar ta’ din l-ispeċi, b’referenzi speċifiċi u b’evidenza xjentifika fejn xieraq (eż. speċijiet mhux preżenti fiż-żona, regolamenti/liġijiet fil-pajjiż eċċ.).

Miftiehem fl-RCG

Id-deżinjazzjoni tal-ispeċijiet ta’ interess għandha tiġi miftiehma fil-livell reġjonali. Indika permezz ta’ “I” (iva) jew “L” (le) jekk ikun hemm rakkomandazzjoni tal-RCG jew ftehim reġjonali biex jitwettaq il-kampjunar rispettiv.

Hija pjanata stima annwali tal-qabda totali?

Indika permezz ta’ “I” (iva) jew “L” (le) jekk l-Istat Membru tiegħek jippjana li jistma l-qabda għal kull speċi (piż u/jew numri), għall-ispeċijiet imsemmija.

Hija pjanata stima tal-perċentwal annwali ta’ qabdiet rilaxxati ħajjin?

Indika permezz ta’ “I” (iva) jew “L” (le) jekk l-Istat Membru tiegħek jippjana li jistma r-rata ta’ ħut li jinħeles ħaj għal kull speċi għall-ispeċijiet imsemmija.

Spjega fid-dokument ta’ kwalità (l-Anness 1.1) kif jiġu kkalkolati dawn l-istimi.

Huwa pjanat il-ġbir ta’ varjabbli bijoloġiċi?

Indika permezz ta’ “I” (iva) jew “L” (le) jekk l-Istat Membru tiegħek jippjana li jistma l-kompożizzjoni tal-qabda (eż. it-tul, l-istruttura tal-età) għall-ispeċijiet imsemmija.

Hemm limitu reġjonali għall-ġbir ta’ varjabbli bijoloġiċi relatati mal-istokkijiet?

Indika permezz ta’ “I” (iva) jew “L” (le) jekk, għall-ispeċijiet imsemmija, japplikax limitu għall-ġbir ta’ data bijoloġika minn qabdiet rikreattivi, li huwa miftiehem u kkoordinat fil-livell tar-reġjun tal-baħar abbażi tal-ħtiġijiet tal-utent aħħari. Din il-kolonna għandha timtela biss meta “I” tkun indikata fil-kolonna preċedenti (“Huwa pjanat il-ġbir ta’ varjabbli bijoloġiċi?”).

Tip ta’ osservazzjoni

Indika t-tip ta’ attività ta’ osservazzjoni użata biex tinġabar id-data għat-tip speċifikat tal-iskema ta’ kampjunar. Ara MasterCodeList “Tip ta’ osservazzjoni”.

Tip ta’ skema ta’ kampjunar

Daħħal it-tip ta’ skema ta’ kampjunar użata. Ara MasterCodeList “Tip ta’ skema ta’ kampjunar”. Ir-referenza għat-tipi ta’ skemi ta’ kampjunar jenħtieġ li tkun konsistenti fit-tabelli kollha fejn tidher din il-kolonna.

Kull tip ta’ skema ta’ kampjunar jenħtieġ li jiġi rrapportat f’ringiela separata.

Identifikatur tal-iskema ta’ kampjunar

Indika isem uniku (test liberu) biex tidentifika kull kombinazzjoni ta’ “Tip ta’ osservazzjoni” * “Tip ta’ skema ta’ kampjunar”. Uża referenza identika fil-kaxxi tat-test u fl-Anness 1.1.

Frekwenza

Indika l-frekwenza pjanata tal-kampjunar. Ara MasterCodeList “Frekwenza”.

Jekk iddaħħal “Oħrajn”, speċifika l-frekwenza fil-kolonna “Kummenti tal-WP”.

Kummenti tal-WP

Kwalunkwe kumment ieħor

Kumment ġenerali: Din it-tabella jenħtieġ li tipprovdi informazzjoni dwar l-istima tal-kwantitajiet tal-qbid u l-perċentwal rilaxxat, u l-ġbir tad-data dwar il-kompożizzjoni tal-qbid għas-sajd rikreattiv implimentat mill-Istati Membri.

Kwantitajiet annwali stmati tal-qbid skont l-ispeċi

Indika permezz ta’ “I” (iva) jew “L” (le) jekk, għal kull speċi msemmija, il-piż tal-qabda annwali (tunnellati) huwiex stmat għas-sena kampjunarja.

Perċentwal annwali stmat ta’ rilaxx

Indika permezz ta’ “I” (iva) jew “L” (le) jekk, għal kull speċi msemmija, il-perċentwal annwali rilaxxat huwiex stmat għas-sena kampjunarja.

Ġbir ta’ data bijoloġika

Indika permezz ta’ “I” (iva) jew “L” (le) jekk, għal kull speċi msemmija, id-data bijoloġika tinġabarx għas-sena kampjunarja.

Evalwata minn esperti/korpi esterni

Indika permezz ta’ “I” (iva) jew “L” (le) jekk l-istħarriġ huwiex evalwat minn esperti/korpi esterni. Jekk it-tweġiba tkun “I”, identifika l-evalwatur (eż. WGRFS, ICCAT) u pprovdi aktar dettalji dwar l-evalwazzjonijiet (sena, parti mill-istħarriġ, progress eċċ.) fil-kolonna “Kummenti tal-AR”.

Kummenti tal-AR

Żid kummenti biex tiċċara kwalunkwe devjazzjoni mill-pjan ta’ ħidma.


Kaxxa tat-Test 2.4: Sajd rikreattiv

Kumment ġenerali: Din il-kaxxa tat-test tissodisfa l-Artikolu 5(2)(a), l-Artikolu 6(3)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1004 u l-Kapitolu II, il-punt 2.2 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Uża din il-kaxxa tat-test biex tagħti ħarsa ġenerali lejn il-metodoloġija użata għall-ġbir tad-data dwar il-qabdiet rikreattivi tal-baħar u tal-ilma ħelu. Għall-ispeċijiet diadromi tal-ilma ħelu, uża t-Tabella u l-Kaxxa tat-Test 2.3.

Deskrizzjoni tal-iskema/istħarriġ ta’ kampjunar skont it-Tabella 2.4.

(massimu ta’ 900 kelma kull reġjun)

Devjazzjonijiet mill-pjan ta’ ħidma

Elenka d-devjazzjonijiet (jekk hemm) fil-ġbir ta’ data miksuba, meta mqabbel ma’ dak li kien pjanat fil-pjan ta’ ħidma u spjega r-raġunijiet għad-devjazzjonijiet.

Azzjoni biex jiġu evitati devjazzjonijiet

Iddeskrivi l-azzjonijiet li se jiġu kkunsidrati jew li ttieħdu biex jiġu evitati devjazzjonijiet fil-futur u meta dawn l-azzjonijiet huma mistennija li jipproduċu riżultati.

(massimu ta’ 900 kelma kull reġjun)


Tabella 2.5: Deskrizzjoni tal-pjan ta’ kampjunar għad-data bijoloġika

Kumment ġenerali: Din it-tabella tissodisfa l-Artikolu 5(2)(a) u (b), l-Artikolu 6(3)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1004 u l-Kapitolu II, il-punt 2.1(a) u l-punt 4.1 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Din it-tabella tirreferi għad-data li għandha tinġabar skont it-Tabella 1 u skont ir-regolamenti speċifikati fit-Tabella 2 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Uża din it-tabella biex tidentifika l-iskemi ta’ kampjunar kollha dipendenti fuq is-sajd kummerċjali fl-Istat Membru. L-Istat Membru għandu jelenka l-oqsma tal-kampjunar fi ħdan l-iskema, it-tip ta’ unità primarja tal-kampjunar (PSU — primary sampling unit) u l-ammont previst ta’ PSUs li se jkunu disponibbli fis-sena tas-sottomissjoni. Għal kull qafas tal-kampjunar, l-Istat Membru għandu jirreġistra n-numru ta’ PSUs li jkun qiegħed jippjana li jwettaq.

Isem tal-kamp

Deskrizzjoni

SM

Uża l-kodiċi ISO 3166-1 alpha-3 eż. “DEU”. Ara MasterCodeList “SM”.

Perjodu ta’ referenza

Indika s-sena/snin li għalihom fil-fatt tirreferi d-data. Agħżel it-tliet snin rappreżentattivi l-aktar reċenti qabel l-ewwel sena tal-perjodu WP (l-ebda aġġornament tal-perjodu ta’ referenza meħtieġ fil-perjodu WP), bid-data disponibbli. Agħti s-snin ta’ referenza bħala eż. “2018-2020”, “2017-2019”.

Meta l-perjodu ta’ referenza jvarja mill-aktar tliet snin reċenti, ikkjarifika dan fil-kolonna “Kummenti tal-WP”.

Sena ta’ implimentazzjoni

Indika s-sena li fiha se tiġi implimentata l-attività. Daħħal ringiela waħda għal kull sena ta’ implimentazzjoni u inkludi s-snin kollha mill-perjodu tal-pjan ta’ ħidma.

Reġjun

Ara MasterCodeList “Reġjuni”. Jekk l-informazzjoni tirreferi għar-reġjuni kollha, uża l-kodiċi “ir-reġjuni kollha”.

RFMO/RFO/IO

Daħħal l-akronimu tal-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMO), l-organizzazzjoni reġjonali tas-sajd (RFO) jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali (IO) li jipprovdu ġestjoni/parir dwar l-ispeċi/istokk. Ara MasterCodeList “RFMO/RFO/IO”. Jekk ma tkun applikabbli l-ebda RFMO, RFO jew IO, daħħal “MA” (mhux applikabbli).

Tip ta’ osservazzjoni

Indika t-tip ta’ attività ta’ osservazzjoni użata biex tinġabar id-data għal kull tip ta’ skema ta’ kampjunar. Ara MasterCodeList “Tip ta’ osservazzjoni”.

Tip ta’ skema ta’ kampjunar

Daħħal it-tip ta’ skema ta’ kampjunar użata. Ara MasterCodeList “Tip ta’ skema ta’ kampjunar”. Ir-referenza għat-tipi ta’ skemi ta’ kampjunar jenħtieġ li tkun konsistenti fit-tabelli kollha fejn tidher din il-kolonna.

Kull tip ta’ skema ta’ kampjunar jenħtieġ li jiġi rrapportat f’ringiela separata.

Kopertura tal-ispeċi

Indika jekk it-tip ta’ skema ta’ kampjunar*it-tip ta’ osservazzjoni jkoprix l-ispeċi kollha jew parti minnha biss. Ara MasterCodeList “Kopertura tal-ispeċi”.

Jekk iddaħħal “Speċijiet/Stokkijiet magħżula”, ipprovdi dettalji speċifiċi fid-dokument tal-kwalità (l-Anness 1.1).

Identifikatur tal-iskema ta’ kampjunar

Indika isem uniku (test liberu) biex tidentifika kull kombinazzjoni ta’ “Tip ta’ osservazzjoni” * “Tip ta’ skema ta’ kampjunar” * “Kopertura tal-ispeċi”. Uża referenza identika fil-kaxxi tat-test u fl-Anness 1.1.

Jekk il-ħatt l-art tal-Istat Membru tiegħek jiġi kkampjunat minn Stat Membru ieħor skont ftehim bilaterali jew multilaterali, poġġi ringiela f’din it-tabella li tirreferi għall-identifikatur tal-iskema ta’ kampjunar tal-Istat Membru l-ieħor.

Żid ringiela “barra l-kwadru” għal kull identifikatur tal-iskema tal-kampjunar, anki jekk il-popolazzjoni kollha tal-kampjunar tkun koperta. F’dan il-każ, daħħal “0” għan-numru PSU pjanat, u dduplika speċifikazzjonijiet oħra (eż. it-tip ta’ osservazzjoni, il-frekwenza, it-tip ta’ PSU, eċċ.).

Identifikatur tal-qafas tal-kampjunar

Indika kodiċi jew isem uniku (test liberu) biex tidentifika kull qafas tal-kampjunar fi ħdan l-iskema ta’ kampjunar. Uża referenza identika fil-kaxxi tat-test.

Biex tipprovdi għarfien dwar il-kopertura reali tad-disinn tal-kampjunar, daħħal mill-anqas ringiela waħda għal kull “Reġjun” * “RFMO” * kombinazzjoni ta’ “Identifikatur tal-iskema ta’ kampjunar” għal partijiet barra mill-qafas tal-popolazzjoni. Huwa rrakkomandat għall-kombinazzjonijiet kollha, iżda jenħtieġ li jiġi pprovdut mill-anqas għal dawk fejn it-“Tip ta’ skema ta’ kampjunar”=“vjaġġ tas-sajd kummerċjali”.

Deskrizzjoni tal-qafas tal-kampjunar

Iddeskrivi fil-qosor (test liberu) il-qafas tal-kampjunar (eż. bastimenti tat-tkarkir fil-GSA 22; bastimenti tas-sajd bil-purse-seine fil-kosta tal-Punent; portijiet taż-żona tal-Majjistral, eċċ.). Jekk ikun meħtieġ, żid deskrizzjoni aktar dettaljata fil-Kaxxa tat-Test 2.5.

Kopertura spazjali tal-qafas tal-kampjunar

Indika l-kopertura spazjali tal-qafas tal-kampjunar (eż. iż-żona tal-ICES, il-GSA tal-GFCM, iż-żona tan-NAFO, iż-żoni ta’ kampjunar tal-ICCAT, eċċ.). L-Istati Membri jiddeċiedu indipendentement dwar iż-żoni ta’ qafas tal-kampjunar.

Frekwenza

Indika l-frekwenza pjanata tal-kampjunar. Ara MasterCodeList “Frekwenza”. Jekk iddaħħal “Mhux magħruf” jew “Oħra”, spjega fil-kolonna “Kummenti tal-WP” jew fil-Kaxxa tat-Test 2.5.

Tip ta’ PSU

Indika l-unità primarja tal-kampjunar (PSU) f’kull qafas tal-kampjunar. Il-PSUs jistgħu jkunu vjaġġ tas-sajd, bastiment tas-sajd, jum tas-sajd, port, vjaġġ, bastiment*vjaġġ, bastiment*ġimgħa, port*jum, port*ġimgħa, port*xahar, eċċ.

Metodu tal-għażla tal-PSU

Indika l-metodu/i għall-għażla tal-unità primarja tal-kampjunar (PSU). Ara MasterCodeList “Għażla tal-PSU”.

Frazzjoni tal-qabda

Indika liema frazzjoni tal-qabda trid tiġi koperta mill-kampjunar. Ara MasterCodeList “Frazzjoni tal-qabda”. Jekk iddaħħal “Oħrajn”, iddeskrivi l-frazzjoni fil-kolonna “Kummenti tal-WP”.

Numru medju ta’ PSUs matul il-perjodu ta’ referenza

Daħħal in-numru annwali medju ta’ PSUs fil-perjodu ta’ referenza. Inkludi l-PSUs kollha, mhux biss dawk inklużi fil-kampjun.

Numru pjanat ta’ PSUs

Indika n-numru pjanat ta’ PSUs li għandhom jittieħdu kampjuni tagħhom kull sena għas-sena/snin ta’ implimentazzjoni. Jekk skema ta’ kampjunar tkopri l-popolazzjoni fil-mira kollha, daħħal “0” fir-ringiela “barra mill-kwadru”.

Osservazzjoni tal-PETS koperta fi ħdan l-iskema tal-kampjunar

Daħħal “I” (iva) meta l-osservazzjoni ta’ speċijiet protetti, fil-periklu, mhedda u sensittivi (PETS) tkun koperta fl-identifikatur tal-iskema tal-kampjunar, u “L” (le) jekk ma tkunx inkluża.

Il-protokoll tal-kampjunar jippermetti l-kwantifikazzjoni tal-isforz ta’ osservazzjoni tal-PETS?

Daħħal “I” (iva) jekk l-isforz ta’ osservazzjoni tal-PETS jista’ jiġi kkwantifikat.

L-isforz ta’ osservazzjoni jista’ jkopri vjaġġ sħiħ, jew parti minn vjaġġ. Osservazzjoni parzjali ta’ vjaġġ tista’ tinkludi frazzjoni magħrufa ta’ kalati, separazzjoni/proċessar jew qbid.

Isem il-pjan ta’ ħidma reġjonali

Indika l-isem tal-pjan ta’ ħidma reġjonali fis-seħħ jekk ikun hemm. Uża akronimu jekk jeżisti wieħed. Daħħal “L” (le) jekk ma japplika l-ebda pjan ta’ ħidma reġjonali.

Kummenti tal-WP

Kwalunkwe kumment ieħor, jew informazzjoni ulterjuri meħtieġa jekk “oħrajn” tkun intużat f’kolonni preċedenti. Fil-każ ta’ ftehim bilaterali jew multilaterali dwar l-iskema ta’ kampjunar, indika l-isem tal-ftehim bħal fit-Tabella 1.3.

Kumment ġenerali: Din it-tabella jenħtieġ li tipprovdi informazzjoni dwar il-livell miksub ta’ kampjunar mill-Istati Membri u wkoll jekk ikunu ġew immonitorjati qabdiet inċidentali ta’ speċijiet protetti, fil-periklu, mhedda jew sensittivi (PETS). Skema jew qafas ġdid, mhux inkluż fil-pjan ta’ ħidma, jista’ jiddaħħal bħala ringieli addizzjonali enfasizzati bil-griż, fi tmiem it-tabella.

Numru totali ta’ PSUs fis-sena ta’ implimentazzjoni

Daħħal in-numru totali ta’ PSUs li kienu disponibbli għall-għażla għall-qafas tal-kampjunar speċifikat fis-sena ta’ implimentazzjoni.

Numru miksub ta’ PSUs fis-sena ta’ implimentazzjoni

Daħħal in-numru ta’ PSUs li minnhom inġabret b’suċċess id-data għall-qafas tal-kampjunar speċifikat fis-sena ta’ implimentazzjoni.

% miksub ta’ PSUs

Il-perċentwal ta’ PSUs miksub fis-sena ta’ rapportar. Din il-kolonna timtela awtomatikament bl-użu ta’ formola:

100 * (“Numru miksub ta’ PSUs fis-sena ta’ implimentazzjoni”)/(“Numru pjanat ta’ PSUs fis-sena ta’ implimentazzjoni”)

Diverġenza (%) tas-sena ta’ implimentazzjoni vs. perjodu ta’ referenza

Id-diverġenza f’perċentwal tas-sena ta’ implimentazzjoni vs. il-perjodu ta’ referenza. Din il-kolonna timtela awtomatikament bl-użu ta’ formola:

100 * (“Numru totali ta’ PSUs fis-sena ta’ implimentazzjoni”)/(“Numru medju ta’ PSUs matul il-perjodu ta’ referenza tal-istatistika”)

Dan il-perċentwal jipprovdi d-dimensjoni tad-diverġenza bejn is-sitwazzjoni eżistenti meta tfassal l-ippjanar u s-sitwazzjoni reali matul is-sena ta’ kampjunar.

Indikazzjoni jekk humiex meħtieġa Kummenti tal-AR li jikkonċernaw in-numru ta’ PSUs miksuba

Din il-kolonna timtela awtomatikament jekk id-diskrepanza bejn in-numru pjanat u dak miksub ta’ PSUs tkun anqas minn 90 % jew aktar minn 150 %. Il-valuri barra minn din il-medda huma mmarkati b’“x”, u l-Istat Membru huwa mitlub jipprovdi kumment fil-kolonna “Kummenti tal-AR”. Tista’ timla wkoll il-kolonna “Kummenti tal-AR” mingħajr l-indikazzjoni.

Numru ta’ bastimenti attivi uniċi fil-qafas tal-kampjunar

Daħħal in-numru ta’ bastimenti attivi uniċi matul is-sena ta’ implimentazzjoni għall-qafas tal-kampjunar speċifikat, bl-użu tad-definizzjoni ta’ “bastiment attiv” mill-Kapitolu 1 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP.

Irrapporta din l-informazzjoni kull meta jkun possibbli biex il-qafas tal-kampjunar jintrabat mal-bastimenti tas-sajd, inkluż il-kampjunar fuq l-art.

Numru ta’ bastimenti uniċi fil-kampjun

Daħħal in-numru ta’ bastimenti uniċi inklużi fil-kampjun matul is-sena ta’ implimentazzjoni għall-iskema ta’ kampjunar u l-qafas speċifikat.

Irrapporta din l-informazzjoni kull meta jkun possibbli li l-kampjuni jintrabtu ma’ bastimenti, inkluż il-kampjunar fuq l-art.

Numru ta’ vjaġġi tas-sajd fil-qafas tal-kampjunar

Daħħal in-numru totali ta’ vjaġġi tas-sajd għall-iskema ta’ kampjunar u l-qafas speċifikat.

Irrapporta din l-informazzjoni kull meta jkun possibbli li l-kampjuni jintrabtu ma’ bastimenti, inkluż il-kampjunar fuq l-art.

Numru ta’ vjaġġi tas-sajd fil-kampjun

Daħħal in-numru ta’ vjaġġi tas-sajd fil-kampjun għall-iskema ta’ kampjunar u l-qafas speċifikat.

Irrapporta din l-informazzjoni kull meta jkun possibbli li l-kampjuni jintrabtu ma’ bastimenti, inkluż il-kampjunar fuq l-art.

Perċentwal ta’ vjaġġi tas-sajd fil-kampjun fejn l-osservatur ikun iddedika ħin biex jirreġistra l-qabda inċidentali ta’ PETS

Indika l-perċentwal tal-vjaġġi fil-kampjun fejn l-osservatur ikun wettaq osservazzjoni ddedikata għal PETS. Din l-osservazzjoni tinkludi wkoll każijiet fejn tkun ġiet irreġistrata qabda inċidentali żero ta’ PETS, sakemm l-osservatur kien qed ifittex kampjuni maqbuda inċidentalment.

Jekk l-isforz ta’ osservazzjoni jkun iffukat biss fuq xi tipi ta’ PETS (mammiferi, rettili, eċċ.), indika dan fil-kolonna “Kummenti tal-AR”, u jekk ikun meħtieġ, fil-Kaxxa tat-Test 4.2.

Numru ta’ vjaġġi tas-sajd fil-kampjun b’apparat ta’ mitigazzjoni għal PETS

Daħħal in-numru ta’ vjaġġi tas-sajd fil-kampjun fejn kien intuża apparat ta’ mitigazzjoni għal PETS, għall-iskema ta’ kampjunar u għall-qafas speċifikat.

Numru ta’ speċijiet b’kejl tat-tul

Daħħal in-numru ta’ speċijiet li għalihom ġie rreġistrat il-kejl tat-tul. Din hija distinta mill-ispeċijiet li għalihom tkun inġabret id-data bijoloġika.

Kummenti tal-AR

Żid kummenti biex tiċċara kwalunkwe devjazzjoni mill-pjan ta’ ħidma, speċjalment bejn in-“Numru pjanat ta’ PSUs” u n-“Numru miksub ta’ PSUs fis-sena ta’ kampjunar”. Indika f’din il-kolonna jekk jingħataw kummenti estiżi fil-Kaxxa tat-Test 2.5.

Tista’ żżid kwalunkwe kumment ieħor.


Kaxxa tat-Test 2.5: Deskrizzjoni tal-pjan ta’ kampjunar għad-data bijoloġika

Kumment ġenerali: Din il-kaxxa tat-test tissodisfa l-Artikolu 5(2)(a) u (b), l-Artikolu 6(3)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1004 u l-Kapitolu 2, il-punt 2.1(a) tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Din il-kaxxa tat-test tikkomplementa t-Tabella 2.5.

Din il-kaxxa tat-test tikkomplementa l-informazzjoni dwar l-iskemi ta’ kampjunar ipprovduti fid-dokument tal-kwalità (l-Anness 1.1). Din isservi biex tenfasizza informazzjoni addizzjonali dwar l-iskemi ta’ kampjunar u l-oqfsa tal-kampjunar li l-Istat Membru jqis utli biex jifhem id-disinn tal-kampjunar pjanat għar-reġjun u s-sena/snin ta’ implimentazzjoni.

Informazzjoni addizzjonali dwar l-iskemi ta’ kampjunar

Tista’ żżid informazzjoni kuntestwali speċifika relatata ma’ reġjun u s-sena/snin ta’ implimentazzjoni, pereżempju billi tenfasizza żviluppi ġodda li għadhom ma humiex dettaljati fid-dokument ta’ kwalità, fl-adattament reġjonali u/jew fil-perspettivi għall-futur. Daħħal l-informazzjoni taħt l-istess identifikatur tal-iskema ta’ kampjunar bħal fit-Tabella 2.5.

Deskrizzjoni addizzjonali tal-oqfsa tal-kampjunar

Tista’ żżid deskrizzjoni komplementari ma’ dak li tinkludi l-kolonna tad-“Deskrizzjoni tal-qafas tal-kampjunar” tat-Tabella 2.5. Daħħal l-informazzjoni taħt l-istess identifikatur u isem bħal fil-kolonni “Identifikatur tal-qafas tal-kampjunar” u “Deskrizzjoni tal-qafas tal-kampjunar” tat-Tabella 2.5, u fl-istess ordni (Identifikatur tal-qafas tal-kampjunar + Deskrizzjoni tal-qafas tal-kampjunar).

(Kaxxa bit-test waħda ta’ massimu ta’ 1 000 kelma kull reġjun/RFMO/RFO/IO)

Devjazzjonijiet mill-pjan ta’ ħidma

Elenka d-devjazzjonijiet (jekk hemm) fil-ġbir ta’ data miksub meta mqabbel ma’ dak li kien pjanat fil-pjan ta’ ħidma u spjega r-raġunijiet għad-devjazzjonijiet.

Azzjonijiet biex jiġu evitati devjazzjonijiet

Iddeskrivi l-azzjonijiet li se jiġu kkunsidrati jew li ttieħdu biex jiġu evitati devjazzjonijiet fil-futur u meta dawn l-azzjonijiet huma mistennija li jipproduċu effett. Jekk ma jkun hemm ebda devjazzjoni, allura din it-taqsima ma hijiex applikabbli.

(Kaxxa bit-test waħda ta’ massimu ta’ 1 000 kelma kull reġjun/RFMO/RFO/IO)


Tabella 2.6: Stħarriġ ta’ riċerka fuq il-baħar

Kumment ġenerali: Din it-tabella tissodisfa l-Artikolu 5(1)(b), l-Artikolu 6(3)(a), (b) u (c) tar-Regolament 2017/1004 u l-Kapitoli I u II tal-anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-EU MAP. Din it-Tabella hija maħsuba biex tispeċifika liema stħarriġ ta’ riċerka fuq il-baħar stabbilit fit-Tabella 2 tal-anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-EU MAP u liema stħarriġ addizzjonali se jitwettaq mill-Istat Membru.

Isem tal-kamp

Deskrizzjoni

SM

Uża l-kodiċi ISO 3166-1 alpha-3 eż. “DEU”. Ara MasterCodeList “SM”.

Sena ta’ implimentazzjoni

Indika s-sena li fiha se tiġi implimentata l-attività. Daħħal ringiela waħda għal kull sena ta’ implimentazzjoni u inkludi s-snin kollha mill-perjodu tal-pjan ta’ ħidma.

Reġjun

Ara MasterCodeList “Reġjuni”. Jekk l-informazzjoni tirreferi għar-reġjuni kollha, uża l-kodiċi “ir-reġjuni kollha”.

RFMO/RFO/IO

Daħħal l-akronimu tal-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMO), l-organizzazzjoni reġjonali tas-sajd (RFO) jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali (IO) li jipprovdu ġestjoni/parir dwar l-ispeċi/istokk.

Ara MasterCodeList “RFMO/RFO/IO”.

Jekk ma tkun applikabbli l-ebda RFMO, RFO jew IO, uża “MA” (mhux applikabbli).

L-isem tal-istħarriġ ta’ riċerka

Daħħal l-isem tal-istħarriġ ta’ riċerka fuq il-baħar. Għall-istħarriġ obbligatorju uża l-isem mit-Tabella 1 tal-anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-EU MAP. Ara l-kolonna “Deskrizzjoni” fil-MasterCodeList “Stħarriġ obbligatorju fuq il-baħar”.

Bħala minimu, elenka:

l-istħarriġiet li fih jipparteċipa l-Istat Membru tiegħek, kemm jekk finanzjarjament, teknikament, permezz ta’ sforz jew bħala taħlita ta’ dawn;

stħarriġ obbligatorju ta’ speċi waħda fejn is-sehem tat-TAC tal-Istat Membru tiegħek (jew is-sehem tal-ħatt l-art totali tal-Unjoni) ikun ta’ aktar minn 0 % iżda anqas mil-livell limitu (abbażi tat-Tabella 2.1 tal-pjan ta’ ħidma nazzjonali);

stħarriġ dwar diversi speċijiet u ekosistemi fejn ġew stabbiliti limiti f’livell reġjonali għar-reġjuni rilevanti.

Tista’ telenka stħarriġ ta’ riċerka mhux obbligatorju. Indika l-ismijiet ta’ dak l-istħarriġ f’konformità mal-ismijiet ta’ stħarriġ nazzjonali.

Akronimu tal-istħarriġ ta’ riċerka

Daħħal l-akronimu tal-istħarriġ ta’ riċerka fuq il-baħar. Għal stħarriġ obbligatorju uża l-akronimu mit-Tabella 1 tal-anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-EU MAP. Ara MasterCodeList “Stħarriġ obbligatorju fuq il-baħar”. Jenħtieġ li l-akronimi tal-istħarriġ użati f’din it-tabella jkunu konsistenti mal-informazzjoni fil-kolonna “Identifikatur tal-iskema ta’ kampjunar” fit-Tabella 2.2.

Stħarriġ ta’ riċerka obbligatorju

Daħħal “I” (iva) jekk l-istħarriġ ta’ riċerka fuq il-baħar huwa inkluż fit-Tabella 1 tal-anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-EU MAP; inkella daħħal “L” (le).

Ir-regoli tal-limitu użati

Indika liema regoli tal-limitu japplikaw, jekk ikun hemm, għall-Istat Membru tiegħek biex ma jikkontribwixxix għall-istħarriġ. Ara MasterCodeList “Ir-regoli tal-limitu użati”.

Għal stħarriġ obbligatorju, daħħal waħda mill-għażliet li ġejjin:

“Xejn”: l-Istat Membru tiegħek irid jikkontribwixxi għall-istħarriġ bi kwalunkwe mezz, speċifikat aktar fil-kolonna “Tip ta’ parteċipazzjoni tal-Istati Membri” fit-Tabella 2.6;

“Regola tad-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni”: l-Istat Membru tiegħek ma għandu l-ebda obbligu li jikkontribwixxi għall-istħarriġ skont ir-regoli stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-EU MAP;

“Regola miftiehma reġjonalment”: l-Istat Membru tiegħek ma għandu l-ebda obbligu li jikkontribwixxi għall-istħarriġ skont ir-regoli stabbiliti fi ftehim reġjonali. F’dan il-każ, indika l-ftehim rilevanti fil-mistoqsija numru 4 tal-Kaxxa tat-Test 2.6.

Għal stħarriġ mhux obbligatorju, daħħal “Xejn”.

Isem il-pjan ta’ ħidma reġjonali

Indika l-isem tal-pjan ta’ ħidma reġjonali fis-seħħ jekk ikun hemm. Uża akronimu jekk jeżisti wieħed. Daħħal “L” (le) jekk ma japplika l-ebda pjan ta’ ħidma reġjonali.

Ftehim dwar il-kondiviżjoni tal-kostijiet iffirmat mill-Istati Membri

Daħħal “I” (iva) jekk l-Istat Membru tiegħek ikun iffirma ftehim dwar il-kondiviżjoni tal-kostijiet; inkella daħħal “L” (le). Jekk japplika ftehim dwar il-kondiviżjoni tal-kostijiet, irreferi għall-ftehim fit-Tabella 1.3.

Tip ta’ parteċipazzjoni tal-Istati Membri

Indika l-forma ta’ parteċipazzjoni kif imsemmi fil-MasterCodeList “Tip ta’ parteċipazzjoni tal-Istati Membri”. Imla din il-kolonna għall-istħarriġiet kollha tar-riċerka fuq il-baħar imwettqa mill-Istat Membru tiegħek, irrispettivament minn kwalunkwe ftehim fil-livell reġjonali. It-“Tip ta’ parteċipazzjoni ta’ SM” fi stħarriġ partikolari jirrigwarda l-istħarriġ sħiħ għall-Istati Membri kollha u mhux biss iż-żona/i koperta/i mill-Istat Membru tiegħek.

“Finanzjarja” tassumi biss appoġġ finanzjarju (ġeneralment organizzata permezz ta’ ftehim ta’ kondiviżjoni tal-kostijiet);

“Teknika” tinkludi vapuri jew pjattaformi oħrajn, provvista ta’ materjali, appoġġ f’kampjuni ta’ wara l-ipproċessar (eż. xogħol tal-laboratorju) (ġeneralment organizzata permezz ta’ ftehim ta’ kondiviżjoni tal-kostijiet jew pjan ta’ ħidma reġjonali);

“Persunal” tinkludi l-kontribuzzjonijiet tan-nies abbord (ġeneralment organizzati permezz ta’ ftehim ta’ kondiviżjoni tal-kostijiet jew pjan ta’ ħidma reġjonali);

“Kombinament” tinkludi kwalunkwe kombinament ta’ stħarriġiet koordinati ta’ hawn fuq u/jew internazzjonali ma’ Stati Membri individwali li jwettqu l-parti tagħhom;

“MA” (mhux applikabbli) hija meta l-ebda Stat Membru ieħor ma jipparteċipa fl-istħarriġ u l-ebda SM ieħor ma juża l-istess akronimu tal-istħarriġ.

Għal tipi oħra ta’ parteċipazzjoni minbarra “Finanzjarja”, iddeskrivi t-tip ta’ parteċipazzjoni, u/jew l-isfond tagħha f’aktar dettall taħt il-mistoqsija numru 4 fil-Kaxxa tat-Test 2.6.

Żona/i koperta/i

Indika ż-żoni pjanati li jridu jiġu koperti. Għal stħarriġ obbligatorju, iż-żona għandha tkun parti jew, jekk applikabbli, żona sħiħa kif indikat fit-Tabella 1 tal-anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-EU MAP.

Perjodu ta’ żmien (xahar)

Indika l-perjodu ta’ żmien (xhur kalendarji f’numri separati b’virgola) pjanat li jkun kopert mill-Istat Membru tiegħek.

Frekwenza

Indika l-frekwenza tal-istħarriġ. Ara MasterCodeList “Frekwenza”. Jekk iddaħħal “Mhux magħruf” jew “Oħra”, spjega fil-kolonna “Kummenti tal-WP”.

Grupp ta’ ppjanar internazzjonali rilevanti

Daħħal l-akronimu tal-grupp internazzjonali rilevanti inkarigat mill-ippjanar tal-istħarriġ ta’ riċerka fuq il-baħar u l-RFMO/RFO/IO korrispondenti tiegħu (eż. IBTSWG-ICES jew GFCM).

Ara MasterCodeList “RFMO/RFO/IO”. Uża l-akronimu tal-grupp ta’ ppjanar f’konformità mal-konvenzjoni tal-ismijiet fl-RFMO/RFO/IO.

Jekk ma jkun hemm l-ebda grupp ta’ ppjanar, RFMO, RFO jew IO responsabbli għall-ippjanar tal-istħarriġ, daħħal “MA” (mhux applikabbli).

Jekk disponibbli, ipprovdi link għal paġna web b’aktar informazzjoni dwar il-grupp ta’ ppjanar tal-istħarriġ.

Jiem fuq il-baħar pjanati

Daħħal in-numru ta’ jiem fuq il-baħar pjanati għat-twettiq tal-istħarriġ ta’ riċerka. Jekk l-istħarriġ ikun soġġett għal ftehim dwar il-kondiviżjoni tal-kostijiet u l-parteċipazzjoni tal-Istat Membru tiegħek ma tinkludix il-ħin tal-bastimenti (“Tip ta’ parteċipazzjoni tal-Istat Membru”), irreferi għall-pjan ta’ ħidma nazzjonali tal-Istat Membru li qed jippjana u jwettaq l-istħarriġ.

Tip ta’ attivitajiet ta’ kampjunar

Indika t-tip ta’ attivitajiet ewlenin ta’ kampjunar. L-attivitajiet ewlenin ta’ kampjunar huma miftiehma fil-grupp rilevanti inkarigat mill-ippjanar tal-istħarriġ. Tista’ ssemmi wkoll attivitajiet addizzjonali ta’ kampjunar, deċiżi mill-Istat Membru tiegħek. Uża linja separata għal kull tip ta’ attività ta’ kampjunar fi stħarriġ, filwaqt li tirrepeti l-informazzjoni mill-kolonni preċedenti. Uża l-kategoriji li ġejjin: kalati tat-tkarkir, idrografija, kalati tal-plankton, profili akustiċi, kalati tal-iskart, kampjuni ta’ invertebrati bentiċi, monitoraġġ ta’ qiegħ il-baħar, eċċ. Jekk l-istħarriġ ikun soġġett għal ftehim ta’ kondiviżjoni tal-kostijiet u l-parteċipazzjoni tal-Istat Membru tiegħek ma tinkludix il-ħin tal-bastiment (“Tip ta’ parteċipazzjoni tal-Istati Membri”), irreferi għall-pjan ta’ ħidma nazzjonali tal-Istat Membru li jippjana u jwettaq l-istħarriġ.

Numru ta’ attivitajiet ta’ kampjunar pjanati

Indika n-numru ta’ attivitajiet ta’ kampjunar pjanati. Jekk l-istħarriġ ikun soġġett għal ftehim dwar il-kondiviżjoni tal-kostijiet u l-parteċipazzjoni tal-Istat Membru tiegħek ma tinkludix il-ħin tal-bastimenti (“Tip ta’ parteċipazzjoni tal-Istat Membru”), irreferi għall-pjan ta’ ħidma nazzjonali tal-Istat Membru li qed jippjana u jwettaq l-istħarriġ.

Bażi tad-data tal-istħarriġ ta’ riċerka

Daħħal l-isem tal-bażi tad-data, nazzjonali jew internazzjonali, fejn tinħażen id-data miġbura. Jekk disponibbli, żid il-link għall-bażi tad-data. Jekk ma teżisti l-ebda bażi tad-data, daħħal “Xejn”. Jekk id-data tinħażen f’bażijiet tad-data nazzjonali u internazzjonali, daħħal biss dawn tal-aħħar.

Jekk jogħġbok innota li: din il-kolonna tapplika għall-eżistenza ta’ bażi tad-data fejn tinħażen id-data.

Link għall-manwal tal-istħarriġ

Indika fejn jista’ jinstab il-manwal tal-istħarriġ tar-riċerka. Għal stħarriġ obbligatorju u kkoordinat internazzjonalment, ipprovdi link għall-manwal internazzjonali, anki jekk ikun hemm stabbilit ukoll manwal nazzjonali. Għal stħarriġ mhux obbligatorju, link għall-manwal (inter)nazzjonali hija fakultattiva. Jekk ma jkun hemm disponibbli l-ebda link, daħħal “Ebda link disponibbli”. Jekk ma jkun hemm disponibbli l-ebda manwal, daħħal “Ebda manwal disponibbli”.

Kummenti tal-WP

Kwalunkwe kumment ieħor

Fil-każ ta’ parteċipazzjoni finanzjarja, sar il-ħlas?

Fil-każ ta’ parteċipazzjoni finanzjarja fi stħarriġ ta’ riċerka bħala parti minn ftehim dwar il-kondiviżjoni tal-kostijiet, indika permezz ta’ “I” (iva) jew “L” (le) jekk sarx il-ħlas. Jekk ma japplika l-ebda ftehim dwar il-kondiviżjoni tal-kostijiet, daħħal “MA” (mhux applikabbli).

Jiem fuq il-baħar miksuba

Daħħal in-numru ta’ jiem fuq il-baħar miksuba matul l-istħarriġ ta’ riċerka. Jekk l-istħarriġ ikun soġġett għal ftehim dwar il-kondiviżjoni tal-kostijiet u l-parteċipazzjoni tal-Istat Membru tiegħek ma tinkludix il-ħin tal-bastiment (“Tip ta’ parteċipazzjoni tal-Istat Membru”), irreferi għar-rapport annwali tal-Istat Membru li jkun qed iwettaq l-istħarriġ.

Numru ta’ attivitajiet ta’ kampjunar miksuba

Indika n-numru ta’ unitajiet fil-mira fil-kolonna “Numru ta’ attivitajiet ta’ kampjunar pjanati” li nkisbu matul l-istħarriġ. Jekk l-istħarriġ ikun soġġett għal ftehim dwar il-kondiviżjoni tal-kostijiet u l-parteċipazzjoni tal-Istat Membru tiegħek ma tinkludix il-ħin tal-bastiment (“Tip ta’ parteċipazzjoni tal-Istat Membru”), irreferi għar-rapport annwali tal-Istat Membru li jkun qed iwettaq l-istħarriġ.

Sottomissjonijiet oħrajn tad-data

Daħħal “I” (iva) jekk id-data mhux ipproċessata tiġi sottomessa lil korpi xjentifiċi oħra għajr il-bażi tad-data rilevanti, u “L” (le) jekk le.

L-istħarriġ twettaq fil-perjodu ta’ żmien uffiċjali?

Daħħal “I” (iva) jekk l-istħarriġ ta’ riċerka twettaq fil-perjodu ta’ żmien tal-istħarriġ uffiċjali, u “L” (le) jekk le.

Jekk l-istħarriġ ikun soġġett għal ftehim dwar il-kondiviżjoni tal-kostijiet u l-parteċipazzjoni tal-Istat Membru tiegħek ma tinkludix il-ħin tal-bastiment (“Tip ta’ parteċipazzjoni tal-Istat Membru”), irreferi għar-rapport annwali tal-Istat Membru li jkun qed iwettaq l-istħarriġ.

Il-kampjunar twettaq fiż-żona tal-istħarriġ uffiċjali?

Daħħal “I” (iva) jekk l-istħarriġ ta’ riċerka twettaq fiż-żona tal-istħarriġ uffiċjali, u “L” (le) jekk le.

Jekk l-istħarriġ ikun soġġett għal ftehim dwar il-kondiviżjoni tal-kostijiet u l-parteċipazzjoni tal-Istat Membru tiegħek ma tinkludix il-ħin tal-bastiment (“Tip ta’ parteċipazzjoni tal-Istat Membru”), irreferi għar-rapport annwali tal-Istat Membru li jkun qed iwettaq l-istħarriġ.

Indikazzjoni jekk humiex meħtieġa Kummenti tal-AR li jikkonċernaw numru ta’ attivitajiet ta’ kampjunar miksuba

Din il-kolonna timtela awtomatikament jekk id-diskrepanza bejn in-numru pjanat u dak miksub ta’ attivitajiet ta’ kampjunar tkun anqas minn 90 % jew aktar minn 150 %. Il-valuri barra minn din il-medda huma mmarkati b’“x”, u l-Istat Membru huwa mitlub jipprovdi kumment fil-kolonna “Kummenti tal-AR”. Tista’ timla wkoll il-kolonna “Kummenti tal-AR” mingħajr l-indikazzjoni.

Indikazzjoni jekk il-Kummenti tal-AR humiex meħtieġa fir-rigward tal-kopertura temporali u spazjali

Din il-kolonna timtela awtomatikament jekk il-kopertura spazjali jew temporali ma tkunx ġiet issodisfata. Jekk f’waħda mill-kolonni tkun ġiet irrapportata “L”, din tiġi mmarkata b’“x” u l-Istat Membru jintalab jipprovdi kumment fil-kolonna “Kummenti tal-AR”. Tista’ timla wkoll il-kolonna “Kummenti tal-AR” mingħajr l-indikazzjoni.

Kummenti tal-AR

Żid kummenti biex tiċċara kwalunkwe devjazzjoni mill-pjan ta’ ħidma, speċjalment jekk ikun hemm diskrepanza indikata fil-kolonni AB u AC.

Indika f’din il-kolonna jekk jingħataw kummenti estiżi fil-Kaxxa tat-Test 2.6. Tista’ żżid kwalunkwe kumment ieħor.


Kaxxa tat-Test 2.6: Stħarriġ ta’ riċerka fuq il-baħar

Kumment ġenerali: Din il-kaxxa tat-test tissodisfa l-Artikolu 5(1)(b), l-Artikolu 6(3)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1004 u l-Kapitoli I u II tal-anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-EU MAP. Huwa maħsub li jispeċifika liema stħarriġ ta’ riċerka fuq il-baħar, kif stabbilit fit-Tabella 2 tal-anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-EU MAP se jitwettaq. L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw jekk l-istħarriġ ta’ riċerka jkunx inkluż fit-Tabella 2 tal-anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-EU MAP jew jekk ikunx stħarriġ addizzjonali.

(Uża kaxxa tat-test waħda kull stħarriġ)

Isem tal-istħarriġ ta’ riċerka

1.

Objettivi tal-istħarriġ

Għal stħarriġ obbligatorju: elenka l-lista sħiħa tal-ispeċijiet fil-mira/tal-komponenti tal-ekosistema stabbiliti mill-grupp ta’ koordinazzjoni (għall-kuntrarju tal-ispeċijiet fil-mira pprovduti fit-Tabella 1 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-EU MAP) u l-objettivi internazzjonali, u nazzjonali addizzjonali. Għal stħarriġ mhux obbligatorju: iddeskrivi l-għan tal-istħarriġ inklużi l-attivitajiet ta’ kampjunar u l-ispeċijiet/il-komponenti tal-ekosistema fil-mira, l-utent finali u kif tintuża d-data.

2.

Deskrizzjoni tad-disinn tal-istħarriġ u tal-metodi użati fl-istħarriġ għal kull tip ta’ ġbir tad-data elenkati fit-Tabella 2.6 għal dan l-istħarriġ speċifiku.

Indika l-perjodu ta’ żmien għall-istħarriġ (l-istess bħal fit-Tabella 2.6). Jekk id-dokumentazzjoni tad-disinn u tal-metodi tal-istħarriġ użati tkun disponibbli online bl-Ingliż, tista’ tirreferi għal dik id-dokumentazzjoni.

3.

Għal stħarriġiet ikkoordinati fuq livell internazzjonali, iddeskrivi l-Istati Membri/il-bastimenti parteċipanti.

4.

Fejn applikabbli, ipprovdi aktar dettalji dwar it-tip ta’ parteċipazzjoni u/jew il-ftehim ta’ limitu applikat.

Għal tipi ta’ parteċipazzjoni għajr “Finanzjarja”, iddeskrivi t-tip ta’ parteċipazzjoni, u/jew l-isfond tat-tip ta’ parteċipazzjoni f’aktar dettall.

(massimu ta’ 450 kelma kull stħarriġ)

5.

Fil-każ ta’ stħarriġiet ikkoordinati internazzjonalment, ipprovdi link għall-aktar rapport reċenti tal-laqgħa tal-grupp ta’ koordinazzjoni.

Ipprovdi link għar-rapport tal-laqgħa mill-korp ta’ koordinazzjoni tal-istħarriġ (l-ICES, il-grupp ta’ koordinazzjoni MEDITS, il-grupp ta’ koordinazzjoni MEDIAS, eċċ.). Għal stħarriġ li ma jkunx ikkoordinat internazzjonalment, irreferi għal kwalunkwe rapport dwar l-istatus (eż. Rapport tal-kruċiera).

6.

Elenka l-użu prinċipali tar-riżultati tal-istħarriġ (eż. indiċijiet, stimi ta’ abbundanza, indikaturi ambjentali).

Speċifika f’liema kuntest jintużaw ir-riżultati (fuq bażi ta’ rutina), kemm fil-kuntest internazzjonali kif ukoll f’dak nazzjonali.

Jekk ikun meħtieġ li jiġu ppreżentati mapep tal-istazzjonijiet tal-istħarriġ ta’ riċerka miksuba, dawn jiġu pprovduti bħala anness. Irreferi b’mod ċar għall-anness u għan-numri tal-mapep.

7.

Kummenti estiżi

Il-kummenti tal-AR estiżi jistgħu jitqiegħdu taħt din it-taqsima.

(massimu ta’ 450 kelma kull stħarriġ)

3:   Data dwar l-attività tas-sajd

Tabella 3.1: Strateġija għall-ġbir ta’ data dwar il-varjabbli tal-attività tas-sajd

Kumment ġenerali: Din it-tabella tissodisfa l-Artikolu 5(2)(c), l-Artikolu 6(3)(a), (b) u (c) tar-Regolament 2017/1004 u l-Kapitolu II, il-punt 3 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Din it-tabella hija maħsuba biex tkopri l-varjabbli indikati fit-Tabella 6 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP, minbarra l-varjabbli relatati mal-ilmijiet interni (sallura), u tiddeskrivi l-metodu użat biex jiġu dderivati l-istimi għall-kampjuni rappreżentattivi fejn id-data ma għandhiex tiġi rreġistrata skont ir-Regolament ta’ Kontroll (KE) Nru 1224/2009 jew fejn id-data miġbura skont ir-Regolament (KE) Nru 1224/2009 ma tkunx fil-livell ta’ aggregazzjoni t-tajjeb għall-użu xjentifiku maħsub. It-Tabella 3.1 jenħtieġ li timtela biss jekk ikun pjanat ġbir komplementari tad-data.

Isem tal-kamp

Deskrizzjoni

SM

Uża l-kodiċi ISO 3166-1 alpha-3 eż. “DEU”. Ara MasterCodeList “SM”.

Sena ta’ implimentazzjoni

Indika s-sena jew firxa ta’ snin li fiha se tiġi implimentata l-attività, billi tuża l-format “202X” jew “202X-202X”.

Suprareġjun

Uża l-konvenzjoni tal-ismijiet mit-Tabella 2 tal-anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-EU MAP. Jekk l-informazzjoni tirreferi għas-suprareġjuni kollha, daħħal “is-suprareġjuni kollha”. Ara MasterCodeList “Suprareġjun”.

Indikatur Ġeografiku

L-“Indikatur Ġeografiku” jiddistingwi s-segmenti tal-flotta li joperaw fir-reġjuni ultraperiferiċi u s-segmenti tal-flotta li joperaw esklussivament f’ilmijiet mhux tal-UE (ilmijiet internazzjonali + ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd ta’ pajjiżi terzi). Jekk Indikatur Ġeografiku ma jkunx rilevanti għal segment tal-flotta, uża l-kodiċi “NGI”. Ara MasterCodeList “Indikatur Ġeografiku”.

Reġjun

Ara MasterCodeList “Reġjuni”.

Jekk l-informazzjoni tirreferi għar-reġjuni kollha, uża l-kodiċi “ir-reġjuni kollha”.

RFMO/RFO/IO

Daħħal l-akronimu tal-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMO), l-organizzazzjoni reġjonali tas-sajd (RFO) jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali (IO) li jipprovdu ġestjoni/parir dwar l-ispeċi/istokk. Ara MasterCodeList “RFMO/RFO/IO”. Jekk ma tkun applikabbli l-ebda RFMO, RFO jew IO, uża “MA” (mhux applikabbli).

Indikatur tal-attività

Uża l-indikaturi tal-attività li ġejjin: “Attiv baxx”; “Attiv”; u “MA”. Jekk taqsam segment tal-flotta f’livelli ta’ attività differenti, uża “L” għall-bastimenti b’attività baxxa u “A” għall-bastimenti b’attività ekonomika normali. Is-somma tal-bastimenti b’attivitajiet “L” u “A” jenħtieġ li tkun ugwali għall-popolazzjoni totali ta’ dak is-segment. Il-metodoloġija dwar kif għandu jiġi applikat il-livell ta’ attività hija pprovduta fir-Rakkomandazzjoni 5 tal-PGECON 2018. Jekk ma jiġix applikat livell ta’ attività, uża “MA”. Ara MasterCodeList “Indikatur tal-attività”.

Isem is-segment jew il-cluster

Daħħal l-isem ta’ segment jew ta’ cluster, f’każ ta’ raggruppament.

Uża l-konvenzjoni tal-ismijiet mit-Tabella 8 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Agħmel asterisk f’każ li s-segment ikun ġie raggruppat ma’ segment(i) oħrajn għal skopijiet ta’ ġbir tad-data u rapportar, eż. “Bastiment tat-tkarkir bit-travu 0-< 6 m*”. Ara l-gwida tal-WP għall-kaxxa tat-test 5.2, punt 1. Ara l-kodiċijiet “Teknika tas-sajd” u “Klassi tat-tul” fil-MasterCodeList. It-tabella 3.1 jenħtieġ li tinkludi biss is-segmenti li huma rrapportati fit-Tabella 5.1.

Varjabbli tal-attività tas-sajd

Uża l-konvenzjoni tal-ismijiet mit-Tabella 6 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Daħħal il-varjabbli, mhux il-gruppi ta’ varjabbli. Ara MasterCodeList “Varjabbli tal-attività tas-sajd”.

Sors tad-data

Indika s-sorsi tad-data użati. Sorsi ta’ data multipli separati b’“;”. Ara MasterCodeList “Sors tad-data”.

Skema għall-ġbir tad-data

Daħħal il-kodiċi tal-iskema għall-ġbir tad-data (C - Ċensiment; PSS - Stħarriġ Kampjunarju tal-Probabbiltà; NPS - Stħarriġ Kampjunarju Mhux tal-Probabbiltà; IND — Stħarriġ indirett, fejn il-varjabbli ma jinġabarx direttament iżda jiġi stmat jew derivat.). Ara MasterCodeList “Skema għall-ġbir tad-data”.

Rata pjanata tal-kampjun (%)

Għal kull sors ta’ data, indika (%) il-perċentwal pjanat ta’ kopertura, abbażi tan-numri ta’ bastimenti soġġetti għall-ġbir ta’ data komplementari.

Jekk l-“Iskema tal-ġbir tad-data” ta’ entrati multipli ta’ “Sors tad-data” tkun l-istess, żid il-perċentwali għar-“Rata pjanata tal-kampjun” u ppreżentahom f’linja waħda.

Għal kull “Skema tal-ġbir tad-data” b’“Sors tad-data” differenti, daħħal il-valuri għar-“Rata tal-kampjun pjanata” f’linji separati.

Jekk is-“Sors tad-data” jkun relatat mar-Regolament ta’ Kontroll, iċ-ċifri korrispondenti jistgħu jiġu injorati (peress li jkollhom ikunu 100 % fil-każijiet kollha).

Kummenti tal-WP

Kwalunkwe kumment ieħor.

Sena ta’ referenza AR

Daħħal is-sena li għaliha tkun inġabret id-data

Numru ta’ bastimenti

Daħħal in-numru ta’ bastimenti soġġetti għall-ġbir tad-data kumplementari. Il-popolazzjoni hija bbażata fuq il-bastimenti attivi u inattivi rreġistrati fir-Reġistru tal-Flotta tas-Sajd tal-Unjoni kif definit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/218 fil-31 ta’ Diċembru tas-sena tar-rapportar u l-bastimenti li ma jidhrux fir-Reġistru f’dik id-data iżda li jkunu stadu minn tal-anqas jum wieħed matul is-sena tar-rapportar.

Numru tal-kampjun pjanat

Din il-kolonna timtela awtomatikament bin-numru ta’ bastimenti pjanati għall-ġbir tad-data komplementari.

“Numru pjanat tal-kampjun” = “Numru ta’ bastimenti” * “Rata pjanata tal-kampjun”

Numru ta’ rispons miksub

Daħħal in-numru ta’ tweġibiet għall-ġbir tad-data komplementari għal kull wieħed mis-sorsi u l-varjabbli tad-data.

Rata ta’ rispons (%)

Numru ta’ tweġibiet/Daqs tal-kampjun

“Rata ta’ rispons (%)” = (“Numru ta’ rispons miksub”/“Numru tal-kampjun pjanat”) %

Kopertura miksuba (%)

Il-kopertura miksuba min-numru ta’ bastimenti soġġetti għall-ġbir tad-data komplementari.

“Kopertura miksuba (%)” = (“Numru ta’ rispons miksub”/“Numru ta’ bastimenti taħt ġbir ta’ data komplementari”) %

Kummenti tal-AR

Żid kummenti biex tiċċara kwalunkwe devjazzjoni mill-pjan ta’ ħidma.


Kaxxa tat-Test 3.1: Strateġija għall-ġbir ta’ data dwar il-varjabbli tal-attività tas-sajd

Kumment ġenerali: Din il-kaxxa tat-test tissodisfa l-Artikolu 5(2)(c), l-Artikolu 6(3)(a), (b) u (c) tar-Regolament 2017/1004 u l-Kapitolu II, il-punt 3.1 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Hija maħsuba biex tiddeskrivi l-metodu użat biex jinkisbu l-istimi ta’ kampjuni rappreżentattivi fejn id-data ma għandhiex tiġi rreġistrata skont ir-Regolament ta’ Kontroll (KE) Nru 1224/2009 jew fejn id-data miġbura skont ir-Regolament (KE) Nru 1224/2009 ma tkunx fil-livell ta’ aggregazzjoni t-tajjeb għall-użu xjentifiku maħsub. Il-Kaxxa tat-Test 3.1 jenħtieġ li timtela biss jekk ikun pjanat ġbir tad-data komplementari.

Spjega r-raġunijiet għall-implimentazzjoni tal-ġbir tad-data komplementari

L-informazzjoni dwar l-iskemi ta’ kampjunar hija disponibbli fid-dokument tal-kwalità (l-Anness 1.2). Madankollu, l-Istat Membru huwa mistieden jenfasizza informazzjoni addizzjonali hawnhekk dwar l-iskemi ta’ kampjunar u l-oqfsa tal-kampjunar meqjusa meħtieġa biex jinftiehem id-disinn attwali tal-kampjunar pjanat għas-sena/snin ta’ implimentazzjoni.

(massimu ta’ 900 kelma)

Devjazzjonijiet mill-pjan ta’ ħidma

Elenka l-bidliet mill-pjan ta’ ħidma (jekk ikun hemm) u spjega r-raġunijiet.

Azzjonijiet biex jiġu evitati devjazzjonijiet

Iddeskrivi fil-qosor l-azzjonijiet li se jiġu kkunsidrati/ttieħdu biex jiġu evitati devjazzjonijiet fil-futur u meta dawn l-azzjonijiet huma mistennija li jipproduċu effett. Jekk ma jkun hemm ebda devjazzjoni, allura din it-taqsima ma hijiex applikabbli.

(massimu ta’ 900 kelma)


Kaxxa tat-Test 3.2: Strateġija għall-ġbir tad-data dwar il-varjabbli tal-attività tas-sajd (għas-sajd kummerċjali intern tas-sallura)

Kumment ġenerali: Din il-kaxxa tat-test tissodisfa l-Artikolu 5(2)(c), l-Artikolu 6(3)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1004 u l-Kapitolu II, il-punt 3.2 tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Huwa maħsub biex jiddeskrivi l-metodi u s-sorsi tad-data użati biex tiġi stmata l-kapaċità tas-sajd, l-isforz u d-data dwar il-ħatt l-art.

Iddeskrivi l-ġbir tad-data tal-ħatt l-art, tal-isforz u tal-kapaċità tas-sajd kummerċjali intern tas-sallura. Elenka jew iddeskrivi, pereżempju, in-numru ta’ entitajiet tas-sajd, il-metodi tas-sajd, u l-unitajiet assoċjati użati.

(massimu ta’ 900 kelma)

Devjazzjonijiet mill-pjan ta’ ħidma

Elenka l-bidliet mill-pjan ta’ ħidma (jekk ikun hemm) u spjega r-raġunijiet.

Azzjonijiet biex jiġu evitati devjazzjonijiet

Iddeskrivi fil-qosor l-azzjonijiet li se jiġu kkunsidrati/ttieħdu biex jiġu evitati devjazzjonijiet fil-futur u meta dawn l-azzjonijiet huma mistennija li jipproduċu effett. Jekk ma jkun hemm ebda devjazzjoni, allura din it-taqsima ma hijiex applikabbli.

(massimu ta’ 900 kelma)

4:   L-impatt tas-sajd fuq ir-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar

Tabella 4.1 Kampjunar u analiżi tal-istonku

Kumment ġenerali: Din it-tabella tissodisfa l-Artikolu 5(2)(b), l-Artikolu 6(3)(a), (b) u (c) tar-Regolament 2017/1004 u l-Kapitolu II, il-punt 4.3 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Din it-tabella hija maħsuba biex tispeċifika l-pjan ta’ kampjunar biex jinġabar u jiġi analizzat il-kontenut tal-istonku.

Isem tal-kamp

Deskrizzjoni

SM

Uża l-kodiċi ISO 3166-1 alpha-3 eż. “DEU”. Ara MasterCodeList “SM”.

Sena ta’ implimentazzjoni

Indika s-sena li fiha se tiġi implimentata l-attività. Daħħal ringiela waħda għal kull sena ta’ implimentazzjoni u inkludi s-snin kollha mill-perjodu tal-pjan ta’ ħidma.

Reġjun

Ara MasterCodeList “Reġjuni”. Jekk l-informazzjoni tirreferi għar-reġjuni kollha, uża l-kodiċi “ir-reġjuni kollha”.

RFMO/RFO/IO

Daħħal l-akronimu tal-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMO), l-organizzazzjoni reġjonali tas-sajd (RFO) jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali (IO) li jipprovdu ġestjoni/parir dwar l-ispeċi/istokk. Ara MasterCodeList “RFMO/RFO/IO”. Jekk ma tkun applikabbli l-ebda RFMO, RFO jew IO, uża “MA” (mhux applikabbli).

Żona/i koperta/i

Indika ż-żoni pjanati li jridu jiġu koperti. Għal stħarriġ obbligatorju, iż-żona għandha tkun l-istess bħal dik indikata fit-Tabella 1 tal-anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-EU MAP.

Tip ta’ osservazzjoni

Indika t-tip ta’ attività ta’ osservazzjoni użata biex tinġabar id-data għat-tip speċifikat tal-iskema ta’ kampjunar. Ara MasterCodeList “Tip ta’ osservazzjoni”.

Tip ta’ skema ta’ kampjunar

Daħħal it-tip ta’ skema ta’ kampjunar użata. Ara MasterCodeList “Tip ta’ skema ta’ kampjunar”. Ir-referenza għat-tipi ta’ skemi ta’ kampjunar jenħtieġ li tkun konsistenti fit-tabelli kollha fejn tidher din il-kolonna.

Kull tip ta’ skema ta’ kampjunar jenħtieġ li jiġi rrapportat f’ringiela separata.

Identifikatur tal-iskema ta’ kampjunar

Indika isem uniku (test liberu) biex tidentifika kull kombinazzjoni ta’ “Tip ta’ osservazzjoni” * “Tip ta’ skema ta’ kampjunar”. Uża referenza identika fil-kaxxi tat-test u fl-Anness 1.1. Għal stħarriġ obbligatorju tar-riċerka fuq il-baħar, uża l-akronimu mit-Tabella 1 tal-anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-EU MAP - ara MasterCodeList “Stħarriġ obbligatorju fuq il-baħar”.

Isem il-pjan ta’ ħidma reġjonali

Indika l-isem tal-pjan ta’ ħidma reġjonali fis-seħħ jekk ikun hemm. Uża akronimu jekk jeżisti wieħed. Daħħal “L” (le) jekk ma japplika l-ebda pjan ta’ ħidma reġjonali.

Perjodu ta’ żmien (trimestru)

Indika l-perjodu ta’ żmien (trimestri, separati b’virgola jekk aktar minn wieħed) pjanat li jkun kopert mill-Istat Membru tiegħek. Jekk japplika pjan reġjonali għall-kampjunar tal-istonku, irreferi għal dak il-pjan.

Speċijiet għall-kampjunar tal-istonku

Indika l-isem xjentifiku tal-ispeċijiet li għalihom huwa pjanat kampjunar tal-istonku. Uża l-ismijiet tal-ispeċijiet mit-Tabella 1 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP.

Numru mistenni ta’ stonkijiet

Daħħal in-numru mistenni ta’ kampjuni tal-istonku abbażi tal-protokoll tal-kampjunar. (eż. jekk il-protokoll isemmi ħames ħutiet għal kull klassi tat-tul għal speċi, agħti stima ta’ kemm jistgħu jkunu mistennija klassijiet ta’ tul għal dik l-ispeċi abbażi tas-snin preċedenti, u mmultiplika b’ħamsa).

Jekk ma japplika l-ebda protokoll ta’ kampjunar tal-istonku, iġġustifika n-numru mistenni ta’ stonkijiet li għandhom jinġabru fil-kolonna “Kummenti tal-WP”.

Link għall-protokoll tal-kampjunar tal-istonku

Indika fejn jista’ jinstab il-protokoll tal-kampjunar tal-istonku.

Ipprovdi link għal manwal internazzjonali, anki jekk ikun hemm fis-seħħ manwal nazzjonali wkoll.

Daħħal “L” jekk ma jkun hemm disponibbli l-ebda protokoll ta’ kampjunar tal-istonku.

Tekniki metaġenomiċi

Indika “I” (Iva) jekk it-tekniki metaġenomiċi se jintużaw fil-kampjunar tal-istonku jew “L” (le) jekk le.

Kummenti tal-WP

Kwalunkwe kumment ieħor

Numru ta’ stonkijiet meħuda bħala kampjun

Indika n-numru ta’ stonkijiet miġbura.

Il-kampjunar twettaq fil-perjodu/i ta’ żmien pjanat(i)?

Daħħal “I” (iva) jew “L” (le) biex tindika jekk il-kampjunar tal-istonku twettaqx jew le fil-perjodu ta’ żmien pjanat.

Il-kampjunar twettaq fiż-żona/i pjanata/i?

Daħħal “I” (iva) jew “L” (le) biex tindika jekk il-kampjunar tal-istonku twettaqx jew le fiż-żona/i pjanata/i.

Indikazzjoni jekk humiex meħtieġa Kummenti tal-AR li jikkonċernaw in-numru ta’ kampjuni miksuba

Din il-kolonna timtela awtomatikament jekk id-diskrepanza bejn in-numru pjanat u dak miksub ta’ kampjuni tkun anqas minn 90 % jew aktar minn 150 %. Il-valuri barra minn din il-medda huma mmarkati b’“x”, u l-Istat Membru huwa mitlub jipprovdi kumment fil-kolonna “Kummenti tal-AR”. Tista’ timla wkoll il-kolonna “Kummenti tal-AR” mingħajr l-indikazzjoni.

Indikazzjoni jekk il-Kummenti tal-AR humiex meħtieġa fir-rigward tal-kopertura temporali u spazjali

Din il-kolonna timtela awtomatikament jekk il-kopertura spazjali u temporali ma tkunx ġiet issodisfata. Jekk f’waħda mill-kolonni tkun ġiet irrapportata “L”, din tiġi mmarkata b’“x” u l-Istat Membru jintalab jipprovdi kumment fil-kolonna “Kummenti tal-AR”. Tista’ timla wkoll il-kolonna “Kummenti tal-AR” mingħajr l-indikazzjoni.

Kummenti tal-AR

Żid kummenti biex tiċċara kwalunkwe devjazzjoni mill-pjan ta’ ħidma, speċjalment jekk hemm diskrepanza indikata fil-kolonni P u Q. Indika f’din il-kolonna jekk jingħataw kummenti estiżi fil-Kaxxa tat-Test 4.1. Tista’ żżid kwalunkwe kumment ieħor.


Kaxxa tat-Test 4.2: Qabdiet inċidentali ta’ speċijiet sensittivi

Kumment ġenerali: Din il-kaxxa tat-test tissodisfa l-Artikolu 5(2)(a) u (b), l-Artikolu 6(3)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1004 u l-Kapitolu 2, il-punt 4.1 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Din il-kaxxa tat-test tikkomplementa t-Tabella 2.5.

Din il-kaxxa tat-test tikkomplementa l-informazzjoni dwar l-iskemi ta’ kampjunar ipprovduti fid-dokument tal-kwalità (l-Anness 1.1). Dan iservi biex jenfasizza l-informazzjoni dwar l-iskemi ta’ kampjunar u l-oqfsa tal-kampjunar relatati mal-qabdiet inċidentali ta’ speċijiet sensittivi.

Informazzjoni addizzjonali dwar l-ippjanar tal-osservazzjoni tal-qabdiet inċidentali ta’ speċijiet sensittivi (jekk diġà mtlew fl-Anness 1.1, jekk jogħġbok indika fejn tista’ tinstab):

Saret valutazzjoni tar-riskju relattiv ta’ qbid inċidentali għat-tipi ta’ rkaptu/sajd differenti u ġiet ikkunsidrata għad-disinn tal-kampjunar?

X’inhuma t-tipi ta’ rkaptu/sajd li jippreżentaw l-ogħla riskju ta’ qbid inċidentali għal kull speċi/unità tassonomika ta’ PETS f’reġjun partikolari?

Liema metodi jintużaw biex jiġi kkalkolat l-isforz ta’ osservazzjoni?

Id-disinn u l-protokoll tal-kampjunar isegwu r-rakkomandazzjonijiet tal-gruppi tal-esperti rilevanti? Ipprovdi referenzi xierqa. Jekk ma jkunx hemm gruppi tal-esperti rilevanti, id-disinn u l-protokoll iridu jiġu spjegati fit-test.

Informazzjoni addizzjonali dwar il-protokolli tal-osservaturi (jekk diġà mtlew fl-Anness 1.1, indika fejn tista’ tinstab):

Il-protokoll tal-osservaturi abbord jinkludi verifika ta’ kampjuni rari fil-qabda mal-ftuħ tal-manka? Jekk IVA, l-osservatur għandu struzzjonijiet biex jindika jekk il-manka MA KINITX ivverifikata f’kalata?

F’sajd bl-għażel u bis-snanar u x-xlief: il-protokoll tal-osservaturi abbord jagħti struzzjonijiet lill-osservatur biex jindika kemm mill-proċess tal-kalata ġie osservat għal qabdiet inċidentali (kbar) li jaqgħu mix-xbieki?

F’qabdiet kbar: il-protokoll jagħti struzzjonijiet lill-osservatur biex jiċċekkja jekk hemmx kampjuni rari matul l-issortjar tal-qabda (jiġifieri fuq iċ-ċinturin trasportatur)? L-osservatur ingħata struzzjonijiet biex jindika x’perċentwal tal-proċess tal-issortjar jew tal-kalata ġie ċċekkjat fil-“livell tal-kalata”?

Informazzjoni addizzjonali dwar l-iskemi ta’ kampjunar

Tista’ żżid informazzjoni kuntestwali speċifika relatata ma’ reġjun u s-sena/snin ta’ implimentazzjoni, pereżempju billi tenfasizza żviluppi ġodda li għadhom ma humiex dettaljati fid-dokument ta’ kwalità, fl-adattament reġjonali u/jew fil-perspettivi għall-futur. Daħħal l-informazzjoni taħt l-istess identifikatur tal-iskema ta’ kampjunar bħal fit-Tabella 2.5.

Deskrizzjoni addizzjonali dwar l-oqfsa tal-kampjunar

Tista’ żżid deskrizzjoni komplementari ma’ dak li tinkludi l-kolonna tad-“Deskrizzjoni tal-qafas tal-kampjunar” tat-Tabella 2.5. Daħħal l-informazzjoni taħt l-istess identifikatur u isem bħal fil-kolonni “Identifikatur tal-qafas tal-kampjunar” u “Deskrizzjoni tal-qafas tal-kampjunar” tat-Tabella 2.5, u fl-istess ordni (Identifikatur tal-qafas tal-kampjunar + Deskrizzjoni tal-qafas tal-kampjunar).

(Kaxxa bit-test waħda ta’ massimu ta’ 1 000 kelma kull reġjun/RFMO/RFO/IO)

Riżultati

Ipprovdi informazzjoni addizzjonali, jekk disponibbli, f’din il-kaxxa tat-test. Pereżempju, informazzjoni fil-qosor dwar in-numru ta’ individwi rreġistrati bħala qbid inċidentali għal kull speċi, grupp ta’ rkaptu u metodu ta’ monitoraġġ b’informazzjoni dwar l-istat tal-annimali (jiġifieri jekk ġewx rilaxxati ħajjin, mejtin, jew miġbura għall-kampjunar).

Devjazzjonijiet mill-pjan ta’ ħidma

L-Istat Membru għandu jelenka d-devjazzjonijiet (jekk hemm) fil-ġbir ta’ data miksuba meta mqabbla ma’ dak li kien pjanat fil-pjan ta’ ħidma u jispjega r-raġunijiet għad-devjazzjonijiet.

Azzjonijiet biex jiġu evitati devjazzjonijiet

L-Istat Membru għandu jiddeskrivi l-azzjonijiet li se jiġu kkunsidrati jew li ttieħdu biex jiġu evitati devjazzjonijiet fil-futur u meta dawn l-azzjonijiet huma mistennija li jipproduċu effett. Jekk ma jkun hemm ebda devjazzjoni, allura din it-taqsima ma hijiex applikabbli.

(Kaxxa tat-test waħda ta’ massimu ta’ 1 000 kelma kull reġjun/RFMO/RFO/IO)


Kaxxa tat-Test 4.3: Impatt tas-sajd fuq il-ħabitats tal-baħar

Kumment ġenerali: Din il-kaxxa tat-test tissodisfa l-Artikolu 5(2)(a) u 2(b), l-Artikolu 6(3)(a), 3(b) u 3(c) tar-Regolament (UE) 2017/1004 u l-Kapitolu 2, il-punt 4.2 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Tinkludi informazzjoni dwar studji addizzjonali dwar l-impatt tas-sajd fuq il-ħabitats tal-baħar.

1.

Għan tal-istudju

2.

Durata tal-istudju

3.

Metodoloġija u eżiti mistennija tal-istudju

(massimu ta’ 900 kelma kull studju)

Deskrizzjoni qasira tar-riżultati (inkluż id-devjazzjonijiet mill-pjan u ġustifikazzjonijiet għaliex jekk dan kien il-każ).

Il-kisba tal-eżiti oriġinali mistennija u ġustifikazzjoni jekk dan ma kienx il-każ.

Segwitu għall-attivitajiet (x’inhuma l-passi li jmiss, kif se jintużaw ir-riżultati).

(massimu ta’ 900 kelma kull studju)

5:   Data ekonomika u soċjali fis-sajd

Tabella 5.1: Popolazzjoni totali u raggruppament tal-flotta

Kumment ġenerali: Din it-tabella hija maħsuba biex tindika d-daqs tas-segmenti tal-flotta u tal-iskemi ta’ raggruppament. Il-popolazzjoni għandha tinkludi l-bastimenti attivi u inattivi kollha rreġistrati fir-Reġistru tal-Flotta tas-Sajd tal-Unjoni, kif definit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/218 fil-31 ta’ Diċembru tas-sena tar-rapportar u l-bastimenti li ma jidhrux fir-Reġistru f’dik id-data iżda li jkunu stadu minn tal-anqas jum wieħed matul is-sena tar-rapportar.

Isem tal-kamp

Deskrizzjoni

SM

Uża l-kodiċi ISO 3166-1 alpha-3 eż. “DEU”. Ara MasterCodeList “SM”.

Sena ta’ implimentazzjoni

Indika s-sena jew firxa ta’ snin li fiha se tiġi implimentata l-attività, billi tuża l-format “202X” jew “202X-202X”.

Suprareġjun

Uża l-konvenzjoni tal-ismijiet mit-Tabella 2 tal-anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-EU MAP. Jekk l-informazzjoni tirreferi għas-suprareġjuni kollha, daħħal “is-suprareġjuni kollha”. Ara MasterCodeList “Suprareġjun”.

Indikatur Ġeografiku

L-“Indikatur Ġeografiku” jiddistingwi s-segmenti tal-flotta li joperaw fir-reġjuni ultraperiferiċi u s-segmenti tal-flotta li joperaw esklussivament f’ilmijiet mhux tal-UE (ilmijiet internazzjonali + ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd ta’ pajjiżi terzi). Jekk Indikatur Ġeografiku ma jkunx rilevanti għal segment tal-flotta, uża l-kodiċi “NGI”. Ara MasterCodeList “Indikatur Ġeografiku”.

Indikatur tal-attività

Uża l-indikaturi tal-attività li ġejjin: “Attiv baxx”; “Attiv”; u “MA”. Jekk taqsam segment tal-flotta f’livelli ta’ attività differenti, uża “L” għall-bastimenti b’attività baxxa u “A” għall-bastimenti b’attività ekonomika normali. Is-somma tal-bastimenti b’attivitajiet “L” u “A” jenħtieġ li tkun ugwali għall-popolazzjoni totali ta’ dak is-segment. Il-metodoloġija dwar kif għandu jiġi applikat il-livell ta’ attività hija pprovduta fir-Rakkomandazzjoni 5 tal-PGECON 2018. Jekk ma jiġix applikat livell ta’ attività, uża “MA”. Ara MasterCodeList “Indikatur tal-attività”.

Teknika tas-sajd

Uża l-konvenzjoni tal-ismijiet mit-Tabella 8 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Ara MasterCodeList “Teknika tas-sajd”.

Klassi tat-tul

Uża l-konvenzjoni tal-ismijiet mit-Tabella 8 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Agħmel asterisk f’każ li s-segment ikun ġie raggruppat ma’ segment(i) oħrajn għal skopijiet ta’ ġbir tad-data.

Ara MasterCodeList “Klassi tat-tul”.

Isem tas-Segment jew tal-Cluster

Daħħal l-isem ta’ segment jew ta’ cluster, f’każ ta’ raggruppament.

Uża l-konvenzjoni tal-ismijiet mit-Tabella 8 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Agħmel asterisk f’każ li s-segment ikun ġie raggruppat ma’ segment(i) oħrajn għal skopijiet ta’ ġbir tad-data u rapportar, eż. “Bastiment tat-tkarkir bit-travu 0-< 6 m*”. Ara l-gwida tal-WP għall-kaxxa tat-test 5.2, punt 1. Ara l-kodiċijiet “Teknika tas-sajd” u “Klassi tat-tul” fil-MasterCodeList.

Popolazzjoni totali (WP)

Daħħal in-numru ta’ bastimenti kif definit fil-Kapitolu II, il-punt 5.1 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP, abbażi tal-informazzjoni disponibbli fiż-żmien li jiġi ppreżentat il-WP.

Kummenti tal-WP

Kwalunkwe kumment ieħor.

Sena ta’ referenza AR

Daħħal is-sena li għaliha tkun inġabret id-data.

Popolazzjoni totali (AR)

Il-popolazzjoni tinkludi l-bastimenti attivi u inattivi kollha rreġistrati fir-Reġistru tal-Flotta tas-Sajd tal-Unjoni kif definit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/218 fil-31 ta’ Diċembru tas-sena tar-rapportar u l-bastimenti li ma jidhrux fir-Reġistru f’dik id-data iżda li jkunu stadu minn tal-anqas jum wieħed matul is-sena tar-rapportar.

Kummenti tal-AR

Kwalunkwe kumment ieħor.


Tabella 5.2: Varjabbli ekonomiċi u soċjali għall-istrateġija għall-ġbir tad-data dwar is-sajd

Kumment ġenerali: Din it-tabella tissodisfa l-Artikolu 5(2)(d), l-Artikolu 6(3)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1004, u l-Kapitolu II, il-punt 5 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Din it-tabella hija maħsuba biex tispeċifika d-data li għandha tinġabar skont it-Tabelli 7 u 9 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Uża din it-Tabella biex tagħti ħarsa ġenerali tal-popolazzjoni għad-data ekonomika u soċjali fis-settur tas-sajd.

Isem tal-kamp

Deskrizzjoni

SM

Uża l-kodiċi ISO 3166-1 alpha-3 eż. “DEU”. Ara MasterCodeList “SM”.

Sena ta’ implimentazzjoni

Indika s-sena jew firxa ta’ snin li fiha se tiġi implimentata l-attività, billi tuża l-format “202X” jew “202X-202X”.

Suprareġjun

Uża l-konvenzjoni tal-ismijiet mit-Tabella 2 tal-anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-EU MAP. Jekk l-informazzjoni tirreferi għas-suprareġjuni kollha, daħħal “is-suprareġjuni kollha”. Ara MasterCodeList “Suprareġjun”.

Indikatur Ġeografiku

L-“Indikatur Ġeografiku” jiddistingwi s-segmenti tal-flotta li joperaw fir-reġjuni ultraperiferiċi u s-segmenti tal-flotta li joperaw esklussivament f’ilmijiet mhux tal-UE (ilmijiet internazzjonali + ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd ta’ pajjiżi terzi). Jekk Indikatur Ġeografiku ma jkunx rilevanti, uża l-kodiċi “NGI”. Ara MasterCodeList “Indikatur Ġeografiku”.

Indikatur tal-attività

Uża l-indikaturi tal-attività li ġejjin: Attiva baxxa; Attiva u MA. Jekk taqsam segment tal-flotta f’livelli ta’ attività differenti, uża “L” għall-bastimenti b’attività baxxa u “A” għall-bastimenti b’attività ekonomika normali. Is-somma tal-bastimenti b’attivitajiet “L” u “A” jenħtieġ li tkun ugwali għall-popolazzjoni totali ta’ dak is-segment. Il-metodoloġija ta’ kif għandu jiġi applikat il-livell ta’ attività hija pprovduta fir-Rakkomandazzjoni 5 tal-PGECON 2018. Jekk il-livell ta’ attività ma jiġix applikat, uża “MA”. Ara MasterCodeList “Indikatur tal-attività”.

Tip ta’ varjabbli (E/S)

Daħħal il-kategorija li għaliha jappartjenu l-varjabbli: “E” (ekonomika) jew “S” (soċjali). Ara l-kolonna “Deskrizzjoni” fil-MasterCodeList “Varjabbli Ekonomiċi u Soċjali”.

Isem is-segment jew il-cluster

Daħħal l-isem ta’ segment jew ta’ cluster, f’każ ta’ raggruppament.

Uża l-konvenzjoni tal-ismijiet mit-Tabella 8 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Agħmel asterisk f’każ li s-segment ikun ġie raggruppat ma’ segment(i) oħrajn għal skopijiet ta’ ġbir tad-data u rapportar, eż. “Bastiment tat-tkarkir bit-travu 0-< 6 m*”. Ara l-gwida tal-WP għall-kaxxa tat-test 5.2, punt 1. Ara l-kodiċijiet “Teknika tas-sajd” u “Klassi tat-tul” fil-MasterCodeList. Għall-ġbir tad-data soċjali, tista’ tuża l-kodiċi “Is-segmenti kollha” mil-lista tas-“Segment jew isem il-cluster” fil-MasterCodeList.

Varjabbli ekonomiċi u soċjali

Uża l-konvenzjoni tal-ismijiet mill-kolonna 2 tat-Tabella 7 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP għall-varjabbli ekonomiċi, u t-Tabella 9 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP għall-varjabbli soċjali. Ara l-kolonna “Deskrizzjoni” għal-lista “Varjabbli Ekonomiċi u Soċjali” fil-MasterCodeList.

Sors tad-data

Indika s-sorsi tad-data użati. Jekk ma jkun hemm l-ebda ġbir pjanat tad-data għal xi varjabbli, daħħal “MA” (“Mhux applikabbli”).

Sorsi tad-data multipli separati b’“;”. Ara MasterCodeList. “Sors tad-data”.

Skema għall-ġbir tad-data

Daħħal il-kodiċi tal-iskema għall-ġbir tad-data (C - Ċensiment; PSS - Stħarriġ Kampjunarju tal-Probabbiltà; NPS - Stħarriġ Kampjunarju Mhux tal-Probabbiltà; IND — Stħarriġ indirett, fejn il-varjabbli ma jinġabarx direttament iżda jiġi stmat jew derivat.). Jekk ma jkun hemm l-ebda ġbir pjanat tad-data għal xi varjabbli, daħħal “MA” (“Mhux applikabbli”).

Ara MasterCodeList “Skema għall-ġbir tad-data”.

Rata pjanata tal-kampjun (%)

Indika r-rata pjanata tal-kampjun (%) abbażi tal-popolazzjoni. Jekk ma jkun hemm l-ebda ġbir pjanat tad-data għal xi varjabbli, daħħal “L” (le).

Jekk l-“Iskema tal-ġbir tad-data” ta’ entrati multipli ta’ “Sors tad-data” ikunu l-istess, żid il-perċentwali għar-“Rata pjanata tal-kampjun” u ppreżentahom f’linja waħda.

Għal kull “Sors tad-data” bi “Skema tal-ġbir tad-data” differenti, daħħal il-valuri għar-“Rata pjanata tal-kampjun” f’linji separati.

Jekk is-“Sors tad-data” jkun relatat mar-Regolament ta’ Kontroll, iċ-ċifri korrispondenti jistgħu jiġu injorati (peress li jkollhom ikunu 100 % fil-każijiet kollha).

Kummenti tal-WP

Indika jekk l-Istat Membru tiegħek iwettaq kontroverifiki tas-sorsi tad-data użati flimkien mas-sors ewlieni tad-data, u ddeskrivi l-proċess fl-Anness 1.2.

Kwalunkwe kumment ieħor.

Sena ta’ referenza AR

Daħħal is-sena li għaliha tkun inġabret id-data.

Popolazzjoni totali

Daħħal in-numru tal-popolazzjoni totali. Dan jenħtieġ li jkun konsistenti mal-kolonna “Popolazzjoni totali (AR)” fit-Tabella 5.1.

Rata tal-kampjun pjanata aġġornata (%)

Daħħal ir-rata tal-kampjun (%), aġġornata matul il-proċess tal-kampjunar (abbażi ta’ informazzjoni aġġornata).

Numru tal-kampjun pjanat aġġornat

Din il-kolonna timtela awtomatikament bin-numri sħaħ (l-ebda frazzjoni).

“Numru tal-kampjun pjanat aġġornat” = “Popolazzjoni totali”*“Rata tal-kampjun pjanata aġġornata (%)”

Numru ta’ rispons miksub

Daħħal in-numru ta’ tweġibiet riċevuti.

Rata ta’ rispons (%)

Numru ta’ tweġibiet/Daqs tal-kampjun

“Rata ta’ rispons (%)” = (“Numru ta’ rispons miksub”/“Numru tal-kampjun pjanat aġġornat”) %

Kopertura miksuba (%)

“Kopertura miksuba (%)” = (“Numru ta’ rispons miksub”/“Popolazzjoni totali (AR)”) %

Rata tal-kampjun pjanata aġġornata/Rata tal-kampjun pjanata (%)

“Rata tal-kampjun pjanata aġġornata (%)”/“Rata tal-kampjun pjanata (%)”

Kummenti tal-AR

Żid kummenti biex tiċċara kwalunkwe devjazzjoni mill-pjan ta’ ħidma.


Kaxxa tat-Test 5.2: Varjabbli ekonomiċi u soċjali għall-istrateġija għall-ġbir tad-data dwar is-sajd

Kumment ġenerali: Din il-kaxxa tat-test tissodisfa l-Artikolu 5(2)(d), l-Artikolu 6(3)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1004, u l-Kapitolu II, il-punt 5 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Huwa maħsub sabiex jispeċifika d-data li għandha tinġabar taħt it-Tabelli 7, 8 u 9 tal -anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP.

1.   Deskrizzjoni tar-raggruppament

Fil-każijiet fejn segment tal-flotta jkollu anqas minn 10 bastimenti:

(a)

Ir-raggruppament jista’ jkun meħtieġ biex jitfassal il-pjan tal-kampjunar u biex ikunu rrapportati l-varjabbli ekonomiċi;

(b)

L-Istati Membri għandhom jirrapportaw liema segmenti tal-flotta kienu tqiegħdu fi gruppi fil-livell nazzjonali u għandhom jiġġustifikaw ir-raggruppament abbażi ta’ analiżi statistika;

(c)

Fir-rapport annwali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw in-numru ta’ bastimenti li jkun itteħdilhom kampjun għal kull segment tal-flotta indipendentement minn kull raggruppament magħmul biex tinġabar jew tingħata d-data.

Ir-raggruppament jenħtieġ li jiġi deskritt, u jenħtieġ li tingħata informazzjoni dwar is-segmenti li huma raggruppati.

L-Istat Membru jenħtieġ li jiddistingwi bejn is-segmenti kkunsidrati għar-raggruppament kif ġej:

(a)

Segmenti importanti b’karatteristiċi distinti;

(b)

Segmenti simili għal segmenti oħra;

(c)

Segmenti mhux importanti b’karatteristiċi distinti.

L-importanza tas-segmenti tal-flotta jenħtieġ li tiġi vvalutata f’termini ta’ ħatt l-art (valur u volum) u/jew sforz. Ix-xebh jenħtieġ li jintwera bl-użu ta’ għarfien espert dwar ix-xejriet tas-sajd jew dwar id-data disponibbli dwar il-ħatt l-art u/jew l-isforz.

Għal kull wieħed mill-każijiet deskritti, l-Istat Membru jenħtieġ li japplika l-approċċi li ġejjin għar-raggruppament skont il-karatteristiċi differenti tas-segmenti tal-flotta:

(a)

Segmenti importanti b’karatteristiċi distinti

(b)

Tali segmenti jenħtieġ li ma jinġabrux flimkien sakemm ma jkunx strettament meħtieġ fir-rapportar tad-data għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità. Id-data jenħtieġ li tinġabar separatament għal dawn is-segmenti u tiġi inkluża fit-totali nazzjonali (sakemm ma tkunx possibbli identifikazzjoni separata bħala konsegwenza).

(c)

Segmenti simili għal segmenti oħra

(d)

Tali segmenti jistgħu jiġu raggruppati għal finijiet ta’ kampjunar, kif ukoll għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità. Is-segmenti amalgamati jenħtieġ li jintgħażlu skont kriterji li jenħtieġ li jiġu spjegati u ġġustifikati bis-sħiħ mill-Istat Membru. Partikolarment, l-approċċ biex tiġi ddeterminata s-similarità jenħtieġ li jiġi deskritt b’mod ċar mill-Istat Membru.

(e)

Segmenti mhux importanti b’karatteristiċi distinti

(f)

Tali segmenti jistgħu jiġu raggruppati għal finijiet ta’ kampjunar, kif ukoll għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità. Dawn is-segmenti jistgħu jingħaqdu ma’ segmenti oħrajn mhux importanti. Ir-raggruppament ta’ dawn is-segmenti ma’ segmenti importanti oħra jenħtieġ li jiġi evitat. L-Istat Membru jenħtieġ li jispjega kif ġie ddeterminat il-livell aktar baxx ta’ importanza u għal liema raġunijiet intgħażlu s-segmenti raggruppati. Il-clusters jenħtieġ li jissemmew wara l-akbar segment f’termini ta’ numri ta’ bastimenti jew sinifikat ekonomiku.

2.   Deskrizzjoni tal-indikatur tal-attività

Jekk l-Istat Membru jkun qed juża indikatur tal-attività biex jaqsam is-segment tal-flotta f’livelli ta’ attività differenti, uża “L” għall-bastimenti b’attività baxxa u “A” għall-bastimenti b’attività ekonomika normali. Jekk jogħġbok ipprovdi deskrizzjoni tal-metodoloġija tal-attività użata.

3.   Devjazzjoni mid-definizzjonijiet tal-RCG ECON (eks PGECON)

Iddeskrivi u ġġustifika kwalunkwe devjazzjoni minn definizzjonijiet varjabbli kif elenkati fid-“Dokument ta’ Gwida tal-EU MAP” fuq is-sit web tad-DCF.

F’każ li l-PIM ma jintużax, spjega u iġġustifika l-applikazzjoni ta’ metodi alternattivi.

(massimu ta’ 900 kelma)

Devjazzjonijiet mill-pjan ta’ ħidma

Elenka l-bidliet mill-WP (jekk ikun hemm) u spjega r-raġunijiet.

Azzjonijiet biex jiġu evitati devjazzjonijiet

Iddeskrivi fil-qosor l-azzjonijiet li se jiġu kkunsidrati/ttieħdu biex jiġu evitati devjazzjonijiet fil-futur u meta dawn l-azzjonijiet huma mistennija li jipproduċu effett. Jekk ma jkun hemm ebda devjazzjoni, allura din it-taqsima ma hijiex applikabbli.

(massimu ta’ 900 kelma)

6:   Data ekonomika u soċjali fl-akkwakultura

Tabella 6.1: Varjabbli ekonomiċi u soċjali għall-istrateġija għall-ġbir tad-data dwar l-akkwakultura

Kumment ġenerali: Din it-tabella tissodisfa l-Artikolu 5(2)(e), l-Artikolu 6(3)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1004, u l-Kapitolu II, il-punt 6 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Din it-tabella hija maħsuba biex tispeċifika d-data li għandha tinġabar skont it-Tabelli 9, 10, u 11 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Uża din it-Tabella biex tagħti ħarsa ġenerali lejn il-ġbir ta’ data ekonomika u soċjali mis-settur tal-akkwakultura. Timlix it-Tabella 6.1 jekk il-produzzjoni tal-akkwakultura tal-Istat Membru tiegħek tkun taħt is-soll ta’ 1 % tal-UE. Uża l-Kaxxa tat-test 6.1 biex tindika u tiġġustifika s-soll applikat.

Isem tal-kamp

Deskrizzjoni

SM

Uża l-kodiċi ISO 3166-1 alpha-3 eż. “DEU”. Ara MasterCodeList “SM”.

Sena ta’ implimentazzjoni

Indika s-sena jew firxa ta’ snin li fiha se tiġi implimentata l-attività, billi tuża l-format “202X” jew “202X-202X”.

Tekniki tal-akkwakultura

Daħħal is-segmentazzjoni tad-data skont l-ispeċi u t-teknika għall-akkwakultura, kif imsemmi fit-Tabella 11 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Għad-definizzjonijiet tat-tekniki tal-biedja, ara r-Regolament (KE) Nru 762/2008. Il-ġbir tad-data ma huwiex obbligatorju jekk ikun taħt il-limitu applikat mill-Istat Membru. Ara l-listi tat-“Teknika tal-akkwakultura” u tal-“Grupp ta’ speċijiet tal-akkwakultura” fil-MasterCodeList.

Grupp ta’ speċijiet tal-akkwakultura

Daħħal is-segmentazzjoni tad-data skont l-ispeċi u t-teknika għall-akkwakultura, kif imsemmi fit-Tabella 11 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Għad-definizzjonijiet tat-tekniki tal-biedja, ara r-Regolament (KE) Nru 762/2008. Il-ġbir tad-data ma huwiex obbligatorju jekk ikun taħt il-limitu applikat mill-Istat Membru. Ara l-listi tat-“Teknika tal-akkwakultura” u tal-“Grupp ta’ speċijiet tal-akkwakultura” fil-MasterCodeList.

Tip ta’ varjabbli (E/S)

Daħħal il-kategorija li għaliha jappartjenu l-varjabbli: “E” (ekonomika) jew “S” (soċjali). Ara l-kolonna “Deskrizzjoni” fil-MasterCodeList “Varjabbli Ekonomiċi u Soċjali”.

Varjabbli ekonomiċi u soċjali

Uża l-konvenzjoni tal-ismijiet mill-kolonna 2 tat-Tabella 10 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP għall-varjabbli ekonomiċi, u t-Tabella 9 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP għall-varjabbli soċjali. Ara MasterCodeList “Varjabbli Ekonomiċi u Soċjali”.

Sors tad-data

Indika s-sorsi tad-data użati. Sorsi ta’ data multipli separati b’“;”. Ara MasterCodeList “Sors tad-data”.

Skema għall-ġbir tad-data

Daħħal il-kodiċi tal-iskema għall-ġbir tad-data (C - Ċensiment; PSS - Stħarriġ Kampjunarju tal-Probabbiltà; NPS - Stħarriġ Kampjunarju Mhux tal-Probabbiltà; IND — Stħarriġ indirett, fejn il-varjabbli ma jinġabarx direttament iżda jiġi stmat jew derivat.). Ara MasterCodeList “Skema għall-ġbir tad-data”.

Limiti tal-akkwakultura

Indika l-limitu applikat skont il-Kapitolu II, il-punt 7 tal-anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-EU MAP.

Ara MasterCodeList “Limiti tal-akkwakultura”.

Rata pjanata tal-kampjun (%)

Indika r-rata pjanata tal-kampjun (%) abbażi tal-popolazzjoni, kif definita fil-Kapitolu II, il-punt 6.1 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Jekk ma jkun hemm l-ebda ġbir pjanat tad-data għal xi varjabbli daħħal “L” (le).

Jekk l-“Iskema tal-ġbir tad-data” ta’ entrati multipli ta’ “Sors tad-data” ikunu l-istess, żid il-perċentwali għar-“Rata pjanata tal-kampjun” u ppreżentahom f’linja waħda.

Għal kull “Skema tal-ġbir tad-data” b’“Sors tad-data” differenti, daħħal il-valuri għar-“Rata tal-kampjun pjanata” f’linji separati.

Kummenti tal-WP

Indika jekk l-Istat Membru tiegħek iwettaq kontroverifiki tas-sorsi tad-data użati flimkien mas-sors ewlieni tad-data, u ddeskrivi l-proċess fl-Anness 1.2.

Kwalunkwe kumment ieħor.

Sena ta’ referenza AR

Daħħal is-sena li għaliha tkun inġabret id-data.

Numru ta’ intrapriżi

Daħħal in-numru ta’ intrapriżi fis-segment.

Rata tal-kampjun pjanata aġġornata (%)

Daħħal ir-rata tal-kampjun (%), aġġornata matul il-proċess tal-kampjunar (abbażi ta’ informazzjoni aġġornata).

Numru tal-kampjun pjanat aġġornat

Din il-kolonna timtela awtomatikament bin-numri sħaħ (l-ebda frazzjoni).

“Numru tal-kampjun pjanat aġġornat” = “Numru ta’ intrapriżi” * “Rata tal-kampjun pjanata aġġornata (%)”

Numru ta’ rispons miksub

Daħħal in-numru ta’ tweġibiet riċevuti.

Rata ta’ rispons (%)

Numru ta’ tweġibiet/Daqs tal-kampjun

“Rata ta’ rispons (%)” = (“Numru ta’ rispons miksub”/“Numru tal-kampjun pjanat aġġornat”) %

Kopertura miksuba (%)

“Kopertura miksuba (%)” = (“Numru ta’ rispons miksub”/“Numru ta’ intrapriżi”) %

Rata tal-kampjun pjanata aġġornata/Rata tal-kampjun pjanata (%)

“Rata tal-kampjun pjanata aġġornata (%)”/“Rata tal-kampjun pjanata (%)”

Kummenti tal-AR

Żid kummenti biex tiċċara kwalunkwe devjazzjoni mill-pjan ta’ ħidma.


Kaxxa tat-Test 6.1: Varjabbli ekonomiċi u soċjali għall-istrateġija għall-ġbir tad-data dwar l-akkwakultura

Kumment ġenerali: Din il-kaxxa tat-test tissodisfa l-Artikolu 5(2)(e), l-Artikolu 6(3)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1004, u l-Kapitolu II, il-punt 6 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Huwa maħsub li jispeċifika d-data li għandha tinġabar skont it-Tabelli 10 u 11 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP.

1.   Deskrizzjoni tal-applikazzjoni tal-limitu

Jekk jogħġbok ipprovdi perċentwal għall-produzzjoni tal-Istat Membru mill-aħħar produzzjoni tal-akkwakultura tal-UE rrapportata lill-Eurostat. Iddeskrivi u iġġustifika s-soll(ijiet) applikat(i).2. Devjazzjoni mid-definizzjonijiet tal-RCG ECON (eks PGECON)

Iddeskrivi u ġġustifika kwalunkwe devjazzjoni minn definizzjonijiet varjabbli kif elenkati fid-“Dokument ta’ Gwida tal-EU MAP” fuq is-sit web tad-DCF.

(massimu ta’ 900 kelma)

Devjazzjonijiet mill-pjan ta’ ħidma

Elenka l-bidliet mill-WP (jekk ikun hemm) u spjega r-raġunijiet.

Azzjonijiet biex jiġu evitati devjazzjonijiet

Iddeskrivi fil-qosor l-azzjonijiet li se jiġu kkunsidrati/ttieħdu biex jiġu evitati devjazzjonijiet fil-futur u meta dawn l-azzjonijiet huma mistennija li jipproduċu effett. Jekk ma jkun hemm ebda devjazzjoni, allura din it-taqsima ma hijiex applikabbli.

(massimu ta’ 900 kelma)

7:   Data ekonomika u soċjali fl-ipproċessar tal-ħut

Tabella 7.1: Varjabbli ekonomiċi u soċjali għall-istrateġija għall-ġbir tad-data dwar l-ipproċessar tal-ħut

Kumment ġenerali: Din it-tabella tissodisfa l-Artikolu 5(2)(f), l-Artikolu 6(3)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1004, u l-Kapitolu II, il-punt 7 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Din it-tabella hija maħsuba biex tispeċifika d-data li għandha tinġabar skont l-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP għall-ġbir tad-data komplementari. Uża din it-Tabella biex tagħti ħarsa ġenerali tal-ġbir tad-data ekonomika u soċjali tal-industrija tal-ipproċessar. Speċifika l-ġbir tad-data għall-varjabbli li ma humiex koperti mill-Eurostat jew li għalihom ikun meħtieġ kampjunar addizzjonali. Id-data ekonomika u soċjali tista’ tinġabar għall-intrapriżi tal-ipproċessar tal-ħut li għandhom anqas minn 10 impjegati, għall-intrapriżi li għandhom l-ipproċessar tal-ħut bħala attività sekondarja, u għall-varjabbli mhux koperti mill-Eurostat.

Il-ġbir tad-data komplementari għall-ipproċessar tal-ħut jista’ jiġi implimentat fuq bażi volontarja.

Isem tal-kamp

Deskrizzjoni

SM

Uża l-kodiċi ISO 3166-1 alpha-3 eż. “DEU”. Ara MasterCodeList “SM”.

Sena ta’ implimentazzjoni

Indika s-sena jew firxa ta’ snin li fiha se tiġi implimentata l-attività, billi tuża l-format “202X” jew “202X-202X”.

Segment tal-ipproċessar tal-ħut

Uża n-numru ta’ persuni impjegati bħala l-kriterji tas-segmentazzjoni, f’konformità mas-segmentazzjoni tal-Eurostat: kumpaniji <= 10; kumpaniji 11-49; kumpaniji 50-249; kumpaniji > 250. Daħħal “MA” jekk ma tiġi applikata l-ebda segmentazzjoni. Ara MasterCodeList “Segment tal-ipproċessar tal-ħut”.

Tip ta’ varjabbli (E/S)

Daħħal il-kategorija li għaliha jappartjenu l-varjabbli: “E” (ekonomika) jew “S” (soċjali). Ara l-kolonna “Deskrizzjoni” fil-MasterCodeList “Varjabbli Ekonomiċi u Soċjali”.

Varjabbli ekonomiċi u soċjali

Uża l-kodiċijiet mill-MasterCodeList “Varjabbli Ekonomiċi u Soċjali”, f’konformità mal-Anness V tar-rapport tal-PGECON tal-2020.

Attività tal-ipproċessar tal-ħut

Uża l-kodiċijiet mill-MasterCodeList “Attività tal-ipproċessar tal-ħut”.

Sors tad-data

Indika s-sorsi tad-data użati. Sorsi ta’ data multipli separati b’“;”. Ara MasterCodeList “Sors tad-data”.

Skema għall-ġbir tad-data

Daħħal il-kodiċi tal-iskema għall-ġbir tad-data (C - Ċensiment; PSS - Stħarriġ Kampjunarju tal-Probabbiltà; NPS - Stħarriġ Kampjunarju Mhux tal-Probabbiltà; IND — Stħarriġ indirett, fejn il-varjabbli ma jinġabarx direttament iżda jiġi stmat jew derivat.). Ara MasterCodeList “Skema għall-ġbir tad-data”.

Rata pjanata tal-kampjun (%)

Il-popolazzjoni tista’ tirreferi għal intrapriżi li l-attività prinċipali tagħhom hija definita skont id-definizzjoni tal-Eurostat skont il-Kodiċi 15.20 tal-NACE: “Proċessar u preservazzjoni tal-ħut u tal-prodotti tal-ħut” u għal dawk li għandhom l-ipproċessar tal-ħut bħala attività mhux prinċipali.

Jekk l-“Iskema tal-ġbir tad-data” ta’ entrati multipli ta’ “Sors tad-data” ikunu l-istess, żid il-perċentwali għar-“Rata pjanata tal-kampjun” u ppreżentahom f’linja waħda.

Għal kull “Skema tal-ġbir tad-data” b’“Sors tad-data” differenti, daħħal il-valuri għar-“Rata tal-kampjun pjanata” f’linji separati.

Kummenti tal-WP

Indika jekk l-Istat Membru tiegħek iwettaq kontroverifiki tas-sorsi tad-data użati flimkien mas-sors ewlieni tad-data, u ddeskrivi l-proċess fl-Anness 1.2.

Kwalunkwe kumment ieħor.

Sena ta’ referenza AR

Daħħal is-sena li għaliha tkun inġabret id-data.

Numru ta’ intrapriżi

Daħħal in-numru ta’ intrapriżi fis-segment.

Rata tal-kampjun pjanata aġġornata (%)

Daħħal ir-rata tal-kampjun (%), aġġornata matul il-proċess tal-kampjunar (abbażi ta’ informazzjoni aġġornata).

Numru tal-kampjun pjanat aġġornat

Din il-kolonna timtela awtomatikament bin-numri sħaħ (l-ebda frazzjoni).

“Numru tal-kampjun pjanat aġġornat” = “Numru ta’ intrapriżi” * “Rata tal-kampjun pjanata aġġornata (%)”

Numru ta’ rispons miksub

Daħħal in-numru ta’ tweġibiet riċevuti.

Rata ta’ rispons (%)

Numru ta’ tweġibiet/Daqs tal-kampjun

“Rata ta’ rispons (%)” = (“Numru ta’ rispons miksub”/“Numru ta’ kampjun pjanat aġġornat”) %

Kopertura miksuba (%)

“Kopertura miksuba (%)” = (“Numru ta’ rispons miksub”/“Numru ta’ intrapriżi”) %

Rata tal-kampjun pjanata aġġornata/Rata tal-kampjun pjanata (%)

“Rata tal-kampjun pjanata aġġornata (%)”/“Rata tal-kampjun pjanata (%)”

Kummenti tal-AR

Żid kummenti biex tiċċara kwalunkwe devjazzjoni mill-pjan ta’ ħidma.


Kaxxa tat-Test 7.1: Varjabbli ekonomiċi u soċjali għall-istrateġija għall-ġbir tad-data dwar l-ipproċessar tal-ħut

Kumment ġenerali: Din il-kaxxa tat-test tissodisfa l-Artikolu 5(2)(f), l-Artikolu 6(3)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1004, u l-Kapitolu II, il-punt 7 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP.

1.

L-Istat Membru jenħtieġ li jipprovdi ġustifikazzjonijiet għall-ġbir tad-data komplementari għall-ipproċessar tal-ħut apparti d-data tal-Eurostat.

2.

Devjazzjoni mid-definizzjonijiet tal-RCG ECON (eks PGECON)

Iddeskrivi u ġġustifika kwalunkwe devjazzjoni minn definizzjonijiet varjabbli kif elenkati fid-“Dokument ta’ Gwida tal-EU MAP” fuq is-sit web tad-DCF.

(massimu ta’ 900 kelma)

Devjazzjonijiet mill-pjan ta’ ħidma

Elenka l-bidliet mill-WP (jekk ikun hemm) u spjega r-raġunijiet.

Azzjonijiet biex jiġu evitati devjazzjonijiet

Iddeskrivi fil-qosor l-azzjonijiet li se jiġu kkunsidrati/ttieħdu biex jiġu evitati devjazzjonijiet fil-futur u meta dawn l-azzjonijiet huma mistennija li jipproduċu effett. Jekk ma jkun hemm ebda devjazzjoni, allura din it-taqsima ma hijiex applikabbli.

(massimu ta’ 900 kelma)

III –   Rapporti ta’ kwalità mehmuża fil-pjanijiet ta’ ħidma u fir-rapporti annwali

Il-pjanijiet ta’ ħidma u r-rapporti annwali għandhom jinkludu annessi b’rapporti ta’ kwalità. Il-mudelli għal dawn l-annessi huma elenkati hawn taħt. Il-kampi bojod għandhom jimtlew għall-pjan ta’ ħidma, il-kampi griżi japplikaw għar-rapport annwali.

“ANNESS 1.1 - Rapport tal-kwalità għall-iskema ta’ kampjunar tad-data bijoloġika”

Uża dan l-anness biex tiddikjara jekk teżistix dokumentazzjoni fil-proċess tal-ġbir tad-data (disinn, implimentazzjoni tal-kampjunar, ksib tad-data, ħżin tad-data, ħżin tal-kampjun u pproċessar tad-data) u identifika fejn tista’ tinstab din id-dokumentazzjoni. Ipprovdi deskrizzjonijiet qosra fejn indikat hekk, anki jekk id-dokumentazzjoni tista’ tinstab bl-Ingliż. L-ismijiet tal-iskemi u tal-istrati tal-kampjunar għandhom ikunu identiċi għal dawk fit-Tabelli 2.2, 2.3, 2.4, 2.5, 2.6 u 4.1 tal-WP/AR. Għal informazzjoni dwar il-kwalità ta’ stħarriġ xjentifiku, uża l-akronimu tal-istħarriġ bħala identifikatur tal-iskema ta’ kampjunar. Għal stħarriġ obbligatorju, irreferi għat-Tabella 1 tal-anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-EU MAP, ara wkoll il-MasterCodeList “Stħarriġ obbligatorju fuq il-baħar”.

SM:

Reġjun:

Identifikatur tal-iskema ta’ kampjunar:

Tip ta’ skema ta’ kampjunar:

Tip ta’ osservazzjoni:

Perjodu ta’ żmien ta’ validità: minn meta sa meta

Deskrizzjoni qasira (massimu ta’ 100 kelma): eż. skema ta’ kampjunar li għandha l-għan li tiġbor kampjuni tat-tul minn ħatt l-art kummerċjali għall-ispeċijiet kollha elenkati fit-Tabella 1 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. L-iskema tkopri r-reġjuni kontinentali u ultraperiferiċi kollha (“RUP” bil-Franċiż, bil-Portugiż, u bl-Ispanjol).

Deskrizzjoni tal-popolazzjoni

Popolazzjoni fil-mira: Speċifika l-unitajiet ta’ kampjunar primarju (PSUs), eż. il-port nazzjonali kollu*jiem (informazzjoni preżenti fl-eks Tabella 4B). Għal stħarriġ ta’ riċerka: speċifika l-ispeċijiet fil-mira prinċipali minn perspettiva ta’ stħarriġ (għall-kuntrarju tat-Tabella 1 fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni) u ż-żona prinċipali tal-istħarriġ.

Popolazzjoni fil-kampjun: Speċifika liema parti mill-popolazzjoni fil-mira se tittieħed fil-kampjun u speċifika liema parti mill-popolazzjoni fil-mira ma hijiex aċċessibbli għall-kampjunar jew eskluża għal xi raġuni, eż. portijiet ewlenin li qed jiġu elenkati bħala irkantijiet bl-esklużjoni tal-portijiet minuri kollha u l-ebda kampjunar matul tmiem il-ġimgħa. Għall-istħarriġ ta’ riċerka fuq il-baħar iddeskrivi l-ispeċijiet fil-mira fi stħarriġiet dwar speċijiet uniċi jew il-komponenti tal-ekosistema (eż. demersali, pelaġiċi) fi stħarriġiet dwar diversi speċijiet.

Stratifikazzjoni: Spjega l-loġika meħuda biex tiġi stratifikata l-popolazzjoni u n-numru ta’ strati ġġenerati, eż. il-popolazzjoni stratifikata fi tliet lottijiet ġeografiċi (minn A sa B, minn B sa C u minn C sa D). Imbagħad, kull lott jiġi stratifikat bl-irkant.

Kumment tal-AR: Indika kwalunkwe devjazzjoni.

Disinn tal-kampjunar u protokolli

Deskrizzjoni tad-disinn tal-kampjunar: Iddeskrivi kif tiġi ddefinita l-allokazzjoni tal-kampjunar; kif jintgħażlu l-PSUs u l-SSUs għall-kampjunar; indika għal liema frazzjoni ta’ qbid tapplika l-iskema ta’ kampjunar.

Id-disinn tal-kampjunar huwa konformi mal-prinċipju 4S?: I/L/MA (MA għal eż. stħarriġiet u skemi ta’ kampjunar diadromi u rikreattivi)

Koordinazzjoni reġjonali: Indika jekk id-disinn tal-kampjunar u l-protokolli ġewx żviluppati bħala parti minn ftehim reġjonali jew multilaterali, u jekk iva, irreferi għall-ftehim (tabella 1.3) u elenka l-Istati Membri parteċipanti kollha.

Link għad-dokumentazzjoni tad-disinn tal-kampjunar: Ipprovdi link għal paġna web fejn tista’ tinstab id-dokumentazzjoni. Jekk ma jkun hemm disponibbli l-ebda link, iżda teżisti dokumentazzjoni, ipprovdi referenza tal-letteratura (awtur(i), sena u tip ta’ pubblikazzjoni - eż. rapport intern). Jekk ma teżisti l-ebda dokumentazzjoni dwar id-disinn tal-kampjunar, ipprovdi xi dettalji fil-kaxxa tat-test.

Konformità mar-rakkomandazzjonijiet internazzjonali: Daħħal “I” (iva) jekk id-disinn tal-kampjunar ikun konformi mar-rakkomandazzjonijiet internazzjonali, u “L” jekk le. Jekk ma jeżisti l-ebda grupp ta’ esperti jew ta’ koordinazzjoni rilevanti, id-disinn tal-kampjunar jenħtieġ li jiġi spjegat fil-qosor fit-test, u jenħtieġ li jkun disponibbli fuq talba għall-evalwaturi.

Link għad-dokumentazzjoni tal-protokoll tal-kampjunar: Ipprovdi link għal paġna web fejn tista’ tinstab id-dokumentazzjoni. Jekk ma jkun hemm disponibbli l-ebda link, iżda teżisti dokumentazzjoni, ipprovdi referenza tal-letteratura (awtur(i), sena u tip ta’ pubblikazzjoni - eż. rapport intern). Jekk ma teżisti l-ebda dokumentazzjoni dwar id-disinn tal-kampjunar, ipprovdi d-dettalji tal-protokoll tal-kampjunar f’din il-kaxxa tat-test.

Kumment tal-AR: Indika kwalunkwe devjazzjoni.

Implimentazzjoni tal-kampjunar

Reġistrazzjoni tar-rata ta’ rifjut: Indika “I” (iva), “L” (le), jew “MA” (mhux applikabbli, fil-każ ta’ stħarriġ ta’ riċerka). Jekk “L” (le), indika meta (is-sena) se tkun disponibbli d-dokumentazzjoni.

Monitoraġġ tal-progress tal-kampjunar fis-sena tal-kampjunar: Indika kif l-allokazzjonijiet tal-kampjunar jiġu aġġustati (jekk ikun meħtieġ) u segwiti. X’mekkaniżmi hemm stabbiliti biex jiġu solvuti kwistjonijiet u biex jiġu adottati miżuri ta’ mitigazzjoni matul is-sena tal-kampjunar?

Kumment tal-AR: Indika kwalunkwe devjazzjoni.

Ksib tad-data

Mezzi għall-ksib tad-data : Deskrizzjoni qasira (+ ritratt fakultattiv). Indika x’inhuma l-mezzi għall-ġbir tad-data, eż. skali, bord tal-kejl, software iddedikat, eċċ.

Dokumentazzjoni tal-ksib tad-data : Ipprovdi link għal paġna web fejn tista’ tinstab id-dokumentazzjoni. Jekk ma jkun hemm disponibbli l-ebda link, iżda teżisti dokumentazzjoni, ipprovdi referenza tal-letteratura (awtur(i), sena u tip ta’ pubblikazzjoni - eż. rapport intern). Jekk ma teżisti l-ebda dokumentazzjoni dwar il-ksib tad-data (eż. protokolli tal-kejl, stadji tal-maturità, manwal għall-ksib tad-data, eċċ.), ipprovdi xi dettalji fil-kaxxa tat-test.

Dokumentazzjoni tal-verifiki tal-kwalità: Indika “I” (iva) jew “L” (le). Jekk “L” (le), indika meta (is-sena) se tkun disponibbli d-dokumentazzjoni. Ipprovdi link għal paġna web fejn tista’ tinstab id-dokumentazzjoni. Jekk ma jkun hemm disponibbli l-ebda link, iżda teżisti dokumentazzjoni, ipprovdi referenza tal-letteratura (awtur(i), sena u tip ta’ pubblikazzjoni - eż. rapport intern). Jekk ma teżisti l-ebda dokumentazzjoni dwar il-verifiki tal-kwalità, ipprovdi xi dettalji fil-kaxxa tat-test.

Kumment tal-AR: Indika kwalunkwe devjazzjoni.

Ħżin tad-data

Bażi tad-data nazzjonali: Ipprovdi l-isem tal-bażi tad-data nazzjonali, jekk applikabbli. Inkella, daħħal “MA” (mhux applikabbli). Ipprovdi link jekk il-bażi tad-data tkun aċċessibbli permezz ta’ sit web.

Bażi tad-data internazzjonali: Ipprovdi l-isem tal-bażi(jiet) tad-data internazzjonali u l-organizzazzjoni li tospita l-bażi tad-data, jekk applikabbli. Inkella, daħħal “MA” (mhux applikabbli). Ipprovdi link jekk il-bażi tad-data tkun aċċessibbli permezz ta’ sit web.

Verifiki tal-kwalità u dokumentazzjoni tal-validazzjoni tad-data : Ipprovdi link għall-paġna web fejn tista’ tinstab id-dokumentazzjoni. Inkella, ipprovdi xi dettalji fil-kaxxa tat-test.

Kumment tal-AR: Indika kwalunkwe devjazzjoni.

Ħżin tal-kampjuni

Deskrizzjoni tal-ħżin: Indika t-tip ta’ tessuti rotob u ta’ partijiet ibsin maħżuna (eż. strutturi tal-età, l-istonku, il-plankton, il-ġenetika) u l-post użat għall-ħżin tal-kampjuni; għal kemm żmien jinħażnu l-kampjuni; kif jiġu organizzati l-konservazzjoni u l-manutenzjoni, kif ukoll l-aċċess għall-kampjuni; jekk il-kampjuni humiex maħżuna taħt l-awspiċji/ir-responsabbiltà ta’ organizzazzjoni internazzjonali u, jekk iva, liema waħda. Ipprovdi link għall-informazzjoni dwar il-kwantitajiet ta’ kampjuni maħżuna skont l-ispeċi/istokk, is-subżona ġeografika u skont is-sena.

Analiżi tal-kampjuni: Ipprovdi deskrizzjoni qasira jew referenzi għad-dokumenti, inklużi links għal paġni web (eż. manwali tal-qari tal-età, rapporti u protokolli tal-EGs) jekk ikun xieraq, fejn tiġi pprovduta informazzjoni dwar l-ipproċessar tal-kampjuni.

Kumment tal-AR: Indika kwalunkwe devjazzjoni.

Proċessar ta’ data

Evalwazzjoni tal-preċiżjoni tad-data (preġudizzju u preċiżjoni): Indika “I” (iva) jew “L” (le). Jekk “L” (le), indika meta (is-sena) se tkun disponibbli d-dokumentazzjoni. Ipprovdi link għal paġna web fejn tista’ tinstab id-dokumentazzjoni. Jekk ma jkun hemm disponibbli l-ebda link, iżda teżisti dokumentazzjoni, ipprovdi referenza tal-letteratura (awtur(i), sena u tip ta’ pubblikazzjoni - eż. rapport intern). Jekk ma teżisti l-ebda dokumentazzjoni dwar l-evalwazzjoni tal-preċiżjoni tad-data, ipprovdi xi dettalji fil-kaxxa tat-test.

Metodi ta’ editjar u ta’ imputazzjoni: Indika “I” (iva) jew “L” (le). Jekk “L” (le), indika meta (is-sena) se tkun disponibbli d-dokumentazzjoni. Ipprovdi link għal paġna web fejn tista’ tinstab id-dokumentazzjoni. Jekk ma jkun hemm disponibbli l-ebda link, iżda teżisti dokumentazzjoni, ipprovdi referenza tal-letteratura (awtur(i), sena u tip ta’ pubblikazzjoni - eż. rapport intern). Jekk ma teżisti l-ebda dokumentazzjoni dwar il-metodi ta’ editjar u ta’ imputazzjoni, ipprovdi xi dettalji fil-kaxxa tat-test.

Dokument tal-kwalità assoċjat ma’ sett tad-data : Inħoloq identifikatur tal-oġġett diġitali (DOI) ta’ pubblikazzjoni? Hemm dokument li jiġbor fil-qosor il-proċess ta’ stima li ġie segwit?

Validazzjoni tas-sett tad-data finali: Kif jiġu vvalidati s-settijiet tad-data (verifika tal-kwalità) qabel ma jiġu pprovduti lill-utent finali?

Kumment tal-AR: Indika kwalunkwe devjazzjoni.


Kumment tal-AR: Uża din il-kaxxa tat-test biex tipprovdi kwalunkwe kumment addizzjonali jekk ikun meħtieġ.

“ANNESS 1.2 - Rapport tal-kwalità għall-iskema ta’ kampjunar tad-data soċjoekonomika”

Uża dan l-anness biex tiddeskrivi l-aspetti tal-kwalità tal-proċess tal-ġbir tad-data (disinn, implimentazzjoni tal-kampjunar, ksib tad-data, ħżin tad-data u proċessar tad-data eċċ.). Imla l-anness għal kull skema ta’ kampjunar. Fejn applikabbli, uża l-manwal dwar id-disinn tal-kampjunar (Riżultat 2.1 mill-istudju MARE/2016/22 SECFISH).

Ipprovdi informazzjoni taħt kull punt fit-taqsimiet kollha. Tħassar l-ebda test mill-mudell.

Speċifikazzjonijiet tal-istħarriġ

“Isem tas-settur” jirreferi għad-data soċjoekonomika dwar is-sajd, l-akkwakultura u kwalunkwe ġbir tad-data komplementari għall-attivitajiet tas-sajd u l-ipproċessar, bħal fl-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP.

“Skema ta’ kampjunar” tirreferi għat-teknika tal-istħarriġ: permezz ta’ ċensiment, permezz ta’ kampjunar, aleatorju jew mhux aleatorju, oħrajn (bi spjegazzjoni). Jekk kampjunar, mela spjega d-disinn tal-kampjunar.

“Varjabbli” jirreferu għat-Tabelli 7, 9 u 10 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP.

“Suprareġjun” jirreferi għat-Tabella 2 tal-anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-EU MAP. Jekk l-iskema ta’ kampjunar tkun l-istess fis-suprareġjuni kollha, daħħal “Is-suprareġjuni kollha”.

Isem/Ismijiet tas-settur:

Skema ta’ kampjunar:

Varjabbli:

Suprareġjun(i):

Ippjanar tal-istħarriġ

1.

Ipprovdi deskrizzjoni qasira tal-popolazzjoni li għaliha tapplika l-iskema ta’ kampjunar, eż. “bastimenti inqas attivi li jużaw irkapti passivi”.

Kumment tal-AR: Indika kwalunkwe devjazzjoni.

Disinn u strateġija tal-istħarriġ

1.

Elenka s-sorsi tad-data, eż. intervisti, reġistri, ġurnali, noti tal-bejgħ, VMS, kontijiet finanzjarji eċċ.

2.

Iddeskrivi kif ġew iddeterminati d-daqsijiet tal-kampjun.

3.

Iddeskrivi l-metodi u d-distribuzzjoni tal-istħarriġ, eż. il-formoli tal-kwestjonarju bil-posta, bil-posta elettronika, fuq sit web, bit-telefown, l-aċċess għal settijiet tad-data oħrajn, eċċ.

4.

Iddeskrivi r-rwol tal-informazzjoni awżiljarja, jekk ikun hemm, fl-istrateġija, eż. għall-validazzjoni, kontroreferenzi, bħala sors tad-data ta’ riżerva, eċċ.

Kumment tal-AR: Indika kwalunkwe devjazzjoni.

Disinn tal-istima

1.

Iddeskrivi l-metodu tal-kalkolu tal-istima tal-popolazzjoni mill-kampjun.

2.

Iddeskrivi l-metodu tal-kalkolu tad-data derivata, eż. il-valuri imputati.

3.

Iddeskrivi t-trattament tan-nuqqas ta’ tweġibiet.

Kumment tal-AR: Indika kwalunkwe devjazzjoni.

Verifiki tal-erruri

1.

Iddeskrivi l-erruri potenzjali u kif u fejn fil-proċess dawn jiġu identifikati, evitati jew eliminati, eż. duplikazzjoni tad-data, għadd doppju, errur tar-rispondenti, errur tal-upload, errur tal-ipproċessar, eċċ.

Kumment tal-AR: Indika kwalunkwe devjazzjoni.

Ħżin ta’ data u dokumentazzjoni

1.

Iddeskrivi kif tinħażen id-data.

2.

Ipprovdi link għall-paġna web fejn tista’ tinstab dokumentazzjoni metodoloġika addizzjonali, jekk ikun hemm.

Kumment tal-AR: Indika kwalunkwe devjazzjoni.

Reviżjoni

1.

Iddeskrivi l-frekwenza tar-rieżami tal-metodoloġija, eż. reviżjoni tas-segmentazzjoni, metodu ta’ stħarriġ għal kull segment, għal kull varjabbli, eċċ.

Kumment tal-AR: Indika kwalunkwe devjazzjoni.

Kunfidenzjalità

1.

Hemm stabbiliti u ddokumentati proċeduri għall-immaniġġar ta’ data kunfidenzjali?

2.

Hemm stabbiliti u ddokumentati protokolli għall-infurzar tal-kunfidenzjalità bejn is-sħab tad-DCF?

3.

Hemm stabbiliti u ddokumentati protokolli għall-infurzar tal-kunfidenzjalità ma’ utenti esterni?

4.

Hemm xi kwistjonijiet bil-pubblikazzjoni tad-data minħabba raġunijiet ta’ kunfidenzjalità? Ipprovdi spjegazzjoni.

Kumment tal-AR: Indika kwalunkwe devjazzjoni.


Kumment tal-AR: Uża din il-kaxxa tat-test biex tipprovdi kwalunkwe kumment addizzjonali, jekk ikun meħtieġ.


Top