Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R2283

    Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2283 tal-20 ta’ Diċembru 2021 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1388/2013

    ST/14314/2021/INIT

    ĠU L 458, 22.12.2021, p. 33–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/07/2024

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2283/oj

    22.12.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 458/33


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2021/2283

    tal-20 ta’ Diċembru 2021

    li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1388/2013

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Il-produzzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli u industrijali fl-Unjoni mhijiex biżżejjed biex tlaħħaq mal-ħtiġijiet speċifiċi tal-industriji li jagħmlu użu minnhom fl-Unjoni. Bħala konsegwenza, il-provvisti tal-Unjoni ta’ dawk il-prodotti tiddependi fuq l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. Jenħtieġ li r-rekwiżiti l-aktar urġenti tal-Unjoni għall-prodotti kkonċernati jintlaħqu immedjatament bil-kondizzjonijiet l-aktar favorevoli. Għalhekk jenħtieġ li jinfetħu l-kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni (“kwoti”) b’rati tal-kwota tad--dazju preferenzjali fi ħdan il-limiti tal-volumi tal-kwoti xierqa, filwaqt li titqies il-ħtieġa li ma jħarbtux is-swieq ta’ tali prodotti jew jimpedixxu l-istabbiliment jew l-iżvilupp tal-produzzjoni fl-Unjoni.

    (2)

    Huwa neċessarju li jkun żgurat aċċess ugwali u mingħajr interruzzjoni għall-kwoti għall-importaturi kollha fl-Unjoni, u li tkun żgurata l-applikazzjoni mingħajr interruzzjoni tar-rati tal-kwota tad-dazju stipulati għal dawk il-kwoti għall-importazzjonijiet kollha tal-prodotti kkonċernati fl-Istati Membri kollha sakemm ikunu ġew eżawriti l-kwoti.

    (3)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (1) jipprevedi sistema ta’ ġestjoni għall-kwoti li tiggarantixxi l-aċċess ekwu u mingħajr interruzzjoni għall-kwoti u l-applikazzjoni mingħajr interruzzjoni tar-rati tal-kwota tad-dazju, u li ssegwi l-ordni kronoloġika tad-dati tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera. Jenħtieġ li l-kwoti miftuħa b’dan ir-Regolament jiġu ġestiti mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri f’konformità ma’ dik is-sistema.

    (4)

    Fil-parti l-kbira tagħhom, il-volumi tal-kwoti huma espressi f’unitajiet supplimentari tal-piż. Għal ċerti prodotti li għalihom infetħet kwota, il-volum tal-kwota huwa stabbilit f’unità supplimentari oħra. Meta ma tkun speċifikata l-ebda unità supplimentari għal dawk il-prodotti fin-Nomeklatura Magħquda stabbilita fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2) (in-“Nomenklatura Magħquda”), jista’ jkun hemm inċertezza fir-rigward tal-unità supplimentari użata. Minħabba raġunijiet ta’ ċarezza u fl-interess tal-ġestjoni aħjar tal-kwoti, huwa għalhekk neċessarju li jkun stipulat li, sabiex jinkiseb il-benefiċċju minn dawk il-kwoti, il-kwantità eżatta tal-prodotti importati tiġi inserita fid-dikjarazzjoni għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera bl-użu tal-unità supplimentari tal-volum tal-kwoti stipulat għal dawk il-prodotti f’dan ir-Regolament.

    (5)

    Huwa neċessarju li jiġi ċċarat li kwalunkwe taħlita, preparat jew prodott magħmulin minn komponenti differenti li fihom prodotti soġġetti għal kwoti jenħtieġ li jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, peress li huma biss il-prodotti kif deskritti f’dan ir-Regolament li jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-kwoti.

    (6)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1388/2013 (3) ġie emendat bosta drabi. Barra minn hekk, billi l-kodifikazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda ġiet aġġornata bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1832 (4), ser ikun meħtieġ ħafna tibdil għar-Regolament (UE) Nru 1388/2013. Għalhekk, fl-interess taċ-ċarezza u tat-trasparenza, jenħtieġ li dak ir-Regolament jiġi sostitwit fl-intier tiegħu.

    (7)

    F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, biex jintlaħaq l-għan bażiku li jiġi promoss in-negozju bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, huwa neċessarju u jixraq li jiġu stabbiliti regoli sabiex jiġu bbilanċjati l-interessi kummerċjali differenti ta’ operaturi ekonomiċi fl-Unjoni mingħajr ma tinbidel l-iskeda tal-Unjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju biex jinkisbu dawk l-għanijiet, f’konformità mal-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

    (8)

    Sabiex tkun evitata kwalunkwe interruzzjoni fl-applikazzjoni tal-iskema tal-kwoti u sabiex ikun hemm konformità mal-linji gwida stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Diċembru 2011 rigward is-sospensjonijiet u l-kwoti tariffarji awtonomi, jenħtieġ li l-kwoti għall-prodotti elenkati f’dan ir-Regolament japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2022. Jenħtieġ għalhekk li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ bħala kwistjoni ta’ urġenza,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   Għall-prodotti agrikoli u industrijali elenkati fl-Anness, għandhom jinfetħu kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni (“kwoti”).

    2.   Fi ħdan il-kwoti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, id-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni msemmija fl-Artikolu 56(2), punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) huma sospiżi għall-perijodi tal-kwota, bir-rati tal-kwota tad-dazju u sal-volumi tal-kwota indikati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    3.   Il-paragrafi 1 u 2 ma japplikaw għall-ebda taħlita, preparat jew prodott magħmulin minn komponenti differenti li fihom il-prodotti elenkati fl-Anness.

    Artikolu 2

    Il-kwoti msemmija fl-Artikolu 1 għal dan ir-Regolament għandhom jiġu ġestiti mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikoli 49 sa 54 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.

    Artikolu 3

    Meta ssir dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera tal-prodotti li għalihom ġew previsti l-unitajiet supplimentari fl-Anness, il-kwantità preċiża tal-prodotti importati għandha tiddaħħal f’dik id-dikjarazzjoni bl-użu tal-unità supplimentari stipulata fl-Anness.

    Artikolu 4

    Ir-Regolament (UE) Nru 1388/2013 jitħassar.

    Artikolu 5

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2021.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A. VIZJAK


    (1)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).

    (2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

    (3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1388/2013 tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jiftaħ u jipprovdi għat-tmexxija ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 7/2010 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 319).

    (4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1832 tat-12 ta’ Ottubru 2021 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 385, 29.10.2021, p. 1).

    (5)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).


    ANNESS

    Nru tal-Ordni

    Il-kodiċi tan-NM

    TARIC

    Deskrizzjoni

    Il-perijodu tal-kwota

    L-ammont tal-kwota

    Rata tal-kwota tad-dazju

    09.2637

    ex 0710 40 00

    ex 2005 80 00

    20

    30

    Qamħirrum miċ-ċfaċagħ (Zea Mays Saccharata) imqatta’ jew le, b’dijametru ta’ 10 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 20 mm, biex jintuża fil-manifattura ta’ prodotti tal-industrija tal-ikel għal trattament għajr għall-ippakkjar mill-ġdid sempliċi (1)  (2)  (3)

    1.1.-31.12.

    550 tunnellata

    0 % (3)

    09.2849

    ex 0710 80 69

    10

    Faqqiegħ tal-ispeċi Auricularia polytricha (mhux imsajjar jew imsajjar bil-fwar jew bit-tgħollija), iffriżat, għall-produzzjoni tal-ikliet ippreparati minn qabel (1)  (2)

    1.1.-31.12.

    700 tunnellata

    0 %

    09.2664

    ex 2008 60 39

    30

    Ċirasa ħelwa li fiha spirtu miżjud, b’kontenut ta’ zokkor ta’ mhux aktar minn 9 % f’piż, ta’ dijametru ta’ mhux aktar minn 19,9 mm bl-għadma, għall-użu fi prodotti taċ-ċikkulata (1)

    1.1.-31.12.

    1 000 tunnellata

    10 %

    09.2740

    ex 2309 90 31

    87

    Konċentrat tal-proteina tal-fażola tas-sojja f’piż:

    60 % (± 10 %) ta’ proteina mhux raffinata,

    5 % (± 3 %) ta’ fibra mhux raffinata,

    5 % (± 3 %) ta’ rmied mhux raffinat, u

    3 % jew aktar iżda mhux aktar minn 6,9 % ta’ lamtu

    għall-użu fil-manifattura ta’ prodotti tal-għalf tal-annimali (1)

    1.1.-31.12.

    30 000 tunnellata

    0 %

    09.2913

    ex 2401 10 35

    ex 2401 10 70

    ex 2401 10 95

    ex 2401 10 95

    ex 2401 10 95

    ex 2401 20 35

    ex 2401 20 70

    ex 2401 20 95

    ex 2401 20 95

    ex 2401 20 95

    91

    10

    11

    21

    91

    91

    10

    11

    21

    91

    Tabakk naturali mhux ipproċessat, kemm jekk imqatta’ għal daqs regolari, kif ukoll jekk le, b’valur doganali ta’ mhux anqas minn 450 EUR kull 100 kg piż nett, għall-użu bħala binder jew imballaġġ għall-manifattura ta’ oġġetti li jaqgħu taħt is-subintestatura 2402 10 00  (1)

    1.1.-31.12.

    6 000 tunnellata

    0 %

    09.2586

    ex 2710 19 81

    ex 2710 19 99

    20

    40

    Żejt ta’ bażi idroisomerizzat b’mod katalitiku u mingħajr xama’ magħmul minn idrokarburi idroġenati u isoparaffiniċi ħafna, li fihom:

    90 % jew aktar f’piż ta’ saturati, u

    mhux aktar minn 0,03 % f’piż ta’ kubrit,

    u

    b’indiċi ta’ viskosità ta’ 80 jew aktar, iżda inqas minn 120, u

    b’viskożita kinematika ta’ 5,0 cSt f’100 °C jew aktar, iżda mhux aktar minn 13,0-il cSt f’100 °C

    1.1.-30.6.

    75 000 tunnellata

    0 %

    09.2828

    2712 20 90

     

    Xema’ bajda (tal-parafina) li fiha f’piż anqas minn 0,75 % żejt

    1.1.-31.12.

    100 000 tunnellata

    0 %

    09.2600

    ex 2712 90 39

    10

    Xema’ ratba (slack wax) (CAS RN 64742-61-6)

    1.1.-31.12.

    100 000 tunnellata

    0 %

    09.2578

    ex 2811 19 80

    50

    Aċidu sulfamidiku (CAS RN 5329-14-6) b’purità f’piż ta’ 95 % jew aktar, kemm jekk b’żieda ta’ mhux aktar minn 5 % tal-antiagglomerant diossidu tas-siliċju (CAS RN 112926-00-8) u kemm jekk le

    1.1.-31.12.

    27 000 tunnellata

    0 %

    09.2928

    ex 2811 22 00

    40

    Materjal tal-mili tas-silika, f’forma ta’ granuli, b’purità f’piż ta’ 97 % jew aktar ta’ diossidu tas-silikonju,

    1.1.-31.12.

    1 700 tunnellata

    0 %

    09.2806

    ex 2825 90 40

    30

    Trijossidu tat-tangsten, inkl. ossidu tat-tangst. blu (CAS RN 1314-35-8 jew CAS RN 39318-18-8)

    1.1.-31.12.

    12 000 tunnellata

    0 %

    09.2872

    ex 2833 29 80

    40

    Sulfat taċ-ċesju (CAS RN 10294-54-9) f’forma solida jew bħala soluzzjoni milwiema li fiha f’piż 48 % jew aktar ta’ sulfat taċ-ċesju iżda mhux iktar minn 52 %

    1.1.-31.12.

    400 tunnellata

    0 %

    09.2567

    ex 2903 22 00

    10

    Trikloroetilene (CAS RN 79-01-6) b’purità f’piż ta’ 99 % jew iktar

    1.1.-31.12.

    11 885 000  kg

    0 %

    09.2837

    ex 2903 79 30

    20

    Bromoklorometanu (CAS RN 74-97-5)

    1.1.-31.12.

    600 tunnellata

    0 %

    09.2933

    ex 2903 99 80

    30

    1,3-Diklorobenżen (CAS RN 541-73-1)

    1.1.-31.12.

    2 600 tunnellata

    0 %

    09.2700

    ex 2905 12 00

    10

    Propan-1-ol (alkoħol propiliku) (CAS RN 71-23-8)

    1.1.-31.12.

    15 000 tunnellata

    0 %

    09.2830

    ex 2906 19 00

    40

    Ċiklopropilmetanol (CAS RN 2516-33-8)

    1.1.-31.12.

    20 tunnellata

    0 %

    09.2851

    ex 2907 12 00

    10

    O-kresol (CAS RN 95-48-7) b’purezza ta’ mhux anqas minn 98,5 % f’piż

    1.1.-31.12.

    20 000 tunnellata

    0 %

    09.2704

    ex 2909 49 80

    20

    2,2,2’,2’- tetrakis(idrossimetil)-3,3’- ossidipropan-1-ol (CAS RN 126-58-9)

    1.1.-31.12.

    500 tunnellata

    0 %

    09.2565

    ex 2914 19 90

    70

    Aċetilaċetonat tal-kalċju (CAS RN 19372-44-2) b’purità f’piż ta’ 95 % jew aktar

    1.1.-31.12.

    400 tunnellata

    0 %

    09.2852

    ex 2914 29 00

    60

    Ċiklopropilmetilketon (CAS RN 765-43-5)

    1.1.-31.12.

    300 tunnellata

    0 %

    09.2638

    ex 2915 21 00

    10

    Aċtu aċetiku (CAS RN 64-19-7) b’purità f’piż ta’ 99 % jew aktar

    1.1.-31.12.

    1 000 000 tunnellata

    0 %

    09.2679

    2915 32 00

     

    Aċetat tal-Vinil (CAS RN 108-05-4)

    1.1.-31.12.

    400 000 tunnellata

    0 %

    09.2728

    ex 2915 90 70

    85

    Etil trifluworoaċetat (CAS RN 383-63-1)

    1.1.-31.12.

    400 tunnellata

    0 %

    09.2665

    ex 2916 19 95

    30

    (E,E)-Eża-2,4-dienoat tal-potassju (CAS RN 24634-61-5)

    1.1.-31.12.

    8 250 tunnellata

    0 %

    09.2684

    ex 2916 39 90

    28

    Klorur ta’ 2,5-dimetilfenilaċetil (CAS RN 55312-97-5)

    1.1.-31.12.

    700 tunnellata

    0 %

    09.2599

    ex 2917 11 00

    40

    Ossalat tad-dietil (CAS RN 95-92-1)

    1.1.-31.12.

    500 tunnellata

    0 %

    09.2769

    ex 2917 13 90

    10

    Sebakat tad-dimetil (CAS RN 106-79-6)

    1.1.-31.12.

    1 000 tunnellata

    0 %

    09.2634

    ex 2917 19 80

    40

    Aċidu dodekandiojku (CAS RN 693-23-2), b’purità f’piż ta’ aktar minn 98,5 %

    1.1.-31.12.

    8 000 tunnellata

    0 %

    09.2808

    ex 2918 22 00

    10

    Aċtu o-Aċetisaliċiliku (CAS RN 50-78-2)

    1.1.-31.12.

    120 tunnellata

    0 %

    09.2646

    ex 2918 29 00

    75

    Ottadeċil 3-(3,5-di-terz-butil-4-idrossifenil)propjonat (CAS RN 2082-79-3):

    bi frazzjoni ta’ mogħdija minn għarbiel b’malji ta’ 500 μm ta’ aktar minn 99 % f’piż, u

    b’temperatura tat-tidwib ta’ 49 °C jew aktar, iżda mhux aktar minn 54 °C,

    biex jintuża fil-manifattura ta’ pakketti singoli ta’ stabilizzaturi għall-ipproċessar tal-PVC abbażi ta’ taħlitiet tat-trab (trabijiet jew granuli) (1)

    1.1.-31.12.

    380 tunnellata

    0 %

    09.2647

    ex 2918 29 00

    80

    Tetrakis(3-(3,5-di-tert-butil-4-idrossifenil)propjonat) tal-pentaeritritol (CAS RN 6683-19-8)

    bi frazzjoni ta’ mogħdija minn għarbiel b’malji ta’ 250 μm ta’ aktar minn 75 % f’piż u b’malji ta’ 500 μm ta’ mhux aktar minn 99 % f’piż, u

    b’temperatura tat-tidwib ta’ 110 °C jew aktar, iżda mhux aktar minn 125 °C,

    biex jintuża fil-manifattura ta’ pakketti singoli ta’ stabilizzaturi għall-ipproċessar tal-PVC abbażi ta’ taħlitiet tat-trab (trabijiet jew granuli) (1)

    1.1.-31.12.

    140 tunnellata

    0 %

    09.2975

    ex 2918 30 00

    10

    Dianidride benżofenon-3,3’,4,4’-tetrakarbossiliku (CAS RN 2421-28-5)

    1.1.-31.12.

    1 000 tunnellata

    0 %

    09.2688

    ex 2920 29 00

    70

    Tris(2,4-di-terz-butilfenil)fosfit (CAS RN 31570-04-4)

    1.1.-31.12.

    6 000 tunnellata

    0 %

    09.2598

    ex 2921 19 99

    75

    Ottadeċilammina (CAS RN 124-30-1)

    1.1.-31.12.

    400 tunnellata

    0 %

    09.2649

    ex 2921 29 00

    60

    Bis(2-dimetilaminoetil)(metil)ammina (CAS RN 3030-47-5)

    1.1.-31.12.

    1 700 tunnellata

    0 %

    09.2682

    ex 2921 41 00

    10

    Anilina (CAS RN 62-53-3) b’purità f’piż ta’ 99 % jew aktar

    1.1.-31.12.

    150 000 tunnellata

    0 %

    09.2617

    ex 2921 42 00

    89

    4-Fluworo-N-(1-metilletil)benżeneammina (CAS RN 70441-63-3)

    1.1.-31.12.

    500 tunnellata

    0 %

    09.2602

    ex 2921 51 19

    10

    o-fenilendiammina (CAS RN 95-54-5)

    1.1.-31.12.

    1 800 tunnellata

    0 %

    09.2563

    ex 2922 41 00

    20

    L-Kloridrat tal-Liżina (CAS RN 657-27-2) jew soluzzjoni milwiema tal-L-liżina (CAS RN 56-87-1), li fiha f’piż 50 % jew iktar ta’ L-liżina

    1.1.-30.6.

    122 500 tunnellata

    0 %

    09.2592

    ex 2922 50 00

    25

    L-Treonina (CAS RN 72-19-5)

    1.1.-31.12.

    166 000 tunnellata

    0 %

    09.2575

    ex 2923 90 00

    87

    Klorur tat-3-kloro-2-idrossipropil)trimetilammonju (CAS RN 3327-22-8), fil-forma ta’ soluzzjoni milwiema li fiha f’piż 65 % jew aktar iżda mhux aktar minn 71 % klorur tat-3-kloro-2-idrossipropil)trimetilammonju

    1.1.-31.12.

    19 000 tunnellata

    0 %

    09.2854

    ex 2924 19 00

    85

    3-jodoprop-2-in-1-ilbutilkarbamat (CAS RN 55406-53-6)

    1.1.-31.12.

    400 tunnellata

    0 %

    09.2874

    ex 2924 29 70

    87

    Paraċetamol (INN) (CAS RN 103-90-2)

    1.1.-31.12.

    20 000 tunnellata

    0 %

    09.2742

    ex 2926 10 00

    10

    Akrilonitril (CAS RN 107-13-1), għall-użu fil-manifattura ta’ oġġetti tal-kapitolu 55 u l-intestatura 6815  (1)

    1.1.-31.12.

    60 000 tunnellata

    0 %

    09.2583

    ex 2926 10 00

    20

    Akrilonitril (CAS RN 107-13-1), għall-użu fil-manifattura ta’ oġġetti tal-intestaturi 2921 , 2924 , 3906 u 4002  (1)

    1.1.-31.12.

    40 000 tunnellata

    0 %

    09.2856

    ex 2926 90 70

    84

    2-Nitro-4-(trifluworometil)benżonitril (CAS RN 778-94-9)

    1.1.-31.12.

    900 tunnellata

    0 %

    09.2708

    ex 2928 00 90

    15

    Monometilidrażina (CAS RN 60-34-4) fil-forma ta’ soluzzjoni milwiema b’kontenut f’piż tal-monometilidrażina ta’ 40 (± 5) %

    1.1.-31.12.

    900 tunnellata

    0 %

    09.2581

    ex 2929 10 00

    25

    Diisoċjanat ta’ 1,5-naftilen (CAS RN 3173-72-6) b’purità f’piż ta’ 90 % jew aktar

    1.1.-31.12.

    300 tunnellata

    0 %

    09.2685

    ex 2929 90 00

    30

    Nitrogwanidina (CAS RN 556-88-7)

    1.1.-31.12.

    6 500 tunnellata

    0 %

    09.2597

    ex 2930 90 98

    94

    Bis[3-(trietossisilil)propil]disulfur (CAS RN 56706-10-6)

    1.1.-31.12.

    6 000 tunnellata

    0 %

    09.2596

    ex 2930 90 98

    96

    Aċidu 2-kloro-4-(metilsulfonil)-3-((2,2,2-trifluworoetossi)metil) benżojku (CAS RN 120100-77-8)

    1.1.-31.12.

    300 tunnellata

    0 %

    09.2580

    ex 2931 90 00

    75

    Eżadeċiltrimetossisilan (CAS RN 16415-12-6) b’purità f’piż ta’ mill-anqas 95 %, għall-użu fil-manifattura tal-polietilen (1)

    1.1.-31.12.

    165 tunnellata

    0 %

    09.2842

    2932 12 00

     

    2-Furaldeide (furfuraldeide)

    1.1.-31.12.

    10 000 tunnellata

    0 %

    09.2696

    ex 2932 20 90

    25

    Dekan-5-olid (CAS RN 705-86-2)

    1.1.-31.12.

    6 000  kg

    0 %

    09.2697

    ex 2932 20 90

    30

    Dodekan-5-olid (CAS RN 713-95-1)

    1.1.-31.12.

    6 000  kg

    0 %

    09.2812

    ex 2932 20 90

    77

    Eżan-6-olide (CAS RN 502-44-3)

    1.1.-31.12.

    4 000 tunnellata

    0 %

    09.2858

    2932 93 00

     

    Piperonal (CAS RN 120-57-0)

    1.1.-31.12.

    220 tunnellata

    0 %

    09.2673

    ex 2933 39 99

    43

    2,2,6,6-tetrametilpiperidin-4-ol (CAS RN 2403-88-5)

    1.1.-31.12.

    1 000 tunnellata

    0 %

    09.2880

    ex 2933 59 95

    39

    Ibrutinib (INN) (CAS RN 936563-96-1)

    1.1.-31.12.

    5 tunnellata

    0 %

    09.2860

    ex 2933 69 80

    30

    1,3,5-Tris[3-(dimetilammino)propil]eżaidro-1,3,5-triażina (CAS RN 15875-13-5)

    1.1.-31.12.

    600 tunnellata

    0 %

    09.2566

    ex 2933 99 80

    05

    1,4,7,10-Tetraażaċiklododekan (CAS RN 294-90-6) b’purità f’piż ta’ 96 % jew aktar

    1.1.-31.12.

    60 tunnellata

    0 %

    09.2658

    ex 2933 99 80

    73

    5-(Aċetoaċetilammino)benżimidażolon (CAS RN 26576-46-5)

    1.1.-31.12.

    400 tunnellata

    0 %

    09.2593

    ex 2934 99 90

    67

    5-Klorotijofen-2-aċidu karbossiliku (CAS RN 24065-33-6)

    1.1.-31.12.

    45 000  kg

    0 %

    09.2675

    ex 2935 90 90

    79

    4-[[(2-metossibenżojl)ammino]sulfonil]-klorurtal-benżojl (CAS RN 816431-72-8)

    1.1.-31.12.

    1 000 tunnellata

    0 %

    09.2710

    ex 2935 90 90

    91

    2,4,4-trimetilpentan-2-amminju (3R,5S,6E)-7-{2-[(etilsulfonil)ammino]-4- (4-fluworofenil)-6-(propan-2-il)pirimidin-5-il}-3,5-diidrossiett-6-enoat (CAS RN 917805-85-7)(CAS RN 917805-85-7)

    1.1.-31.12.

    5 000  kg

    0 %

    09.2945

    ex 2940 00 00

    20

    D-Ksilożju (CAS RN 58-86-6)

    1.1.-31.12.

    400 tunnellata

    0 %

    09.2686

    ex 3204 11 00

    75

    Kolorant C.I. Disperse Yellow 54 (CAS RN 7576-65-0) u preparati bbażati fuqhom ma’ kolorant C.I. Disperse Yellow 54 kontenut ta’ 99 % jew iktar f’piż

    1.1.-31.12.

    250 tunnellata

    0 %

    09.2676

    ex 3204 17 00

    14

    Preparati bbażati fuq Kolorant C.I. Pigment Red 48:2 (CAS RN 7023-61-2) b’kontenut ta’ 60 % jew aktar, iżda b’inqas minn 85 % f’piż

    1.1.-31.12.

    50 tunnellata

    0 %

    09.2698

    ex 3204 17 00

    30

    Kolorant C.I. Pigment Red 4 (CAS RN 2814-77-9) u preparati bbażati fuqu b’kontenut ta’ 60 % jew aktar tal-Kolorant C.I. Pigment Red 4 f’piż

    1.1.-31.12.

    150 tunnellata

    0 %

    09.2659

    ex 3802 90 00

    19

    Trab tad-dijatomi kalċinat fil-fluss tas-soda

    1.1.-31.12.

    35 000 tunnellata

    0 %

    09.2908

    ex 3804 00 00

    10

    Linjosulfonat tas-sodju (CAS RN 8061-51-6)

    1.1.-31.12.

    40 000 tunnellata

    0 %

    09.2889

    3805 10 90

     

    Termentina tas-sulfat

    1.1.-31.12.

    25 000 tunnellata

    0 %

    09.2935

    ex 3806 10 00

    10

    Resin u aċidi tar-resin miksuba minn oleoresins friski

    1.1.-31.12.

    280 000 tunnellata

    0 %

    09.2832

    ex 3808 92 90

    40

    Taħlita li jkollha 38 % jew aktar imma mhux aktar minn 50 % f’piż taż-żingu piritijon (INN) (CAS RN 13463-41-7) f’dispersjoni milwiema

    1.1.-31.12.

    500 tunnellata

    0 %

    09.2876

    ex 3811 29 00

    55

    Additivi li jikkonsistu fi prodotti tar-reazzjoni ta’ difenilammina unoneni ramifikati f’piż:

    aktar minn 28 % iżda mhux aktar minn 55 % 4-monononildifenilammina u

    aktar minn 45 % iżda mhux aktar minn 65 % 4,4’-dinonildifenilammina,

    persentaġġ totali ta’ 2,4-dinonildifenilammina u 2,4’-dinonildifenilammina li ma jaqbiżx 5 %,

    użati għall-manifattura taż-żjut lubrifikanti (1)

    1.1.-31.12.

    900 tunnellata

    0 %

    09.2814

    ex 3815 90 90

    76

    Katalizzatur magħmul mid-dijossidu tat-titanju u t-tijossidu tat-titanju

    1.1.-31.12.

    3 000 tunnellata

    0 %

    09.2644

    ex 3824 99 92

    77

    Preparat li jkun fih f’piż:

    55 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 78 % ta’ Glutarat Dimetiliku (CAS RN 1119-40-0)

    10 % jew aktar iżda mhux aktar minn 30 % ta’ Adipat Dimetiliku (CAS RN 627-93-0), u

    mhux aktar minn 35 % ta’ Suċċinat Dimetiliku (CAS RN 106-65-0)

    1.1.-31.12.

    10 000 tunnellata

    0 %

    09.2681

    ex 3824 99 92

    85

    Taħlita ta’ sulfuri ta’ bis [3-(trietossisilil)propil] (CAS RN 211519-85-6)

    1.1.-31.12.

    9 000 tunnellata

    0 %

    09.2650

    ex 3824 99 92

    87

    Aċetofenon (CAS RN 98-86-2), b’purità f’piż ta’ 60 % jew aktar iżda mhux aktar minn 90 %

    1.1.-31.12.

    2 000 tunnellata

    0 %

    09.2888

    ex 3824 99 92

    89

    Taħlita ta’ ammini terzjarji tal-alkildimetil li fiha f’piż:

    60 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 80 %, ta’ dodekildimetilammina (CAS RN 112-18-5), u

    20 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 30 % ta’ dimetil(tetradeċil)ammina (CAS RN 112-75-4)

    1.1.-30.6.

    10 000 tunnellata

    0 %

    09.2829

    ex 3824 99 93

    43

    Estratt solidu ta’ materjal residwu li ma jinħallx f’solventi alifatiċi miksuba matul l-estrazzjoni tar-resin mill-injam, li għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

    kontenut tal-aċidu tar-reżin li ma jaqbiżx it-30 % f’piż,

    numru tal-aċidu li ma jaqbiżx il-110, u

    punt tat-tidwib ta’ 100 °C jew aktar

    1.1.-31.12.

    1 600 tunnellata

    0 %

    09.2907

    ex 3824 99 93

    67

    Taħlita ta’ fitosteroli, fi trab, li fihom, f’piż:

    75 % jew aktar ta’ steroli,

    mhux aktar minn 25 % ta’ stanoli,

    għal użu fil-manifattura tal-istanoli/steroli jew stanoli/steroli esters (1)

    1.1.-31.12.

    2 500 tunnellata

    0 %

    09.2568

    ex 3824 99 96

    91

    Taħlita, fil-forma ta’ gerbub, li fiha f’piż:

    49 % jew iktar iżda mhux iktar minn 50 % ta’ bis[3-(trietossisilil)propil] polisulfuri (CAS RN 211519-85-6), u

    50 % jew iktar iżda mhux iktar minn 51 % ta’ karbonju iswed (CAS RN 1333-86-4),

    li minnhom 75 % jew iktar f’piż jgħaddu minn għarbiel b’apertura ta’ 0,60 mm, iżda mhux iktar minn 10 % f’piż jgħaddu minn għarbiel b’apertura ta’ 0,25 mm (kif determinat skont il-metodu ASTM D1511)

    1.1.-31.12.

    1 500 tunnellata

    0 %

    09.2820

    ex 3827 90 00

    10

    Taħlitiet li fihom f’piż:

    60 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 90 % ta’ 2-kloropropen (CAS RN 557-98-2),

    8 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 14 % ta’ (Z)-1-kloropropen (CAS RN 16136-84-8),

    5 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 23 % ta’ 2-kloropropan (CAS RN 75-29-6),

    mhux aktar minn 6 % ta’ 3-kloropropen (CAS RN 107-05-1), u

    mhux aktar minn 1 % f’piż ta’ klorur tal-etil (CAS RN 75-00-3)

    1.1.-31.12.

    6 000 tunnellata

    0 %

    09.2671

    ex 3905 99 90

    81

    Poli(butiral tal-vinil) (CAS RN 63148-65-2):

    li jkun fih f’piż 17,5 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 20 % ta’ gruppi idrossili u

    li d-daqs medju ta’ kull partiċella tiegħu (D50) teċċedi 0,6 mm

    1.1.-31.12.

    12 500 tunnellata

    0 %

    09.2846

    ex 3907 40 00

    25

    Taħlita ta’ polimeri ta’ polikarbonat u poli(metilmetakrilat) b’kontenut ta’ polikarbonat ta’ 98,5 % f’piż, f’forma ta’ gerbub jew granuli, bi trażmittanza luminuża ta’ mhux anqas minn 88,5 %, imkejla bl-użu ta’ kampjun għall-ittestjar ta’ ħxuna ta’ 4 mm b’tul tal-mewġa ta’ λ = 400 nm (skont ISO 13468-2)

    1.1.-31.12.

    2 000 tunnellata

    0 %

    09.2585

    ex 3907 99 80

    70

    Kopolimeru tal-poli(etilen tereftalat) u taċ-ċikloeżandimetanol, li fih iktar minn 10 % f’piż ta’ ċikloeżandimetanol

    1.1.-31.12.

    60 000 tunnellata

    2 %

    09.2723

    ex 3911 90 19

    10

    Poli(ossi-1,4-fenilensulfonil-1,4-fenilenossi-4,4’-bifenilen)

    1.1.-31.12.

    5 000 tunnellata

    0 %

    09.2816

    ex 3912 11 00

    20

    Frak tal-aċetat taċ-ċellulożju

    1.1.-31.12.

    75 000 tunnellata

    0 %

    09.2573

    ex 3913 10 00

    20

    Alġinat tas-sodju estratt mill-alka kannella,

    b’telf fit-tnixxif ta’ mhux aktar minn 15 % f’piż (4 sigħat f’ 105 °C),

    bi frazzjoni li ma tinħallx fl-ilma ta’ mhux aktar minn 2 % f’piż, ikkalkulata fuq il-piż xott

    1.1.-31.12.

    2 000 tunnellata

    0 %

    09.2641

    ex 3913 90 00

    87

    Ijaluronat tas-sodju, mhux sterili:

    b’piż medju tal-piż molekulari (Mw) li ma jaqbiżx 900 000 ,

    b’livell ta’ endotossin li ma jaqbiżx 0,008 unitajiet ta’ Endotossin (EU)/mg,

    b’kontenut ta’ etanol li ma jaqbiżx 1 % f’piż,

    b’kontenut ta’ isopropanol li ma jaqbiżx 0,5 % f’piż

    1.1.-31.12.

    300  kg

    0 %

    09.2661

    ex 3920 51 00

    50

    Folji ta’ polimetilmetakrilat konformi mal-istandards:

    EN 4364 (MIL-P-5425E) u DTD5592 A, jew

    EN 4365 (MIL-P-8184) u DTD5592 A

    1.1.-31.12.

    100 tunnellata

    0 %

    09.2645

    ex 3921 14 00

    20

    Blokka ċellulari ta’ ċelluloża riġenerata, mimlija bl-ilma li jkun fih klorur tal-manjeżju u kompost tal-ammonju kwaternarju tad-daqs ta’ 100 cm (± 10 cm) x 100 cm (± 10 cm) x 40 cm (± 5 cm)

    1.1.-31.12.

    1 700 tunnellata

    0 %

    09.2572

    ex 5205 26 00

    ex 5205 27 00

    10

    10

    Ħjut singoli ta’ qoton abjad mhux maħdum

    ta’ fibri mimxuta,

    b’tul medju tal-fibra ta’ 36,5 mm jew aktar,

    prodott permezz tal-proċess kumpatt tat-tidwir taċ-ċirku b’kompressjoni pnewmatika,

    b’reżistenza għat-tiċrit ta’ 26,5 cN/tex jew aktar (skont ISO 2062: 2009, b’veloċità ta’ 5 000  mm/min)

    1.1.-31.12.

    50 000 tunnellata

    0 %

    09.2576

    ex 5208 12 16

    20

    Drapp minsuġ mhux ibbliċjat b’nisġa tax-xoqqa:

    b’wisa’ ta’ mhux aktar minn 145 cm,

    b’piż ta’ 120 g/m2 jew aktar, iżda mhux aktar minn 130 g/m2,

    b’30 jew aktar, iżda mhux aktar minn 45 tagħma għal kull cm,

    b’ħaxja mitnija ’l ġewwa fuq iż-żewġ naħat.

    Minn ġewwa ’l barra, il-ħaxja mitnija ’l ġewwa ta’ wisa’ ta’ 15-il mm (± 2 mm) tikkonsisti minn strixxa ta’ wisa’ ta’ 6 mm jew aktar iżda mhux aktar minn 9 mm b’nisġa tax-xoqqa u strixxa ta’ wisa’ ta’ 6 mm jew aktar iżda mhux aktar minn 9 mm b’nisġa tal-panama

    1.1.-31.12.

    1 500 000  m2

    0 %

    09.2577

    ex 5208 12 96

    20

    Drapp minsuġ mhux ibbliċjat b’nisġa tax-xoqqa:

    b’wisa’ ta’ mhux aktar minn 145 cm,

    b’piż ta’ aktar minn 130 g/m2, iżda mhux aktar minn 145 g/m2

    b’30 jew aktar, iżda mhux aktar minn 45 tagħma għal kull cm,

    b’ħaxja mitnija ’l ġewwa fuq iż-żewġ naħat.

    Minn ġewwa ’l barra, il-ħaxja mitnija ’l ġewwa ta’ wisa’ ta’ 15-il mm (± 2 mm) tikkonsisti minn strixxa ta’ wisa’ ta’ 6 mm jew aktar iżda mhux aktar minn 9 mm b’nisġa tax-xoqqa u strixxa ta’ wisa’ ta’ 6 mm jew aktar iżda mhux aktar minn 9 mm b’niġsa tal-panama

    1.1.-31.12.

    2 300 000  m2

    0 %

    09.2848

    ex 5505 10 10

    10

    Fdal ta’ fibri sintetiċi (li jinkludi fibri li jibqgħu fil-moxt, fdal tal-ħjut u materjal “garnetted”) ta’ najlon jew ta’ poliammidi oħra (PA6 u PA66)

    1.1.-31.12.

    10 000 tunnellata

    0 %

    09.2721

    ex 5906 99 90

    20

    Drapp tat-tessut bil-lastiku minsuġ u laminat bil-karatteristiċi li ġejjin:

    bi tliet saffi,

    saff wieħed ta’ barra magħmul minn drapp tal-akrilik,

    is-saff l-ieħor ta’ barra magħmul minn drapp tal-poliester,

    is-saff tan-nofs huwa magħmul mil-lastiku tal-klorobutil,

    is-saff tan-nofs għandu piż ta’ 452 g/m2 jew aktar iżda mhux aktar minn 569 g/m2,

    id-drapp tat-tessut għandu piż totali ta’ 952 g/m2 jew aktar iżda mhux aktar minn 1 159  g/m2, u

    id-drapp tat-tessut għandu ħxuna totali ta’ 0,8 mm jew aktar iżda mhux aktar minn 4 mm,

    użat għall-manifattura tas-saqaf li jitla’ u jinżel tal-vetturi bil-mutur (1)

    1.1.-31.12.

    375 000  m2

    0 %

    09.2866

    ex 7019 12 00

    ex 7019 12 00

    06

    26

    Stratifils (rovings/fibri) tal-ħġieġ-S:

    magħmulin minn filamenti kontinwi tal-ħġieġ ta’ 9 μm (± 0,5 μm),

    b’kejl ta’ 200 tex jew aktar iżda mhux aktar minn 680 tex,

    li ma jkunx fihom xi ossidu tal-kalċju, u

    b’reżistenza meta jinqasmu ta’ aktar minn 3 550 Mpa determinat minn ASTM D2343-09

    għall-użu fil-manifattura tal-ajrunawtiċi (1)

    1.1.-31.12.

    1 000 tunnellata

    0 %

    09.2628

    ex 7019 66 00

    10

    Xibka tal-ħġieġ minsuġa minn fibri tal-ħġieġ miksija bil-plastik, b’piż ta’ 120 g/m2(± 10 g/m2), tat-tip li jintuża fir-rolling insect screens bil-qafas fiss

    1.1.-31.12.

    3 000 000  m2

    0 %

    09.2799

    ex 7202 49 90

    10

    Ferro-kromju li fih 1,5 % jew aktar iżda mhux aktar minn 4 % f’piż f’karbonju u mhux aktar minn 70 % ta’ kromju

    1.1.-31.12.

    50 000 tunnellata

    0 %

    09.2652

    ex 7409 11 00

    ex 7410 11 00

    30

    40

    Fojl u strixxi tar-ram raffinat, manifatturati permezz tal-elettroliżi, bi ħxuna ta’ 0,015 -il mm jew aktar

    1.1.-31.12.

    1 020 tunnellata

    0 %

    09.2734

    ex 7409 19 00

    20

    Pjanċi jew folji li jikkonsistu minn:

    saff ta’ nitrur taċ-ċeramika tas-silikon bi ħxuna ta’ 0,32 mm (± 0,1 mm) jew aktar, iżda mhux aktar minn 1,0 mm (± 0,1 mm),

    miksija fuq iż-żewġ naħat b’fojl ta’ ram irfinut bi ħxuna ta’ 0,8 mm (± 0,1 mm) u

    fuq naħa waħda parzjalment mgħottijin b’kisja tal-fidda

    1.1.-31.12.

    7 000 000 biċċa

    0 %

    09.2662

    ex 7410 21 00

    55

    Pjanċi:

    magħmulin minn tal-anqas saff wieħed ta’ tessut tal-fibra tal-ħġieġ mimli bir-reżina tal-epossidu,

    miksija fuq naħa waħda jew iż-żewġ naħat bil-fojl tar-ram bi ħxuna ta’ mhux aktar minn 0,15 mm,

    b’kostant dielettriku (DK) ta’ anqas minn 5,4 f’1 MHz, kif imkejjel skont IPC-TM-650 2.5.5.2,

    b’tanġenti tat-telf ta’ anqas minn 0,035 f’1 MHz, kif imkejjel skont IPC-TM-650 2.5.5.2,

    b’indiċi komparattiv ta’ trekkjar (CTI) ta’ 600 jew aktar

    1.1.-31.12.

    80 000  m2

    0 %

    09.2835

    ex 7604 29 10

    30

    Folji jew vireg tal-alojs ta’ aluminju-litjuta’ diametru ta’ 300,1  mm jew iktar, iżda mhux iktar minn 533,4  mm

    1.1.-31.12.

    1 000 tunnellata

    0 %

    09.2736

    ex 7607 11 90

    ex 7607 11 90

    ex 7607 11 90

    ex 7607 11 90

    75

    77

    78

    79

    Strixxa jew fojl illigati tal-aluminju u tal-manjeżju:

    ta’ liga li tikkonforma mal-istandards 5182-H19 jew 5052-H19,

    f’rombli b’dijametru estern ta’ minimu ta’ 1 250  mm iżda mhux aktar minn 1 350  mm,

    ta’ ħxuna (tolleranza - 0,006  mm) ta’ 0,15 mm, 0,16 mm, 0,18 mm jew 0,20 mm,

    ta’ wisa’ (tolleranza ± 0,3 mm) ta’ 12,5 mm, 15,0 mm, 16,0 mm, 25,0 mm, 35,0 mm, 50,0 mm jew 356 mm,

    b’tolleranza kamber ta’ mhux aktar minn 0,4 mm/750 mm,

    ta’ kejl tal-pjan: I-unità ± 4,

    b’reżistenza għat-tensjoni ta’ aktar minn (5182-H19) 365 MPa jew (5052-H19) 320 MPa, u

    ta’ elongazzjoni A50 ta’ aktar minn (5182-H19) 3 % jew (5052-H19) 2,5 %

    għall-użu fil-manifattura tal-paletti għall-blinds (1)

    1.1.-31.12.

    600 tunnellata

    0 %

    09.2722

    8104 11 00

     

    Manjeżju mhux maħdum, li fih talanqas 99,8 % f’piż tal-manjeżju

    1.1.-31.12.

    120 000 tunnellata

    0 %

    09.2840

    ex 8104 30 00

    20

    Trab tal-manjeżju:

    ta’ purità f’piż ta’ 98 % jew iktar, iżda mhux iktar minn 99,5 %, u

    b’daqs tal-partiċella ta’ 0,2 mm jew iktar iżda mhux iktar minn 0,8 mm

    1.1.-31.12.

    2 000 tunnellata

    0 %

    09.2629

    ex 8302 49 00

    91

    Manku teleskopiku tal-aluminju għall-użu fil-manifattura tal-bagalji (1)

    1.1.-31.12.

    1 500 000 biċċa

    0 %

    09.2720

    ex 8413 91 00

    50

    Pump head għal pompa bi pressjoni għolja b’żewġ ċilindri magħmula mill-azzar maħdum:

    b’fittings bil-kamin imħaffer b’dijametru ta’ 10 mm jew aktar iżda mhux aktar minn 36,8 mm, u

    b’kanali tal-fjuwil imtaqqbin b’dijametru ta’ 3,5 mm jew aktar iżda mhux aktar minn 10 mm

    tat-tip użat fis-sistemi tal-injezzjoni tad-diżil

    1.1.-31.12.

    65 000 biċċa

    0 %

    09.2569

    ex 8414 90 00

    80

    Housing tar-roti b’turbocharger ta’ liga tal-aluminju fondut jew ħadid fondut:

    b’reżistenza għas-sħana sa 400 °C,

    b’toqba ta’ 30 mm jew iktar iżda mhux iktar minn 300 mm biex tiddaħħal ir-rota tal-kompressur,

    għall-użu fl-industrija tal-karozzi (1)

    1.1.-31.12.

    4 000 000 biċċa

    0 %

    09.2570

    ex 8482 91 90

    10

    Rombli bi profil logaritmiku u b’dijametru ta’ 25 mm jew iktar iżda mhux iktar minn 70 mm jew blalen b’dijametru ta’ 30 mm jew iktar iżda mhux iktar minn 100 mm,

    magħmula minn azzar 100Cr6 jew azzar 100CrMnSi6–4 (ISO 3290),

    b’devjazzjoni ta’ 0,5 mm jew inqas kif determinat skont il-metodu FBH (flat-bottomed hole)

    għall-użu fl-industrija tat-turbini eoliċi (1)

    1.1.-31.12.

    600 000 biċċa

    0 %

    09.2738

    ex 8482 99 00

    30

    Gaġeġ tar-ram bil-karatteristiċi li ġejjin:

    ikkastjati bis-sistema kontinwa jew b’mod ċentrifugu,

    itturnjati,

    li f’piż fihom 35 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 38 % ta’ żingu,

    li f’piż fihom 0,75 %, iżda mhux aktar minn 1,25 % ta’ ċomb,

    li fihom f’piż 1,0 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 1,4 % ta’ aluminju, u

    b’reżistenza għat-tensjoni ta’ 415 Pa jew aktar,

    tat-tip użat għall-manifattura tal-ballbearings

    1.1.-31.12.

    50 000 biċċa

    0 %

    09.2763

    ex 8501 40 20

    ex 8501 40 80

    40

    30

    Mutur kommutatur elettriku AC, monofażi, b’rendiment ta’ 250 W jew aktar, input enerġetiku ta’ 700 W jew aktar imma mhux aktar minn 2 700  W, dijametru estern ta’ aktar minn 120 mm (± 0,2 mm) imma mhux aktar minn 135 mm (± 0,2 mm), b’rata ta’ veloċità ta’ aktar minn 30 000 rpm imma mhux aktar minn 50 000 rpm, mgħammar b’ventilatur għall-arja, għall-użu fil-produzzjoni tal-vacuum cleaners (1)

    1.1.-31.12.

    2 000 000 biċċa

    0 %

    09.2672

    ex 8529 90 92

    ex 9405 42 31

    75

    70

    Bord ta’ ċirkwit stampat b’diodes LED:

    kemm jekk mgħammra b’priżmi/lenti kif ukoll jekk le, u

    kemm jekk mgħammra b’konnettur(i) kif ukoll jekk le

    għall-manifattura ta’ unitajiet tar-retroluminazzjoni għal oġġetti ta’ titlu 8528  (1)

    1.1.-31.12.

    115 000 000 biċċa

    0 %

    09.2574

    ex 8537 10 91

    73

    Apparat multifunzjonali (sett ta’ strumenti)

    b’unità ta’ displej TFT-LCD ikkurvata (raġġ ta’ 750 mm) b’superfiċi tattili,

    b’mikroproċessuri u ċipep tal-memorja,

    b’modulu akustiku u loudspeaker,

    b’konnessjonijiet għal CAN, 3 x LIN bus, LVDS u Ethernet,

    għall-operat ta’ diversi funzjonijiet (eż. xażi, tidwil) u

    għad-displej ta’ data dwar il-vettura u n-navigazzjoni skont is-sitwazzjoni (eż. il-veloċità, l-odometru, il-livell taċ-ċarġ tal-batterija tat-trazzjoni),

    biex jintuża fil-manifattura tal-karozzi tal-passiġġieri li jaħdmu biss permezz ta’ mutur elettriku koperti bis-subintestatura tas-SA 8703 80  (1)

    1.1.-31.12.

    66 900 biċċa

    0 %

    09.2003

    ex 8543 70 90

    63

    Ġeneratur tal-frekwenzi kkontrollat bil-vultaġġ, li jikkonsisti f’elementi attivi u passivi mmuntati fuq ċirkwit stampat miżmum ġewwa qafas li d-dimensjonijiet ta’ barra tiegħu mhux aktar minn 30 mm x 30 mm

    1.1.-31.12.

    1 400 000 biċċa

    0 %

    09.2910

    ex 8708 99 97

    75

    Brekit ta’ appoġġ tal-ħadid jew tal-azzar, b’toqob tal-immuntar, bi skorfini ta’ twaħħil jew mingħajrhom, maħsuba biex twaħħal il-gearbox mal-karozzerija għall-użu fil-manifattura ta’ oġġetti tal-Kapitolu 87 (1)

    1.1.-31.12.

    200 000 biċċa

    0 %

    09.2694

    ex 8714 10 90

    30

    Klamps tal-fusijiet, housings, fork bridges u aċċessorji għall-ikklampjar, magħmulin minn liga tal-aluminju tat-tip li jintuża fil-muturi

    1.1.-31.12.

    1 000 000 biċċa

    0 %

    09.2668

    ex 8714 91 10

    ex 8714 91 10

    ex 8714 91 10

    21

    31

    75

    Qafas ta’ rota, mibni mill-fibri tal-karbonju u mir-reżina artifiċjali, għall-użu fil-manifattura tar-roti (inklużi r-roti elettriċi) (1)

    1.1.-31.12.

    600 000 biċċa

    0 %

    09.2564

    ex 8714 91 10

    ex 8714 91 10

    ex 8714 91 10

    25

    35

    77

    Qafas, maħdum mill-aluminju jew minn fibri tal-aluminju u tal-karbonju u r-reżina artifiċjali, għall-użu fil-manifattura tar-roti (inklużi roti elettriċi) (1)

    1.1.-31.12.

    9 600 000 biċċa

    0 %

    09.2579

    ex 9029 20 31

    ex 9029 90 00

    40

    40

    Pannell tal-istrumenti clustered:

    b’muturi pass pass,

    b’pointers u kwadranti analogi,

    jew mingħajr konsol mikroproċessur,

    jew mingħajr indikaturi LED jew unità tal-wiri LED

    li juri mill-inqas:

    il-veloċità,

    ir-rotazzjonijiet tal-magna,

    it-temperatura tal-magna,

    il-livell tal-fjuwil,

    li jikkomunika permezz tal-protokolli CAN-BUS u/jew K-LINE,

    għall-użu fil-manifattura tal-oġġetti tal-Kapitolu 87 (1)

    1.1.-31.12.

    160 000 biċċa

    0 %


    (1)  Is-sospensjoni tad-dazji hija soġġetta għal superviżjoni doganali tal-użu finali f’konformità mal-Artikolu 254 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

    (2)  Madankollu, is-sospensjoni tat-tariffi doganali ma għandhiex tapplika meta l-ipproċessar isir minn impriżi tal-forniment tal-ikel jew li jbiegħu bl-imnut.

    (3)  Id-dazju ad valorem biss huwa sospiż. Id-dazju speċifiku għandu jkompli japplika.


    Top