This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021R2116
Regulation (EU) 2021/2116 of the European Parliament and of the Council of 2 December 2021 on the financing, management and monitoring of the common agricultural policy and repealing Regulation (EU) No 1306/2013
Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013
Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013
PE/65/2021/INIT
ĠU L 435, 6.12.2021, p. 187–261
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 25/05/2024
6.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 435/187 |
REGOLAMENT (UE) 2021/2116 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-2 ta’ Diċembru 2021
dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 322(1), il-punt (a), tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (3),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (4),
Billi:
(1) |
Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Novembru 2017 intitolata “Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja” tikkonkludi li jenħtieġ li l-politika agrikola komuni (“il-PAK”) tibqa’ żżid ir-rispons tagħha għall-isfidi u l-opportunitajiet tal-ġejjieni billi tagħti spinta lill-impjiegi, lit-tkabbir u lill-investiment, billi titħabat kontra t-tibdil fil-klima u tadatta għalih u billi toħroġ ir-riċerka u l-innovazzjoni mil-laboratorji u tħaddimhom fl-għelieqi u fis-swieq. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-PAK tindirizza t-tħassib taċ-ċittadini b’rabta mal-produzzjoni agrikola sostenibbli. |
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), jenħtieġ li l-implimentazzjoni tal-PAK tqis l-objettivi tal-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp Sostenibbli, inkluż l-obbligi tal-Unjoni dwar il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-kooperazzjoni għall-iżvilupp. |
(3) |
Jenħtieġ li l-mudell attwali tal-implimentazzjoni tal-PAK ibbażat fuq il-konformità jiġi aġġustat biex ikun żgurat li jkun hemm iktar enfasi fuq ir-riżultati u fuq il-prestazzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-Unjoni tistabbilixxi l-għanijiet bażiċi tal-politika, it-tipi ta’ intervent u r-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni, filwaqt li l-Istati Membri jerfgħu responsabbiltà akbar u jkunu obbligati jagħtu rendikont biex jilħqu dawk l-għanijiet. Minħabba f’hekk, hemm bżonn li jiġu żgurati iktar sussidjarjetà u flessibbiltà sabiex jitqiesu aħjar il-kundizzjonijiet u l-ħtiġijiet lokali. B’hekk jenħtieġ li, fil-kuntest tal-mudell il-ġdid tal-implimentazzjoni tal-PAK, l-Istati Membri jkunu responsabbli biex ifasslu l-interventi tagħhom tal-PAK skont il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom u r-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni sabiex isaħħu kemm jista’ jkun il-kontribut tagħhom lejn l-għanijiet tal-PAK tal-Unjoni. Sabiex ikomplu jiżguraw approċċ komuni u kondizzjonijiet ekwivalenti, jenħtieġ li l-Istati Membri jfasslu u jistabbilixxu wkoll il-qafas ta’ konformità u ta’ kontroll li japplika għall-benefiċjarji, inkluż konformità mal-istandards għal kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin u rekwiżiti statutorji ta’ ġestjoni. |
(4) |
Il-PAK tinkludi diversi interventi u miżuri li ħafna minnhom huma koperti mill-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK li jissemmew fit-Titolu III tar-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Xi oħrajn għadhom isegwu l-loġika tradizzjonali tal-konformità. Huwa importanti li jkun hemm finanzjament għall-interventi u għall-miżuri kollha biex jingħata kontribut għall-kisba tal-għanijiet tal-PAK. Kemm dawk l-interventi kif ukoll dawk il-miżuri għandhom ċerti elementi li huma l-istess, u għalhekk jenħtieġ li l-finanzjament tagħhom jiġi indirizzat bl-istess sett ta’ dispożizzjonijiet. Madankollu, jenħtieġ li dawk id-dispożizzjonijiet ikunu jippermettu trattament differenti meta jkun hemm bżonn. Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jirregola żewġ fondi agrikoli Ewropej, li huma l-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (“l-FAEG”) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (“l-FAEŻR”). Jenħtieġ li dawk iż-żewġ fondi jinżammu f’dan ir-Regolament. Minħabba l-ambitu tar-riforma tal-PAK attwali, huwa xieraq li r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jiġi sostitwit. |
(5) |
Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7)(“ir-Regolament Finanzjarju”), b’mod partikolari dawk li jirregolaw il-ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri, il-funzjoni tal-korpi akkreditati u l-prinċipji tal-baġit, japplikaw għall-interventi u għall-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
(6) |
Sabiex jiġu armonizzati l-prattiki tal-Istati Membri fir-rigward tal-applikazzjoni tal-klawżola ta’ forza maġġuri, jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi, fejn xieraq, eżenzjonijiet mir-regoli tal-PAK f’każijiet ta’ forza maġġuri u f’ċirkostanzi eċċezzjonali kif ukoll lista mhux eżawrjenti ta’ każijiet ta’ forza maġġuri li jista’ jkun hemm u ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali li l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jridu jirrikonoxxu. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jiddeċiedu każ b’każ u abbażi tal-provi rilevanti jekk ikunx hemm forza maġġuri jew ċirkostanzi eċċezzjonali. |
(7) |
Barra minn hekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi, eżenzjonijiet mir-regoli tal-PAK f’każijiet ta’ forza maġġuri u f’ċirkostanzi eċċezzjonali, bħal fil-każ ta’ avveniment meteoroloġiku sever li jaffettwa b’mod gravi l-impriża tal-benefiċċjarju f’livell li jista’ jitqabbel ma’ diżastru naturali sever. |
(8) |
Jenħtieġ li n-nefqa tal-PAK, inkluż dik għall-interventi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK skont it-Titolu III tar-Regolament (UE) 2021/2115, tiġi ffinanzjata mill-baġit ġenerali tal-Unjoni (‘il-baġit tal-Unjoni’), jew direttament permezz tal-FAEG u l-FAEŻR, jew fil-kuntest tal-ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri. Jenħtieġ li jiġu speċifikati t-tipi ta’ nefqa li jistgħu jiġu ffinanzjati permezz ta’ dawk iż-żewġ Fondi. |
(9) |
Sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-PAK stabbiliti fl-Artikolu 39 TFUE u sabiex ikun hemm konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni kondiviża previst fl-Artikolu 63 tar-Regolament Finanzjarju, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li jkunu fis-seħħ is-sistemi ta’ governanza li hemm bżonn. Għalhekk jenħtieġ li jkun hemm dispożizzjoni f’dan ir-Regolament għall-ħatra tal-korpi ta’ governanza, jiġifieri l-awtorità kompetenti, l-aġenzija tal-pagamenti, il-korp ta’ koordinazzjoni u l-korp taċ-ċertifikazzjoni. |
(10) |
Jeħtieġ li jiġu previsti l-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-pagamenti u għall-ħatra u l-akkreditazzjoni tal-korpi ta’ koordinazzjoni min-naħa tal-Istati Membri u għall-istabbiliment tal-proċeduri għall-kisba tad-dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni, id-dokumenti annwali ta’ approvazzjoni, sommarju annwali tar-rapporti tal-awditjar finali, u rapporti annwali dwar il-prestazzjoni, kif ukoll għall-kisba taċ-ċertifikazzjoni tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ monitoraġġ u tas-sistemi tar-rappurtar u taċ-ċertifikazzjoni tal-kontijiet annwali min-naħa ta’ korpi indipendenti. Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata t-trasparenza tas-sistema ta’ verifiki li jridu jitwettqu fil-livell nazzjonali, b’mod partikolari b’rabta mal-proċeduri għall-awtorizzazzjoni, għall-validazzjoni u għall-pagament, u sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv u tal-awditjar tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri f’każijiet meta jkun hemm bżonn li tiġi akkreditata kull aġenzija individwali tal-pagamenti, jenħtieġ li l-għadd ta’ awtoritajiet u korpi li lilhom jiġu ddelegati dawk ir-responsabbiltajiet ikun limitat filwaqt li jitħarsu d-dispożizzjonijiet kostituzzjonali ta’ kull Stat Membru. Fejn il-qafas kostituzzjonali ta’ Stat Membru jipprevedi reġjuni, jenħtieġ li dak l-Istat Membru jkollu l-possibbiltà li jakkredita aġenziji tal-pagamenti reġjonali, taħt ċerti kondizzjonijiet. |
(11) |
Meta Stat Membru jakkredita iktar minn aġenzija waħda tal-pagamenti, jenħtieġ li jaħtar korp pubbliku uniku ta’ koordinazzjoni biex jiżgura l-konsistenza fil-ġestjoni tal-FAEG u l-FAEŻR, biex jipprevedi kollegament bejn il-Kummissjoni u d-diversi aġenziji tal-pagamenti akkreditati u biex jiżgura li l-informazzjoni li l-Kummissjoni titlob dwar il-ħidma ta’ diversi aġenziji tal-pagamenti tingħata minnufih. Jenħtieġ li dak il-korp ta’ koordinazzjoni jieħu wkoll azzjonijiet biex isolvi n-nuqqasijiet ta’ natura komuni li jkunu nstabu fil-livell nazzjonali u jikkoordina t-tali azzjonijiet, u jenħtieġ li jżomm lill-Kummissjoni infurmata dwar kwalunkwe segwitu, u jenħtieġ li jiżgura l-applikazzjoni armonizzata tar-regoli tal-Unjoni, filwaqt li jqis kwalunkwe limitazzjoni jew restrizzjoni minħabba d-dispożizzjonijiet kostituzzjonali fis-seħħ. |
(12) |
Fil-mudell il-ġdid tal-implimentazzjoni tal-PAK, l-involviment tal-aġenziji tal-pagamenti li l-Istati Membri jkunu akkreditaw huwa prerekwiżit kruċjali biex ikun żgurat b’mod kisbu bl-interventi ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni. Għalhekk jenħtieġ li f’dan ir-Regolament jiġi stipulat b’mod espliċitu li hija biss in-nefqa li jagħmlu l-aġenziji tal-pagamenti akkreditati li tista’ tiġi rrimborżata mill-baġit tal-Unjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li n-nefqa ffinanzjata mill-Unjoni għall-interventi li jissemmew fir-Regolament (UE) 2021/2115 ikollha output korrispondenti u tkun tikkonforma mar-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni u mas-sistemi ta’ governanza. |
(13) |
Sabiex ikun hemm ħarsa ġenerali tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni pubbliċi u privati u biex ikun hemm informazzjoni aġġornata dwar dawkli jkunu attivi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tirċievi informazzjoni mingħand l-Istati Membri u żżomm reġistru aġġornat ta’ dawk il-korpi. Sabiex il-Parlament Ewropew ikollu informazzjoni preċiża u aġġornata wkoll, huwa meħtieġ li l-Kummissjoni tibgħatlu kull sena l-lista tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni maħtura. |
(14) |
Fil-kuntest tal-ħarsien tad-dixxiplina baġitarja, jeħtieġ jiġi ddefinit il-limitu massimu annwali għan-nefqa ffinanzjata mill-FAEG billi jitqiesu l-ammonti massimi stabbiliti għall-FAEG fil-qafas finanzjarju pluriennali previst fir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (8). |
(15) |
Id-dixxiplina baġitarja teżiġi wkoll li l-limitu massimu annwali għan-nefqa ffinanzjata mill-FAEG jitħares f’kull ċirkostanza u f’kull stadju tal-proċedura tal-baġit u tal-implimentazzjoni tal-baġit. Konsegwentement, jeħtieġ li l-limitu massimu nazzjonali għall-pagamenti diretti għal kull Stat Membru stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/2115 jitqies bħala l-limitu massimu finanzjarju għat-tali pagamenti diretti għall-Istat Membru kkonċernat u li r-rimborż ta’ dawk il-pagamenti ma jaqbiżx dak il-limitu massimu finanzjarju. |
(16) |
Sabiex ikun żgurat li l-ammonti għall-finanzjament tal-PAK ikunu konformi mal-limiti massimi annwali, jenħtieġ li jinżamm il-mekkaniżmu ta’ dixxiplina finanzjarja li bih il-livell ta’ appoġġ dirett jiġi aġġustat. Jenħtieġ li tinżamm riżerva għall-agrikoltura sabiex is-settur agrikolu jiġi appoġġat f’każ ta’ żviluppi tas-suq jew kriżijietli jolqtu lill-produzzjoni jew lid-distribuzzjoni agrikola. L-Artikolu 12(2), il-punt (d), tar-Regolament Finanzjarju jipprevedi li l-approprjazzjonijiet mhux impenjati jistgħu jiġu riportati biss għas-sena finanzjarja ta’ wara, skont it-tifsira tal-Artikolu 9 tar-Regolament Finanzjarju (‘sena baġitarja’). Sabiex tiġi ssimplifikata b’mod sinifikanti l-implimentazzjoni għall-benefiċjarji u għall-amministrazzjonijiet nazzjonali, jenħtieġ li jintuża mekkaniżmu ta’ riportament li juża kull ammont tar-riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu li ser tiġi stabbilita fis-sena 2022 li ma jkunx intuża. Għal dak il-għan, hemm bżonn ta’ deroga mill-Artikolu 12(2), il-punt (d), tar-Regolament Finanzjarju li tippermetti li l-approprjazzjonijiet mhux impenjati tar-riżerva għall-agrikoltura jiġu riportati biex jiffinanzjaw lil din ir-riżerva fis-snin baġitarji ta’ wara sas-sena 2027. Barra minn hekk, għas-sena baġitarja 2022, hemm bżonn ta’ deroga minħabba li jenħtieġ li l-ammont kollu tar-riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu li ma jkunx intuża u li jkun disponibbli fi tmiem is-sena baġitarja 2022 jiġi riportat għas-sena baġitarja 2023 għal-linja korrispondenti tar-riżerva l-ġdida għall-agrikoltura stabbilita skont ir-Regolament mingħajr ma jerġa’ jiddaħħal kompletament fil-linji baġitarji li jkopru l-interventi fil-forma ta’ pagamenti diretti fil-kuntest tal-Pjan Strateġiku tal-PAK. Madankollu, sabiex jiġu massimizzati l-ammonti li għandhom jiġu rrimborżati lill-bdiewa fis-sena baġitarja 2023, jenħtieġ li l-ewwel jintużaw id-disponibbiltajiet l-oħra kollha taħt is-sublimitu tal-FAEG għas-sena baġitarja 2023 stabbilit fir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 sabiex fis-sena baġitarja 2023 tiġi stabbilita r-riżerva l-ġdida għall-agrikoltura. |
(17) |
Sabiex jiġi evitat li l-amministrazzjonijiet nazzjonali u l-bdiewa jkollhom piż amministrattiv eċċessiv, sabiex il-proċeduri jiġu ssimplifikati kemm jista’ jkun u sabiex tiġi limitata l-kumplessità tal-formoli ta’ applikazzjoni għall-għajnuna, jenħtieġ li r-rimborż tal-ammonti li jkunu ġew riportati mis-sena finanzjarja agrikola (‘sena finanzjarja’) ta’ qabel b’rabta mad-dixxiplina finanzjarja applikata ma jsirx meta d-dixxiplina finanzjarja tiġi applikata għal sena oħra sussegwenti (is-sena N+1) jew meta l-ammont kollu tal-approprjazzjonijiet mhux impenjati jkun jirrappreżenta inqas minn 0,2 % tal-limitu massimu annwali tal-FAEG. |
(18) |
Il-miżuri li jittieħdu biex tiġi ddeterminata l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FAEG u l-FAEŻR f’dak li għandu x’jaqsam mal-kalkolu tal-limiti massimi finanzjarji ma jaffettwawx is-setgħat tal-awtorità baġitarja maħtura mit-TFUE. Għalhekk jenħtieġ li dawk il-miżuri jissejsu fuq il-pakketti finanzjarji stabbiliti skont il-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda (9). |
(19) |
Id-dixxiplina baġitarja teżiġi wkoll eżami kontinwu tal-qagħda tal-baġit fuq perijodu medju taż-żmien. Jekk ikun hemm bżonn, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipproponi l-miżuri x-xierqa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sabiex tiżgura li l-Istati Membri jikkonformaw mal-limiti massimi previsti fir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tuża bis-sħiħ is-setgħat tagħha ta’ ġestjoni f’kull żmien biex tiżgura l-konformità mal-limitu massimu annwali u, jekk ikun hemm bżonn, tipproponi l-miżuri x-xierqa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew lill-Kunsill biss, kif ikun xieraq, biex tiġi rrimedjata l-qagħda tal-baġit. Jekk, fi tmiem sena baġitarja, ma jkunx jista’ jkun hemm konformità mal-limitu massimu annwali minħabba r-rimborżi li jkunu talbu għalihom l-Istati Membri, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tieħu miżuri li jippermettu li l-ammonti disponibbli jitqassmu b’mod provviżorju fost l-Istati Membri b’mod proporzjonat mat-talbiet tagħhom għar-rimborżi li jkunu għadhom ma tħallsux, kif ukoll miżuri li jiżguraw il-konformità mal-limitu massimu stabbilit għas-sena kkonċernata. Jenħtieġ li l-pagamenti għal dik is-sena jiġu ddebitati għas-sena baġitarja ta’ wara u li jiġu stabbiliti b’mod definittiv l-ammont totali ta’ finanzjament mill-Unjoni għal kull Stat Membru, kif ukoll kwalunkwe kumpens li jrid jitwettaq fir-rigward ta’ Stati Membri, sabiex ikun żgurat li jkun hemm konformità mal-ammont stabbilit. |
(20) |
Hija u timplimenta l-baġit, jenħtieġ li l-Kummissjoni tħaddem sistema ta’ twissija bikrija u ta’ monitoraġġ ta’ kull xahar għan-nefqa agrikola sabiex, jekk ikun hemm riskju li l-limitu massimu annwali jinqabeż, hija tkun tista’ tieħu l-miżuri x-xierqa mill-aktar fis possibbli skont is-setgħat ta’ ġestjoni li jkollha għad-dispożizzjoni tagħha u tipproponi miżuri oħrajn jekk il-miżuri ta’ qabel ikunu jidhru li ma jkunux biżżejjed. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tibgħat rapport perjodiku lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li fih tqabbel l-evoluzzjoni tan-nefqa li tkun saret sa dak iż-żmien mal-profili u li fih tivvaluta l-implimentazzjoni li tista’ tkun prevista għall-bqija tas-sena baġitarja. |
(21) |
F’dak li għandu x’jaqsam mal-FAEG, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħti r-riżorsi finanzjarji meħtieġa biex tiġi koperta n-nefqa li jkunu għamlu l-aġenziji tal-pagamenti akkreditati lill-Istati Membri fil-forma ta’ rimborżi għar-riżervar tan-nefqa li jkunu għamlu dawk l-aġenziji. Sakemm ikunu saru t-tali rimborżi, fil-forma ta’ pagamenti ta’ kull xahar, jenħtieġ li l-Istati Membri jimmobilizzaw ir-riżorsi finanzjarji skont il-ħtiġijiet tal-aġenziji tal-pagamenti akkreditati tagħhom. Jenħtieġ li f’dan ir-Regolament jiġi stipulat b’mod espliċitu li l-kostijiet amministrattivi u tal-persunal tal-Istati Membri u l-benefiċjarji involuti fl-implimentazzjoni tal-PAK iridu jitħallsu minn dawk l-Istati Membri u l-l-benefiċjarji. |
(22) |
Sabiex il-Kummissjoni tingħata l-mezzi biex, b’mod partikolari, tkun tista’ tamministra s-swieq agrikoli, tiffaċilita l-monitoraġġ tan-nefqa agrikola u timmonitorja r-riżorsi agrikoli fuq perijodu medju taż-żmien u fit-tul, inkluż dawk relatati mal-ambjent u r-reżiljenza għat-tibdil fil-klima u l-progress lejn il-miri rilevanti tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġi previst l-użu tas-sistema agrometeoroloġika u l-akkwist tad-data satellitari u t-titjib ta’ din id-data. |
(23) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata l-mezzi biex timmonitorja s-swieq, b’kont meħud tal-għanijiet u l-impenji tal-Unjoni, inkluż il-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp, biex b’hekk tikkontribwixxi għat-trasparenza tas-swieq. |
(24) |
F’dak li għandu x’jaqsam mal-ġestjoni finanzjarja tal-FAEŻR, jenħtieġ li jiġu previsti dispożizzjonijiet dwar l-impenji baġitarji, dwar l-iskadenzi għall-pagamenti, dwar id-diżimpenn u dwar l-interruzzjonijiet. L-interventi għall-iżvilupp rurali jenħtieġ li jiġu ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni abbażi ta’ impenji li jsiru bħala pagamenti akkont annwali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw il-fondi tal-Unjoni previsti malli jiġu approvati l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK. Għalhekk hemm bżonn ta’ sistema ta’ prefinanzjament ristretta kif xieraq biex ikun żgurat fluss kostanti ta’ fondi sabiex il-pagamenti lill-benefiċjarji tal-interventi jsiru f’waqthom. |
(25) |
Minbarra l-prefinanzjament, jeħtieġ li ssir distinzjoni wkoll bejn il-pagamenti interim u l-pagament tal-bilanċi min-naħa tal-Kummissjoni lill-aġenziji tal-pagamenti akkreditati. Jeħtieġ ukoll li jiġu stabbiliti regoli ddettaljati li jirregolaw dawk il-pagamenti. Jenħtieġ li r-regola tad-diżimpenn awtomatiku tgħin sabiex l-interventi jsiru iktar malajr u biex tikkontribwixxi għal ġestjoni finanzjarja tajba. Ir-regoli li jirregolaw l-oqfsa nazzjonali tal-Istati Membri li jkollhom interventi reġjonali kif stipulat fir-Regolament (UE) 2021/2115 ukoll jipprovdu għodda għall-Istati Membri biex jiżguraw l-eżekuzzjoni u ġestjoni finanzjarja tajba. |
(26) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-għajnuna mill-Unjoni titħallas fil-ħin lill-benefiċjarji sabiex il-benefiċjarji jkunu jistgħu jużawha b’mod effiċjenti. Jekk l-Istati Membri jonqsu milli jikkonformaw mal-iskadenzi għall-pagamenti stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni, jistgħu joħolqu diffikultajiet kbar għall-benefiċjarji u jipperikolaw l-ibbaġitjar annwali tal-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li n-nefqa li ssir mingħajr ma jitħarsu l-iskadenzi għall-pagamenti tiġi eskluża mill-finanzjament tal-Unjoni. Madanakollu, skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tipprevedi eċċezzjonijiet għal dik ir-regola ġenerali fir-rigward tal-FAEG u l-FAEŻR. |
(27) |
Meta teżerċita r-responsabbiltajiet tagħha marbutin mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità, stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea (TUE). Barra minn hekk, jeħtieġ li l-arranġamenti għall-implimentazzjoni u l-użu tal-FAEG u l-FAEŻR ikunu konformi ma’ dak il-prinċipju tal-proporzjonalità u jqisu l-għan ġenerali tat-tnaqqis tal-piż amministrattiv fuq il-korpi involuti fil-ġestjoni u l-kontroll tal-programmi. |
(28) |
Skont l-istruttura u l-karatteristiċi ewlenin tal-mudell il-ġdid tal-implimentazzjoni tal-PAK, jenħtieġ li l-eliġibbiltà tal-pagamenti li l-Istati Membri jagħmlu għall-finanzjament tal-Unjoni ma tkunx tiddependi iktar fuq il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti lill-benefiċjarji individwali. Minflok, għat-tipi ta’ interventi msemmija fir-Regolament (UE) 2021/2115, u mingħajr preġudizzju għar-regoli speċifiċi ta’ eliġibbiltà għall-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton stipulati f’dak ir-Regolament, jenħtieġ li l-pagamenti tal-Istati Membri jkunu eliġibbli jekk ikun hemm output li jikkorrispondi magħhom u jekk ikun hemm konformità mar-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni applikabbli. |
(29) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jipprevedi t-tnaqqis u s-sospensjonijiet tal-pagamenti interim jew tal-pagamenti ta’ kull xahar biex jiġi appoġġat il-kontroll tal-legalità u tar-regolarità. Fil-mudell il-ġdid tal-implimentazzjoni tal-PAK, jenħtieġ li dawk l-għodod jintużaw biex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni. Jenħtieġ li tiġi ċċarata wkoll id-differenza bejn it-tnaqqis u s-sospensjonijiet. |
(30) |
Jenħtieġ li tiġi ssimplifikata l-proċedura biex jitnaqqsu l-pagamenti mill-FAEG fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-limiti massimi finanzjarji stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni u li din il-proċedura tiġi allinjata mal-proċedura użata għall-pagamenti mill-FAEŻR f’dan il-kuntest. |
(31) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jibagħtu l-kontijiet annwali, rapport annwali dwar il-prestazzjoni b’rabta mal-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, is-sommarju annwali tar-rapporti tal-awditjar finali u d-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Frar ta’ kull sena. Meta ma jintbagħtux dawk id-dokumenti u b’hekk il-Kummissjoni ma tkunx tista’ tapprova l-kontijiet tal-aġenzija tal-pagamenti kkonċernata jew ma tkunx tista’ tiċċekkja l-eliġibbiltà tan-nefqa mal-outputs irrappurtati, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tissospendi l-pagamenti ta’ kull xahar u tinterrompi r-rimborżi ta’ kull tliet xhur sa ma tirċievi d-dokumenti pendenti. |
(32) |
Jenħtieġ li tiġi introdotta forma ġdida ta’ sospensjoni tal-pagamenti għal sitwazzjonijiet fejn ikun hemm outputs li jkunu baxxi ħafna b’mod mhux normali. Meta l-outputs irrappurtati jkunu baxxi ħafna b’mod mhux normali meta mqabblin man-nefqa ddikjarata, u meta l-Istati Membri ma jkunux jistgħu jagħtu raġunijiet ġustifikati kif dovut għal dik is-sitwazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ li, minbarra li tnaqqas in-nefqa għas-sena finanzjarja N-1, tissospendi wkoll in-nefqa futura marbuta mal-intervent li għalih l-output kien baxx ħafna b’mod mhux normali. Jenħtieġ li t-tali sospensjonijiet jiġu kkonfermati fid-deċiżjoni annwali dwar l-approvazzjoni tal-prestazzjoni. |
(33) |
F’dak li għandu x’jaqsam mal-monitoraġġ pluriennali tal-prestazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ wkoll tissospendi l-pagamenti. Għalhekk, f’każijiet ta’ dewmien fil-progress lejn il-miri stipulati fil-Pjan Strateġiku tal-PAK ta’ Stat Membru li l-Istat Membru ma jkunx jista’ jagħti raġunijiet debitament ġustifikati, jew f’każijiet fejn ma jkunx sar biżżejjed progress biex dawn jintlaħqu, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li titlob, lill-Istat Membru kkonċernat jieħu l-azzjonijiet meħtieġa ta’ rimedju skont pjan ta’ azzjoni li jrid jiġi stabbilit b’konsultazzjoni magħha u li jkun fih indikaturi ċari dwar il-progress flimkien ma’ indikazzjoni taż-żmien meta jrid jinkiseb il-progress. Meta l-Istat Membru jonqos milli jibgħat il-pjan ta’ azzjoni jew milli jimplimentah, jew meta jkun ċar li l-pjan ta’ azzjoni ma jkunx biżżejjed biex titranġa s-sitwazzjoni jew fejn dan ma jkunx ġie modifikat skont it-talba bil-miktub tal-Kummissjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tissospendi, il-pagamenti interim jew il-pagamenti ta’ kull xahar. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrimborża l-ammonti sospiżi meta, abbażi tar-rieżami tal-prestazzjoni jew abbażi tan-notifika volontarja li tkun saret matul is-sena baġitarja mill-Istat Membru dwar il-progress tal-pjan ta’ azzjoni u tal-azzjoni korrettiva meħuda biex jitranġa n-nuqqas, ikun sar progress sodisfaċenti biex jintlaħqu l-miri. |
(34) |
Minħabba t-tranżizzjoni meħtieġa għal mudell tal-prestazzjoni orjentat lejn ir-riżultati, it-talba għal pjan ta’ azzjoni mill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2025, ma għandhiex twassal għal sospensjoni tal-pagamenti qabel ir-rieżami tal-prestazzjoni għas-sena finanzjarja 2026. |
(35) |
Kif kien il-każ fil-kuntest tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tissospendi l-pagamenti fejn ikun hemm nuqqasijiet serji fil-funzjonament tas-sistemi ta’ governanza, fosthom nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni u rappurtar mhux affidabbli. Madankollu, jeħtieġ li jiġu riveduti l-kondizzjonijiet għas-sospensjoni tal-pagamenti sabiex il-mekkaniżmu jsir aktar effiċjenti. Jenħtieġ li l-konsegwenzi finanzjarji tat-tali sospensjonijiet jiġu deċiżi permezz ta’ proċedura ad hoc tal-konformità. |
(36) |
Jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jagħmlu l-pagamenti sħaħ tal-PAK previsti mid-dritt tal-Unjoni lill-benefiċjarji. |
(37) |
Sabiex ċertu tip ta’ dħul marbut mal-PAK ikun jista’ jerġa’ jintuża għall-għanijiet tal-PAK, jenħtieġ li dan jiġi kkwalifikat bħala dħul assenjat. Jenħtieġ li tiġi emendata l-lista tas-somom li tinsab fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u li dawk id-dispożizzjonijiet jiġu armonizzati u jingħaqdu mad-dispożizzjonijiet eżistenti dwar id-dħul assenjat. |
(38) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fih lista tal-miżuri ta’ informazzjoni marbutin mal-PAK u l-għanijiet tagħhom u jistabbilixxi r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom u dwar l-implimentazzjoni tal-proġetti li jikkorrispondu magħhom. Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet speċifiċi marbutin mal-għanijiet u mat-tipi ta’ miżuri ta’ informazzjoni li jridu jiġu ffinanzjati jiġu ttrasferiti għal dan ir-Regolament. |
(39) |
Fil-biċċa l-kbira tiegħu, il-finanzjament tal-miżuri u tal-interventi fil-kuntest tal-PAK huwa soġġett għall-prinċipju tal-ġestjoni kondiviża. Sabiex ikun żgurat li jkun hemm ġestjoni tajba tal-fondi tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq verifiki fuq kif l-awtoritajiet tal-Istati Membri li huma responsabbli biex jagħmlu l-pagamenti qed jamministraw il-fondi. Huwa xieraq li tiġi ddefinita n-natura tal-verifiki li l-Kummissjoni trid twettaq, li jiġu speċifikati t-termini tar-responsabbiltajiet tagħha għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni u li jiġu ċċarati l-obbligi ta’ kooperazzjoni tal-Istati Membri. |
(40) |
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ twettaq l-obbligu tagħha li tivverifika li jkun hemm sistemi ta’ ġestjoni u ta’ spezzjoni tan-nefqa tal-Unjoni fl-Istati Membri u li dawn is-sistemi jkunu qed jaħdmu tajjeb, jenħtieġ li jiġi previst li jitwettqu verifiki minn persuni awtorizzati mill-Kummissjoni biex jaġixxu f’isimha, irrispettivament mill-ispezzjonijiet li jwettqu l-Istati Membri nfushom, u li dawn il-persuni jkunu jistgħu jitolbu l-għajnuna tal-Istati Membri f’ħidmiethom. |
(41) |
Jeħtieġ li t-teknoloġija tal-informazzjoni tintuża b’mod kemm jista’ jkun estensiv sabiex tinħoloq l-informazzjoni li trid tintbagħat lill-Kummissjoni. Hija u twettaq il-verifiki, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha aċċess sħiħ u immedjat għall-informazzjoni dwar in-nefqa rreġistrata b’mod elettroniku u f’forma stampata. |
(42) |
Sabiex jiġu applikati r-rekwiżiti tar-Regolament Finanzjarju b’rabta mad-dipendenza reċiproka fuq l-awditi, biex jitnaqqas ir-riskju ta’ xogħol doppju fl-awditi li jsiru minn diversi istituzzjonijiet, u biex jiġu minimizzati l-kost tal-kontrolli u l-piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji u l-Istati Membri, jeħtieġ li jiġu stabbiliti r-regoli dwar l-approċċ ta’ awditu uniku u li tiġi prevista l-possibbiltà li x-xogħol ta’ korpi affidabbli taċ-ċertifikazzjoni jservi ta’ garanzija għall-Kummissjoni, filwaqt li jitqiesu b’mod xieraq il-prinċipji tal-awditu uniku u tal-proporzjonalità b’rabta mal-livell ta’ riskju għall-baġit tal-Unjoni. |
(43) |
Fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-approċċ ta’ awditu uniku, fejn ġeneralment ix-xogħol tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni jenħtieġ li jservi ta’ garanzija għall-Kummissjoni, b’kont meħud tal-awtovalutazzjoni tar-riskju tal-ħtieġa għal verifiki li hija trid twettaq fl-Istat Membru kkonċernat, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ twettaq verifiki meta tkun infurmat lill-Istat Membru kkonċernat li ma tistax isserraħ fuq ix-xogħol tal-korp taċ-ċertifikazzjoni. Barra minn hekk,, sabiex twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha skont l-Artikolu 317 TFUE, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ twettaq verifiki fejn jista’ jkun hemm nuqqasijiet serji fil-funzjonament xieraq tas-sistemi ta’ governanza, li ma jkunux ġew segwiti minn dak l-Istat Membru. |
(44) |
Sabiex tiġi stabbilita r-rabta finanzjarja bejn l-aġenziji tal-pagamenti akkreditati u l-baġit tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tapprova l-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti kull sena, fil-kuntest tal-approvazzjoni finanzjarja annwali. Jenħtieġ li d-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tkun limitata għall-kompletezza, għall-preċiżjoni u għall-veraċità tal-kontijiet u li din ma tkunx tkopri l-konformità tan-nefqa mad-dritt tal-Unjoni. |
(45) |
F’konformità mal-mudell il-ġdid tal-implimentazzjoni tal-PAK, jenħtieġ li tiġi stabbilita proċedura ta’ approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni sabiex tiġi ċċekkjata l-eliġibbiltà tan-nefqa b’rabta mal-outputs irrappurtati. Sabiex jiġu indirizzati s-sitwazzjonijiet fejn ma jkunx hemm outputs irrappurtati li jikkorrispondu man-nefqa ddikjarata u l-Istati Membri ma jkunux jistgħu jiġġustifikaw dik id-devjazzjoni, jenħtieġ li jiddaħħal fis-seħħ mekkaniżmu ta’ tnaqqis tal-pagamenti. |
(46) |
Il-Kummissjoni għandha r-responsabbiltà li timplimenta l-baġit tal-Unjoni f’kooperazzjoni mal-Istati Membri skont l-Artikolu 317 TFUE. B’hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk in-nefqa li jkunu għamlu l-Istati Membri tkunx konformi mad-dritt tal-Unjoni jew le. Jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw l-opportunità li jiġġustifikaw id-deċiżjonijiet tagħhom li jagħmlu l-pagamenti u li huma jkunu jistgħu jużaw il-proċedura ta’ konċiljazzjoni meta ma jkunx hemm ftehim bejnhom u l-Kummissjoni. Sabiex l-Istati Membri jingħataw assigurazzjonijiet legali u finanzjarji dwar in-nefqa li tkun saret fl-imgħoddi, jenħtieġ li jiġi stabbilit perijodu ta’ limitazzjoni għall-Kummissjoni biex tiddeċiedi x’għandhom ikunu l-konsegwenzi finanzjarji għan-nuqqas ta’ konformità. |
(47) |
L-Istati Membri huma obbligati, skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2021/2115, li jimplementaw il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom,, kif approvati mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikoli 118 u 119 ta’ dak ir-Regolament. Peress li dak l-obbligu jikkostitwixxi rekwiżit bażiku tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’, meta tidentifika nuqqasijiet serji fl-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK ta’ Stat Membru, li tiddeċiedi li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni, in-nefqa f’riskju li tkun affettwata minn tali nuqqasijiet. |
(48) |
Sabiex jissalvagwardjaw l-interessi finanzjarji tal-baġit tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jdaħħlu fis-seħħ sistemi sabiex jiżguraw li li l-interventi ffinanzjati mill- FAEG u FAEŻR jitwettqu verament u jiġu eżegwiti tajjeb, filwaqt li jżommu l-qafas robust attwali għal ġestjoni finanzjarja tajba. Jenħtieġ li dawk is-sistemi jinkludu t-twettiq ta’ verifiki fuq il-benefiċjarji billi tiġi vvalutata l-konformità tagħhom mal-kriterji ta’ eliġibbiltà u kondizzjonijiet oħra, kif ukoll l-obbligi stipulati fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u r-regoli applikabbli tal-Unjoni. |
(49) |
Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) u r-Regolamenti tal-Kunsill (KE Euratom) Nru 2988/95 (11), (Euratom, KE) Nru 2185/96 (12) u (UE) 2017/1939 (13), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jeħtieġ li jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inkluż miżuri relatati mal-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, inkluż frodi, mal-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett u, fejn xieraq, mal-impożizzjoni ta’ penali amministrattivi. B’mod partikolari, skont ir-Regolamenti (Euratom, KE) Nru 2185/96 u (UE, Euratom) Nru 883/2013, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (l-OLAF) għandu s-setgħa li jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-UPPE) għandu s-setgħa skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, li jinvestiga u jressaq reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14). Skont ir-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u, fir-rigward ta’ dawk l-Istati Membri li jipparteċipaw f’kooperazzjoni msaħħa skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, lill-UPPE u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti. |
(50) |
Sabiex l-OLAF ikun jista’ jeżerċita s-setgħat tiegħu u jiżgura analiżi effiċjenti tal-każijiet ta’ irregolarità, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom fis-seħħ is-sistemi li jippermettulhom jibagħtu rapporti lill-Kummissjoni dwar l-irregolaritajiet u l-każijiet l-oħrajn ta’ nuqqas ta’ konformità mal-kondizzjonijiet li l-Istati Membri jistabbilixxu fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK li jkunu ġew identifikati, fosthom il-frodi, u dwar is-segwitu tagħhom, kif ukoll dwar is-segwitu tal-investigazzjonijiet tal-OLAF. Sabiex jiżguraw li l-ilmenti marbutin mal-FAEG u l-FAEŻR jiġu eżaminati b’mod effettiv, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom fis-seħħ l-arranġamenti meħtieġa għal dan. |
(51) |
F’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, jenħtieġ li l-Istati Membri, fuq it-talba tal-Kummissjoni, jeżaminaw l-ilmenti ppreżentati lill-Kummissjoni li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom u jenħtieġ li jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati ta’ dawk l-eżamijiet. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura l-ilmenti li jitressqu direttament lilha jingħataw segwitu adegwat, skont is-setgħa diskrezzjonali li l-Kummissjoni tgawdi meta tiddeċiedi liema każijiet għandha ssegwi (15). |
(52) |
Sabiex tassisti lill-Istati Membri fl-iżgurar tal-ħarsien effettiv tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqiegħed għad-dispożizzjoni tagħhom għodda ta’ estrazzjoni ta’ data għall-valutazzjoni r-riskji. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta, sas-sena 2025, rapport li jivvaluta l-użu tal-għodda unika ta’ estrazzjoni ta’ data u l-interoperabbiltà tagħha b’rabta mal-użu ġeneralizzat tagħha mill-Istati Membri, flimkien ma’ proposti xierqa, jekk ikun meħtieġ. |
(53) |
Ir-regoli finanzjarji orizzontali li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw abbażi tal-Artikolu 322 TFUE japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawk ir-regoli huma stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw, b’mod partikolari, il-proċedura biex jiġi stabbilit il-baġit u biex dan jiġi implimentat permezz ta’ għotjiet, akkwist, premjijiet u implimentazzjoni indiretta, u jipprevedu verifiki tar-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 TFUE għandhom x’jaqsmu wkoll mal-ħarsien tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati b’rabta mal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, minħabba li r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prekondizzjoni essenzjali għal ġestjoni finanzjarja tajba u għal finanzjament effettiv min-naħa tal-Unjoni. |
(54) |
Huwa xieraq li jiġi żgurat li ċ-ċaħda jew l-irkupru tal-pagamenti minħabba nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-akkwist pubbliku jkunu jirriflettu l-gravità tat-tali nuqqas ta’ konformità u jkunu jħarsu l-prinċipju tal-proporzjonalità, kif espress, pereżempju, fil-linji gwida rilevanti stabbiliti mill-Kummissjoni għall-korrezzjonijiet finanzjarji tan-nefqa ffinanzjata mill-Unjoni fil-kuntest tal-ġestjoni kondiviża fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mat-tali regoli. Huwa xieraq ukoll li jiġi ċċarat li t-tali nuqqas ta’ konformità jaffettwa l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet biss sal-livell tal-parti tal-għajnuna li ma għandhiex titħallas jew li għandha tiġi rtirata. |
(55) |
Diversi dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni agrikola jeżiġu li tiġi ddepożitata garanzija sabiex jiġi żgurat il-pagament ta’ somma dovuta f’każ li ma jitħarisx obbligu. Sabiex jissaħħaħ il-qafas għall-garanziji, jenħtieġ li tapplika regola waħda orizzontali għal dawk id-dispożizzjonijiet kollha. |
(56) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu u jħaddmu sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll (is-”sistema integrata”) għal ċerti interventi previsti fir-Regolament (UE) 2021/2115 u għall-miżuri msemmijin fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) u fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17). Sabiex jitjiebu l-effettività u l-monitoraġġ tal-appoġġ tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu awtorizzati jużaw is-sistema integrata għal interventi oħrajn tal-Unjoni. |
(57) |
Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni bejn il-benefiċjarji fi Stati Membri differenti, jenħtieġ li jiġu introdotti ċerti regoli ġenerali dwar il-kontrolli u l-penali fil-livell tal-Unjoni. |
(58) |
Jenħtieġ li jinżammu l-elementi eżistenti ewlenin tas-sistema integrata u, b’mod partikolari, id-dispożizzjonijiet dwar sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba’, dwar sistema għall-applikazzjonijiet ġeospazjali u bbażati fuq l-annimali, dwar sistema għall-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni tal-intitolamenti għall-pagamenti, dwar sistema għar-reġistrazzjoni tal-identità tal-benefiċjarji u dwar sistema ta’ kontroll u penali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jużaw il-prodotti tad-data jew tal-informazzjoni pprovduti mill-programm Copernicus, minbarra t-teknoloġiji tal-informazzjoni bħall-Galileo u l-EGNOS, sabiex ikun żgurat li fl-Unjoni kollha jkun hemm data komprensiva u komparabbli biex tkun tista’ tiġi mmonitorjata l-politika agroambjentali u klimatika, inkluż l-impatt tal-PAK, il-prestazzjoni ambjentali u l-progress lejn il-miri tal-Unjoni, u biex ikun jista’ jissaħħaħ l-użu tad-data u tal-informazzjoni ħielsa u miftuħa kollha maqbuda mis-satelliti Sentinels ta’ Copernicus u mis-servizzi ta’ dan il-programm. Għal dak il-għan, jenħtieġ li s-sistema integrata tkun tinkludi wkoll sistema ta’ monitoraġġ tal-erja. |
(59) |
Bħala parti mis-sistemi ta’ governanza li jenħtieġ li jkunu fis-seħħ biex tiġi implimentata l-PAK, jenħtieġ li s-sistema integrata tiżgura li d-data aggregata pprovduta bħala parti mir-rappurtar annwali dwar il-prestazzjoni tkun affidabbli u tkun tista’ tiġi vverifikata. Minħabba l-importanza ta’ sistema integrata li taħdem sew, jeħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti tal-kwalità. Jenħtieġ li l-Istati Membri jwettqu valutazzjoni annwali tal-kwalità tas-sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba’, tas-sistema għall-applikazzjonijiet ġeospazjali u tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja. Jenħtieġ li l-Istati Membri jindirizzaw ukoll kull nuqqas u, jekk jintalbu jagħmlu dan mill-Kummissjoni, jistabbilixxu pjan ta’ azzjoni. |
(60) |
Il-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni intitolati “Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja”, il-”Patt Ekoloġiku Ewropew”, l-”Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt – għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent” u l-”Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 - Inreġġgħu n-natura lura f’ħajjitna” stabbilew bħala orjentament strateġiku għall-PAK fil-ġejjieni t-tisħiħ tal-kura ambjentali u tal-azzjoni klimatika u l-kontribut biex jintlaħqu l-għanijiet u l-miri ambjentali u klimatiċi tal-Unjoni. B’hekk, għall-finijiet ambjentali u klimatiċi, sar hemm bżonn li tiġi skambjata d-data tas-sistema ta’ Identifikazzjoni tal-irqajja’ tal-art u data oħra tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll fil-livell nazzjonali u f’dak tal-Unjoni. Għalhekk jenħtieġ li jiġi previst li d-data li tinġabar permezz tas-sistema integrata li tkun rilevanti għall-finijiet ambjentali u klimatiċi tinqasam bejn l-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri u mal-istituzzjonijiet u mal-korpi tal-Unjoni. Sabiex tiżdied l-effiċjenza fl-użu tad-data li l-awtoritajiet pubbliċi differenti jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom biex joħolqu l-istatistika Ewropea, jenħtieġ li jiġi previst ukoll li, għall-finijiet tal-istatistika, id-data mis-sistema integrata għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ korpi li jiffurmaw parti mis-Sistema Ewropea tal-Istatistika. |
(61) |
L-iskrutinju tad-dokumenti kummerċjali tal-impriżi li jirċievu jew li jagħmlu l-pagamenti jista’ jkun mezz effettiv ħafna ta’ sorveljanza tat-tranżazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament tal-FAEG. Dak l-iskrutinju jissupplimenta verifiki oħrajn li l-Istati Membri jkunu diġà wettqu. Barra minn hekk, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet nazzjonali marbutin mal-iskrutinju jitħallew imorru lil hinn dak li huwa meħtieġ mid-dritt tal-Unjoni |
(62) |
Id-dokumenti li jenħtieġ li jintużaw bħala l-bażi għal dan l-iskrutinju jenħtieġ li jingħażlu b’tali mod li jkun jista’ jsir skrutinju sħiħ. Jenħtieġ li l-impriżi li jkun ser isirilhom skrutinju jintgħażlu abbażi tan-natura tat-tranżazzjonijiet li jkunu saru taħt ir-responsabbiltà tagħhom u li t-tqassim tal-impriżi li jirċievu jew li jagħmlu l-pagamenti għal kull settur jintgħażel skont l-importanza finanzjarja tagħhom fis-sistema ta’ finanzjament mill-FAEG. |
(63) |
Jeħtieġ li jiġi stabbilit il-mandat tal-uffiċjali li jkollhom ir-responsabbiltà jwettqu l-iskrutinju u li jiġu ddefiniti l-obbligi tal-impriżi li jqiegħdu d-dokumenti kummerċjali għad-dispożizzjoni ta’ dawn l-uffiċjali għal perijodu speċifikat, kif ukoll li jagħtu kull informazzjoni li dawn l-uffiċjali jistgħu jitolbuhom. Jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li f’ċerti każijiet jiġu sekwestrati d-dokumenti kummerċjali. |
(64) |
Filwaqt li titqies l-istruttura internazzjonali tal-kummerċ agrikolu u fl-interess tal-funzjonament tajjeb tas-suq intern, jeħtieġ li tiġi organizzata l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri. Jeħtieġ li tiġi stabbilita wkoll sistema ċentralizzata ta’ dokumentazzjoni fil-livell tal-Unjoni dwar l-impriżi li jkunu stabbiliti f’pajjiżi terzi u li jirċievu jew li jagħmlu l-pagamenti. |
(65) |
Filwaqt li hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri li jadottaw il-programmi ta’ skrutinju tagħhom stess, jeħtieġ li dawk il-programmi jintbagħtu lill-Kummissjoni sabiex din tkun tista’ taqdi r-rwol tagħha ta’ superviżjoni u ta’ koordinazzjoni, biex b’hekk jiġi żgurat li l-programmi jiġu adottati abbażi ta’ kriterji xierqa u li l-iskrutinju jkun jiffoka fuq is-setturi jew l-impriżi b’riskju għoli ta’ frodi. Huwa essenzjali għal kull Stat Membru li jaħtar korp jew korpi responsabbli għall-monitoraġġ tal-iskrutinju tad-dokumenti kummerċjali u għall-koordinazzjoni ta’ dak l-iskrutinju. Jenħtieġ li dawk il-korpi li jinħatru jkunu indipendenti mid-dipartimenti li jwettqu l-iskrutinju qabel il-pagament. Jenħtieġ li l-informazzjoni li tinġabar matul dak l-iskrutinju titħares mis-segretezza professjonali. |
(66) |
Il-kondizzjonalità hija element importanti tal-PAK li tiżgura li l-pagamenti jippromwovu livell għoli ta’ sostenibbiltà u jiżguraw kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għall-bdiewa fl-Istati Membri u fl-Unjoni, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mal-elementi soċjali, ambjentali u klimatiċi tal-PAK, iżda wkoll b’rabta mas-saħħa pubblika u t-trattament xieraq tal-annimali. Dan ifisser li jenħtieġ li jitwettqu kontrolli u li jiġu applikati penali meta jkun hemm bżonn sabiex tkun żgurata l-effettività tas-sistema ta’ kondizzjonalità. Sabiex ikunu żgurati dawn il-kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni bejn il-benefiċjarji fi Stati Membri differenti, jenħtieġ li jiddaħħlu ċerti regoli ġenerali dwar il-kundizzjonalità, u dwar kontrolli u penali marbutin man-nuqqas ta’ konformità fil-livell tal-Unjoni. |
(67) |
Sabiex ikun żgurat li l-Istati Membri jinfurzaw il-kondizzjonalità b’mod armonizzat, jeħtieġ li tiġi prevista rata minima ta’ kontroll fil-livell tal-Unjoni, filwaqt li l-organizzazzjoni tal-korpi kompetenti ta’ kontroll u tal-kontrolli jenħtieġ li titħalla f’idejn l-Istati Membri. |
(68) |
Filwaqt li jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jistabbilixxu d-dettalji tal-penali, jenħtieġ li dawk il-penali jkunu proporzjonati, effettivi u dissważivi u jkunu mingħajr preġudizzju għal penali oħrajn stabbiliti skont il-liġi nazzjonali jew skont id-dritt tal-Unjoni. Sabiex jiġu żgurati l-proporzjonalità, l-effettività u l-effett dissważiv tal-penali, huwa xieraq li jiġu stabbiliti r-regoli għall-applikazzjoni u għall-kalkolu ta’ dawn il-penali. B’kont meħud tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (‘Qorti tal-Ġustizzja’)fil-Kawża C-361/19 (18), biex tiġi żgurata r-rabta bejn l-imġiba tal-bidwi u l-penali, jenħtieġ li jiġi stabbilit li, bħala regola ġenerali, il-penali jenħtieġ li tiġi kkalkulata abbażi tal-pagamenti mogħtija jew li għandhom jingħataw fis-sena kalendarja li fiha jkun seħħ in-nuqqas ta’ konformità. Madankollu, fejn in-natura tas-sejba ma tagħmilhiex possibbli li tiġi stabbilita s-sena li fiha jkun seħħ in-nuqqas ta’ konformità, sabiex tiġi żgurata l-effettività tas-sistema tal-penali, jeħtieġ li jiġi stabbilit li, għal dawn il-każijiet, il- penali jenħtieġ li tiġi kkalkulata abbażi tal-pagamenti mogħtija jew li għandhom jingħataw fis-sena kalendarja li fiha jkun instab in-nuqqas ta’ konformità. Jenħtieġ li tali rati minimi jiġu applikati mill-Istati Membri skont il-gravità, l-estremità, it-tul ta’ żmien jew l-okkorrenza mill-ġdid u l-intenzjonalità tan-nuqqas ta’ konformità li jkun instab.. Sabiex ikun żgurat li l-penali jkunu proporzjonati, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprevedu li tiġi applikata l-ebda penali fejn in-nuqqas ta’ konformità ma jkollu ebda konsegwenza jew ikollu konsegwenzi insinifikanti għall-kisba tal-objettiv tal-istandard jew ir-rekwiżit ikkonċernat, u jistabbilixxu mekkaniżmu ta’ sensibilizzazzjoni biex jiżguraw li l-benefiċjarji jkunu infurmati dwar in-nuqqasijiet ta’ konformità misjuba u l-azzjonijiet possibbli ta’ rimedju li għandhom jittieħdu.. |
(69) |
Jenħtieġ li l-mekkaniżmu ta’ kondizzjonalità soċjali jkun ibbażat fuq il-proċeduri ta’ infurzar li jitwettqu mill-awtoritajiet tal-infurzar kompetenti jew mill-korpi responsabbli mill-kontrolli fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg u mill-istandards tax-xogħol applikabbli. Tali proċeduri ta’ infurzar jistgħu jieħdu diversi forom skont is-sistema nazzjonali. Jenħtieġ li l-eżitu tal-kontrolli u tal-proċedura ta’ infurzar jintbagħat lill-aġenziji tal-pagamenti flimkien ma’ valutazzjoni kklassifikata tal-gravità tal-ksur tal-leġiżlazzjoni rilevanti. |
(70) |
Meta l-mekkaniżmu tal-kondizzjonalità soċjali jiġi applikat fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u fil-ftehimiet rispettivi bejn l-aġenziji tal-pagamenti u l-awtoritajiet jew il-korpi responsabbli għall-infurzar tal-leġiżlazzjoni soċjali u tal-impjiegi u l-istandards tax-xogħol applikabbli, jenħtieġ li tingħata attenzjoni kbira biex tiġi rispettata l-awtonomija ta’ dawk l-awtoritajiet jew il-korpi u l-mod speċifiku li bih il-leġiżlazzjoni soċjali u tal-impjiegi u l-istandards tax-xogħol applikabbli jiġu implimentati u infurzati f’kull Stat Membru. Jenħtieġ li l-mekkaniżmu jibqa’ indipendenti mill-mudell soċjali partikolari ta’ kull Stat Membru u ma jaffettwax il-funzjonament tiegħu, u jenħtieġ li ma jaffettwa bl-ebda mod l-indipendenza tal-ġudikatura. Għal dak il-għan, jenħtieġ li, minn naħa waħda, tiġi żgurata separazzjoni ċara tar-responsabbiltajiet bejn l-awtoritajiet jew il-korpi responsabbli għal-infurzar tal-leġiżlazzjoni soċjali u tal-impjiegi dwar l-impjiegi u dik soċjali u l-istandards tax-xogħol applikabbli u, min-naħa l-oħra, l-aġenziji tal-pagamenti agrikoli, fejn ir-rwol ta’ dawn tal-aħħar ikun l-eżekuzzjoni tal-pagamenti u l-applikazzjoni tal-penali. Jenħtieġ li jiġu rispettati bis-sħiħ l-awtonomija tas-sħab soċjali kif ukoll id-dritt tagħhom li jinnegozjaw u jikkonkludu ftehimiet kollettivi. Jenħtieġ li l-awtonomija tagħhom tiġi rispettata wkoll fejn is-sħab soċjali jkollhom ir-responsabbiltà li jwettqu kontrolli fuq il-kondizzjonijiet tax-xogħol. |
(71) |
Sabiex ikun żgurat li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jikkooperaw b’mod armonjuż bejniethom b’rabta mal-finanzjament tan-nefqa tal-PAK u, b’mod partikolari, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ timmonitorja l-ġestjoni finanzjarja tal-Istati Membri u tapprova l-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti akkreditati, jeħtieġ li l-Istati Membri jżommu ċerta informazzjoni u jibagħtuha lill-Kummissjoni. |
(72) |
Għall-finijiet tal-ġbir tad-data li trid tintbagħat lill-Kummissjoni, u sabiex il-Kummissjoni jkun jista’ jkollha aċċess sħiħ u immedjat għad-data dwar in-nefqa kemm b’mod elettroniku u kemm f’forma stampata, jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli adattati dwar il-preżentazzjoni u t-trażmissjoni tad-data, fosthom regoli dwar il-limiti taż-żmien. |
(73) |
Minħabba li l-applikazzjoni tas-sistemi nazzjonali ta’ kontroll u tal-approvazzjoni tal-konformità tista’ taffettwa d-data personali jew informazzjoni kummerċjali sensittiva, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li jirċievu f’dak il-kuntest. |
(74) |
Fl-interess ta’ ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni u tal-imparzjalità tat-trattament kemm fil-livell tal-Istati Membri kif ukoll fil-livell tal-benefiċjarji, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar l-użu tal-euro. |
(75) |
Ir-rata tal-kambju tal-euro fil-munita nazzjonali tista’ tvarja fil-perijodu li matulu titwettaq operazzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li r-rata li tapplika għall-ammonti kkonċernati tiġi stabbilita billi jitqies l-avveniment li permezz tiegħu jkun inkiseb l-għan ekonomiku tal-operazzjoni. Jenħtieġ li r-rata tal-kambju applikata tkun dik tad-data li fiha jseħħ dan l-avveniment. Jeħtieġ li dak l-avveniment operattiv jiġi speċifikat jew li titneħħa l-applikazzjoni tiegħu, filwaqt li jitħarsu ċerti kriterji, b’mod partikolari dawk marbutin mal-ħeffa li biha jgħaddi ċ-ċaqliq tal-muniti. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċjali biex jiġu ttrattati sitwazzjonijiet monetarji eċċezzjonali li jinqalgħu jew fl-Unjoni jew fis-suq dinji u li jkunu jeħtieġu azzjoni immedjata biex ikun żgurat li l-arranġamenti stabbiliti skont il-PAK jaħdmu b’mod effettiv. |
(76) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri li ma jkunux adottaw l-euro jkollhom l-għażla li jagħmlu l-pagamenti għan-nefqa li tkun ġejja mil-leġiżlazzjoni dwar il-PAK f’euro minflok fil-munita nazzjonali. Hemm bżonn ta’ regoli speċifiċi biex ikun żgurat li din l-għażla ma twassalx għal xi vantaġġ mhux iġġustifikat għall-partijiet li jkunu qed jagħmlu jew li jkunu qed jirċievu l-pagamenti. |
(77) |
Għall-ġbir tad-data personali min-naħa tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni sabiex iwettqu l-obbligi rispettivi tagħhom ta’ ġestjoni, ta’ kontroll, ta’ awditjar, ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li japplika d-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u dwar il-moviment liberu tat-tali data, b’mod partikolari r-Regolamenti (UE) 2016/679 (19) u (UE) 2018/1725 (20) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
(78) |
Il-pubblikazzjoni tal-ismijiet tal-benefiċjarji tal-FAEG u l-FAEŻR tipprovdi mezz kif jissaħħaħ il-kontroll pubbliku tal-użu ta’ dawk il-fondi u hija meħtieġa sabiex ikun żgurat livell xieraq ta’ ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Dan jinkiseb parzjalment mill-effett preventiv u dissważiv tat-tali pubblikazzjoni, parzjalment billi l-benefiċjarji individwali jiġu skoraġġuti milli jaġixxu b’mod irregolari u parzjalment ukoll billi tissaħħaħ ir-responsabbiltà personali tal-bdiewa għall-użu tal-fondi pubbliċi li jirċievu. Il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni rilevanti hija konsistenti mal-każistika reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja u wkoll mal-approċċ kif stabbilit fir-Regolament Finanzjarju. |
(79) |
F’dak il-kuntest, jenħtieġ li jiġi rrikonoxxut kif xieraq ir-rwol li taqdi s-soċjetà ċivili, fost l-oħrajn permezz tal-mezzi tax-xandir u tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi u tal-kontribut tagħhom għat-tisħiħ tal-qafas ta’ kontroll tal-amministrazzjonijiet kontra l-frodi u kontra kull użu ħażin tal-fondi pubbliċi. |
(80) |
Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21) jistabbilixxi regoli li jipprevedu t-trasparenza fl-implimentazzjoni tal-fondi strutturali u ta’ investiment Ewropej u fil-komunikazzjoni tal-programmi skont dawk il-fondi. Sabiex tkun żgurata l-koerenza, jenħtieġ li jiġi previst li dawk ir-regoli japplikaw ukoll għall-benefiċjarji tal-interventi tal-FAEG u tal-FAEŻR, meta dan ikun rilevanti. |
(81) |
Jekk irid jintlaħaq l-għan li jkun hemm kontroll pubbliku tal-użu tal-flus mill-FAEG u l-FAEŻR trid titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ċerta informazzjoni dwar il-benefiċjarji. Jenħtieġ li dik l-informazzjoni tinkludi data dwar l-identità tal-benefiċjarju, l-ammont li jkun ingħata, il-fond li minnu jkun ingħata, kif ukoll l-għan u l-objettiv speċifiku tal-operazzjoni kkonċernata. Jenħtieġ li dik l-informazzjoni tiġi ppubblikata b’tali mod li toħloq l-inqas interferenza possibbli mad-dritt tal-benefiċjarji li titħares il-ħajja privata tagħhom u li titħares id-data personali tagħhom. Dawk iż-żewġ drittijiet huma rikonoxxuti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
(82) |
Meta titqies il-ħtieġa li jkun hemm aktar trasparenza fir-rigward tad-distribuzzjoni tal-fondi għall-PAK mill-FAEG u tal-FAEŻR, inkluż fir-rigward tas-sjieda marbuta mal-benefiċjarji tal-PAK, jenħtieġ li l-lista tal-benefiċjarji tal-fondi tal-PAK, ippubblikata ex-post mill-Istat Membru, tippermetti wkoll l-identifikazzjoni ta’ gruppi ta’ impriżi. Din tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-monitoraġġ tal-istrutturi ta’ sjieda u tiffaċilita l-investigazzjoni ta’ użu ħażin potenzjali tal-fondi tal-Unjoni, kunflitti ta’ interess u korruzzjoni. |
(83) |
Il-pubblikazzjoni ta’ dettalji dwar l-operazzjoni li tintitola lill-bidwi jirċievi l-għajnuna u dwar l-għan u l-objettiv speċifiku tal-għajnuna tipprovdi informazzjoni konkreta lill-pubbliku dwar l-attività ssussidjata u dwar l-għan li għalih tkun ingħatat l-għajnuna. L-għoti tat-tali sorveljanza lill-pubbliku jkollu effett preventiv u dissważiv u jgħin biex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. |
(84) |
Il-pubblikazzjoni tat-tali informazzjoni flimkien mal-informazzjoni ġenerali prevista f’dan ir-Regolament ittejjeb it-trasparenza b’rabta mal-użu tal-fondi tal-Unjoni fil-PAK, u b’hekk tikkontribwixxi għall-viżibbiltà ta’ dik il-politika u għal fehim aħjar tagħha. Dan jippermetti liċ-ċittadini jieħdu sehem iktar mill-qrib fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u jużgura li l-amministrazzjoni tkun tgawdi minn iktar leġittimità u tkun iktar effettiva u iktar responsabbli fil-konfront taċ-ċittadini. Dan jagħti wkoll liċ-ċittadini eżempji konkreti tal-forniment ta’ “beni pubbliċi” permezz tal-biedja, u b’hekk isostni l-leġittimità tal-għajnuna nazzjonali u mill-Unjoni għas-settur agrikolu. |
(85) |
Għaldaqstant, il-fatt li tiġi prevista l-pubblikazzjoni ġenerali tal-informazzjoni rilevanti ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ f’soċjetà demokratika fid-dawl tal-ħtieġa li jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif ukoll tal-għan ġenerali tas-sorveljanza pubblika tal-użu tal-flus mill-FAEG u l-FAEŻR. |
(86) |
Sabiex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti dwar il-protezzjoni tad-data, jenħtieġ li l-benefiċjarji tal-FAEG u l-FAEŻR jiġu infurmati dwar il-pubblikazzjoni tad-data tagħhom qabel ma sseħħ dik il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li huma jiġu infurmati wkoll li dik id-data tista’ tiġi pproċessata mill-korpi tal-awditjar u tal-investigazzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri sabiex jiġu ssalvagwardjati l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-benefiċjarji jiġu infurmati dwar id-drittijiet tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2016/679 u dwar il-proċeduri li japplikaw biex jeżerċitaw dawn id-drittijiet. |
(87) |
Sabiex jiġu ssupplimentati jew emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li s-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 TFUE tiġi delegata lill-Kummissjoni. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (22). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li fih jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati. |
(88) |
Bil-għan li jiġu żgurati t-tħaddim tajjeb tal-aġenziji tal-pagamenti u tal-korpi ta’ koordinazzjoni, il-finanzjament mill-FAEG tan-nefqa marbuta mal-intervent pubbliku u l-ġestjoni tajba tal-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit tal-Unjoni għall-FAEG, jenħtieġ li dik id-delega ta’ setgħa tikkonċerna l-kondizzjonijiet minimi għall-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-pagamenti u l-ħatra u l-akkreditazzjoni tal-korpi ta’ koordinazzjoni, mal-obbligi tal-aġenziji tal-pagamenti f’dak li għandu x’jaqsam mal-intervent pubbliku, mar-regoli dwar il-kontenut tar-responsabbiltajiet ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tal-aġenziji tal-pagamenti. Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni koerenti tad-dixxiplina finanzjarja fl-Istati Membri jenħtieġ li dik id-delega ta’ setgħa tkopri wkoll ir-regoli għall-kalkolu tad-dixxiplina finanzjarja li l-Istati Membri jridu japplikaw għall-bdiewa. Sabiex jiġi żgurat l-immaniġġjar xieraq tal-infiq b’intervent pubbliku, dik id-delega ta’ setgħa jenħtieġ li tkopri wkoll it-tipi ta’ miżuri li jridu jiġu ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni fil-kuntest tal-intervent pubbliku u mal-kondizzjonijiet għar-rimborż, mal-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà u mal-metodi tal-kalkolu abbażi tal-informazzjoni li l-aġenziji tal-pagamenti jkunu osservaw fir-realtà, jew ta’ rati fissi stabbiliti mill-Kummissjoni, jew ta’ ammonti b’rata fissa jew b’rata mhux fissa previsti fil-leġiżlazzjoni agrikola f’setturi speċifiċi, mal-evalwazzjoni tal-operazzjonijiet b’rabta mal-intervent pubbliku, il-miżuri li jridu jittieħdu f’każ ta’ telf jew ta’ deterjorament fil-prodotti fil-kuntest tal-intervent pubbliku, u l-istabbiliment tal-ammonti li jridu jiġu ffinanzjati. |
(89) |
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tagħmel in-nefqa, li tkun saret qabel l-ewwel data possibbli għall-pagamenti jew wara l-aħħar data possibbli għalihom, eliġibbli għall-finanzjament tal-Unjoni, filwaqt li tillimita l-impatt finanzjarju ta’ dan, jenħtieġ li dik id-delega ta’ setgħa tkun tkopri wkoll id-derogi min-nuqqas ta’ eliġibbiltà tal-pagamenti li l-aġenziji tal-pagamenti jkunu għamlu lill-benefiċjarji qabel l-ewwel data possibbli għall-pagamenti jew wara l-aħħar data possibbli għalihom. Barra minn hekk, sabiex ikun hemm regoli u kundizzjonijiet ċari għall-Istati Membri, jenħtieġ li dik d-delega ta’ setgħa tkun tkopri r-rata ta’ sospensjoni tal-pagamenti b’rabta mal-approvazzjonijiet annwali, kif ukoll ir-rata ta’ sospensjoni tal-pagamenti u t-tul ta’ żmien ta’ tali sospensjoni u l-kondizzjoni għar-rimborż jew għat-tnaqqis ta’ dawk l-ammonti f’dak li għandu x’jaqsam mal-monitoraġġ pluriennali tal-prestazzjoni. Jenħtieġ li dik id-delega ta’ setgħa tkun tkopri wkoll l-interventi jew il-miżuri li għalihom l-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-pagamenti bil-quddiem, bil-għan li tiġi żgurata kontinwità mar-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u l-atti ta’ implimentazzjoni u dawk delegati rilevanti, filwaqt li jiġu rispettati l-limiti finanzjarji tal-Artikolu 11(2), il-punt (b), tar-Regolament Finanzjarju. Sabiex jitqies id-dħul miġbur mill-aġenziji tal-pagamenti għall-baġit tal-Unjoni meta jagħmlu l-pagamenti abbażi tad-dikjarazzjonijiet tan-nefqa ppreżentati mill-Istati Membri, jenħtieġ li dik id-delega ta’ setgħa tkopri wkoll il-kondizzjonijiet li bihom iridu jiġu kkumpensati ċerta tip ta’ nefqa u ċertu tip ta’ dħul fil-kuntest tal-FAEG u l-FAEŻR. Barra minn hekk, u sabiex tkun tista’ ssir id-distribuzzjoni ekwa tal-approprjazzjonijiet disponibbli bejn l-Istati Membri, jenħtieġ li dik id-delega ta’ setgħa tkun tkopri l-metodi li japplikaw għall-impenji u għall-pagament tal-ammonti f’każ li l-baġit tal-Unjoni ma jkunx ġie adottat sal-bidu tas-sena baġitarja jew f’każ li l-ammont totali tal-impenji skedati jkun jaqbeż il-limitu stabbilit fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament Finanzjarju. |
(90) |
Barra minn hekk, sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni korretta u effiċjenti tad-dispożizzjonijiet marbutin mal-verifiki fuq il-post u mal-aċċess għad-dokumenti u għall-informazzjoni, jenħtieġ li dik id-delega ta’ setgħa tkun tkopri l-obbligi speċifiċi li l-Istati Membri jridu jħarsu b’rabta mal-verifiki u mal-aċċess għad-dokumenti u għall-informazzjoni, mal-kriterji għall-ġustifikazzjonijiet tal-Istati Membri u mal-kriterji u mal-metodoloġija biex jiġi applikat it-tnaqqis b’rabta mal-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni kif ukoll mal-kriterji u mal-metodoloġija biex jiġu applikati l-korrezzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-proċedura tal-approvazzjoni tal-konformità. |
(91) |
Meta l-ġestjoni t-tajba tas-sistema tkun titlob dan, sabiex ikun żgurat li l-verifiki jitwettqu b’mod korrett u effiċjenti u li l-kondizzjonijiet tal-eliġibbiltà jiġu vverifikati b’mod effiċjenti, koerenti u mhux diskriminatorju u li jħares l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jenħtieġ ukoll li dik id-delega ta’ setgħa tkun tkopri r-regoli dwar ir-rekwiżiti addizzjonali b’rabta mal-proċeduri doganali, u b’mod partikolari ma’ dawk stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23) Sabiex jiġi żgurat trattament mhux diskriminatorju, ekwità u r-rispett tal-proporzjonalità meta meta tiġi ddepożitata garanzija, jenħtieġ li dik id-delega ta’ setgħa tkopri r-regoli dwar il-garanziji li jispeċifikaw il-parti responsabbli f’każ li ma jitħarisx xi obbligu, li jistabbilixxu s-sitwazzjonijiet speċifiċi li fihom l-awtorità kompetenti tista’ tneħħi r-rekwiżit li tiġi ddepożitata garanzija, il-kundizzjonijiet applikabbli għall-garanzija li trid tiġi ddepożitata u għall-garanti, il-kundizzjonijiet biex tiġi ddepożitata dik il-garanzija u biex din tiġi rrilaxxata, il-kundizzjonijiet speċifiċi marbutin mal-garanzija li tkun ġiet iddepożitata b’rabta mal-pagamenti bil-quddiem, u l-istabbiliment tal-konsegwenzi tal-ksur tal-obbligi li għalihom tkun ġiet iddepożitata garanzija. |
(92) |
Barra minn hekk, b’rabta mas-sistema integrata, jenħtieġ li dik id-delega ta’ setgħa tkun tkopri r-regoli dwar il-valutazzjoni tal-kwalità tas-sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba’, tas-sistema għall-applikazzjonijiet ġeospazjali u tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja u r-regoli tas-sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba’, is-sistema għall-identifikazzjoni tal-benefiċjarji u s-sistema għall-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni tal-intitolamenti għall-pagamenti. |
(93) |
Barra minn hekk, sabiex ikun hemm reazzjoni għall-bidliet fil-leġiżlazzjoni agrikola li tikkonċerna setturi speċifiċi u biex tkun żgurata l-effiċjenza tas-sistema ta’ kontrolli ex-post, jenħtieġ li dik id-delega ta’ setgħa tkun tkopri l-istabbiliment ta’ lista ta’ interventi li huma esklużi mill-iskrutinju tat-tranżazzjonijiet. Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għall-Istati Membri u l-effettività, il-proporzjonalità u l-effett dissważiv tas-sistemi ta’ penali skont il-kundizzjonalità u l-kundizzjonalità soċjali, jenħtieġ li dik id-delega ta’ setgħa tkun tkopri regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni u l-kalkolu ta’ tali penali. |
(94) |
Barra minn dan, sabiex jiġi speċifikat l-avveniment operattiv jew biex dan jiġi stabbilit għal raġunijiet speċifiċi għall-organizzazzjoni tas-swieq jew għall-ammont inkwistjoni u biex tiġi evitata l-applikazzjoni ta’ rati tal-kambju differenti mill-Istati Membri li ma jkunux adottaw l-euro f’kontijiet tad-dħul riċevut jew tal-għajnuna li titħallas lill-benefiċjarji f’munita differenti mill-euro, minn naħa waħda, u fl-istabbiliment tad-dikjarazzjoni tan-nefqa li titħejja mill-aġenzija tal-pagamenti, min-naħa l-oħra, jenħtieġ li dik id-delega ta’ setgħa tkopri r-regoli dwar l-avveniment operattiv u dwar ir-rata tal-kambju li l-Istati Membri li ma jużawx l-euro jridu jużaw, dwar ir-rata tal-kambju applikabbli meta jitħejjew id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa mill-aġenzija tal-pagamenti u meta l-operazzjonijiet tal-ħżin pubbliku jiġu rreġistrati fil-kontijiet tal-aġenzija tal-pagamenti. Sabiex jiġi evitat li prattiki monetarji eċċezzjonali li jikkonċernaw munita nazzjonali jipperikolaw l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, jenħtieġ li dik id-delega ta’ setgħa tkopri derogi mir-regoli dwar l-użu tal-euro stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
(95) |
Sabiex ikun hemm tranżizzjoni bla xkiel mir-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għal dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li dik id-delega ta’ setgħa tkopri l-istabbiliment ta’ dispożizzjonijiet tranżitorji. |
(96) |
Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24). |
(97) |
Jenħtieġ li s-setgħat ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni ikollhom x’jaqsmu mar-regoli dwar il-proċeduri għall-ħruġ, għall-irtirar u għar-reviżjoni tal-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-pagamenti u tal-ħatra u l-akkreditazzjoni tal-korpi ta’ koordinazzjoni, kif ukoll għas-superviżjoni tal-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-pagamenti; dwar l-arranġamenti u l-proċeduri għall-verifiki li jsiru b’rabta mad-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni tal-aġenziji tal-pagamenti, kif ukoll l-istruttura u l-format tagħha; dwar il-funzjonament tal-korp ta’ koordinazzjoni u n-notifika tal-informazzjoni lill-Kummissjoni mingħand dak il-korp ta’ koordinazzjoni, dwar il-funzjonament tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni, fosthom il-verifiki li jridu jitwettqu u l-korpi li jridu jsirulhom dawk il-verifiki, u dwar iċ-ċertifikati u r-rapporti li dawk il-korpi jridu jħejju, flimkien mad-dokumenti li jridu jintbagħtu magħhom. |
(98) |
Jenħtieġ li s-setgħat ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni jkopru wkoll: il-prinċipji tal-awditjar li fuqhom jissejsu l-opinjonijiet tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni, fosthom valutazzjoni tar-riskji, il-kontrolli interni u l-livell tal-provi tal-awditjar li huwa meħtieġ, u l-metodi tal-awditjar li l-korpi taċ-ċertifikazzjoni jridu jużaw biex jagħtu l-opinjonijiet tagħhom, filwaqt li jqisu l-istandards internazzjonali dwar l-awditjar. |
(99) |
Jenħtieġ li s-setgħat ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni jkopru wkoll, fil-kuntest tal-proċedura tad-dixxiplina finanzjarja, l-istabbiliment tar-rata ta’ aġġustament għall-interventi fil-forma ta’ pagamenti diretti u l-adattament tagħha, kif ukoll l-ammonti ta’ approprjazzjonijiet mhux impenjati riportati skont l-Artikolu 12(2), il-punt (d) tar-Regolament Finanzjarju sabiex jiġu ffinanzjati dawk l-interventi; u fil-kuntest tal-proċedura tad-dixxiplina baġitarja, l-istabbiliment provviżorju tal-ammont tal-pagamenti u t-tqassim provviżorju tal-baġit disponibbli fost l-Istati Membri u l-istabbiliment tal-ammont totali tal-finanzjament tal-Unjoni diżaggregat skont l-Istati Membri. |
(100) |
Jenħtieġ li s-setgħat ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni jkopru wkoll l-iffissar tal-ammonti għall-finanzjament tal-miżuri ta’ intervent pubbliku, ir-regoli dwar il-finanzjament tal-akkwist, min-naħa tal-Kummissjoni, tad-data satellitari meħtieġa għas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja u tal-azzjonijiet li l-Kummissjoni tieħu permezz tal-applikazzjonijiet ta’ telerilevament li jintużaw għall-monitoraġġ tar-riżorsi agrikoli, il-proċedura biex il-Kummissjoni takkwista dik id-data satellitari u l-monitoraġġ tar-riżorsi agrikoli, il-qafas li jirregola l-akkwist, it-titjib u l-użu tad-data satellitari u tad-data meteoroloġika, u l-iskadenzi applikabbli. |
(101) |
Barra minn hekk, jenħtieġ li s-setgħat ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni jkopru wkoll l-istabbiliment tal-perijodi li matulhom l-aġenziji tal-pagamenti akkreditati jridu jistabbilixxu u jibagħtu lill-Kummissjoni d-dikjarazzjonijiet interim tan-nefqa marbuta mal-interventi għall-iżvilupp rurali kif ukoll ir-regoli dwar il-proċedura u arranġamenti prattiċi oħrajn għall-funzjonament tajjeb tal-mekkaniżmu tal-iskadenzi għall-pagamenti; is-sospensjoni, kif ukoll it-tneħħija tas-sospensjoni, u t-tnaqqis tal-pagamenti interim jew tal-pagamenti ta’ kull xahar lill-Istati Membri kif ukoll l-istruttura tal-pjanijiet ta’ azzjoni u l-proċedura biex dawn jiġu stabbiliti. Jenħtieġ li s-setgħat ta’ implimentazzjoni jkopru wkoll regoli ulterjuri dwar iż-żamma ta’ kontijiet separati min-naħa tal-aġenziji tal-pagamenti u l-kondizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-informazzjoni li trid tiddaħħal fil-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti; ir-regoli li jkun hemm bżonn u li jistgħu jiġu ġġustifikati meta jkun hemm emerġenza sabiex jiġu solvuti problemi speċifiċi b’rabta mal-perijodi tal-pagamenti, mal-pagament tal-pagamenti bil-quddiem; ir-regoli dwar il-finanzjament u l-kontabbiltà tal-miżuri ta’ intervent fil-forma ta’ ħżin pubbliku u ta’ nefqa oħra ffinanzjata mill-FAEG u l-FAEŻR, u t-termini u l-kondizzjonijiet li jirregolaw l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ diżimpenn awtomatiku. |
(102) |
Barra minn hekk, jenħtieġ li s-setgħat ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni jkopru il-kondizzjonijiet li bihom iridu jinżammu d-dokumenti u l-informazzjoni marbutin mal-pagamenti li jkunu saru, il-proċeduri marbutin mal-obbligi ta’ kooperazzjoni li l-Istati Membri jridu jħarsu f’dak li għandu x’jaqsam mal-verifiki li trid twettaq il-Kummissjoni u mal-aċċess għall-informazzjoni; l-approvazzjoni finanzjarja annwali, fosthom ir-regoli dwar l-azzjonijiet meħtieġa għall-finijiet tal-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dawk l-atti ta’ implimentazzjoni, l-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni, fosthom ir-regoli dwar l-azzjonijiet meħtieġa għall-finijiet tal-adozzjoni u tal-implimentazzjoni ta’ dawk l-atti ta’ implimentazzjoni, u l-iskambju tal-informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, il-proċeduri u l-iskadenzi li jridu jitħarsu, il-proċedura tal-konformità, fosthom ir-regoli dwar l-azzjonijiet meħtieġa għall-finijiet tal-adozzjoni u tal-implimentazzjoni ta’ dawk l-atti ta’ implimentazzjoni, l-iskambju tal-informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, l-iskadenzi li jridu jitħarsu u l-proċedura ta’ konċiljazzjoni; regoli dwar it-tpaċija possibbli tal-ammonti li jirriżultaw mill-irkupru ta’ pagamenti mhux dovuti u l-esklużjoni tal-ammonti li jitħallsu mill-baġit tal-Unjoni mill-finanzjament tal-Unjoni u l-forom tan-notifiki u tal-komunikazzjonijiet li l-Istati Membri jridu jibagħtu lill-Kummissjoni b’rabta mal-irkupri minħabba nuqqasijiet ta’ konformità. |
(103) |
Jenħtieġ li s-setgħat ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni jkopru wkoll ir-regoli li jkollhom l-għan li jiġu applikati bl-istess mod l-obbligi tal-Istati Membri b’rabta mal-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u r-regoli meħtieġa għall-applikazzjoni uniformi tal-verifiki fl-Unjoni. |
(104) |
Barra minn hekk, jenħtieġ li s-setgħat ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni jkopru: il-forma tal-garanziji li jridu jiġu ddepożitati u l-proċedura biex dawn jiġu ddepożitati, biex dawn jiġu aċċettati u biex jinbidlu l-garanziji oriġinali; il-proċeduri biex jiġu rrilaxxati l-garanziji u n-notifika li l-Istati Membri jew il-Kummissjoni jridu jagħmlu fil-kuntest tal-garanziji. |
(105) |
Jenħtieġ li s-setgħat ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni jkopru wkoll: ir-regoli dwar il-forma u l-kontenut tar-rapporti ta’ valutazzjoni tal-kwalità tas-sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba’, tas-sistema għall-applikazzjonijiet ġeospazjali u tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja, u dwar l-arranġamenti biex dawn jintbagħtu lill-Kummissjoni jew jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha, ir-regoli dwar l-azzjonijiet ta’ rimedju li l-Istati Membri jridu jimplimentaw b’rabta man-nuqqasijiet żvelati f’dawk is-sistemi, kif ukoll il-karatteristiċi bażiċi tas-sistema għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna u tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja, inkluż l-introduzzjoni progressiva tagħha, kif ukoll ir-regoli dwar dawn is-sistemi. |
(106) |
Jenħtieġ li s-setgħat ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni jkopru wkoll ir-regoli neċessarji għall-applikazzjoni uniformi tar-regoli dwar l-iskrutinju tad-dokumenti kummerċjali. Jenħtieġ li dawn ikopru wkoll ir-regoli marbutin mal-komunikazzjoni tal-informazzjoni min-naħa tal-Istati Membri lill-Kummissjoni u l-miżuri biex tiġi ssalvagwardjata l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni jekk prattiki monetarji eċċezzjonali marbutin mal-munita nazzjonali x’aktarx ikunu ser jheddu din l-applikazzjoni. |
(107) |
Barra minn hekk, jenħtieġ li s-setgħat ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni jkopru r-regoli dwar il-forma u l-iskeda taż-żmien tal-pubblikazzjoni tal-benefiċjarji tal-FAEG u l-FAEŻR, l-applikazzjoni uniformi tal-obbligu li l-benefiċjarji jiġu infurmati li d-data li tikkonċernhom ser tiġi ppubblikata, u l-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fil-kuntest tal-pubblikazzjoni tal-benefiċjarji tal-FAEG u l-FAEŻR. |
(108) |
Għall-adozzjoni ta’ ċerti atti ta’ implimentazzjoni jenħtieġ li tintuża l-proċedura konsultattiva. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ atti ta’ implimentazzjoni li jinvolvu l-kalkolu tal-ammonti mill-Kummissjoni, il-proċedura konsultattiva tippermetti lill-Kummissjoni tkun responsabbli għalkollox għall-ġestjoni tal-baġit u għandha l-għan li żżid l-effiċjenza, il-prevedibbiltà u l-ħeffa meta jkunu qed jitħarsu l-limiti taż-żmien u l-proċeduri baġitarji. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ atti ta’ implimentazzjoni marbutin mal-pagamenti li jsiru lill-Istati Membri u mat-tħaddim tal-proċedura tal-approvazzjoni tal-kontijiet u tal-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni, il-proċedura konsultattiva tippermetti lill-Kummissjoni tkun responsabbli għalkollox għall-ġestjoni tal-baġit u għall-verifika tal-kontijiet annwali tal-aġenziji nazzjonali tal-pagamenti bil-għan li taċċetta t-tali kontijiet jew, fil-każ ta’ nefqa li ma tkunx saret skont ir-regoli tal-Unjoni, li teskludi t-tali nefqa mill-finanzjament tal-Unjoni. Għall-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni l-oħrajn jenħtieġ li tintuża l-proċedura ta’ eżami. |
(109) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni mingħajr ma jiġi applikat ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 dwar l-istabbiliment tal-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG, l-istabbiliment tal-pagamenti ta’ kull xahar li jenħtieġ li tagħmel abbażi tad-dikjarazzjoni tan-nefqa li jibagħtulha l-Istati Membri u l-istabbiliment tal-pagamenti jew it-tnaqqis supplimentari fil-kuntest tal-proċedura tal-pagamenti ta’ kull xahar. |
(110) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jitħassar. |
(111) |
Minħabba li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba r-rabtiet bejn dan ir-Regolament u l-istrumenti l-oħrajn tal-PAK u minħabba l-limiti fuq ir-riżorsi finanzjarji tal-Istati Membri iżda jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni minħabba l-garanzija pluriennali ta’ finanzjament mill-Unjoni u billi l-attenzjoni titpoġġa fuq il-prijoritajiet tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet, |
(112) |
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni bla xkiel tal-miżuri previsti u bħala kwistjoni ta’ urġenza, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
TITOLU I
KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni (PAK) u b’mod partikolari, dwar:
(a) |
il-finanzjament tan-nefqa skont il-PAK; |
(b) |
is-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll li l-Istati Membri jridu jdaħħlu fis-seħħ; |
(c) |
il-proċeduri tal-approvazzjoni u tal-konformità. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“irregolarità” tfisser irregolarità skont it-tifsira tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95; |
(b) |
“sistemi ta’ governanza” tfisser il-korpi ta’ governanza msemmijin fit-Titolu II, il-Kapitolu II, ta’ dan ir-Regolament u r-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni, fosthom l-obbligi tal-Istati Membri fir-rigward tal-ħarsien effettiv tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 59 ta’ dan ir-Regolament kif ukoll l-implementazzjoni, f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2021/2115, tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom kif approvati mill-Kummissjoni u s-sistema tar-rappurtar stabbilita għall-għanijiet tar-rapport annwali dwar il-prestazzjoni li jissemma fl-Artikolu 134 ta’ dak ir-Regolament; |
(c) |
“rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni” tfisser ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/2115, f’dan ir-Regolament, fir-Regolament Finanzjarju u fid-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25); |
(d) |
“nuqqasijiet serji fil-funzjonament tajjeb tas-sistemi ta’ governanza” tfisser l-eżistenza ta’ dgħufija sistemika, b’kont meħud tar-rikorrenza, il-gravità u l-effett kompromettenti tagħha fuq id-dikjarazzjoni tan-nefqa korretta, ir-rappurtar dwar il-prestazzjoni, jew ir-rispett tad-dritt tal-Unjoni; |
(e) |
“indikatur tal-output” tfisser indikatur tal-output kif imsemmi fl-Artikolu 7(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2021/2115; |
(f) |
“indikatur tar-riżultati” tfisser indikatur tar-riżultati kif imsemmi fl-Artikolu 7(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2021/2115; |
(g) |
“pjan ta’ azzjoni” tfisser, għall-finijiet tal-Artikoli 41 u 42 ta’ dan ir-Regolament, pjan stabbilit minn Stat Membru, fuq talba tal-Kummissjoni u f’konsultazzjoni magħha, fil-każ li jiġu identifikati nuqqasijiet serji fil-funzjonament tajjeb tas-sistemi ta’ governanza ta’ dak l-Istat Membru jew fiċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 135 tar-Regolament (UE) 2021/2115, li jkun fih l-azzjonijiet ta’ rimedju meħtieġa u l-perijodu ta’ żmien rilevanti għall-implimentazzjoni tiegħu, f’konformità mal-Artikoli 41 u 42 ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 3
Eżenzjonijiet f’każijiet ta’ forza maġġuri u f’ċirkostanzi eċċezzjonali
1. Għall-finijiet tal-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-PAK, “forza maġġuri” u “ċirkostanzi eċċezzjonali” jistgħu, b’mod partikolari, jiġu rrikonoxxuti fil-każijiet li ġejjin:
(a) |
diżastru naturali kbir jew avveniment meteoroloġiku kbir li jolqot serjament lill-azjenda;; |
(b) |
il-qerda aċċidentali tal-bini li fih jinżammu l-bhejjem fl-azjenda; |
(c) |
marda epiżootika, it-tifqigħa ta’ marda tal-pjanti jew il-preżenza ta’ pest tal-pjanti li tolqot lill-bhejjem kollha jew lill-għelejjel kollha tal-benefiċjarju jew lil parti minnhom; |
(d) |
l-esproprjazzjoni tal-azjenda kollha jew ta’ parti kbira minnha jekk dik l-esproprjazzjoni ma setgħetx tiġi antiċipata fid-data meta tkun saret l-applikazzjoni; |
(e) |
il-mewt tal-benefiċjarju; |
(f) |
inkapaċità professjonali fit-tul tal-benefiċjarju. |
2. Fejn diżastru naturali kbir jew avveniment meteoroloġiku kbir kif imsemmi fil- paragrafu 1, il-punt (a), jolqot serjament żona ddeterminata sew, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jqis dik iż-żona kollha bħala milquta serjament minn dak id-diżastru jew l-avveniment.
TITOLU II
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR IL-FONDI AGRIKOLI
KAPITOLU I
Fondi agrikoli
Artikolu 4
Fondi li jiffinanzjaw in-nefqa agrikola
Id-diversi interventi u miżuri fil-kuntest tal-PAK għandhom jiġu ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni (il-baġit tal-Unjoni) permezz tal-Fondi li ġejjin:
(a) |
il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (“FAEG”); |
(b) |
il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (“FAEŻR”). |
Artikolu 5
Infiq tal-FAEG
1. Il-FAEG għandu jiġi implimentat jew skont ġestjoni kondiviża bejn l-Istati Membri u l-Unjoni f’konformità mal-paragrafu 2, jew skont ġestjoni diretta f’konformità mal-paragrafu 3.
2. Il-FAEG għandu jiffinanzja n-nefqa li ġejja skont ġestjoni kondiviża:
(a) |
il-miżuri li jirregolaw jew li jappoġġaw lis-swieq agrikoli, kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26); |
(b) |
il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-interventi f’ċerti setturi kif imsemmi fit-Titolu III, il-Kapitolu III, tar-Regolament (UE) 2021/2115; |
(c) |
interventi fil-forma ta’ pagamenti diretti lill-bdiewa skont il-Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2021/2115; |
(d) |
il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-miżuri ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern tal-Unjoni u f’pajjiżi terzi li jieħdu l-Istati Membri u li jintgħażlu mill-Kummissjoni; |
(e) |
il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 228/2013 u għall-miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 229/2013. |
3. Il-FAEG għandu jiffinanzja n-nefqa li ġejja skont ġestjoni diretta:
(a) |
il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli jew direttament min-naħa tal-Kummissjoni jew permezz ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali; |
(b) |
il-miżuri li jittieħdu f’konformità mad-dritt tal-Unjoni sabiex jiġu żgurati l-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġbir u l-użu tar-riżorsi ġenetiċi fl-agrikoltura; |
(c) |
l-istabbiliment u ż-żamma tas-sistemi ta’ informazzjoni dwar il-kontabilità agrikola; |
(d) |
is-sistemi ta’ stħarriġ agrikolu, inkluż l-istħarriġ dwar l-istruttura tal-azjendi agrikoli. |
Artikolu 6
Infiq tal-FAEŻR
Il-FAEŻR għandu jiġi implimentat skont ġestjoni kondiviża bejn l-Istati Membri u l-Unjoni. Huwa għandu jiffinanzja l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-interventi għall- iżvilupp rurali msemmija fit- Titolu III, il-Kapitolu IV, tar-Regolament (UE) 2021/2115 kif speċifikat fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u għall-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 125 ta’ dak ir-Regolament.
Artikolu 7
Infiq ieħor, inkluż l-assistenza teknika
Fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew f’isimha, il- FAEG u FAEŻR jistgħu jiffinanzjaw b’mod dirett l-attivitajiet ta’ tħejjija, ta’ monitoraġġ, ta’ amministrazzjoni u ta’ appoġġ tekniku, u l-evalwazzjoni, l-awditjar u l-ispezzjoni meħtieġa biex tiġi implimentata l-PAK. Dawn għandhom jinkludu, b’mod partikolari:
(a) |
il-miżuri meħtieġa għall-analiżi, il-ġestjoni, il-monitoraġġ, l-iskambju tal-informazzjoni u l-implimentazzjoni tal-PAK, fosthom il-valutazzjoni tiegħu, il-prestazzjoni ambjentali u l-progress lejn il-miri tal-Unjoni, kif ukoll miżuri marbutin mal-implimentazzjoni tas-sistemi ta’ kontroll u mal-assistenza teknika u amministrattiva; |
(b) |
l-akkwist, min-naħa tal-Kummissjoni, tad-data satellitari meħtieġa għas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja skont l-Artikolu 24; |
(c) |
l-azzjonijiet li l-Kummissjoni tieħu permezz tal-applikazzjonijiet ta’ telerilevament li jintużaw għall-monitoraġġ tar-riżorsi agrikoli skont l-Artikolu 25; |
(d) |
il-miżuri meħtieġa biex jinżammu u jiġu żviluppati metodi u mezzi tekniċi għall-informazzjoni, l-interkonnessjoni, il-monitoraġġ u l-kontroll tal-ġestjoni finanzjarja tal-fondi li jintużaw biex tiġi ffinanzjata l-PAK; |
(e) |
l-għoti ta’ informazzjoni dwar il-PAK f’konformità mal-Artikolu 46; |
(f) |
l-istudji dwar il-PAK u l-evalwazzjoni tal-miżuri ffinanzjati mill-FAEG u FAEŻR, inkluż it-titjib tal-metodi ta’ evalwazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni dwar l-aħjar prattiki fil-kuntest tal-PAK u konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, kif ukoll l-istudji li jsiru flimkien mal-Bank Ewropew tal-Investiment (il-BEI); |
(g) |
meta dan ikun rilevanti, il-kontribuzzjoni għall-aġenziji eżekuttivi stabbiliti skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 (27) u jwettqu kompiti marbutin mal-PAK; |
(h) |
il-kontribuzzjoni għall-miżuri marbutin mat-tixrid tal-informazzjoni, is-sensibilizzazzjoni, il-promozzjoni tal-kooperazzjoni u l-iskambju tal-esperjenzi mal-partijiet ikkonċernati rilevanti fil-livell tal-Unjoni, u li jittieħdu fil-kuntest tal-interventi għall-iżvilupp rurali, inkluż in-networking tal-partijiet ikkonċernati; |
(i) |
in-networks tat-teknoloġija tal-informazzjoni li jiffukaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju tal-informazzjoni, inkluż is-sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva meħtieġa b’rabta mal-ġestjoni tal-PAK; |
(j) |
il-miżuri meħtieġa għall-iżvilupp, ir-reġistrazzjoni u l-ħarsien tal-logos fil-qafas tal-iskemi tal-kwalità tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 44(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28) u biex jitħarsu d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali marbutin magħhom, kif ukoll l-iżviluppi meħtieġa fil-qasam tat-teknoloġija tal-informazzjoni (IT). |
KAPITOLU II
Korpi ta’ governanza
Artikolu 8
Awtorità kompetenti
1. Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità fuq livell ministerjali li tkun responsabbli:
(a) |
għall-ħruġ, għar-reviżjoni u għall-irtirar tal-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 9(2); |
(b) |
għall-ħatra tal-korp ta’ koordinazzjoni msemmi fl-Artikolu 10 u għall-ħruġ, għar-reviżjoni u għall-irtirar tal-akkreditazzjoni tiegħu; |
(c) |
għall-ħatra u għall-irtirar tal-ħatra ta’ korp taċ-ċertifikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 12, filwaqt li jiżgura li jkun hemm dejjem maħtur korp taċ-ċertifikazzjoni; |
(d) |
għat-twettiq tal-kompiti li huma assenjati lill-awtorità kompetenti skont dan il-Kapitolu. |
2. Abbażi ta’ eżami tal-kondizzjonijiet minimi li l-Kummissjoni għandha tadotta skont l-Artikolu 11(1),il-punt (a), l-awtorità kompetenti għandha, permezz ta’ att formali, tiddeċiedi dwar il-ħruġ jew, wara reviżjoni, l-irtirar tal-akkreditazzjoni tal-aġenzija tal-pagamenti u dwar il-ħatra u l-akkreditazzjoni u l-irtirar tal-akkreditazzjoni talkorp ta’ koordinazzjoni.
3. L-awtorità kompetenti għandha, permezz ta’ att formali, tiddeċiedi dwar il-ħatra, u l-irtirar tal-ħatra, tal-korp taċ-ċertifikazzjoni, filwaqt li tiżgura li jkun hemm dejjem maħtur korp taċ-ċertifikazzjoni.
4. L-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar l-akkreditazzjonijiet u l-irtirar tal-akkreditazzjonijiet kollha tal-aġenzija tal-pagamenti u dwar il-ħatra u l-akkreditazzjoni u l-irtirar ta’ akkreditazzjoni tal-korp ta’ koordinazzjoni, kif ukoll dwar il-ħatra u l-irtirar tal-ħatra, tal-korp taċ-ċertifikazzjoni..
Artikolu 9
Aġenziji tal-pagamenti
1. L-aġenziji tal-pagamenti għandhom ikunu dipartimenti jew korpi tal-Istati Membri u, jekk ikun applikabbli, tar-reġjuni tagħhom li jkunu responsabbli għall-ġestjoni u għall-kontroll tan-nefqa msemmija fl-Artikolu 5(2) u fl-Artikolu 6.
Ħlief għat-twettiq tal-pagamenti, l-aġenziji tal-pagamenti jistgħu jiddelegaw it-twettiq tal-kompiti msemmija fl-ewwel subparagrafu.
2. L-Istati Membri għandhom jakkreditaw bħala aġenziji tal-pagamenti, lil dipartimenti jew korpi li jkollhom organizzazzjoni amministrattiva u sistema ta’ kontroll intern li jipprovdu biżżejjed garanziji li l-pagamenti jkunu legali, regolari u kkontabilizzati kif xieraq. Għal dak il-għan, l-aġenziji tal-pagamenti għandhom jikkonformaw mal-kondizzjonijiet minimi għall-akkreditazzjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-ambjent intern, mal-attivitajiet ta’ kontroll, mal-informazzjoni u mal-komunikazzjoni u mal-monitoraġġ stabbiliti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 11(1), il-punt (a).
Kull Stat Membru, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet kostituzzjonali tiegħu, għandu jillimita l-għadd ta’ aġenziji tal-pagamenti akkreditati tiegħu:
(a) |
għal aġenzija tal-pagamenti waħda fil-livell nazzjonali jew, meta jkun japplika, għal aġenzija waħda għal kull reġjun; u |
(b) |
għal aġenzija tal-pagamenti waħda għall-ġestjoni tan-nefqa kemm tal-FAEG kif ukoll tal-FAEŻR, fejn l-aġenziji tal-pagamenti jeżistu biss fuq livell nazzjonali. |
Meta l-aġenziji tal-pagamenti jkunu stabbiliti fil-livell reġjonali, l-Istati Membri għandhom jakkreditaw ukoll aġenzija tal-pagamenti fil-livell nazzjonali għall-iskemi tal-għajnuna li, min-natura tagħhom, ikollhom jiġu amministrati fil-livell nazzjonali, jew jgħaddu l-ġestjoni ta’ dawk l-iskemi lill-aġenziji tal-pagamenti reġjonali tagħhom.
B’deroga mit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-Istati Membri jistgħu jżommu l-aġenziji tal-pagamenti li jkunu ġew akkreditati qabel il-15 ta’ Ottubru 2020, dment li l-awtorità kompetenti permezz tad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 8(2), tikkonferma li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet minimi ta’ akkreditazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il0-paragrafu.
L-aġenziji tal-pagamenti li jkun ilhom tal-inqas tliet snin ma jamministraw in-nefqa tal-FAEG jew tal-FAEŻR għandha titneħħielhom l-akkreditazzjoni tagħhom.
L-Istati Membri ma għandhom jakkreditaw l-ebda aġenzija addizzjonali ġdida tal-pagamenti wara s-7 ta’ Diċembru 2021, ħlief għall-każijiet imsemmijin fit-tieni subparagrafu, il-punt (a), fejn, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet kostituzzjonali, jistgħu jkunu meħtieġa aġenziji tal-pagamenti reġjonali addizzjonali.
3. Għall-finijiet tal-Artikolu 63(5) u (6) tar-Regolament Finanzjarju, sal-15 ta’ Frar tas-sena ta’ wara s-sena finanzjarja agrikola (‘sena finanzjarja’) ikkonċernata, il-persuna responsabbli għall-aġenzija tal-pagamenti akkreditata għandha tħejji d-dokumenti li ġejjin u tibgħathom lill-Kummissjoni:
(a) |
il-kontijiet annwali dwar in-nefqa li tkun iġġarrbet fit-twettiq tal-kompiti fdati lil dik l-aġenzija tal-pagamenti akkreditata, kif previst fl-Artikolu 63(5), il-punt (a), tar-Regolament Finanzjarju, flimkien mal-informazzjoni meħtieġa għall-approvazzjoni skont l-Artikolu 53 ta’ dan ir-Regolament; |
(b) |
ir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni, imsemmi fl-Artikolu 54(1) ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 134 tar-Regolament (UE) 2021/2115 li juri li n-nefqa tkun saret skont l-Artikolu 37 ta’ dan ir-Regolament; |
(c) |
sommarju annwali tar-rapporti tal-awditjar finali u tal-kontrolli mwettqa, analiżi tan-natura u l-livell tal-iżbalji u d-dgħufijiet identifikati fis-sistemi ta’ governanza, kif ukoll l-azzjoni korrettiva meħuda jew ippjanata, kif previst fl-Artikolu 63(5), il-punt (b), tar-Regolament Finanzjarju; |
(d) |
id-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni, kif previst fl-Artikolu 63(6) tar-Regolament Finanzjarju, dwar:
|
B’mod eċċezzjonali, il-Kummissjoni tista’ testendi l-iskadenza tal-15 ta’ Frar imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu sal-1 ta’ Marzu meta l-Istat Membru kkonċernat jikkomunika dan, kif previst fl-Artikolu 63(7), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament Finanzjarju.
4. Meta aġenzija tal-pagamenti akkreditata ma tkunx tissodisfa xi wieħed mill-kondizzjonijiet minimi ta’ akkreditazzjoni li jissemmew fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, jew iktar, jew ma jkunx għadha tissodisfahom, l-Istat Membru kkonċernat, li jaġixxi fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba tal-Kummissjoni, għandu jirtira l-akkreditazzjoni ta’ dik l-aġenzija tal-pagamenti sakemm l-aġenzija tal-pagamenti ma tagħmilx it-tibdiliet meħtieġa f’perijodu li għandha tistabbilih l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru skont kemm tkun gravi l-problema.
5. L-aġenziji tal-pagamenti għandhom jamministraw u jiżguraw il-kontroll tal-operazzjonijiet marbutin mal-intervent pubbliku li jkunu responsabbli għalihom u għandhom iżommu r-responsabbiltà ġenerali f’dak il-qasam.
Meta jingħata appoġġ permezz ta’ strument finanzjarju implimentat mill-BEI jew minn istituzzjoni finanzjarja internazzjonali oħra li fiha Stat Membru jkun azzjonist, l-aġenzija tal-pagamenti għandha sserraħ fuq rapport ta’ kontroll, li jappoġġa l-applikazzjonijiet għall-pagamenti li jkunu ntbagħtu. Dawk l-istituzzjonijiet għandhom jipprovdu r-rapport ta’ kontroll lill-Istati Membri.
6. Għall-finijiet tal-Artikolu 33, għan-nefqa tal-FAEŻR, għandu jiġi pprovdut rapport addizzjonali dwar il-prestazzjoni, sat-30 ta’ Ġunju 2030, f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 10(3)4, li jkopri l-perijodu sal-31 ta’ Diċembru 2029.
Artikolu 10
Korpi ta’ koordinazzjoni
1. Meta jkun hemm iktar minn aġenzija waħda tal-pagamenti akkreditata fi Stat Membru, dak l-Istat Membru għandu jaħtar korp pubbliku ta’ koordinazzjoni, u għandu jassenjalu l-kompiti li ġejjin:
(a) |
li jiġbor l-informazzjoni li għandha tintbagħat lill-Kummissjoni u li jibgħat dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni; |
(b) |
li jipprovdi lill-Kummissjoni r-rapport annwali dwar il-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 54(1) ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 134 tar-Regolament (UE) 2021/2115; |
(c) |
li jieħu jew jikkoordina azzjonijiet biex jissolva kull nuqqas ta’ natura komuni u li jinforma lill-Kummissjoni dwar kull segwitu; |
(d) |
li jippromwovi u, fejn possibbli, jiżgura l-applikazzjoni armonizzata tar-regoli tal-Unjoni. |
2. Fir-rigward tal-ipproċessar tal-informazzjoni ta’ natura finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a), il-korp ta’ koordinazzjoni għandu jiġi soġġett għal akkreditazzjoni speċifika mill-Istat Membru.
3. Ir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), ta’dan l-Artikolu, għandu jkun kopert mill-ambitu tal-opinjoni msemmija fl-Artikolu 12(2) u għandu jintbagħat lill-Kummissjoni flimkien ma’ dikjarazzjoni ta’ ġestjoni li tkun tkopri l-kumpilazzjoni tar-rapport kollu.
Artikolu 11
Setgħat tal-Kummissjoni relatati mal-aġenziji tal-pagamenti u l-korpi ta’ koordinazzjoni
1. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 102 biex tiżgura t-tħaddim tajjeb tal-aġenziji tal-pagamenti u l-korpi ta’ koordinazzjoni previsti fl-Artikoli 9 u 10, li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’regoli dwar:
(a) |
il-kondizzjonijiet minimi għall-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-pagamenti msemmijin fl-Artikolu 9(2), l-ewwel subparagrafu, u għall-ħatra u l-akkreditazzjoni tal-korpi ta’ koordinazzjoni msemmijin fl-Artikolu 10; |
(b) |
l-obbligi tal-aġenziji tal-pagamenti fir-rigward tal-intervent pubbliku, kif ukoll ir-regoli dwar il-kontenut tar-responsabbiltajiet tal-ġestjoni u l-kontroll tagħhom. |
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli dwar:
(a) |
il-proċeduri għall-ħruġ, l-irtirar u r-reviżjoni tal-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-pagamenti u għall-ħatra u l-ħruġ, l-irtirar u r-reviżjoni tal-akkreditazzjoni tal-korpi ta’ koordinazzjoni, kif ukoll il-proċeduri għas-superviżjoni tal-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-pagamenti; |
(b) |
l-arranġamenti u l-proċeduri għall-verifiki li jsiru b’rabta mad-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni tal-aġenziji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 9(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (d) kif ukoll l-istruttura u l-format tagħha; |
(c) |
il-funzjonament tal-korp ta’ koordinazzjoni u l-għoti tal-informazzjoni lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10. |
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 103(3).
Artikolu 12
Korpi taċ-ċertifikazzjoni
1. Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jkun korp tal-awditjar pubbliku jew privat li l-Istat Membru jaħtar għal perijodu ta’ mill-inqas tliet snin, mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali. Meta dan ikun korp tal-awditjar privat, u meta l-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni li tkun tapplika tkun teħtieġ dan, l-Istat Membru għandu jagħżlu permezz ta’ proċedura ta’ sejħa pubblika għall-offerti.
Stat Membru li jaħtar aktar minn korp ta’ ċertifikazzjoni wieħed jista’ jaħtar ukoll korp ta’ ċertifikazzjoni pubbliku fil-livell nazzjonali biex ikun responsabbli għall-koordinazzjoni.
2. Għall-finijiet tal-Artikolu 63(7), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament Finanzjarju, il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu joħroġ opinjoni, imħejjija f’konformità mal-istandards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment, li għandha tistabbilixxi:
(a) |
jekk il-kontijiet jagħtux stampa ċara u ġusta jew le; |
(b) |
jekk is-sistemi ta’ governanza tal-Istati Membri li jkunu ddaħħlu fis-seħħ ikunux qed jaħdmu tajjeb jew le, b’mod partikolari:
|
(c) |
jekk ir-rappurtar dwar il-prestazzjoni b’rabta mal-indikaturi tal-outputs għall-finijiet tal-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 54ta’ dan ir-Regolament u r-rappurtar dwar il-prestazzjoni b’rabta mal-indikaturi tar-riżultati għall-monitoraġġ pluriennali tal-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 128 tar-Regolament (UE) 2021/2115, li juru li tħares l-Artikolu 37 ta’ dan ir-Regolament, ikunux korretti jew le; |
(d) |
jekk in-nefqa għall-miżuri stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 229/2013 u (UE) Nru 1308/2013 u fir-Regolament (UE) 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29) li għaliha ntalab rimborż mill-Kummissjoni tkunx legali u regolari jew le. |
F’dik l-opinjoni, għandu jiġi ddikjarat ukoll jekk l-eżami jqajjimx dubji dwar id-dikjarazzjonijiet li saru fid-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni msemmija fl-Artikolu 9(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (d). L-eżami għandu jkopri wkoll l-analiżi tan-natura u l-livell tal-iżbalji u tan-nuqqasijiet identifikati fis-sistemi ta’ governanza permezz tal-awditi u l-kontrolli, kif ukoll l-azzjoni korrettiva meħuda jew ippjanata mill-aġenzija tal-pagamenti, kif imsemmi fl-Artikolu 9(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c).
Meta jingħata appoġġ permezz ta’ strument finanzjarju li huwa implimentat mill-BEI jew minn istituzzjoni finanzjarja internazzjonali oħra li fiha Stat Membru jkun azzjonist, il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jserraħ fuq ir-rapport annwali tal-awditjar li l-awdituri esterni ta’ dawk l-istituzzjonijiet ikunu ħejjew. Dawk l-istituzzjonijiet għandhom jipprovdu lill-Istati Membri r-rapport annwali tal-awditjar.
3. Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jkollu l-għarfien espert tekniku meħtieġ, kif ukoll għarfien tal-PAK. Huwa għandu jaħdem b’mod indipendenti mill-aġenzija tal-pagamenti u mill-korp ta’ koordinazzjoni kkonċernati, kif ukoll mill-awtorità kompetenti li tkun akkreditat lil dik l-aġenzija tal-pagamenti u lill-korpi li jkunu responsabbli għall-implimentazzjoni u għall-monitoraġġ tal-PAK.
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli dwar il-funzjonament tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni, inkluż il-verifiki li jridu jitwettqu u l-korpi li jridu jsirulhom dawk il-verifiki, u r-regoli dwar iċ-ċertifikati u r-rapporti li dawk il-korpi jridu jħejju, kif ukoll dwar id-dokumenti li jridu jintbagħtu magħhom.
L-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jistabbilixxu wkoll dan li ġej:
(a) |
il-prinċipji tal-awditjar li fuqhom jissejsu l-opinjonijiet tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni, inkluż valutazzjoni tar-riskji, il-kontrolli interni u l-livell tal-provi tal-awditjar li huwa meħtieġ; |
(b) |
il-metodi tal-awditjar li l-korpi taċ-ċertifikazzjoni jridu jużaw biex jagħtu l-opinjonijiet tagħhom, filwaqt li jqisu l-istandards internazzjonali dwar l-awditjar. |
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 103(3).
Artikolu 13
Skambju tal-aħjar prattiki
Il-Kummissjoni għandha tippromwovi l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri, b’mod partikolari fir-rigward tal-ħidma tal-korpi ta’ governanza skont dan il-Kapitolu.
TITIOLU III
ĠESTJONI FINANZJARJA TAL-FAEG U FAEŻR
KAPITOLU I
FAEG
Artikolu 14
Limitu massimu tal-baġit
1. Il-limitu massimu annwali għan-nefqa tal-FAEG għandu jkun magħmul mill-ammonti massimi stabbiliti għalih fir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093.
2. Fejn id-dritt tal-Unjoni jipprevedi somom li jkollhom jitnaqqsu mill-ammonti msemmijin fil-paragrafu 1 jew jiżdiedu magħhom, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG abbażi tad-data msemmija fid-dritt tal-Unjoni mingħajr ma tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 103.
Artikolu 15
Konformità mal-limitu massimu
1. Meta d-dritt tal-Unjoni jipprevedi limitu massimu finanzjarju f’euro għan-nefqa agrikola ta’ Stat Membru, it-tali nefqa għandha tiġi rrimborżata sa dak il-limitu massimu u għandha tiġi aġġustata kif meħtieġ f’każ li japplikaw l-Artikoli 39 sa 42.
2. L-allokazzjonijiet tal-Istati Membri għall-interventi fil-forma ta’ pagamenti diretti msemmijin fl-Artikolu 87 tar-Regolament (UE) 2021/2115, ikkoreġuti bl-aġġustamenti stabbiliti fl-Artikolu 17 ta’ dan ir-Regolament, huma l-limiti massimi finanzjarji f’euro għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 16
Riżerva għall-agrikoltura
1. Fil-bidu ta’ kull sena għandha tiġi stabbilita riżerva għall-agrikoltura tal-Unjoni (“ir-riżerva”) fl-FAEG li tkun maħsuba biex tipprovdi appoġġ addizzjonali għas-settur agrikolu għall-finijiet tal-ġestjoni jew tal-istabbilizzazzjoni tas-suq u biex tagħti rispons fil-pront f’każ ta’ kriżijiet li jolqtu lill-produzzjoni jew lid-distribuzzjoni agrikola.
L-approprjazzjonijiet għar-riżerva għandhom jiddaħħlu direttament fil-baġit tal-Unjoni. Il-fondi tar-riżerva għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-miżuri li ġejjin, fis-sena jew fis-snin finanzjarji li għalihom ikun hemm bżonn jingħata appoġġ addizzjonali:
(a) |
miżuri biex jiġu stabbilizzati s-swieq agrikoli skont l-Artikoli 8 sa 21 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013; |
(b) |
miżuri eċċezzjonali skont l-Artikoli 219, 220 u 221 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
2. L-ammont tar-riżerva għandu jkun ta’ EUR 450 miljun fi prezzijiet kurrenti fil-bidu ta’ kull sena tal-perijodu 2023-2027, dment li ma jiġix stabbilit ammont ogħla fil-baġit tal-Unjoni. Meta dan ikun xieraq minħabba l-iżviluppi tas-suq jew il-prospetti fis-sena attwali jew fis-sena ta’ wara, il-Kummissjoni tista’ taġġusta l-ammont tar-riżerva matul is-sena filwaqt li tqis l-approprjazzjonijiet disponibbli taħt is-sublimitu tal-FAEG.
Jekk dawk l-approprjazzjonijiet disponibbli ma jkunux biżżejjed, tista’ tintuża d-dixxiplina finanzjarja f’konformità mal-Artikolu 17 ta’ dan ir-Regolament, bħala miżura aħħarija, biex ir-riżerva tiġi ffinanzjata sal-ammont inizjali msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
B’deroga mill-Artikolu 12(2), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament Finanzjarju, l-approprjazzjonijiet mhux impenjati tar-riżerva għandhom jiġu riportati biex jiffinanzjaw ir-riżerva fis-snin baġitarji ta’ wara sas-sena 2027.
Barra minn hekk, b’deroga mill-Artikolu 12(2), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament Finanzjarju, l-ammont kollu tar-riżerva għall-kriżijiet fis-settur tal-agrikoltura stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1306/2013, li ma jkunx intuża u li jkun disponibbli fi tmiem is-sena 2022 għandu jiġi riportat għall-2023 mingħajr ma jerġa’ jiddaħħal kompletament fil-linji baġitarji li jkopru l-azzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 5(2), il-punt (c), ta’ dan ir-Regolament u għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni sa fejn ikun meħtieġ tal-finanzjament tar-riżerva stabbilit b’dan l-Artikolu wara li jitqiesu l-approprjazzjonijiet disponibbli taħt is-sublimitu tal-FAEG. Kwalunkwe approprjazzjoni tar-riżerva għall-kriżijiet fis-settur tal-agrikoltura li tibqa’ disponibbli wara l-finanzjament tar-riżerva stabbilita b’dan l-Artikolu għandha tiġi riportata fil-linji baġitarji li jkopru l-azzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 5(2), il-punt (c), ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 17
Dixxiplina finanzjarja
1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rata ta’ aġġustament għall-interventi fil-forma ta’ pagamenti diretti msemmijin fl-Artikolu 5(2), il-punt (c), ta’ dan ir-Regolament u għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-pagamenti diretti skont il-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 u l-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 229/2013 għall-miżuri speċifiċi msemmija fl-Artikolu 5(2), il-punt (e), ta’ dan ir-Regolament (“ir-rata ta’ aġġustament”) fejn il-previżjonijiet għall-finanzjament tal-interventi u tal-miżuri ffinanzjati skont dak is-sublimitu korrispondenti għal sena baġitarja partikolari jkunu juru li jkunu ser jinqabżu l-limiti massimi annwali applikabbli.
Ir-rata ta’ aġġustament għandha tapplika għall-pagamenti li jingħataw lill-bdiewa għall-interventi u l-miżuri speċifiċi msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu li huma ta’ aktar minn EUR 2 000 għas-sena kalendarja korrispondenti. Għall-finijiet ta’ dan is-subparagrafu, l-Artikolu 17(4) tar-Regolament (UE) 2021/2115 għandu japplika mutatis mutandis.
Sat-30 ta’ Ġunju tas-sena kalendarja li għaliha tkun ser tapplika r-rata ta’ aġġustament, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-rata ta’ aġġustament. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 103(2).
2. Sal-1 ta’ Diċembru tas-sena kalendarja li għaliha tkun tapplika r-rata ta’ aġġustament, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jadattaw ir-rata ta’ aġġustament stabbilita skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu abbażi ta’ informazzjoni ġdida. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 103(2).
3. Meta tkun ġiet applikata d-dixxiplina finanzjarja, l-approprjazzjonijiet riportati f’konformità mal-Artikolu 12(2), il-punt (d), tar-Regolament Finanzjarju għandhom jintużaw biex tiġi ffinanzjata n-nefqa skont l-Artikolu 5(2), il-punt (c), ta’ dan ir-Regolament sal-punt li jkun hemm bżonn biex jiġi evitat li terġa’ tiġi applikata d-dixxiplina finanzjarja.
Meta jkun għad hemm disponibbli approprjazzjonijiet li għandhom jiġu riportati kif imsemmi f’konformità mal-ewwel subparagrafu u l-ammont kollu tal-approprjazzjonijiet mhux impenjati li jkun disponibbli għar-rimborż jirrappreżenta mill-inqas 0,2 % tal-limitu massimu annwali għan-nefqa tal-FAEG, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu, għal kull Stat Membru, l-ammonti tal-approprjazzjonijiet mhux impenjati li għandhom jiġu rrimborżati lill-benefiċjarji aħħarin. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 103(2).
4. L-Istati Membri għandhom jirrimborżaw l-ammonti li l-Kummissjoni tistabbilixxi f’konformità mal-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu, lill-benefiċjarji aħħarin skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji. L-Istati Membri jistgħu japplikaw livell limitu minimu ta’ ammonti ta’ rimborż għal kull benefiċjarju aħħari. Dak ir-rimborż għandu japplika biss għall-benefiċjarji aħħarin f’dawk l-Istati Membri li fihom kienet tapplika d-dixxiplina finanzjarja fis-sena finanzjarja ta’ qabel.
5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 102, li huma meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni koerenti tad-dixxiplina finanzjarja fl-Istati Membri, li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’regoli għall-kalkolu tad-dixxiplina finanzjarja li għandhom jiġu applikati mill-Istati Membri għall-bdiewa.
Artikolu 18
Proċedura tad-dixxiplina baġitarja
1. Meta, huwa u jitħejja l-abbozz tal-baġit għas-sena baġitarja N, ikun jidher li hemm ir-riskju li jinqabeż l-ammont imsemmi fl-Artikolu 14 ta’ dan ir-Regolament għas-sena baġitarja N, il-Kummissjoni għandha tipproponi, il-miżuri meħtieġa biex tkun żgurata l-konformità ma’ dak l-ammont. Dawk il-miżuri jridu jiġu adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill meta l-bażi legali tal-miżura rilevanti tkun l-Artikolu 43(3) TFUE jew mill-Kunsill meta l-bażi legali tal-miżura rilevanti tkun l-Artikolu 43(2) TFUE.
2. Jekk, fi kwalunkwe ħin, il-Kummissjoni tqis li jkun hemm ir-riskju li jinqabeż l-ammont imsemmi fl-Artikolu 14 ta’ dan ir-Regolament u li hija ma tistax tieħu l-miżuri xierqa biex tirranġa din is-sitwazzjoni, hija għandha tipproponi miżuri oħrajn biex tiżgura l-konformità ma’ dak l-ammont. Dawk il-miżuri jridu jiġu adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill meta l-bażi legali tal-miżura rilevanti tkun l-Artikolu 43(3) TFUE jew mill-mill-Kunsill meta l-bażi legali tal-miżura rilevanti tkun l-Artikolu 43(2) TFUE.
3. Meta, fi tmiem is-sena baġitarja N, it-talbiet għar-rimborż min-naħa tal-Istati Membri jkunu jaqbżu l-ammont imsemmi fl-Artikolu 14, jew x’aktarx ikunu ser jaqbżuh, il-Kummissjoni għandha:
(a) |
tqis it-talbiet li jkunu bagħtu l-Istati Membri fuq bażi pro rata skont il-baġit disponibbli u għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu b’mod provviżorju l-ammont tal-pagamenti għax-xahar ikkonċernat; |
(b) |
tistabbilixxi, fit-28 ta’ Frar tas-sena baġitarja N+1 jew qabel, il-qagħda tal-Istati Membri kollha b’rabta mal-finanzjament tal-Unjoni għas-sena baġitarja N; |
(c) |
tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-ammont totali ta’ finanzjament mill-Unjoni għal kull Stat Membru, abbażi ta’ rata unika ta’ finanzjament mill-Unjoni u skont l-ammont li kien disponibbli għall-pagamenti ta’ kull xahar; |
(d) |
tagħti kull kumpens li jrid jingħata lill-Istati Membri sa mhux aktar tard minn meta jsiru l-pagamenti ta’ kull xahar għax-xahar ta’ Marzu tas-sena baġitarja N + 1. |
L-atti ta’ implimentazzjoni previsti fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (c), ta’ dan il-paragrafu, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 103(2).
Artikolu 19
Sistema ta’ twissija bikrija u ta’ monitoraġġ
Sabiex ikun żgurat li l-limitu massimu tal-baġit imsemmi fl-Artikolu 14 ma jinqabiżx, il-Kummissjoni għandha timplimenta sistema ta’ twissija bikrija u ta’ monitoraġġ ta’ kull xahar għan-nefqa tal-FAEG.
Għal dak il-għan, fil-bidu ta’ kull sena baġitarja, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-profili tan-nefqa ta’ kull xahar abbażi tan-nefqa medja ta’ kull xahar matul it-tliet snin ta’ qabel, fejn dan ikun xieraq.
Il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport perjodikament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jkun fih analiżi tal-iżvilupp tan-nefqa li tkun saret meta mqabbla mal-profili u li jkun fih valutazzjoni tal-implimentazzjoni prevista għas-sena baġitarja kurrenti.
Artikolu 20
Pagamenti ta’ kull xahar
1. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed l-approprjazzjonijiet meħtieġa biex tiġi ffinanzjata n-nefqa msemmija fl-Artikolu 5(2) għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri fil-forma ta’ pagamenti ta’ kull xahar, abbażi tan-nefqa li l-aġenziji tal-pagamenti akkreditati jkunu għamlu matul perijodu ta’ referenza.
2. Sakemm il-Kummissjoni titrasferixxi l-pagamenti ta’ kull xahar, l-Istati Membri għandhom jimmobilizzaw ir-riżorsi meħtieġa biex issir in-nefqa skont il-ħtiġijiet tal-aġenziji tal-pagamenti akkreditati tagħhom.
Artikolu 21
Proċedura tal-pagamenti ta’ kull xahar
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 53, 54 u 55, il-Kummissjoni għandha tagħmel il-pagamenti ta’ kull xahar għan-nefqa li l-aġenziji tal-pagamenti akkreditati jkunu għamlu matul ix-xahar ta’ referenza.
2. Il-pagamenti ta’ kull xahar għandhom isiru lil kull Stat Membru fit-tielet jum tax-xogħol tat-tieni xahar wara dak li fih issir in-nefqa jew qabel dak il-jum, filwaqt li jitqiesu t-tnaqqis jew is-sospensjonijiet li jsiru skont l-Artikoli 39 sa 42 u kull korrezzjoni oħra. In-nefqa li l-Istati Membri jagħmlu bejn l-1 u l-15 ta’ Ottubru għandha titqies bħala nefqa li tkun saret fix-xahar ta’ Ottubru. In-nefqa li tkun saret bejn is-16 u l-31 ta’ Ottubru għandha titqies bħala nefqa li tkun saret fix-xahar ta’ Novembru.
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiddeterminaw il-pagamenti ta’ kull xahar li hija tagħmel abbażi ta’ dikjarazzjoni tan-nefqa min-naħa tal-Istati Membri u abbażi tal-informazzjoni mogħtija f’konformità mal-Artikolu 90(1). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 103.
4. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-pagamenti jew it-tnaqqis supplimentari li jaġġustaw il-pagamenti li jkunu saru f’konformità mal-paragrafu 3. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 103.
5. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru minnufih meta dan jaqbeż il-limiti massimi finanzjarji.
Artikolu 22
Spejjeż amministrattivi u tal-persunal
In-nefqa li jagħmlu l-Istati Membri u l-benefiċjarji tal-għajnuna mill-FAEG b’rabta mal-ispejjeż amministrattivi u tal-persunal ma għandhiex titħallas mill- FAEG.
Artikolu 23
Nefqa marbuta mal-intervent pubbliku
1. Meta, fil-qafas tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, ma tkunx stabbilita somma għal kull unità b’rabta ma’ intervent pubbliku, il-FAEG għandu jiffinanzja l-miżura kkonċernata abbażi ta’ ammonti standard uniformi, b’mod partikolari fir-rigward ta’ fondi li joriġinaw fl-Istati Membri u li jintużaw għax-xiri tal-prodotti, għall-operazzjonijiet materjali li jiġu mill-ħżin u, fejn ikun xieraq, għall-ipproċessar tal-prodotti li jkunu eliġibbli għall-intervent pubbliku, kif imsemmi fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 102 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’regoli dwar:
(a) |
it-tip ta’ miżuri li huma eliġibbli għall-finanzjament tal-Unjoni u l-kondizzjonijiet għar-rimborż; |
(b) |
il-kondizzjonijiet tal-eliġibbiltà u l-metodi tal-kalkolu abbażi tal-informazzjoni li l-aġenziji tal-pagamenti jkunu osservaw fir-realtà, abbażi ta’ rati fissi stabbiliti mill-Kummissjoni, jew abbażi ta’ ammonti b’rata fissa jew b’rata mhux fissa previsti fil-leġiżlazzjoni agrikola f’setturi speċifiċi. |
(c) |
il-valwazzjoni tal-operazzjonijiet b’rabta mal-intervent pubbliku, il-miżuri li jridu jittieħdu f’każ ta’ telf jew ta’ deterjorament fil-prodotti fil-kuntest tal-intervent pubbliku, u l-istabbiliment tal-ammonti li jridu jiġu ffinanzjati. |
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-ammonti msemmijin fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 103(2).
Artikolu 24
Akkwist tad-data satellitari
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jaqblu fuq il-lista tad-data satellitari li hija meħtieġa għas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja msemmija fl-Artikolu 66(1), il-punt (c), skont l-ispeċifikazzjoni mħejjija minn kull Stat Membru.
F’konformità mal-Artikolu 7, il-punt (b), il-Kummissjoni għandha tgħaddi, mingħajr ħlas, dik id-data satellitari lill-awtoritajiet kompetenti għas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja jew lill-fornituri tas-servizzi li dawk l-awtoritajiet jkunu awtorizzaw biex jirrappreżentawhom.
Il-Kummissjoni għandha tibqa’ sid id-data satellitari.
Il-Kummissjoni tista’ tqabbad lil korpi speċjalizzati jwettqu kompiti marbutin mat-tekniki jew mal-metodi ta’ ħidma b’rabta mas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja msemmija fl-Artikolu 66(1), il-punt (c).
Artikolu 25
Monitoraġġ tar-riżorsi agrikoli
1. L-azzjonijiet iffinanzjati skont l-Artikolu 7, il-punt (c), għandu jkollhom l-għan li jagħtu lill-Kummissjoni l-mezzi biex:
(a) |
tamministra s-swieq agrikoli tal-Unjoni f’kuntest globali; |
(b) |
tiżgura l-monitoraġġ agroekonomiku u agroambjentali u klimatiku tal-użu tal-art agrikola u tat-tibdil fl-użu tal-art agrikola, inkluż tal-agroforestrija, u l-monitoraġġ tal-kundizzjoni tal-ħamrija, tal-għelejjel, tal-pajsaġġi agrikolu tal-art agrikola sabiex ikunu jistgħu jsiru stimi, b’mod partikolari dwar ir-rendimenti, dwar il-produzzjoni agrikola u dwar l-impatti ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali fuq l-agrikoltura, u sabiex tkun tista’ ssir valutazzjoni tar-reżiljenza tas-sistemi agrikoli u l-progress lejn il-kisba tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli rilevanti tan-Nazzjonijiet Uniti; |
(c) |
taqsam l-aċċess għall-istimi msemmija fil-punt (b) f’kuntest internazzjonali, bħal fil-kuntest tal-inizjattivi kkoordinati minn organizzazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti, inkluż il-ħolqien ta’ inventarji tal-gassijiet b’effett ta’ serra fil-kuntest tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, jew fil-kuntest ta’ aġenziji internazzjonali oħrajn; |
(d) |
tikkontribwixxi għal miżuri speċifiċi li jżidu t-trasparenza fis-swieq dinjin, b’kont meħud tal-għanijiet u l-impenji tal-Unjoni; |
(e) |
tiżgura segwitu teknoloġiku tas-sistema agrometeoroloġika. |
2. Skont l-Artikolu 7, il-punt (c), il-Kummissjoni għandha tiffinanzja l-azzjonijiet marbutin ma’:
(a) |
il-ġbir jew max-xiri tad-data meħtieġa biex tiġi implimentata u mmonitorjata l-PAK, inkluż id-data satellitari, id-data ġeospazjali u d-data meteoroloġika; |
(b) |
il-ħolqien ta’ infrastruttura tad-data spazjali u ta’ sit web; |
(c) |
it-twettiq ta’ studji speċifiċi dwar il-kondizzjonijiet klimatiċi; |
(d) |
it-telerilevament użat biex jgħin fil-monitoraġġ tas-saħħa tal-ħamrija u tat-tibdil fl-użu tal-art agrikola; u |
(e) |
l-aġġornament tal-mudelli agrometeoroloġiċi u ekonometriċi. |
Meta jkun meħtieġ, dawk l-azzjonijiet għandhom jitwettqu b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, maċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, mal-laboratorji u l-korpi nazzjonali jew bl-involviment tas-settur privat.
Artikolu 26
Setgħat ta’ implimentazzjoni relatati mal-Artikoli 24 u 25
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu:
(a) |
ir-regoli marbutin mal-finanzjament skont l-Artikolu 7, il-punti (b) u (c); |
(b) |
il-proċedura li biha l-miżuri msemmijin fl-Artikoli 24 u 25 iridu jitwettqu biex jintlaħqu l-għanijiet assenjati; |
(c) |
il-qafas li jirregola l-akkwist, it-titjib u l-użu tad-data satellitari u tad-data meteoroloġika, u l-iskadenzi applikabbli. |
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 103(3).
KAPITOLU II
FAEŻR
Artikolu 27
Dispożizzjonijiet li japplikaw għall-pagamenti kollha
1. Il-pagamenti mill-Kummissjoni tal-kontribuzzjoni tal-FAEŻR imsemmija fl-Artikolu 6 ma għandhomx jaqbżu l-impenji baġitarji.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 34(1), dawk il-pagamenti għandhom jiġu assenjati lill-impenn baġitarju li jkun infetaħ l-ewwel.
2. Għandu japplika l-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju.
Artikolu 28
Kontribuzzjoni finanzjarja tal-FAEŻR
Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-FAEŻR għan-nefqa li ssir fil-kuntest tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK għandha tiġi stabbilita għal kull Pjan Strateġiku tal-PAK fil-limiti massimi stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni għall-appoġġ li l-FAEŻR jagħti lill-interventi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.
Artikolu 29
Impenji tal-baġit
1. Id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tapprova Pjan Strateġiku tal-PAK għandha tkun deċiżjoni ta’ finanzjament skont it-tifsira tal-Artikolu 110(1) tar-Regolament Finanzjarju u, ladarba l-Istat Membru kkonċernat jiġi mgħarraf biha, impenn legali skont it-tifsira ta’ dak ir-Regolament. Dik id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni għandha tispeċifika l-kontribuzzjoni għal kull sena.
2. L-impenji baġitarji tal-Unjoni għal kull Pjan Strateġiku tal-PAK għandhom isiru bħala pagamenti akkont annwali bejn l-1 ta’ Jannar 2023 u l-31 ta’ Diċembru 2027. B’deroga mill-Artikolu 111(2) tar-Regolament Finanzjarju, għal kull Pjan Strateġiku tal-PAK, l-impenji baġitarji għall-ewwel pagament parzjali għandhom isiru wara li l-Kummissjoni tapprova dak il-Pjan Strateġiku tal-PAK u tinnotifika lill-Istat Membru kkonċernat dwaru. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-impenji baġitarji għall-pagamenti parzjali sussegwenti qabel l-1 ta’ Mejju ta’ kull sena, abbażi tad-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, ħlief meta jkun japplika l-Artikolu 16 tar-Regolament Finanzjarju.
Artikolu 30
Dispożizzjonijiet li japplikaw għall-pagamenti għall-interventi għall-iżvilupp rurali
1. L-approprjazzjonijiet meħtieġa biex tiġi ffinanzjata n-nefqa msemmija fl-Artikolu 6 għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri fil-forma ta’ prefinanzjament, ta’ pagamenti interim u ta’ pagament tal-bilanċ, kif deskritt f’din it-Taqsima.
2. It-total tal-prefinanzjament u tal-pagamenti interim meħudin flimkien ma għandux jaqbeż il-95 % tal-kontribuzzjoni tal-FAEŻR għal kull Pjan Strateġiku tal-PAK.
Meta jintlaħaq il-limitu massimu ta’ 95 %, l-Istati Membri għandhom ikomplu jibagħtu t-talbiet għall-pagamenti lill-Kummissjoni.
Artikolu 31
Arranġamenti għall-prefinanzjament
1. Wara d-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tagħha li tapprova l-Pjan Strateġiku tal-PAK, il-Kummissjoni għandha tħallas lill-Istat Membru ammont inizjali ta’ prefinanzjament għad-durata kollha tal-Pjan Strateġiku tal-PAK. Dan l-ammont inizjali ta’ prefinanzjament għandu jitħallas f’pagamenti parzjali kif ġej:
(a) |
fl-2023: 1 % tal-ammont tal-appoġġ mill-FAEŻR għad-durata kollha tal-Pjan Strateġiku tal-PAK; |
(b) |
fl-2024: 1 % tal-ammont tal-appoġġ mill-FAEŻR għad-durata kollha tal-Pjan Strateġiku tal-PAK; |
(c) |
fl-2025: 1 % tal-ammont tal-appoġġ mill-FAEŻR għad-durata kollha tal-Pjan Strateġiku tal-PAK. |
Jekk Pjan Strateġiku tal-PAK jiġi approvat fl-2024 jew wara, il-pagamenti parzjali mis-snin ta’ qabel għandhom jitħallsu mingħajr dewmien wara tali approvazzjoni.
2. L-ammont kollu mħallas bħala prefinanzjament għandu jiġi rrimborżat lill-Kummissjoni jekk ma tkun saret l-ebda nefqa u jekk ma tintbagħat l-ebda dikjarazzjoni tan-nefqa għall-Pjan Strateġiku tal-PAK fi żmien 24 xahar mid-data li fiha l-Kummissjoni tkun ħallset l-ewwel pagament parzjali tal-ammont ta’ prefinanzjament. Dak il-prefinanzjament għandu jitpaċa mal-ewwel nefqa ddikjarata għall-Pjan Strateġiku tal-PAK.
3. Ma għandu jsir jew jiġi rkuprat l-ebda pagament addizzjonali ta’ prefinanzjament meta jkun seħħ trasferiment lejn il-FAEŻR jew minnu skont l-Artikolu 103tar-Regolament (UE) 2021/2115.
4. L-imgħax li jiġi ġġenerat mill-prefinanzjament għandu jintuża għall-Pjan Strateġiku tal-PAK ikkonċernat u għandu jitnaqqas mill-ammont tan-nefqa pubblika indikata fid-dikjarazzjoni finali tan-nefqa.
5. L-ammont kollu tal-prefinanzjament għandu jiġi approvat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 53 qabel ma jingħalaq il-Pjan Strateġiku tal-PAK.
Artikolu 32
Pagamenti interim
1. Għandhom isiru pagamenti interim għal kull Pjan Strateġiku tal-PAK. Dawn għandhom jiġu kkalkulati billi tiġi applikata r-rata tal-kontribuzzjoni msemmija fl-Artikolu 91 tar-Regolament (UE) 2021/2115. għan-nefqa pubblika li ssir għal kull tip ta’ intervent, bl-esklużjoni tal-pagamenti li jsiru mill-finanzjament nazzjonali addizzjonali msemmi fl-Artikolu 115(5) ta’ dak ir-Regolament.
Il-pagamenti interim għandhom jinkludu wkoll l-ammonti msemmijin fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 94(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115.
2. Skont id-disponibbiltà tar-riżorsi u filwaqt li tqis it-tnaqqis jew is-sospensjonijiet li jsiru skont l-Artikoli 39 sa 42, il-Kummissjoni għandha tagħmel pagamenti interim sabiex tirrimborża n-nefqa li l-aġenziji tal-pagamenti akkreditati jkunu għamlu huma u jimplimentaw il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK.
3. Meta l-istrumenti finanzjarji jiġu implimentati f’konformità mal-Artikolu 59(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060, id-dikjarazzjoni tan-nefqa għandha tinkludi l-ammonti totali li l-awtorità ta’ ġestjoni tkun ħallset lill-benefiċjarji aħħarin jew, fil-każ tal-garanziji, l-ammonti li hija tkun warrbet għall-kuntratti tal-garanzija, kif imsemmi fl-Artikolu 80(5), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2021/2115.
4. Meta l-istrumenti finanzjarji jiġu implimentati skont l-Artikolu 59(2) tar-Regolament (UE) 2021/1060, id-dikjarazzjoni tan-nefqa li tinkludi n-nefqa marbuta mal-istrumenti finanzjarji għandha titressaq f’konformità mal-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
l-ammont inkluż fl-ewwel dikjarazzjoni tan-nefqa għandu jkun tħallas qabel lill-istrument finanzjarju u jista’ jkun sa 30 % tal-ammont kollu tan-nefqa pubblika eliġibbli li tkun ġiet impenjata għall-istrumenti finanzjarji skont il-ftehim ta’ finanzjament rilevanti; |
(b) |
l-ammont inkluż fid-dikjarazzjonijiet sussegwenti tan-nefqa li jitressqu matul il-perijodu tal-eliġibbiltà definit fl-Artikolu 86(4) tar-Regolament (UE) 2021/2115 għandu jinkludi n-nefqa eliġibbli msemmija fl-Artikolu 80(5) ta’ dak ir-Regolament. |
5. Ammonti mħallsa f’konformità mal-paragrafu 4, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu għandhom jitqiesu li huma avvanzi għall-finijiet tal-Artikolu 37(2). L-ammont inkluż fl-ewwel dikjarazzjoni tan-nefqa, imsemmi fil-paragrafu 4, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu għandu jiġi approvat mill-Kummissjoni fil-kontijiet tagħha l-iktar tard meta jiġu approvati l-kontijiet annwali tal-aħħar sena ta’ implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku rilevanti tal-PAK.
6. Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-pagamenti interim meta jkun hemm konformità mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
meta tintbagħat dikjarazzjoni tan-nefqa lill-Kummissjoni li tkun iffirmata mill-aġenzija tal-pagamenti akkreditata, f’konformità mal-Artikolu 90(1), il-punt (c); |
(b) |
meta ma tkunx inqabżet il-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR għal kull tip ta’ intervent għall-perijodu kollu kopert mill-Pjan Strateġiku tal-PAK ikkonċernat; |
(c) |
meta lill-Kummissjoni jintbagħtulha d-dokumenti li għandhom jitressqu, f’konformità mal-Artikolu 9(3) u l-Artikolu 12(2); |
7. Jekk ma jintlaħaqx xi wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 6, il-Kummissjoni għandha tgħarraf minnufih lill-aġenzija tal-pagamenti akkreditata, jew lill-korp ta’ koordinazzjoni, jekk ikun inħatar wieħed, b’dan. Jekk ma jintlaħaqx xi wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 6, il-punt (a) jew il-punt (c), id-dikjarazzjoni tan-nefqa għandha titqies li mhijiex ammissibbli.
8. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 53, 54 u 55, il-Kummissjoni għandha tagħmel il-pagamenti interim fi żmien 45 jum minn meta tiġi rreġistrata dikjarazzjoni tan-nefqa li tkun tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu.
9. L-aġenziji tal-pagamenti akkreditati għandhom jistabbilixxu dikjarazzjonijiet interim tan-nefqa marbutin mal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u jibagħtuhom lill-Kummissjoni, jew direttament jew inkella permezz tal- korp ta’ koordinazzjoni, jekk ikun inħatar wieħed, fil-perijodi taż-żmien li l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu dawk il-. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 103(3).
Id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa għandhom ikopru n-nefqa li l-aġenziji tal-pagamenti jkunu għamlu matul kull wieħed mill-perijodi kkonċernati. Dawn għandhom ikopru wkoll l-ammonti msemmijin fl-Artikolu 94(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115. Madankollu, jekk in-nefqa msemmija fl-Artikolu 86(3) ta’ dak ir-Regolament ma tkunx tista’ tiġi ddikjarata lill-Kummissjoni fil-perijodu kkonċernat, minħabba li l-Kummissjoni tkun għad trid tapprova emenda għall-Pjan Strateġiku tal-PAK f’konformità mal-Artikolu 119(10) ta’ dak ir-Regolament, dik in-nefqa tista’ tiġi ddikjarata fil-perijodi ta’ wara.
Id-dikjarazzjonijiet interim tan-nefqa għan-nefqa li tkun saret mis-16 ta’ Ottubru ’l quddiem għandhom jiddaħħlu fil-baġit tas-sena ta’ wara.
10. Meta l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’sottodelega jkun jeħtieġ iktar verifiki minħabba li l-informazzjoni pprovduta ma tkunx kompluta jew ma tkunx ċara jew minħabba li jkun hemm nuqqas ta’ qbil, differenzi fl-interpretazzjoni jew inkonsistenzi oħrajn marbutin ma’ dikjarazzjoni tan-nefqa għal perijodu ta’ referenza, li jkunu ġejjin b’mod partikolari min-nuqqas ta’ komunikazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa skont ir-Regolament (UE) 2021/2115 u skont l-atti tal-Kummissjoni adottati skont dak ir-Regolament, fuq talba tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’sottodelega, l-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi informazzjoni addizzjonali fi żmien perijodu li jkun stabbilit f’dik it-talba skont kemm tkun gravi l-problema.
Jista’ jiġi interrott il-limitu taż-żmien għall-pagamenti interim stabbilit fil-paragrafu 8 għall-ammont kollu li għalih issir it-talba għall-pagament, jew għal parti minnu, għal perijodu massimu ta’ sitt xhur li jibda mid-data meta tintbagħat it-talba għall-informazzjoni u li jintemm meta tintbagħat l-informazzjoni meħtieġa li tkun titqies li hija sodisfaċenti. L-Istat Membru jista’ jaqbel li jestendi l-perijodu ta’ interruzzjoni b’perijodu ulterjuri ta’ tliet xhur.
Meta l-Istat Membru kkonċernat jonqos milli jwieġeb għat-talba għal informazzjoni addizzjonali fil-perijodu taż-żmien stabbilit f’dik it-talba jew meta t-tweġiba tiegħu titqies li mhijiex sodisfaċenti jew tkun tindika li ma tħarsux ir-regoli applikabbli jew li l-fondi tal-Unjoni ntużaw ħażin, il-Kummissjoni tista’ tissospendi l-pagamenti jew tnaqqashom skont l-Artikoli 39 sa 42.
Artikolu 33
Pagament tal-bilanċ u għeluq tal-interventi għall-iżvilupp rurali fil-kuntest tal-Pjan Strateġiku tal-PAK
1. Wara li tirċievi l-aħħar rapport annwali dwar il-prestazzjoni b’rabta mal-implimentazzjoni ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK, il-Kummissjoni għandha tħallas il-bilanċ, soġġett għad-disponibbiltà tar-riżorsi, abbażi tal-pjan finanzjarju li jkun fis-seħħ fil-livell tat-tipi ta’ interventi tal-FAEŻR, tal-kontijiet annwali tal-aħħar sena ta’ implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku rilevanti tal-PAK u tad-deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni li jikkorrispondu magħhom. Dawk il-kontijiet għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-aħħar data ta’ eliġibbiltà tan-nefqa prevista fl-Artikolu 86(4) tar-Regolament (UE) Nru2021/2115 u għandhom ikopru n-nefqa li l-aġenzija tal-pagamenti tkun għamlet sal-aħħar data ta’ eliġibbiltà tan-nefqa.
2. Il-bilanċ għandu jitħallas sa mhux aktar tard minn sitt xhur mid-data meta l-Kummissjoni tqis li l-informazzjoni u d-dokumenti msemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu huma ammissibbli u jkun ġie approvat l-aħħar sett ta’ kontijiet annwali. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 34(5), l-ammonti li jkun għadhom impenjati wara li jkun tħallas il-bilanċ għandhom jiġu diżimpenjati mill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur.
3. Jekk, sal-limitu taż-żmien stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni jkun għadha ma rċevietx l-aħħar rapport annwali dwar il-prestazzjoni u d-dokumenti meħtieġa għall-approvazzjoni tal-kontijiet annwali għall-aħħar sena ta’ implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, il-bilanċ għandu jiġi diżimpenjat b’mod awtomatiku f’konformità mal-Artikolu 34.
Artikolu34
Diżimpenn awtomatiku għall-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK
1. Il-Kummissjoni għandha tiddiżimpenja b’mod awtomatiku kull parti minn impenn baġitarju għall-interventi għall-iżvilupp rurali fil-kuntest ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK li ma tkunx intużat għall-prefinanzjament jew biex isiru l-pagamenti interim jew li dwarha ma tkun irċeviet ebda dikjarazzjoni tan-nefqa li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 32(6), il-punti (a) u (c), b’rabta man-nefqa magħmula sal-31 ta’ Diċembru tat-tieni sena wara dik tal-impenn baġitarju.
2. Dik il-parti tal-impenji baġitarji li tkun għadha miftuħa fl-aħħar data ta’ eliġibbiltà tan-nefqa kif imsemmi fl-Artikolu 86(4) tar-Regolament (UE) 2021/2115 li dwarha ma tkun saret l-ebda dikjarazzjoni tan-nefqa fi żmien sitt xhur minn dik id-data għandha tiġi diżimpenjata b’mod awtomatiku.
3. F’każ li jkun hemm proċedimenti legali jew appell amministrattiv li jkollhom effett sospensiv, il-perijodu għad-diżimpenn awtomatiku msemmi fil-paragrafu 1 u fil-paragrafu 2 għandu jiġi interrott, għall-ammont marbut mal-operazzjonijiet ikkonċernati, għall-perijodu li matulu jdumu għaddejjin dawk il-proċedimenti jew dak l-appell amministrattiv, dejjem jekk il-Kummissjoni tirċievi notifika motivata mingħand l-Istat Membru dwar dan sal-31 ta’ Jannar tas-sena N + 3.
4. Dan li ġej ma għandux jitqies fil-kalkolu tad-diżimpenn awtomatiku:
(a) |
dik il-parti tal-impenji tal-baġit li dwarha tkun saret dikjarazzjoni ta’ nfiq iżda li r-rimborż tagħha jkun tnaqqas jew ġie sospiż mill-Kummissjoni fil-31 ta’ Diċembru tas-sena N + 2; |
(b) |
dik il-parti tal-impenji baġitarji li aġenzija tal-pagamenti ma setgħetx tiżborża għal raġunijiet ta’ forza maġġuri li jkun laqat b’mod serju l-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK; l-awtoritajiet nazzjonali li jsostnu li kien hemm każ ta’ forza maġġuri għandhom juru l-konsegwenzi diretti li dan kellu fuq l-implimentazzjoni tal-interventi għall-iżvilupp rurali kollha jew ta’ parti minnhom fil-Pjan Strateġiku tal-PAK. |
Sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena, l-Istat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-informazzjoni dwar l-eċċezzjonijiet imsemmijin fl-ewwel subparagrafu marbutin mal-ammonti ddikjarati sal-aħħar tas-sena ta’ qabel.
5. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri fil-ħin jekk ikun hemm ir-riskju ta’ diżimpenn awtomatiku. Hija għandha tgħarrafhom dwar l-ammont involut kif indikat mill-informazzjoni fil-pussess tagħha. L-Istati Membri għandu jkollhom xahrejn mid-data li fiha jirċievu dik l-informazzjoni biex jaqblu mal-ammont ikkonċernat jew biex jibagħtu l-kummenti tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tagħmel id-diżimpenn awtomatiku sa mhux aktar tard minn disa’ xhur wara l-iskadenza tal-aħħar limitu taż-żmien imsemmi fil-paragrafi 1, 2 u 3.
6. F’każ ta’ diżimpenn awtomatiku, il-kontribuzzjoni tal-FAEŻR għall-Pjan Strateġiku tal-PAK ikkonċernat għas-sena kkonċernata għandha titnaqqas bl-ammont li jkun ġie diżimpenjat b’mod awtomatiku. L-Istat Membru kkonċernat għandu jħejji pjan ta’ finanzjament rivedut li fih iqassam it-tnaqqis tal-għajnuna bejn it-tipi ta’ interventi differenti għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni. Jekk ma jagħmilx dan, il-Kummissjoni għandha tnaqqas l-ammonti allokati għal kull tip ta’ intervent fuq bażi pro rata.
KAPITOLU III
Dispożizzjonijiet komuni
Artikolu 35
Sena finanzjarja agrikola
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali dwar id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa u tad-dħul marbutin mal-intervent pubbliku stabbiliti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 47(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), is-sena finanzjarja għandha tkopri n-nefqa li tkun saret u d-dħul li jkun hemm li l-aġenziji tal-pagamenti jdaħħlu fil-kontijiet tal-baġit tal- FAEG u FAEŻR għas-sena finanzjarja “N” li tibda fis-16 ta’ Ottubru tas-sena “N – 1” u li tintemm fil-15 ta’ Ottubru tas-sena “N”.
Artikolu 36
Ebda finanzjament doppju
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li n-nefqa ffinanzjata mill-FAEG jew mill-FAEŻR ma tiġi ffinanzjata bl-ebda mod ieħor mill-baġit tal-Unjoni.
Fil-kuntest tal-FAEŻR, operazzjoni partikolari tista’ tirċievi forom differenti ta’ appoġġ mill-Pjan Strateġiku tal-PAK u mill-fondi l-oħra msemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060 jew minn strumenti oħra tal-Unjoni biss jekk l-ammont kollu tal-għajnuna mogħtija permezz tal-forom differenti ta’ appoġġ, meħud f’daqqa, ma jaqbiżx l-ogħla intensità tal-għajnuna jew l-ogħla ammont tal-għajnuna li japplika għal dak it-tip ta’ intervent kif imsemmi fit-Titolu III tar-Regolament (UE) 2021/2115. F’tali każijiet, l-Istati Membri ma għandhomx jiddikjaraw l-istess nefqa lill-Kummissjoni għal appoġġ:
(a) |
minn fond ieħor imsemmi fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060 jew minn strument ieħor tal-Unjoni; jew |
(b) |
mill-istess Pjan Strateġiku tal-PAK. |
L-ammont tan-nefqa li jrid jiddaħħal fid-dikjarazzjoni tan-nefqa jista’ jiġi kkalkulat fuq bażi pro rata f’konformità mad-dokument li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-appoġġ.
Artikolu 37
Eliġibbiltà tan-nefqa li tkun saret mill-aġenziji tal-pagamenti
1. In-nefqa msemmija fl-Artikolu 5(2) u fl-Artikolu 6 tista’ tiġi ffinanzjata mill-Unjoni biss jekk tkun saret minn aġenziji tal-pagamenti akkreditati u jekk:
(a) |
tkun saret f’konformità mar-regoli applikabbli tal-Unjoni; jew |
(b) |
għat-tipi ta’ interventi msemmijin fir-Regolament (UE) 2021/2115;
|
2. Il-paragrafu 1, il-punt (b)(i), ma għandux japplika għall-pagamenti bil-quddiem li jsiru lill-benefiċjarji għat-tipi ta’ interventi li jissemmew fir-Regolament (UE) 2021/2115.
Artikolu 38
Konformità mal-iskadenzi għall-pagamenti
1. Meta d-dritt tal-Unjoni jistabbilixxi l-iskadenzi għall-pagamenti, kull pagament li tagħmel aġenzija tal-pagamenti lil benefiċjarju qabel l-ewwel data possibbli għall-pagamenti jew wara l-aħħar data possibbli għall-pagamenti ma għandux ikun eliġibbli għall-finanzjament tal-Unjoni.
2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 102, li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’regoli dwar iċ-ċirkustanzi u l-kundizzjonijiet li fihom il-pagamenti li jissemmew fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jitqiesu eliġibbli, filwaqt li jitqies il-prinċipju tal-proporzjonalità.
Artikolu 39
Tnaqqis tal-pagamenti interim u tal-pagamenti ta’ kull xahar
1. Meta, abbażi tad-dikjarazzjonijiet tan-nefqa jew mill-informazzjoni, id-dikjarazzjonijiet u d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 90, il-Kummissjoni tistabbilixxi li nqabżu l-limiti massimi finanzjarji stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni, hija għandha tnaqqas il-pagamenti interim jew il-pagamenti ta’ kull xahar lill-Istat Membru kkonċernat fil-qafas tal-atti ta’ implimentazzjoni dwar il-pagamenti ta’ kull xahar imsemmijin fl-Artikolu 21(3) jew fil-qafas tal-pagamenti interim imsemmijin fl-Artikolu 32.
2. Meta, abbażi tad-dikjarazzjonijiet tan-nefqa jew tal-informazzjoni, id-dikjarazzjonijiet u d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 90, il-Kummissjoni tistabbilixxi li ma tħarsux l-iskadenzi għall-pagamenti msemmijin fl-Artikolu 38, hija għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat b’dan u tagħtih iċ-ċans li jibgħat il-kummenti tiegħu fi żmien perijodu li ma għandux ikun ta’ inqas minn 30 jum. Meta l-Istat Membru jonqos milli jibgħat il-kummenti tiegħu f’dak il-perijodu jew meta l-Kummissjoni tkun ikkonkludiet li t-tweġiba mogħtija hija manifestament insuffiċjenti, il-Kummissjoni tista’ tnaqqas il-pagamenti interim jew il-pagamenti ta’ kull xahar lill-Istat Membru kkonċernat fil-qafas tal-atti ta’ implimentazzjoni dwar il-pagamenti ta’ kull xahar imsemmijin fl-Artikolu 21(3) jew fil-qafas tal-pagamenti interim imsemmijin fl-Artikolu 32.
3. It-tnaqqis li jsir skont dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 53.
4. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu iktar regoli dwar il-proċedura u dwar arranġamenti prattiċi oħrajn għall-funzjonament tajjeb tal-mekkaniżmu previst fl-Artikolu 38. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 103(3).
Artikolu 40
Sospensjoni tal-pagamenti b’rabta mal-approvazzjoni annwali
1. Meta l-Istati Membri ma jibagħtux id-dokumenti msemmijin fl-Artikolu 9(3) u fl-Artikolu 12(2) sal-iskadenzi previsti fl-Artikolu 9(3), il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jissospendu l-ammont totali tal-pagamenti ta’ kull xahar imsemmijin fl-Artikolu 21(3). Il-Kummissjoni għandha tirrimborża l-ammonti sospiżi meta tirċievi d-dokumenti neqsin mingħand l-Istat Membru kkonċernat, dejjem jekk ma tirċevihomx iktar minn sitt xhur wara l-iskadenza kkonċernata.
F’dak li għandu x’jaqsam mal-pagamenti interim imsemmijin fl-Artikolu 32, id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa għandhom jitqiesu li mhumiex ammissibbli skont il-paragrafu 7 ta’ dak l-Artikolu.
2. Meta, fil-qafas tal-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 54, il-Kummissjoni tistabbilixxi li jkun hemm differenza ta’ iktar minn 50 % bejn in-nefqa ddikjarata u l-ammont li jikkorrispondi mal-output rilevanti rrappurtat u l-Istat Membru ma jkunx jista’ jiġġustifika dan kif xieraq, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jissospendu l-pagamenti ta’ kull xahar imsemmijin fl-Artikolu 21(3) jew il-pagamenti interim imsemmijin fl-Artikolu 32.
Is-sospensjoni għandha ssir fuq in-nefqa rilevanti għall-interventi li jkun sarilhom it-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 54(2) u l-ammont li jrid jiġi sospiż ma għandux jaqbeż il-perċentwal li jikkorrispondi mat-tnaqqis li jkun sar f’konformità mal-Artikolu 54(2). L-ammonti sospiżi għandhom ikunu rimborżati mill-Kummissjoni lill-Istati Membri jew imnaqqsa b’mod permanenti sa mhux aktar tard permezz tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 54 b’rabta mas-sena li fir-rigward tagħha kienu sospiżi l-pagamenti. Madankollu, jekk l-Istati Membri juru li ttieħdu l-azzjonijiet korrettivi meħtieġa, il-Kummissjoni tista’ tneħħi s-sospensjoni aktar kmieni f’att ta’ implimentazzjoni separat.
3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 102 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’regoli dwar ir-rata ta’ sospensjoni tal-pagamenti.
4. L-atti ta’ implimentazzjoni previsti fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 103(2).
Qabel ma tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni msemmijin fil-paragrafu 1 u fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istat Membru kkonċernat bl-intenzjoni tagħha li tagħmel dan u għandha tagħti l-opportunità lill-Istat Membru li jibgħat il-kummenti tiegħu f’perijodu li ma għandux ikun ta’ inqas minn 30 jum.
5. L-atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-pagamenti ta’ kull xahar imsemmijin fl-Artikolu 21(3) jew il-pagamenti interim imsemmijin fl-Artikolu 32 għandhom iqisu l-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont dan l-Artikolu.
Artikolu 41
Sospensjoni tal-pagamenti b’rabta mal-monitoraġġ pluriennali tal-prestazzjoni
1. Fejn, f’konformità mal-Artikolu 135(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2021/2115, il-Kummissjoni titlob lill-Istat Membru kkonċernat biex jippreżenta pjan ta’ azzjoni, dak l-Istat Membru għandu jistabbilixxi tali pjan ta’ azzjoni f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Il-pjan ta’ azzjoni għandu jinkludi l-azzjonijiet ta’ rimedju maħsuba u indikaturi ċari tal-progress flimkien mal-perijodu ta’ żmien li matulu jrid jinkiseb il-progress. Dak il-perijodu ta’ żmien jista’ jestendi lil hinn minn sena finanzjarja waħda.
L-Istat Membru kkonċernat għandu jwieġeb fi żmien xahrejn mit-talba tal-Kummissjoni għal pjan ta’ azzjoni.
Fi żmien xahrejn minn meta tirċievi l-pjan ta’ azzjoni mill-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tinforma lil dak l-Istat Membru bil-miktub dwar l-oġġezzjonijiet tagħha għall-pjan ta’ azzjoni ppreżentat u titlob il-modifika tiegħu. L-Istat Membru kkonċernat għandu jikkonforma mal-pjan ta’ azzjoni, kif aċċettat mill-Kummissjoni, u jikkonforma mal-perijodu ta’ żmien mistenni għall-eżekuzzjoni tiegħu.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu iktar regoli dwar l-istruttura tal-pjanijiet ta’ azzjoni u l-proċedura biex jiġu stabbiliti l-pjanijiet ta’ azzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 103(3).
2. Jekk l-Istat Membru jonqos milli jippreżenta jew jimplementa l-pjan ta’ azzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jew jekk ikun ċar li dak il-pjan ta’ azzjoni ma jkunx biżżejjed biex titranġa s-sitwazzjoni, jew jekk ma ġiex modifikat skont it-talba bil-miktub tal-Kummissjoni kif imsemmi f’dak il-paragrafu, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jissospendu l-pagamenti ta’ kull xahar imsemmijin fl-Artikolu 21(3) jew il-pagamenti interim imsemmijin fl-Artikolu 32.
B’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, it-talba għal pjan ta’ azzjoni mill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2025 ma għandhiex twassal għal sospensjoni tal-pagamenti qabel ir-rieżami tal-prestazzjoni għas-sena finanzjarja 2026, kif previst fl-Artikolu 135(3) tar-Regolament (UE) 2021/2115.
Is-sospensjoni tal-pagamenti msemmijin fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi applikata f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità fuq in-nefqa rilevanti marbuta mal-interventi, li kellhom jiġu koperti minn dak il-pjan ta’ azzjoni.
Il-Kummissjoni għandha tirrimborża l-ammonti sospiżi meta, abbażi tar-rieżami tal-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 135 tar-Regolament (UE) 2021/2115 jew abbażi tan-notifika volontarja li tkun saret matul is-sena finanzjarja mill-Istat Membru kkonċernat dwar il-progress tal-pjan ta’ azzjoni u tal-azzjoni korrettiva meħuda biex jitranġa n-nuqqas, ikun sar progress sodisfaċenti lejn l-ilħiq tal-miri.
Jekk is-sitwazzjoni ma titranġax sa tmiem it-12-il xahar wara s-sospensjoni tal-pagamenti, il-Kummissjoni tista’ tadotta att ta’ implimentazzjoni li jnaqqas b’mod definittiv l-ammont sospiż għall-Istat Membru kkonċernat.
L-atti ta’ implimentazzjoni previsti f’dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 103(2).
Qabel ma tadotta tali atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istat Membru kkonċernat li hija jkun biħsiebha tagħmel dan u għandha titolbu jwieġeb fi żmien perijodu li ma għandux ikun inqas minn 30 jum.
3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 102 li jissupplimenta dan ir-Regolament b’regoli dwar ir-rata u t-tul ta’ żmien tas-sospensjoni tal-pagamenti u l-kondizzjonijiet għar-rimborż jew għat-tnaqqis ta’ dawk l-ammonti f’dak li għandu x’jaqsam mal-monitoraġġ pluriennali tal-prestazzjoni.
Artikolu 42
Sospensjoni tal-pagamenti b’rabta ma’ nuqqasijiet fis-sistemi ta’ governanza
1. F’każ ta’ nuqqasijiet serji fil-funzjonament tajjeb tas-sistemi ta’ governanza, il-Kummissjoni għandha, fejn meħtieġ, titlob lill-Istat Membru kkonċernat jippreżenta pjan ta’ azzjoni li jinkludi l-azzjonijiet ta’ rimedju meħtieġa u indikaturi ċari tal-progress. Dak il-pjan ta’ azzjoni għandu jiġi stabbilit b’konsultazzjoni mal-Kummissjoni. L-Istat Membru kkonċernat għandu jwieġeb fi żmien xahrejn mit-talba tal-Kummissjoni sabiex tiġi vvalutata l-ħtieġa ta’ pjan ta’ azzjoni.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dwar l-istruttura tal-pjanijiet ta’ azzjoni u l-proċedura biex jiġu stabbiliti l-pjanijiet ta’ azzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 103(3).
2. Jekk l-Istat Membru jonqos milli jippreżenta jew jimplementa l-pjan ta’ azzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jew jekk ikun ċar li dak il-pjan ta’ azzjoni ma jkunx biżżejjed biex titranġa s-sitwazzjoni jew jekk ma jkunx ġie implimentat f’konformità mat-talba bil-miktub tal-Kummissjoni kif imsemmi f’dak il-paragrafu, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jissospendu l-pagamenti ta’ kull xahar imsemmijin fl-Artikolu 21(3) jew il-pagamenti interim imsemmijin fl-Artikolu 32.
Is-sospensjoni għandha ssir fuq in-nefqa rilevanti li l-Istat Membru jkun għamel fl-oqsma fejn ikun hemm in-nuqqasijiet, skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, u għandha tkun għal perijodu li jrid jiġi stabbilit fl-atti ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, u li ma għandux ikun ta’ iktar minn tnax-il xahar. Jekk jibqgħu jintlaħqu l-kondizzjonijiet għas-sospensjoni, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jtawlu dak il-perijodu għal perijodi oħrajn li b’kollox ma jkunux aktar minn tnax-il xahar. L-ammonti sospiżi għandhom jitqiesu meta jiġu adottati l-atti ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-Artikolu 55.
3. L-atti ta’ implimentazzjoni previsti fil-paragrafu 2 għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 103(2).
Qabel ma tadotta tali atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istat Membru kkonċernat li hija jkun biħsiebha tagħmel dan u għandha titolbu jwieġeb fi żmien perijodu li ma għandux ikun inqas minn 30 jum.
4. L-atti ta’ implimentazzjoni li jiddeterminaw il-pagamenti ta’ kull xahar imsemmija fl-Artikolu 21(3) jew il-pagamenti interim imsemmija fl-Artikolu 32 għandhom iqisu l-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 43
Żamma ta’ kontijiet separati
1. Kull aġenzija tal-pagamenti għandha żżomm sett ta’ kontijiet separati għall-approprjazzjonijiet li jiddaħħlu fil-baġit tal-Unjoni għall- FAEG u FAEŻR.
2. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu iktar regoli dwar l-obbligu stabbilit f’dan l-Artikolu u l-kondizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għall-informazzjoni li trid tiddaħħal fil-kontijiet miżmuma mill-aġenziji tal-pagamenti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 103(3).
Artikolu 44
Ħlas lill-benefiċjarji
1. Ħlief meta jkun previst b’mod espliċitu ieħor fid-dritt tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pagamenti marbutin mal-finanzjament previst f’dan ir-Regolament għandhom jitħallsu għalkollox lill-benefiċjarji.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pagamenti li jsiru fil-kuntest tal-interventi u tal-miżuri msemmijin fl-Artikolu 65(2) isiru mhux qabel l-1 ta’ Diċembru u mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju tas-sena kalendarja ta’ wara.
Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu:
(a) |
qabel l-1 ta’ Diċembru, iżda mhux qabel is-16 ta’ Ottubru, jagħmlu pagamenti bil-quddiem sa 50 % għal interventi fil-forma ta’ pagamenti diretti u għall-miżuri msemmija fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 u fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 229/2013; |
(b) |
qabel l-1 ta’ Diċembru jagħmlu pagamenti bil-quddiem sa 75 % għall-appoġġ mogħti fil-kuntest tal-interventi għall-iżvilupp rurali, kif imsemmi fl-Artikolu 65(2). |
3. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu pagamenti bil-quddiem li jkunu jkopru sa 50 % tal-interventi msemmijin fl-Artikoli 73 u 77 tar-Regolament (UE) 2021/2115.
4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 102 li jemendaw dan l-Artikolu billi jżidu regoli li jippermettu li l-Istati Membri jħallsu pagamenti bil-quddiem fir-rigward tal-interventi msemmija fit-Titolu III, Kapitolu III, tar-Regolament (UE) 2021/2115 u fir-rigward ta’ miżuri li jirregolaw jew jappoġġaw is-swieq agrikoli kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 biex ikun żgurat il-ħlas koerenti u nondiskriminatorju tal-pagamenti bil-quddiem.
5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 102 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu kondizzjonijiet speċifiċi għall-ħlas tal-pagamenti bil-quddiem, biex ikun żgurat il-ħlas koerenti u nondiskriminatorju tal-pagamenti bil-quddiem.
6. Fuq it-talba ta’ Stat Membru, fil-każ ta’ emerġenza, u fil-limiti tal-Artikolu 11(2), il-punt (b), tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jikkonċernaw l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni jistgħu jidderogaw mill-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, iżda biss sal-punt u għall-perijodu li huma strettament meħtieġa. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 103(3).
Artikolu 45
Assenjament ta’ dħul
1. Dan li ġej għandu jitqies bħala dħul assenjat skont it-tifsira tal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju:
(a) |
fir-rigward tan-nefqa kemm fil-kuntest tal-FAEG kif ukoll tal-FAEŻR, is-somom skont l-Artikoli 38, 54 u 55 ta’ dan ir-Regolament u skont l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 li japplika f’konformità mal-Artikolu 104 ta’ dan ir-Regolament u, fir-rigward tan-nefqa fil-kuntest tal-FAEG, is-somom skont l-Artikoli 53 u 56 ta’ dan ir-Regolament li jridu jitħallsu fil-baġit tal-Unjoni, inkluż l-imgħax fuqhom; |
(b) |
fir-rigward tan-nefqa fil-kuntest tal-FAEG, l-ammonti li jikkorrispondu mal-penali applikati f’konformità mal-Artikolu 12 u 14 tar-Regolament (UE) 2021/2115; |
(c) |
kull titolu, depożitu jew garanzija pprovduti skont id-dritt tal-Unjoni adottata fil-qafas tal-PAK, minbarra l-interventi għall-iżvilupp rurali, li l-jedd għalihom sussegwentement ikun intilef; madankollu, l-Istati Membri għandhom iżommu l-garanziji li l-jedd għalihom ikun intilef u li jkunu ġew iddepożitati meta nħarġu l-liċenzji tal-esportazzjoni jew tal-importazzjoni jew skont proċedura ta’ sejħa għall-offerti biss sabiex ikun żgurat li l-offerenti jagħmlu offerti ġenwini; |
(d) |
is-somom li jkunu tnaqqsu b’mod definittiv f’konformità mal-Artikolu 41(2). |
2. Is-somom imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jitħallsu fil-baġit tal-Unjoni u, f’każ li jintużaw mill-ġdid, għandhom jintużaw biss biex jiffinanzjaw in-nefqa tal-FAEG jew il-FAEŻR.
3. Dan ir-Regolament għandu japplika mutatis mutandis għad-dħul assenjat imsemmi fil-paragrafu 1.
4. Fir-rigward tal-FAEG, l-Artikolu 113 tar-Regolament Finanzjarju għandu japplika mutatis mutandis għaż-żamma tal-kontijiet tad-dħul assenjat imsemmi f’dan ir-Regolament.
Artikolu 46
Miżuri ta’ informazzjoni
1. L-għoti ta’ informazzjoni ffinanzjat skont l-Artikolu 7, il-punt (e), għandu jkollu l-għan, b’mod partikolari, li jgħin fit-tifsir, fl-implimentazzjoni u fl-iżvilupp tal-PAK u li jżid l-għarfien tal-pubbliku dwar il-kontenut u l-għanijiet tagħha, inkluż l-interazzjoni tagħha mal-klima, l-ambjent u l-benessri tal-annimali. Dan isir bil-għan li jinforma liċ-ċittadini dwar l-isfidi ffaċċjati fl-agrikoltura u l-ikel, li jinforma lill-bdiewa u lill-konsumaturi, li jerġa’ jrawwem il-fiduċja tal-konsumaturi wara l-kriżijiet permezz ta’ kampanji tal-informazzjoni, li jinforma lil partijiet oħrajn attivi f’żoni rurali u li jippromwovi mudell ta’ Unjoni aktar sostenibbli tal-agrikoltura, kif ukoll biex jgħin liċ-ċittadini jifhmuh.
Hija għandha tipprovdi informazzjoni koerenti, ibbażata fuq l-evidenza, oġġettiva u komprensiva, kemm ġewwa kif ukoll barra l-Unjoni, u tiddeskrivi l-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni ppjanati fil-pjan strateġiku pluriennali tal-Kummissjoni għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali.
2. Il-miżuri msemmijin fil-paragrafu 1 jistgħu jikkonsistu minn:
(a) |
programmi ta’ ħidma annwali jew miżuri speċifiċi oħrajn ippreżentati minn partijiet terzi; |
(b) |
attivitajiet implimentati fuq inizjattiva tal-Kummissjoni. |
Dawk il-miżuri li jkunu meħtieġa skont il-liġi jew dawk il-miżuri li diġà jkunu qed jiġu ffinanzjati fil-kuntest ta’ azzjoni oħra tal-Unjoni għandhom jiġu esklużi.
Meta timplimenta l-attivitajiet imsemmi f l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), il-Kummissjoni tista’ tkun assistita minn esperti esterni.
Il-miżuri msemmijin fl-ewwel subparagrafu għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawk il-prijoritajiet ikunu marbutin mal-għanijiet ġenerali ta’ dan ir-Regolament.
3. Darba fis-sena, il-Kummissjoni għandha tippubblika sejħa għall-proposti li tkun tħares il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju.
4. Il-kumitat imsemmi fl-Artikolu 103(1) għandu jiġi mgħarraf bil-miżuri previsti u meħudin skont dan l-Artikolu.
5. Kull sentejn, il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 47
Setgħat oħra tal-Kummissjoni relatati ma’ dan il-Kapitolu
1. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 102 li jissupplimentaw dan ir-Regolament bil-kondizzjonijiet li skonthom għandhom jiġu kkumpensati ċerta tip ta’ nefqa u ċertu tip ta’ dħul fil-kuntest tal- FAEG u FAEŻR.
Jekk il-baġit tal-Unjoni ma jkunx ġie adottat sal-bidu tas-sena baġitarja jew jekk l-ammont totali tal-impenji ppjanati jaqbeż il-limitu massimu stabbilit fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 102 ta’ dan ir-Regolament li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’regoli dwar il-metodu applikabbli għall-impenji u l-pagament tal-ammonti.
2. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dwar:
(a) |
il-finanzjament u l-kontabilità tal-miżuri ta’ intervent fil-forma ta’ ħżin pubbliku, u ta’ nfiq ieħor ffinanzjat mill- FAEG u FAEŻR; |
(b) |
it-termini u l-kondizzjonijiet li jirregolaw l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ diżimpenn awtomatiku. |
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 103(3).
KAPITOLU IV
Approvazzjoni tal-kontijiet
Artikolu 48
Approċċ ta’ awditu uniku
F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju, ix-xogħol tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni msemmijin fl-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament għandu jservi ta’ garanzija għall-Kummissjoni, dment li ma tkunx għarrfet lill-Istati Membri kkonċernati li ma tistax isserraħ fuq ix-xogħol tal-korp taċ-ċertifikazzjoni għal sena finanzjarja partikolari, u dan ix-xogħol għandha tqisu fil-valutazzjoni tar-riskju tagħha dwar il-ħtieġa li tagħmel awditi f’dak l-Istat Membru. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lil dak l-Istat Membru bir-raġunijiet għaliex ma tistax tiddependi fuq ix-xogħol tal-korp taċ-ċertifikazzjoni.
Artikolu 49
Verifiki mill-Kummissjoni
1. Mingħajr preġudizzju għall-verifiki li l-Istati Membri jagħmlu skont il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali jew skont l-Artikolu 287 TFUE jew għal kwalunkwe verifika organizzata skont l-Artikolu 322 TFUE jew abbażi tar-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 jew l-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni tista’ torganizza verifiki fl-Istati Membri sabiex tivverifika, b’mod partikolari jekk:
(a) |
il-prattiki amministrattivi jikkonformawx mar-regoli tal-Unjoni; |
(b) |
in-nefqa li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 5(2) u tal-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament u li tikkorrispondi mal-interventi msemmijin fir-Regolament (UE) 2021/2115 għandhiex output korrispondenti, kif irrappurtat fir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni; |
(c) |
in-nefqa li tikkorrispondi mal-miżuri stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 229/2013, (UE) Nru 1308/2013, u (UE) Nru 1144/2014 tkunx saret u ġietx ivverifikata skont ir-regoli applikabbli tal-Unjoni; |
(d) |
ix-xogħol tal-korp taċ-ċertifikazzjoni jsirx skont l-Artikolu 12 u għall-finijiet tat-Taqsima 2 ta’ dan il-Kapitolu; |
(e) |
aġenzija tal-pagamenti tkunx konformi mal-kondizzjonijiet minimi għall-akkreditazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 9(2) u jekk l-Istat Membru japplikax l-Artikolu 9(4) korrettament; |
(f) |
l-Istat Membru kkonċernat jimplimentax il-Pjan Strateġiku tal-PAK f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2021/2115; |
(g) |
il-pjanijiet ta’ azzjoni msemmija fl-Artikolu 42 humiex implimentati korrettament. |
Il-persuni awtorizzati mill-Kummissjoni biex jagħmlu l-verifiki f’isimha jew l-aġenti tal-Kummissjoni li jaġixxu fl-ambitu tas-setgħat li jkunu ngħatawlhom, għandu jkollhom aċċess għall-kotba u għad-dokumenti l-oħrajn kollha li jkollhom x’jaqsmu man-nefqa ffinanzjata mill-FAEG jew mill-FAEŻR, inkluż id-dokumenti u l-metadata li tħejjew fuq medium elettroniku jew li jkunu waslu u ġew irreġistrati fuq it-tali medium.
Is-setgħat għat-twettiq tal-verifiki ma għandhomx jaffettwaw l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirriżervaw ċerti atti għall-aġenti li jinħatru b’mod speċifiku għal dan il-għan mil-liġi nazzjonali. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tar-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 u tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013, il-persuni li l-Kummissjoni tkun awtorizzat biex jaġixxu f’isimha ma għandhomx jieħdu sehem, fost l-oħrajn, fiż-żjajjar fid-djar jew fl-interrogatorji formali tal-persuni li jsiru abbażi tal-liġi tal-Istat Membru kkonċernat. Madankollu, huma għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni li tinkiseb b’dan il-mod.
2. Il-Kummissjoni għandha tavża lill-Istat Membru kkonċernat jew lill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun ser issir il-verifika biżżejjed minn qabel dwar il-fatt li tkun ser issir verifika, filwaqt li tqis l-impatt amministrattiv fuq l-aġenziji tal-pagamenti meta tkun qed torganizza l-verifiki. F’dawn il-verifiki jistgħu jieħdu sehem aġenti mill-Istat Membru kkonċernat.
Fuq talba tal-Kummissjoni u bi qbil mal-Istat Membru kkonċernat, il-korpi kompetenti ta’ dak l-Istat Membru għandhom iwettqu verifiki jew inkjesti addizzjonali dwar l-operazzjonijiet li dan ir-Regolament ikopri. L-aġenti tal-Kummissjoni jew il-persuni li l-Kummissjoni tkun awtorizzat biex jaġixxu f’isimha jistgħu jieħdu sehem fit-tali verifiki.
Sabiex ittejjeb il-verifiki, bi qbil mal-Istati Membri kkonċernati, il-Kummissjoni tista’ titlob l-għajnuna tal-awtoritajiet ta’ dawk l-Istati Membri għal ċerti verifiki jew għal ċerti inkjesti.
Artikolu 50
Aċċess għall-informazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni l-informazzjoni kollha meħtieġa biex il- FAEG u FAEŻR jitħaddmu bla xkiel u għandhom jieħdu l-miżuri x-xierqa kollha biex jiffaċilitaw il-verifiki li l-Kummissjoni tqis li huma xierqa b’rabta mal-ġestjoni tal-finanzjament tal-Unjoni.
2. Meta l-Kummissjoni titlobhom jagħmlu dan, l-Istati Membri għandhom jibagħtulha l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jkunu adottaw biex jimplimentaw l-atti legali tal-Unjoni marbutin mal-PAK u li jkollhom impatt finanzjarju fuq il-FAEG jew il-FAEŻR.
3. L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni l-informazzjoni dwar l-irregolaritajiet skont it-tifsira tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95u każijiet oħrajn ta’ nuqqas ta’ konformità mal-kondizzjonijiet li l-Istati Membri jistabbilixxu fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, dwar il-każijiet ta’ frodi ssuspettata li jkunu nnutaw, u dwar il-passi li jkunu ħadu skont it-Taqsima 3 ta’ dan il-Kapitolu biex jirkupraw il-pagamenti mhux dovuti li jkunu saru b’rabta ma’ dawk l-irregolaritajiet u ma’ dawk il-każijiet ta’ frodi. Il-Kummissjoni għandha tiġbor fil-qosor u tippubblika dik l-informazzjoni kull sena u għandha tibgħatha lill-Parlament Ewropew.
Artikolu 51
Aċċess għad-dokumenti
1. L-aġenziji tal-pagamenti akkreditati għandhom iżommu d-dokumenti ta’ sostenn marbutin mal-pagamenti li jkunu saru u d-dokumenti marbutin mat-twettiq tal-verifiki li jkunu meħtieġa skont id-dritt tal-Unjoni, u għandhom iqiegħdu dawk id-dokumenti u l-informazzjoni relatata għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni.
Dawk id-dokumenti u dik l-informazzjoni jistgħu jinżammu f’forma elettronika taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 3.
Meta dawk id-dokumenti u dik l-informazzjoni jinżammu minn awtorità li taġixxi fuq delega minn aġenzija tal-pagamenti, u li tkun responsabbli biex tawtorizza n-nefqa, dik l-awtorità għandha tibgħat rapporti lill-aġenzija tal-pagamenti akkreditata dwar l-għadd ta’ verifiki li tkun għamlet, dwar il-kontenut tagħhom u dwar il-miżuri li tkun ħadet abbażi tar-riżultati tagħhom.
2. Dan l-Artikolu għandu japplika mutatis mutandis għall-korpi taċ-ċertifikazzjoni.
3. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli dwar il-kundizzjonijiet li skonthom id-dokumenti u l-informazzjoni msemmija f’dan l-Artikolu għandhom jinżammu, inkluż il-forma tagħhom u t-tul ta’ żmien li matulu jridu jinżammu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 103(3).
Artikolu 52
Setgħat tal-Kummissjoni relatati ma’ verifiki u dokumenti u informazzjoni obbligu ta’ kooperazzjoni
1. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 102 li huma meħtieġa sabiex tiżgura l-applikazzjoni korretta u effiċjenti tad-dispożizzjonijiet relatati mal-verifiki u l-aċċess għad-dokumenti u l-informazzjoni mniżżla f’dan il-Kapitolu, li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’obbligi speċifiċi li l-Istati Membri jridu jħarsu skont dan il-Kapitolu u b’regoli dwar il-kriterji biex jiġu stabbiliti il-każijiet ta’ irregolarità skont it-tifsira tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 u każijiet oħra ta’ nuqqas ta’ konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti mill-Istati Membri fil-Pjanijiet Strateġiku tal-PAK li jridu jiġu rrappurtati u d-data li għandha tiġi pprovduta f’dan il-kuntest.
2. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dwar il-proċeduri marbutin mal-obbligi ta’ kooperazzjoni li l-Istati Membri jridu jħarsu biex jiġu implimentati l-Artikoli 49 u 50. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 103(3).
Artikolu 53
Approvazzjoni finanzjarja annwali
1. Qabel il-31 ta’ Mejju tas-sena ta’ wara s-sena baġitarja kkonċernata u abbażi tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(3), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (d), il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jkun fihom id-deċiżjoni tagħha dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti akkreditati b’rabta man-nefqa msemmija fl-Artikolu 5(2) u fl-Artikolu 6. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 103(2).
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikopru l-kompletezza, il-preċiżjoni u l-veraċità tal-kontijiet annwali mressqin u għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kontenut tal-atti ta’ implimentazzjoni adottati sussegwentement skont l-Artikoli 54 u 55.
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli dwar l-azzjonijiet meħtieġa għall-finijiet tal-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni msemmijin fil-paragrafu 1, inkluż ir-regoli dwar l-iskambju tal-informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri u l-iskadenzi li jridu jitħarsu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 103(3).
Artikolu 54
Approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni
1. Meta n-nefqa msemmija fl-Artikolu 5(2) u fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament u li tikkorrispondi għall-interventi msemmijin fit-Titolu III tar-Regolament (UE) 2021/2115 ma jkollhiex output li jikkorrispondi għaliha, kif irrappurtat fir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 9(3) u fl-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament u fl-Artikolu 134 tar-Regolament (UE) 2021/2115, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni qabel il-15 ta’ Ottubru tas-sena ta’ wara sena baġitarja kkonċernata, li jistabbilixxu l-ammonti li jridu jitnaqqsu mill-finanzjament tal-Unjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 103(2).
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kontenut tal-atti ta’ implimentazzjoni adottati sussegwentement skont l-Artikolu 55 ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ammonti li jridu jitnaqqsu abbażi tad-differenza bejn in-nefqa annwali ddikjarata għal intervent u l-ammont li jikkorrispondi għall-output rilevanti rrappurtat f’konformità mal-Pjan Strateġiku tal-PAK, filwaqt li tqis il-ġustifikazzjonijiet ipprovduti mill-Istat Membru fir-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni f’konformità mal-Artikolu 134(8) tar-Regolament (UE) Nru 2021/2115.
3. Qabel ma tadotta l-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tagħti l-opportunità lill-Istat Membru kkonċernat li jibgħat il-kummenti tiegħu u jiġġustifika kull differenza li jkun hemm sa data li, meta d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 9(3), l-Artikolu 10 u l-Artikolu 12(2) ikunu ntbagħtu sal-iskadenza, ma għandhiex tkun inqas minn 30 jum.
4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 102 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’regoli dwar il-kriterji għall-ġustifikazzjonijiet tal-Istat Membru kkonċernat u dwar il-metodoloġija u l-kriterji biex jiġi applikat it-tnaqqis.
5. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli dwar l-azzjonijiet meħtieġa għall-finijiet tal-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, inkluż ir-regoli dwar l-iskambju tal-informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri u l-iskadenzi li jridu jitħarsu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 103(3).
Artikolu 55
Proċedura ta’ konformità
1. Meta l-Kummissjoni ssib li n-nefqa msemmija fl-Artikolu 5(2) u fl-Artikolu 6 ma tkunx saret f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, hija għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-ammonti li jridu jiġu esklużi mill-finanzjament tal-Unjoni. Dawkl-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 103(2).
Madankollu, għat-tipi ta’ interventi li jissemmew fir-Regolament (UE) 2021/2115, l-esklużjonijiet mill-finanzjament tal-Unjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom japplikaw biss f’każ li jkun hemm nuqqasijiet serji fil-funzjonament tajjeb tas-sistemi ta’ governanza tal-Istati Membri.
L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mal-kondizzjonijiet tal-eliġibbiltà għall-benefiċjarji individwali stabbiliti fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u fir-regoli nazzjonali.
2. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ammonti li jridu jiġu esklużi abbażi tas-serjetà tan-nuqqasijiet li jkunu nstabu. F’dak il-kuntest, hija għandha tqis kif xieraq in-natura ta’ dawk in-nuqqasijiet u tal-ħsara finanzjarja li l-Unjoni ġġarrab.
3. Qabel ma jiġi adottat l-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1, is-sejbiet tal-Kummissjoni u l-kummenti tal-Istat Membru kkonċernat dwar dawk is-sejbiet għandhom jiġu nnotifikati bil-miktub bejn iż-żewġ partijiet, u wara dan huma għandhom jippruvaw jilħqu ftehim dwar l-azzjoni li trid tittieħed. L-Istat Membru kkonċernat għandu jingħata l-opportunità juri li n-nuqqas ta’ konformità huwa inqas gravi milli jidher li hu mill-valutazzjoni tal-Kummissjoni.
Jekk ma jintlaħaqx ftehim, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jitlob li tinfetaħ proċedura bil-għan li, fi żmien erba’ xhur, tiġi rrikonċiljata l-pożizzjoni ta’ kull parti. Il-proċedura għandha titwettaq minn korp ta’ konċiljazzjoni. Għandu jintbagħat rapport dwar l-eżitu ta’ dik il-proċedura lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tqis ir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport qabel ma tiddeċiedi li tirrifjuta l-finanzjament u, jekk tiddeċiedi li ma ssegwix dawk ir-rakkomandazzjonijiet, għandha tiġġustifika dan.
4. Il-finanzjament ma għandux jiġi rrifjutat:
(a) |
għan-nefqa indikata fl-Artikolu 5(2) li tkun saret iktar minn 24 xahar qabel ma l-Kummissjoni tgħarraf lill-Istat Membru bil-miktub bis-sejbiet tagħha; |
(b) |
għan-nefqa għall-interventi pluriennali li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 5(2) jew fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-interventi għall-iżvilupp rurali msemmija fl-Artikolu 6, li għaliha l-aħħar obbligu tal-benefiċjarju jkun seħħ iktar minn 24 xahar qabel ma l-Kummissjoni tgħarraf lill-Istat Membru bil-miktub bis-sejbiet tagħha; |
(c) |
għan-nefqa għall-interventi għall-iżvilupp rurali msemmija fl-Artikolu 6, minbarra dawk li jissemmew fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu, li għalihom l-aġenzija tal-pagamenti tkun għamlet il-pagament jew l-aħħar pagament, skont il-każ, iktar minn 24 xahar qabel ma l-Kummissjoni tgħarraf lill-Istat Membru bil-miktub bis-sejbiet tagħha. |
5. Il-paragrafu 4 ma għandux japplika fil-każ ta’:
(a) |
għajnuniet li Stat Membru jkun ta u li dwarhom il-Kummissjoni tkun bdiet il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) TFUE; |
(b) |
ksur li l-Kummissjoni tkun innotifikat lill-Istat Membru kkonċernat dwaru permezz ta’ opinjoni motivata f’konformità mal-Artikolu 258 TFUE; |
(c) |
ksur mill-Istati Membri tal-obbligi tagħhom skont it-Titolu IV, il-Kapitolu III, ta’ dan ir-Regolament, dment li l-Kummissjoni tinnotifika lill-Istat Membru kkonċernat bil-miktub bis-sejbiet tagħha fi żmien 12-il xahar minn meta tirċievi r-rapport tal-Istat Membru dwar ir-riżultati tal-verifiki tiegħu fuq in-nefqa kkonċernata. |
6. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 102 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’regoli dwar il-kriterji u l-metodoloġija biex jiġu applikati l-korrezzjonijiet finanzjarji.
7. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli dwar l-azzjonijiet meħtieġa għall-finijiet tal-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-atti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, inkluż ir-regoli dwar l-iskambju tal-informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, dwar l-iskadenzi li jridu jitħarsu u l-proċedura ta’ konċiljazzjoni prevista fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, u dwar it-twaqqif tal-korp ta’ konċiljazzjoni u l-kompiti, il-kompożizzjoni u l-arranġamenti ta’ ħidma tiegħu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 103(3).
Irkupri minħabba nuqqas ta’ konformità
Artikolu 56
Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-FAEG
1. Is-somom li l-Istati Membri jirkupraw wara li jkun hemm irregolaritajiet jew wara li l-benefiċjarji jonqsu milli jikkonformaw mal-kondizzjonijiet tal-interventi msemmijin fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u l-imgħax fuqhom għandhom jingħaddew lill-aġenzija tal-pagamenti li trid iddaħħalhom fil-kontijiet bħala dħul assenjat lill-FAEG fix-xahar li fih tirċevihom fir-realtà.
2. L-Istati Membri jistgħu, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, jagħtu struzzjonijiet lill-aġenzija tal-pagamenti, bħala l-korp responsabbli għall-irkupru tad-dejn, biex tnaqqas kwalunkwe dejn pendenti dovut minn benefiċjarju minn pagamenti futuri lil dak il-benefiċjarju.
3. Meta l-baġit tal-Unjoni jiġi kkreditat kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jżomm 20 % mill-ammont korrispondenti bħala spejjeż ta’ rkupru b’rata fissa, ħlief f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità li jkunu jistgħu jiġu attribwiti lill-awtoritajiet amministrattivi tiegħu stess jew lil korpi uffiċjali oħra.
Artikolu 57
Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-FAEŻR
1. Meta jiġu nnutati irregolaritajiet u każijiet oħrajn ta’ nuqqas ta’ konformità tal-benefiċjarji, u fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji, wkoll permezz ta’ fondi speċifiċi taħt fondi ta’ parteċipazzjoni jew riċevituri finali, mal-kondizzjonijiet tal-interventi għall-iżvilupp rurali speċifikati fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-aġġustamenti finanzjarji billi jikkanċellaw b’mod parzjali jew, meta ġustifikat, għalkollox il-finanzjament tal-Unjoni kkonċernat. L-Istati Membri għandhom iqisu n-natura tan-nuqqasijiet ta’ konformità li jkunu nstabu u s-serjetà tagħhom, kif ukoll il-livell tat-telf finanzjarju għall-FAEŻR.
L-ammonti tal-finanzjament tal-Unjoni fil-kuntest tal-FAEŻR li jkunu ġew ikkanċellati u l-ammonti li jkunu ġew irkuprati, kif ukoll l-imgħax fuqhom, għandhom jiġu riallokati għal operazzjonijiet oħrajn tal-iżvilupp rurali fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jerġgħu jużaw il-fondi tal-Unjoni li jkunu ġew ikkanċellati jew irkuprati fl-intier tagħhom biss għal operazzjoni tal-iżvilupp rurali fil-kuntest tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom u ma jistgħux jirriallokawhom għal operazzjonijiet tal-iżvilupp rurali li jkun sarilhom aġġustament finanzjarju.
L-Istati Membri għandhom inaqqsu kwalunkwe somma mħallsa bla bżonn bħala riżultat ta’ irregolarità pendenti minn benefiċjarju, konformità ma’ dan l-Artikolu, minn kwalunkwe pagament futur lill-benefiċjarju mill-aġenzija tal-pagamenti.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, għall-interventi għall-iżvilupp rurali li jirċievu għajnuna mill-istrumenti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) 2021/1060, kontribuzzjoni li tiġi kkanċellata minħabba nuqqas ta’ konformità individwali tista’ terġa’ tintuża fl-istess strument finanzjarju kif ġej:
(a) |
meta n-nuqqas ta’ konformità li jkun wassal biex tiġi kkanċellata l-kontribuzzjoni jiġi nnutat fil-livell tal-benefiċjarju aħħari kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (18), tar-Regolament (UE) 2021/1060, biss għall-benefiċjarji aħħarin l-oħrajn tal-istess strument finanzjarju; |
(b) |
meta n-nuqqas ta’ konformità li jkun wassal biex tiġi kkanċellata l-kontribuzzjoni jiġi identifikat fil-livell tal-fond speċifiku kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (21), tar-Regolament (UE) 2021/1060 f’fond ta’ ażjenda kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (20), ta’ dak ir-Regolament, biss għal fondi speċifiċi oħrajn. |
Artikolu 58
Setgħat ta’ implimentazzjoni relatati mat-tpaċija possibbli tal-ammonti u l-forom tan-notifiki
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli dwar it-tpaċija possibbli tal-ammonti li jirriżultaw mill-irkupru ta’ pagamenti mhux dovuti u l-forom tan-notifiki u tal-komunikazzjonijiet li l-Istati Membri jridu jibagħtu lill-Kummissjoni b’rabta mal-obbligi stabbiliti f’din it-Taqsima. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 103(3).
TITOLU IV
SISTEMI TA’ KONTROLL U PENALI
KAPITOLU I
Regoli ġenerali
Artikolu 59
Ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni
1. Fil-qafas tal-PAK, l-Istati Membri għandhom, filwaqt li jirrispettaw is-sistemi ta’ governanza applikabbli, jadottaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha u jieħdu kwalunkwe miżura oħra meħtieġa biex jiżguraw li jitħarsu b’mod effettiv l-interessi finanzjarji tal-Unjoni inkluż l-applikazzjoni effettiva tal-kriterji tal-eliġibbiltà tan-nefqa stabbiliti fl-Artikolu 37. Dawk l-atti u l-miżuri għandhom ikunu marbutin, b’mod partikolari:
(a) |
mal-verifika tal-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet iffinanzjati mill-FAEG u FAEŻR, inkluż fil-livell tal-benefiċjarji u kif stabbilit fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK; |
(b) |
mal-iżgurar ta’ prevenzjoni effettiva tal-frodi, speċjalment f’oqsma b’livell ogħla ta’ riskju, li ser sservi ta’ deterrent, filwaqt li jqisu l-ispejjeż u l-benefiċċji kif ukoll il-proporzjonalità tal-miżuri; |
(c) |
mal-prevenzjoni, is-sejba u l-korrezzjoni tal-irregolaritajiet u tal-frodi; |
(d) |
mal-impożizzjoni ta’ penali li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi f’konformità mad-dritt tal-Unjoni jew, jekk ma jkunx hemm, it-tali dispożizzjonijiet, f’konformità mal-liġi nazzjonali, u mat-tnedija ta’ proċedimenti legali għal dan il-għan, skont il-ħtieġa; |
(e) |
mal-irkupru ta’ pagamenti mhux dovuti flimkien mal-imgħax, u mat-tnedija ta’ proċedimenti legali għal dak il-għan kif meħtieġ, inkluż għal irregolaritajiet skont it-tifsira tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95. |
2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistemi effiċjenti ta’ ġestjoni u ta’ kontroll sabiex jiżguraw li jkun hemm konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tirregola l-interventi tal-Unjoni.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-azzjonijiet neċessarji biex jiżguraw il-funzjonament tajjeb tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll u l-legalità u r-regolarità tan-nefqa ddikjarata lill-Kummissjoni.
Biex tassisti lill-Istati Membri f’dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri għodda ta’ estrazzjoni ta’ data biex tivvaluta r-riskji ppreżentati minn proġetti, benefiċjarji, kuntratturi u kuntratti filwaqt li tiżgura piż amministrattiv minimu u protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Dik l-għodda ta’ estrazzjoni ta’ data tista’ tintuża wkoll sabiex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni tar-regoli kif imsemmi fl-Artikolu 62. Sal-2025, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport li jivvaluta l-użu tal-għodda unika għall-estrazzjoni ta’ data u l-interoperabbiltà tagħha bil-ħsieb li tiġi użata b’mod ġeneralizzat mill-Istati Membri.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kwalità u l-affidabbiltà tas-sistema ta’ rappurtaġġ u tad-data dwar l-indikaturi.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-benefiċjarji tal-FAEG u FAEŻR jipprovdulhom l-informazzjoni meħtieġa għall-identifikazzjoni tagħhom, inkluż, fejn applikabbli, l-identifikazzjoni tal-grupp li fih jipparteċipaw, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (11), tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30).
5. L-Istati Membri għandhom jieħdu prekawzjonijiet xierqa li jiżguraw li l-penali li jiġu imposti kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (d), ikunu proporzjonati u jkunu mqassmin skont il-gravità, l-estremità, il-permanenza jew l-okkorrenza mill-ġdid tan-nuqqas ta’ konformità li jkun instab.
L-arranġamenti li jistabbilixxu l-Istati Membri għandhom jiżguraw, b’mod partikolari, li ma jiġu imposti l-ebda penali fejn:
(a) |
in-nuqqas ta’ konformità jkun minħabba każ ta’ forza maġġuri jew f’ċirkostanzi eċċezzjonali f’konformità mal-Artikolu 3; |
(b) |
in-nuqqas ta’ konformità jkun minħabba żball tal-awtorità kompetenti jew ta’ awtorità oħra, u meta l-persuna kkonċernata mill-penali amministrattiva ma setgħetx tinduna b’dan l-iżball b’mod raġonevoli; |
(c) |
il-persuna kkonċernata tkun tista’ turi, b’mod li jissodisfa lill-awtorità kompetenti, li hija mhijiex ħatja għan-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi msemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew fejn l-awtorità kompetenti tkun issodisfata b’xi mod ieħor li l-persuna kkonċernata mhijiex ħatja. |
Meta n-nuqqas ta’ konformità mal-kondizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna jkun ġej minħabba każ ta’ forza maġġuri jew ċirkostanzi eċċezzjonali f’konformità mal-Artikolu 3, il-benefiċjarju ma għandux jitlef id-dritt tiegħu li jirċievi l-għajnuna.
6. L-Istati Membri jistgħu fis-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tagħhom jinkludu l-possibbiltà li l-applikazzjonijiet għall-għajnuna u t-talbiet għall-ħlas jiġu kkoreġuti wara s-sottomissjoni tagħhom mingħajr effett fuq id-dritt li wieħed jirċievi l-għajnuna, sakemm l-elementi jew l-omissjonijiet li għandhom jiġu kkoreġuti jkunu saru in bona fede kif rikonoxxut mill-awtorità kompetenti, u jeħtieġu li l-korrezzjoni ssir jew qabel ma l-applikant jiġi infurmat li ntgħażel għal verifika fuq il-post jew qabel ma l-awtorità kompetenti tkun ħadet id-deċiżjoni tagħha fir-rigward tal-applikazzjoni.
7. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti biex jiżguraw li l-ilmenti dwar il- FAEG u FAEŻR jiġu analizzati b’mod effettiv u, fuq talba tal-Kummissjoni, għandhom janalizzaw l-ilmenti li jkunu ntbagħtu lill-Kummissjoni u li jkunu jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħhom. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bir-riżultati ta’ dawk l-analiżi. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-ilmenti mressqa direttament magħha jiġu segwiti b’mod adegwat. Meta l-Kummissjoni tibgħat ilment lil Stat Membru u l-Istat Membru jonqos milli jagħmel segwitu ta’ dan sal-iskadenza stabbilita mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi meħtieġa bil-ħsieb li tiżgura li l-Istat Membru jirrispetta l-obbligi tiegħu skont dan il-paragrafu.
8. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-miżuri u l-azzjonijiet li jkunu ħadu skont il-paragrafi 1 u 2.
Kull kondizzjoni li l-Istati Membri jistabbilixxu biex jissupplimentaw il-kondizzjonijiet stabbiliti bir-regoli tal-Unjoni biex wieħed jirċievi l-appoġġ iffinanzjat mill-FAEG jew mill-FAEŻR għandha tkun tista’ tiġi vverifikata.
9. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli meħtieġa biex dan l-Artikolu jiġi applikat b’mod uniformi b’rabta ma’:
(a) |
il-proċeduri, l-iskadenzi, l-iskambju tal-informazzjoni, ir-rekwiżiti għall-għodda tal-estrazzjoni ta’ data u l-informazzjoni li għandha tinġabar dwar l-identifikazzjoni tal-benefiċjarji b’rabta mal-obbligi kif stipulat fil-paragrafi 1, 2 u 4; |
(b) |
in-notifika u l-komunikazzjoni li l-Istati Membri jridu jibagħtu lill-Kummissjoni b’rabta mal-obbligi stipulati fil-paragrafi 5 u 7. |
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 103(3).
Artikolu 60
Regoli dwar il-verifiki li għandhom jitwettqu
1. Is-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll li l-Istati Membri jistabbilixxu f’konformità mal-Artikolu 59(2) għandhom jinkludu verifiki sistematiċi li jkollhom fil-mira, inter alia, l-oqsma fejn hemm l-ogħla riskju ta’ żbalji.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm livell ta’ verifiki meħtieġ għal ġestjoni effettiva tar-riskji għall-interess finanzjarju tal-Unjoni. L-awtorità rilevanti għandha tieħu l-kampjun ta’ kontroll tagħha mill-popolazzjoni kollha ta’ applikanti li jinkludi, fejn xieraq, parti aleatorja u parti bbażata fuq ir-riskju.
2. Il-verifiki tal-ħidmiet li jirċievu għajnuna mill-istrumenti finanzjarji kif imsemmi fl-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) 2021/1060 għandhom jitwettqu biss fil-livell tal-fond ta’ parteċipazzjoni u fondi speċifiċi, u, fil-kuntest ta’ fondi ta’ garanzija, fil-livell tal-korpi li jkunu qed jagħtu s-self ġdid sottostanti.
Il-verifiki ma għandhomx jitwettqu fil-livell tal-BEI jew fil-livell ta’ istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħrajn li fihom Stat Membru jkun azzjonist.
3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 102 li huma meħtieġa biex tiżgura li l-verifiki jitwettqu b’mod korrett u effiċjenti u li l-kondizzjonijiet ta’ eliġibbiltà jiġu vverifikati b’mod effiċjenti, koerenti u mhux diskriminatorju li jipproteġi l-interess finanzjarju tal-Unjoni, li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’regoli, fil-każ fejn il-ġestjoni korretta tas-sistema tkun teħtieġ hekk, dwar rekwiżiti addizzjonali fir-rigward ta’ proċeduri doganali, u b’mod partikolari għal dawk stipulati fir-Regolament (UE) Nru 952/2013.
4. Fir-rigward tal-miżuri msemmijin fil-leġiżlazzjoni agrikola, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli li huma meħtieġa għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, u b’mod partikolari:
(a) |
fil-każ tal-qanneb, kif imsemmi fl-Artikolu 4(4), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2021/2115, regoli dwar il-miżuri speċifiċi ta’ kontroll u l-metodi biex jiġu stabbiliti l-livelli ta’ tetraidrokannabinol; |
(b) |
fil-każ tal-qoton, kif imsemmi fit-Titolu III, il-Kapitolu II, it-Taqsima 3, is-Sottotaqsima 2, tar-Regolament (UE) 2021/2115, sistema għall-verifiki tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali approvati; |
(c) |
fil-każ tal-inbid, kif imsemmi fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, regoli dwar il-kejl tal-erja, dwar il-verifiki u dwar ir-regoli li jirregolaw il-proċeduri finanzjarji speċifiċi għat-titjib tal-verifiki; |
(d) |
it-testijiet u l-metodi li jridu jiġu applikati sabiex tiġi stabbilita l-eliġibbiltà tal-prodotti għall-intervent pubbliku u għall-ħżin privat, u l-użu tal-proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti kemm għall-intervent pubbliku kif ukoll għall-ħżin privat; |
(e) |
regoli oħrajn dwar il-verifiki li l-Istati Membri għandhom iwettqu b’rabta mal-miżuri stabbiliti fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 u fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 229/2013. |
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 103(3).
Artikolu 61
Nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-akkwist pubbliku
Meta n-nuqqas ta’ konformità tkun marbuta mar-regoli tal-Unjoni jew dawk nazzjonali dwar l-akkwist pubbliku, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-parti tal-għajnuna li ma għandhiex titħallas jew li għandha tiġi rtirata tiġi stabbilita abbażi tas-serjetà tan-nuqqas ta’ konformità u f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjoni jintlaqtu biss sal-livell tal-parti tal-għajnuna li ma għandhiex titħallas jew li għandha tiġi rtirata.
Artikolu 62
Klawżola ta’ ċirkomvenzjoni
Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet speċifiċi tal-liġi tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri effettivi u proporzjonati biex jevitaw li jkun hemm ċirkomvenzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni u biex jiżguraw, b’mod partikolari, li l-ebda vantaġġ previst fil-leġiżlazzjoni agrikola ma jingħata lil persuna fiżika jew ġuridika li dwarha jkun ġie stabbilit li l-kondizzjonijiet meħtieġa biex jinkisbu t-tali vantaġġi jkunu nħolqu b’mod artifiċjali, għall-kuntrarju tal-għanijiet ta’ dik il-leġiżlazzjoni.
Artikolu 63
Kompatibbiltà tal-interventi għall-finijiet tal-verifiki fis-settur tal-inbid
Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-interventi fis-settur tal-inbid kif imsemmi fit-Titolu III, il-Kapitolu III, it-Taqsima 4, tar-Regolament (UE) 2021/2115, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri ta’ amministrazzjoni u kontroll li jiġu applikati għal dawk l-interventi jkunu kompatibbli mas-sistema integrata msemmija fil-Kapitolu II ta’ dan it-Titolu fir-rigward:
(a) |
is-sistemi għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba’; |
(b) |
il-verifiki. |
Artikolu 64
Garanziji
1. Fejn il-leġiżlazzjoni agrikola tipprevedi dan, l-Istati Membri għandhom jitolbu li tiġi ddepożitata garanzija li tiżgura li titħallas somma flus lil awtorità kompetenti jew li jintilef il-jedd għal dik is-somma flus jekk ma jiġix issodisfat obbligu partikolari skont dik il-leġiżlazzjoni.
2. Ħlief f’każijiet ta’ forza maġġuri, il-jedd għall-garanzija għandu jintilef għalkollox jew b’mod parzjali meta xi obbligu partikolari ma jitwettaqx jew jitwettaq biss b’mod parzjali.
3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 102 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’regoli li jiżguraw trattament mhux diskriminatorju, ekwità u r-rispett tal-proporzjonalità meta tiġi ddepożitata garanzija u li:
(a) |
jispeċifikaw il-parti responsabbli fil-każ li obbligu ma jiġix irrispettat; |
(b) |
jistipulaw is-sitwazzjonijiet speċifiċi li fihom l-awtorità kompetenti tista’ tirrinunzja għar-rekwiżit ta’ garanzija; |
(c) |
jistabbilixxu l-kondizzjonijiet li japplikaw għall-garanzija li trid tiġi ddepożitata u għall-garanti u l-kondizzjonijiet biex tiġi ddepożitata u rilaxxata dik il-garanzija; |
(d) |
jistabbilixxu l-kondizzjonijiet speċifiċi relatati mal-garanzija ddepożitata b’rabta mal-pagamenti bil-quddiem; |
(e) |
jistabbilixxu l-konsegwenzi tal-ksur tal-obbligi li għalihom tkun ġiet iddepożitata garanzija, kif previst fil-paragrafu 1, inkluż it-telf tal-jedd għall-garanziji u r-rata ta’ tnaqqis li trid tiġi applikata meta jiġu rrilaxxati l-garanziji għar-rifużjonijiet, liċenzji, offerti, offerti ta’ prezzijiet jew applikazzjonijiet speċifiċi, kif ukoll fejn obbligu kopert minn dik il-garanzija ma jkunx ġie ssodisfat għalkollox jew b’mod parzjali, b’kont meħud tan-natura tal-obbligu, il-kwantità li għaliha l-obbligu jkun inkiser, il-perijodu ta’ żmien li bih tkun inqabżet l-iskadenza biex jiġi ssodisfat l-obbligu u ż-żmien sa meta tingħata l-evidenza li dak l-obbligu jkun ġie ssodisfat. |
4. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dwar:
(a) |
il-forma tal-garanzija li trid tiġi ddepożitata u l-proċedura biex din tiġi ddepożitata, biex din tiġi aċċettata u biex tinbidel il-garanzija oriġinali; |
(b) |
il-proċeduri biex tiġi rrilaxxata garanzija; |
(c) |
in-notifiki li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jridu jagħmlu. |
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 103(3).
KAPITOLU II
Sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll
Artikolu 65
Kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet relatati ma’ dan il-Kapitolu
1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi u jħaddem sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll (is-”sistema integrata”).
2. Is-sistema integrata għandha tapplika għall-interventi bbażati fuq l-erja u għall-interventi bbażati fuq l-annimali mniżżlin fit-Titolu III, il-Kapitoli II u IV, tar-Regolament (UE) 2021/2115 u għall-miżuri msemmijin fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 u fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 229/2013.
3. Sa fejn meħtieġ, is-sistema integrata għandha tintuża wkoll għall-immaniġġar u l-kontroll tal-kondizzjonalità u l-interventi fis-settur tal-inbid kif stabbilit fit-Titolu III tar-Regolament (UE) 2021/2115.
4. Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin::
(a) |
“applikazzjoni ġeospazjali” tfisser formola ta’ applikazzjoni elettronika li tinkludi applikazzjoni tat-teknoloġija tal-informatika ibbażata fuq sistema ta’ informazzjoni ġeografika li tippermetti lill-benefiċjarji jiddikjaraw, mil-lat spazjali, il-bċejjeċ tar-raba’ agrikola tal-azjenda kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2021/2115 u ż-żoni mhux agrikoli li għalihom qed jitolbu pagament; |
(b) |
“sistema ta’ monitoraġġ tal-erja” tfisser proċedura ta’ osservazzjoni, traċċar u valutazzjoni regolari u b’mod sistematiku tal-attivitajiet agrikoli u tal-metodi użati fiż-żoni agrikoli permezz tad-data satellitari Sentinels ta’ Copernicus jew ta’ data oħra li tkun tal-inqas ta’ valur ekwivalenti għaliha; |
(c) |
“sistema għall-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni tal-annimali” tfisser is-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal- annimali terrestri miżmuma stabbilita fil-Parti IV, it-Titolu I, il-Kapitolu 2, it-Taqsima I, tar-Regolament (KE) Nru 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (31); |
(d) |
“biċċa raba’” tfisser unità, definita mill-Istati Membri, ta’ żona agrikola kif iddeterminata f’konformità mal-Artikolu 4(3)tar-Regolament (UE) 2021/2115; |
(e) |
“sistema ta’ informazzjoni ġeografika” tfisser sistema tal-kompjuter li kapaċi tiġbor, taħżen, tanalizza u turi informazzjoni referenzjata ġeografikament; |
(f) |
“sistema awtomatika ta’ talbiet” tfisser sistema għall-applikazzjoni għal interventi bbażati fuq l-erja jew dawk ibbażati fuq l-annimali, li fiha d-data meħtieġa mill-amministrazzjoni dwar tal-anqas l-erjas jew l-annimali individwali li għalihom qed tintalab l-għajnuna jkunu disponibbli fil-bażijiet ta’ data kompjuterizzati uffiċjali amministrati mill-Istat Membru u jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju fejn meħtieġ. |
Artikolu 66
Elementi tas-sistema integrata
1. Is-sistema integrata għandu jkun fiha l-elementi li ġejjin:
(a) |
sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba’; |
(b) |
sistema għall-applikazzjonijiet ġeospazjali u, fejn applikabbli, sistema għall-applikazzjonijiet ibbażati fuq l-annimali; |
(c) |
sistema ta’ monitoraġġ tal-erja; |
(d) |
sistema għall-identifikazzjoni tal-benefiċjarji tal-interventi u tal-miżuri msemmijin fl-Artikolu 65(2); |
(e) |
sistema ta’ kontroll u penali; |
(f) |
fejn applikabbli, sistema għall-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni tal-intitolamenti għall-pagamenti; |
(g) |
fejn applikabbli, sistema għall-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni tal-annimali. |
2. Is-sistema integrata għandha tipprovdi informazzjoni rilevanti għar-rappurtar dwar l-indikaturi msemmijin fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2021/2115.
3. Is-sistema integrata għandha titħaddem abbażi ta’ bażijiet ta’ data elettroniċi u ta’ sistemi ta’ informazzjoni ġeografika u għandha tippermetti li tiġi skambjata d-data bejn il-bażijiet ta’ data elettroniċi u s-sistemi ta’ informazzjoni ġeografika u li tiġi integrata d-data ta’ ġo fihom. Fejn rilevanti, is-sistema ta’ informazzjoni ġeografika għandha tippermetti dan l-iskambju u l-integrazzjoni ta’ data dwar bċejjeċ tar-raba’ f’żoni protetti delimitati u żoni deżinjati li ġew stabbiliti f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni elenkata fl-Anness XIII għar-Regolament (UE) 2021/2115, bħal żoni tan-Natura 2000 jew żoni vulnerabbli għan-nitrati skont it-tifsira tal-Artikolu 2, il-punt (k), tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE (32), kif ukoll il-karatteristiċi tal-pajsaġġ taħt il-kondizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin definiti f’konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2021/2115 jew koperti mill-interventi elenkati fit-Titolu III, il-Kapitoli II u IV ta’ dak ir-Regolament.
4. Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-Istati Membri li jimplimentaw u japplikaw is-sistema integrata, il-Kummissjoni tista’ titlob l-għajnuna ta’ korpi jew ta’ persuni speċjalizzati biex tiffaċilita l-istabbiliment, il-monitoraġġ u t-tħaddim tas-sistema integrata u b’mod partikolari biex tagħti pariri tekniċi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.
5. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jistabbilixxu u jħaddmu sewwa s-sistema integrata u, fejn mitlub minn Stat Membru ieħor, għandhom jgħinu lil xulxin b’mod reċiproku għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu.
Artikolu 67
Żamma u kondiviżjoni tad-data
1. L-Istati Membri għandhom jirreġistraw u jżommu d-data u d-dokumentazzjoni kollha b’rabta mal-outputs annwali rrappurtati fil-kuntest tal-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 53, u mal-progress irrappurtat fl-ilħiq tal-miri stabbiliti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK u mmonitorjati skont l-Artikolu 128 tar-Regolament (UE) 2021/2115.
Id-data u d-dokumentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu marbuta mas-sena kalendarja attwali jew mas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni attwali u mal-għaxar snin kalendarji jew ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti għandhom ikunu aċċessibbli għall-konsultazzjoni permezz tal-bażijiet ta’ data diġitali tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.
Data li tintuża għas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja tista’ tinħażen bħala data mhux ipproċessata fuq server estern għall-awtoritajiet kompetenti. Dik id-data għandha tinżamm fuq server għal mill-inqas tliet snin.
B’deroga mit-tieni subparagrafu, l-Istati Membri li saru membri tal-Unjoni fis-sena 2013 jew wara għandhom ikunu obbligati biss li jiżguraw li d-data tkun disponibbli għal konsultazzjoni sa mis-sena tal-adeżjoni tagħhom.
B’deroga mit-tieni subparagrafu, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati jiżguraw biss li d-data u d-dokumentazzjoni marbutin mas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja msemmija fl-Artikolu 66(1), il-punt (c), tkun disponibbli għall-konsultazzjoni mid-data tal-implimentazzjoni ta’ dik is-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja.
2. L-Istati Membri jistgħu japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 fil-livell reġjonali, dejjem jekk dawk ir-rekwiżiti u l-proċeduri amministrattivi għar-reġistrazzjoni tad-data u għall-aċċess għaliha jkunu mfasslin b’tali mod li jkunu uniformi fit-territorju kollu tal-Istat Membru u jkunu jippermettu li d-data tiġi aggregata fuq livell nazzjonali.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-settijiet tad-data li jinġabru permezz tas-sistema integrata li jkunu rilevanti għall-finijiet tad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33) jew biex jiġu mmonitorjati l-politiki tal-Unjoni, jinqasmu mingħajr ħlas bejn l-awtoritajiet pubbliċi tagħhom u jkunu disponibbli għall-pubbliku f’livell nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jagħtu wkoll aċċess għal dawk is-settijiet tad-data lill-istituzzjonijiet u lill-korpi tal-Unjoni.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-settijiet tad-data li jinġabru permezz tas-sistema integrata, li jkunu rilevanti biex tinħoloq l-istatistika Ewropea f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (34) jinqasmu mingħajr ħlas mal-Kummissjoni (Eurostat), mal-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika u, fejn meħtieġ, ma’ awtoritajiet nazzjonali oħrajn li jkunu responsabbli għall-ħolqien tal-istatistika Ewropea.
5. L-Istati Membri għandhom jillimitaw l-aċċess tal-pubbliku għas-settijiet tad-data msemmijin fil-paragrafi 3 u 4 meta t-tali aċċess ikollu effett negattiv fuq il-kunfidenzjalità tad-data personali, f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679.
6. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu s-sistemi tagħhom b’tali mod li jiżguraw li benefiċjarji u l-benefiċjarji potenzjali jkollhom aċċess għad-data rilevanti kollha relatata magħhom rigward l-art li jużaw jew li għandhom il-ħsieb jużaw, sabiex ikunilhom possibbli jippreżentaw applikazzjonijiet preċiżi.
Artikolu 68
Sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba’
1. Is-sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba’ għandha tkun sistema ta’ informazzjoni ġeografika li l-Istati Membri jistabbilixxu u jaġġornaw b’mod regolari abbażi ta’ ortoimmaġni mill-ajru jew mill-ispazju, bi standard uniformi li jiżgura livell ta’ preċiżjoni li jkun tal-inqas ekwivalenti għal dak tal-kartografija bi skala ta’ 1:5 000.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba’:
(a) |
tidentifika b’mod uniku kull biċċa raba’ u kull unità tal-art li jkun fiha żoni mhux agrikoli li l-Istati Membri jqisu li huma eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna għall-interventi msemmijin fit-Titolu III tar-Regolament (UE) 2021/2115; |
(b) |
ikun fiha valuri aġġornati dwar iż-żoni li l-Istati Membri jqisu li huma eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna għall-interventi msemmijin fl-Artikolu 65(2); |
(c) |
tippermetti li jiġu lokalizzati korrettament il-bċejjeċ tar-raba’ u ż-żoni mhux agrikoli li għalihom qed jintalab il-pagament; |
3. Ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-kwalità tas-sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba’ f’konformità mal-metodoloġija stabbilita fil-livell tal-Unjoni.
Meta dik il-valutazzjoni tiżvela nuqqasijiet fis-sistema, l-Istati Membri għandhom jadottaw l-azzjonijiet ix-xierqa ta’ rimedju jew, fin-nuqqas ta’ dan, għandhom jintalbu mill-Kummissjoni jistabbilixxu pjan ta’ azzjoni f’konformità mal-Artikolu 42.
Sal-15 ta’ Frar ta’ wara s-sena kalendarja kkonċernata, lill-Kummissjoni għandhom jintbagħtulha rapport ta’ valutazzjoni u, fejn ikun xieraq, l-azzjonijiet ta’ rimedju u l-iskeda taż-żmien għall-implimentazzjoni tagħhom.
Artikolu 69
Sistema għall-applikazzjonijiet ġeospazjali u sistema għall-applikazzjonijiet ibbażati fuq l-annimali
1. Fil-każ tal-għajnuna għall-interventi bbażati fuq l-erja msemmijin fl-Artikolu 65(2) li jiġu implimentati skont il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, l-Istati Membri għandhom jeżiġu li titressaq applikazzjoni billi tintuża l-formola ta’ applikazzjoni ġeospazjali li l-awtorità kompetenti tipprovdi.
2. Fil-każ tal-għajnuna għall-interventi bbażati fuq l-annimali msemmijin fl-Artikolu 65(2) li jiġu implimentati skont il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, l-Istati Membri għandhom jeżiġu li titressaq applikazzjoni.
3. L-Istati Membri għandhom jimlew minn qabel l-applikazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu bl-informazzjoni mis-sistemi msemmijin fl-Artikolu 66(1), il-punt (g), u fl-Artikoli 68, 70, 71 u 73 jew minn kull database pubblika rilevanti oħra.
4. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu sistema awtomatika ta’ talbiet u jiddeċiedu liema mill-applikazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 1 u 2 għandha tkopri.
5. Jekk Stat Membru jiddeċiedi li juża sistema awtomatika ta’ talbiet, huwa għandu jistabbilixxi sistema li tippermetti lill-amministrazzjoni tagħmel il-pagamenti lill-benefiċjarji abbażi tal-informazzjoni eżistenti fil-bażijiet ta’ data kompjuterizzati uffiċjali. Fejn ikun hemm bidla, dik l-informazzjoni eżistenti għandha tiġi ssupplimentata b’informazzjoni addizzjonali, fejn meħtieġ, biex tiġi koperta dik il-bidla. L-informazzjoni eżistenti u l-informazzjoni addizzjonali disponibbli permezz tas-sistema awtomatika ta’ talbiet għandhom jiġu kkonfermati mill-benefiċjarju.
6. Ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-kwalità tas-sistema għall-applikazzjonijiet ġeospazjali f’konformità mal-metodoloġija stabbilita fil-livell tal-Unjoni.
Meta dik il-valutazzjoni tiżvela nuqqasijiet fis-sistema, l-Istati Membri għandhom jadottaw l-azzjonijiet ix-xierqa ta’ rimedju jew, fin-nuqqas ta’ dan, għandhom jintalbu mill-Kummissjoni jistabbilixxu pjan ta’ azzjoni f’konformità mal-Artikolu 42.
Sal-15 ta’ Frar ta’ wara s-sena kalendarja kkonċernata, lill-Kummissjoni għandhom jintbagħtulha rapport ta’ valutazzjoni u, fejn ikun xieraq, l-azzjonijiet ta’ rimedju u l-iskeda taż-żmien għall-implimentazzjoni tagħhom.
Artikolu 70
Sistema ta’ monitoraġġ tal-erja
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jħaddmu sistema ta’ monitoraġġ tal-erja, li għandha tkun operattiva mill-1 ta’ Jannar 2023. Jekk il-varar sħiħ tas-sistema minn dik id-data ma jkunx fattibbli minħabba limitazzjonijiet tekniċi, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jistabbilixxu u jibdew it-tħaddim ta’ tali sistema gradwalment, billi jipprovdu informazzjoni għal għadd limitat ta’ interventi biss. Madankollu, sal-1 ta’ Jannar 2024, sistema ta’ monitoraġġ tal-erja fl-Istati Membri kollha għandha tkun kompletament operattiva.
2. Ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-kwalità tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja f’konformità ma il-metodoloġija stabbilita fil-livell tal-Unjoni.
Meta dik il-valutazzjoni tiżvela nuqqasijiet fis-sistema, l-Istati Membri għandhom jadottaw l-azzjonijiet ix-xierqa ta’ rimedju, jew fin-nuqqas ta’ dan, għandhom jintalbu mill-Kummissjoni jistabbilixxu pjan ta’ azzjoni skont l-Artikolu 42.
Sal-15 ta’ Frar ta’ wara s-sena kalendarja kkonċernata, lill-Kummissjoni għandhom jintbagħtulha rapport ta’ valutazzjoni u, fejn ikun xieraq, l-azzjonijiet ta’ rimedju u l-iskeda taż-żmien għall-implimentazzjoni tagħhom.
Artikolu 71
Sistema għall-identifikazzjoni tal-benefiċjarji
Is-sistema għar-reġistrazzjoni tal-identità ta’ kull benefiċjarju tal-interventi u tal-miżuri msemmijin fl-Artikolu 65(2) għandha tiżgura li l-applikazzjonijiet kollha li jibgħat l-istess benefiċjarju jkunu jistgħu jiġu identifikati bħala tali.
Artikolu 72
Sistema ta’ kontroll u penali
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta’ kontroll u penali msemmija fl-Artikolu 66(1), il-punt (e). L-Istati Membri, permezz tal-aġenziji tal-pagamenti jew il-korpi delegati minnhom, kull sena għandhom iwettqu verifiki amministrattivi fuq l-applikazzjoni għall-għajnuna u t-talbiet għall-pagament biex jivverifikaw il-legalità u r-regolarità f’konformità mal-Artikolu 59(1), il-punt (a). Dawk il-verifiki għandhom jiġu ssupplimentati minn verifiki fuq il-post, li jistgħu jitwettqu mill-bogħod bl-użu tat-teknoloġija.
Artikolu 73
Sistema għall-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni tal-intitolamenti għall-pagamenti
Is-sistema għall-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni tal-intitolamenti għall-pagamenti għandha tippermetti li l-intitolamenti jiġu vverifikati mal-applikazzjonijiet u mas-sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba’.
Artikolu 74
Setgħat delegati tal-Kummissjoni relatati mas-sistema integrata
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 102 li huma meħtieġa biex jiġi żgurat li s-sistema integrata prevista f’dan il-Kapitolu tiġi implimentata b’mod effiċjenti, koerenti u nondiskriminatorju li jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, li jissupplimentaw dan ir-Regolament bi:
(a) |
regoli dwar il-valutazzjoni tal-kwalità msemmija fl-Artikoli 68, 69 u 70; |
(b) |
regoli dwar is-sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba’, is-sistema għall-identifikazzjoni tal-benefiċjarji u s-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-intitolamenti għall-pagamenti msemmijin fl-Artikoli 68, 71 u 73. |
Artikolu 75
Setgħat ta’ implimentazzjoni relatati mal-Artikoli 68, 69 u 70
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dwar:
(a) |
il-forma u l-kontenut ta’, u l-arranġamenti biex dawn li ġejjin jintbagħtu lill-Kummissjoni jew biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha:
|
(b) |
karatteristiċi bażiċi ta’, u regoli dwar, is-sistema ta’ applikazzjoni għall-għajnuna skont l-Artikolu 69 u s-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja msemmijin fl-Artikolu70, inkluż il-parametri taż-żieda gradwali tal-għadd ta’ interventi taħt is-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja. |
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 103(3).
KAPITOLU III
Skrutinju tat-tranżazzjonijiet
Artikolu 76
Kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet relatati ma’ dan il-Kapitolu
1. Dan il-Kapitolu jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar l-iskrutinju tad-dokumenti kummerċjali ta’ dawk l-entitajiet li jirċievu jew li jagħmlu pagamenti li jkunu marbutin, b’mod dirett jew indirett, mas-sistema ta’ finanzjament mill-FAEG, jew tar-rappreżentanti ta’ dawk l-entitajiet (“impriżi”), biex jiġi stabbilit jekk it-tranżazzjonijiet li jagħmlu parti mis-sistema ta’ finanzjament mill-FAEG ikunux fil-fatt twettqu u jkunux saru b’mod korrett jew le.
2. Dan il-Kapitolu ma għandux japplika għall-interventi koperti mis-sistema integrata msemmija fil-Kapitolu II ta’ dan it-Titolu u mit-Titolu III, il-Kapitolu III, tar-Regolament (UE) 2021/2115.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 102 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’lista ta’ interventi li, minħabba l-mod kif inhuma mfassla u r-rekwiżiti ta’ kontroll tagħhom, mhumiex adatti għal kontrolli ex-post addizzjonali permezz ta’ skrutinju ta’ dokumenti kummerċjali u, għalhekk, m’għandhomx ikunu soġġetti għal tali skrutinju skont dan il-Kapitolu.
3. Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“dokument kummerċjali” tfisser il-kotba kollha, ir-reġistri kollha, il-kupuni kollha u d-dokumenti kollha ta’ sostenn, il-kontijiet kollha, ir-reġistri kollha tal-produzzjoni u tal-kwalità, il-korrispondenza kollha marbuta mal-attività kummerċjali tal-impriża u d-data kummerċjali kollha, tkun f’liema forma tkun, inkluża d-data maħżuna b’mod elettroniku, sakemm dawk id-dokumenti u din id-data jkunu marbutin, b’mod dirett jew indirett, mat-tranżazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1; |
(b) |
“parti terza” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li jkollha x’taqsam, b’mod dirett jew indirett, mat-tranżazzjonijiet imwettqin fil-kuntest tas-sistema ta’ finanzjament mill-FAEG. |
Artikolu 77
Skrutinju min-naħa tal-Istati Membri
1. L-Istati Membri għandhom iwettqu skrutinju sistematiku tad-dokumenti kummerċjali tal-impriżi filwaqt li jqisu n-natura tat-tranżazzjonijiet li jrid isirilhom skrutinju. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għażla tal-impriżi għall-iskrutinju tagħti l-aħjar assigurazzjoni possibbli tal-effettività tal-miżuri biex jiġu evitati l-irregolaritajiet u biex dawn jiġu jinqabdu. Fil-proċess tal-għażla għandhom jitqiesu, fost l-oħrajn, l-importanza finanzjarja tal-impriżi f’dik is-sistema u fatturi tar-riskju oħrajn.
2. Fejn ikun xieraq, l-iskrutinju previst fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jiġi estiż għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi li magħhom ikunu assoċjati l-impriżi u għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħrajn li jistgħu jkunu rilevanti biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 78.
3. Il-korp jew korpi li jkunu responsabbli għall-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu għandhom ikunu organizzati b’tali mod li jkunu indipendenti mid-dipartimenti jew mill-fergħat tad-dipartimenti li jkunu responsabbli għall-pagamenti u għall-verifiki li jitwettqu qabel il-pagament.
4. L-impriżi li kellhom irċevuti jew pagamenti li, b’kollox, kienu jammontaw għal inqas minn EUR 40 000 għandu jsirilhom skrutinju f’konformità ma’ dan il-Kapitolu għal raġunijiet speċifiċi biss li l-Istati Membri għandhom jindikaw fil-pjan ta’ kontroll annwali tagħhom imsemmi fl-Artikolu 80(1).
5. L-iskrutinju li jitwettaq skont dan il-Kapitolu ma għandux jippreġudika l-verifiki li jitwettqu skont l-Artikoli 49 u 50.
Artikolu 78
Kontroverifiki
1. L-eżattezza tad-data primarja taħt skrutinju għandha tiġi vverifikata b’għadd ta’ kontroverifiki li jkunu adattati għall-grad tar-riskju ppreżentat – inkluż, fejn meħtieġ, id-dokumenti kummerċjali ta’ partijiet terzi, inklużi l-kontroverifiki li ġejjin:
(a) |
it-tqabbil mad-dokumenti kummerċjali tal-fornituri, tal-klijenti, tat-trasportaturi u ta’ partijiet terzi oħrajn; |
(b) |
il-verifiki fiżiċi tal-kwantità tal-istokkijiet u tan-natura tagħhom, fejn dan ikun xieraq; |
(c) |
it-tqabbil mar-reġistri tal-flussi finanzjarji li jwasslu għat-tranżazzjonijiet imwettqin fil-kuntest tas-sistema ta’ finanzjament mill-FAEG jew li huma konsegwenza tagħhom; |
(d) |
verifiki b’rabta maż-żamma tal-kotba jew mar-reġistri tal-movimenti finanzjarji li juru, meta jsir l-iskrutinju, li d-dokumenti li l-aġenzija tal-pagamenti żżomm bħala ġustifikazzjoni għall-pagament tal-għajnuna lill-benefiċjarju huma preċiżi. |
2. Meta l-impriżi jkunu obbligati jżommu reġistri tal-kotba partikolari tal-istokkijiet f’konformità mal-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali, f’każijiet xierqa, l-iskrutinju ta’ dawk ir-reġistri għandu jinkludi tqabbil mad-dokumenti kummerċjali u, fejn dan ikun xieraq, mal-kwantitajiet attwali fl-istokk.
3. Meta jintgħażlu t-tranżazzjonijiet li jridu jiġu vverifikati, għandu jitqies għalkollox il-grad tar-riskju ppreżentat.
4. Il-persuni responsabbli għall-impriża, jew parti terza, għandhom jiżguraw li d-dokumenti kummerċjali kollha u l-informazzjoni addizzjonali kollha jingħataw lill-uffiċjali responsabbli għall-iskrutinju jew lill-persuni li huma awtorizzati jwettqu l-iskrutinju f’isimhom. Id-data maħżuna b’mod elettroniku għandha tingħata fuq mezz adattat ta’ appoġġ ta’ data.
5. L-uffiċjali responsabbli għall-iskrutinju jew il-persuni awtorizzati li jwettquh f’isimhom jistgħu jesiġu li jingħataw estratti jew kopji tad-dokumenti msemmijin fil-paragrafu 1.
Artikolu 79
Assistenza reċiproka
L-Istati Membri għandhom jgħinu lil xulxin fuq talba biex iwettqu l-iskrutinju previst f’dan il-Kapitolu fil-każijiet li ġejjin:
(a) |
meta impriża jew parti terza tkun stabbilita fi Stat Membru li ma jkunx dak li fih sar jew wasal il-pagament tal-ammont inkwistjoni jew li fih kellu jsir jew kellu jasal dan il-pagament; |
(b) |
meta impriża jew parti terza tkun stabbilita fi Stat Membru li ma jkunx dak li fih ikunu jinsabu d-dokumenti u l-informazzjoni meħtieġa għall-iskrutinju. |
Artikolu 80
Ippjanar u rappurtar
1. L-Istati Membri għandhom ifasslu pjanijiet ta’ kontroll biex, matul il-perijodu ta’ skrutinju li jkun imiss, jitwettaq l-iskrutinju skont l-Artikolu 77.
2. Kull sena, qabel il-15 ta’ April, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni:
(a) |
il-pjan ta’ kontroll tagħhom imsemmi fil-paragrafu 1 u l-għadd ta’ impriżi li jkun ser isirilhom skrutinju u kif inhuma mqassmin skont is-settur abbażi tal-ammonti marbutin magħhom; |
(b) |
rapport dettaljat dwar l-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu għall-perijodu ta’ skrutinju preċedenti, inkluż ir-riżultati ta’ kwalunkwe skrutinju li twettaq skont l-Artikolu 79. |
3. Il-pjanijiet ta’ kontroll u l-emendi tagħhom imfassla mill-Istati Membri u mibgħuta lill-Kummissjoni għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri jekk, fi żmien tmien ġimgħat, il-Kummissjoni ma tkunx għarrfet lill-Istati Membri bil-kummenti tagħha.
Artikolu 81
Aċċess għall-informazzjoni u skrutinju min-naħa tal-Kummissjoni
1. F’konformità mal-liġijiet nazzjonali rilevanti, l-uffiċjali tal-Kummissjoni għandu jkollhom aċċess għad-dokumenti kollha li jitħejjew għal skrutinju organizzat skont dan il-Kapitolu jew wara dak l-iskrutinju, u għad-data miżmuma, inkluża dik maħżuna fis-sistemi tal-ipproċessar tad-data. Dik id-data għandha tingħata fuq mezz adattat ta’ appoġġ ta’ data, meta jintalab dan.
2. L-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 77 għandu jitwettaq mill-uffiċjali tal-Istati Membri. L-uffiċjali tal-Kummissjoni jistgħu jieħdu sehem f’dak l-iskrutinju iżda ma jistgħux jeżerċitaw is-setgħat ta’ skrutinju mogħtija lill-uffiċjali tal-Istati Membri. Madankollu, huma għandu jkollhom aċċess għall-istess bini u għall-istess dokumenti li jkollhom aċċess għalihom l-uffiċjali tal-Istati Membri.
3. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (Euratom, KE) Nru 2988/95, (Euratom, KE) Nru 2185/96, (UE, Euratom) Nru 883/2013 u (UE) 2017/1939, meta d-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-proċeduri kriminali jirriżervaw ċerti atti għall-uffiċjali li jinħatru b’mod speċifiku għal dan il-għan mil-liġi nazzjonali, la l-uffiċjali tal-Kummissjoni u lanqas l-uffiċjali tal-Istat Membru rikjedenti, ma għandhom jieħdu sehem f’dawk l-atti. Fi kwalunkwe każ, huma ma għandhomx jieħdu sehem, b’mod partikolari, fiż-żjajjar fid-djar jew fl-interrogatorji formali tal-persuni li jsiru fil-kuntest tad-dritt penali tal-Istat Membru kkonċernat. Madankollu, huma għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni li tinkiseb b’dan il-mod.
Artikolu 82
Setgħat ta’ implimentazzjoni relatati mal-iskrutinju tat-tranżazzjonijiet
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli li huma meħtieġa biex dan il-Kapitolu jiġi applikat b’mod uniformi u, b’mod partikolari, ir-regoli dwar dan li ġej:
(a) |
it-twettiq tal-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 77 f’dak li jirrigwarda l-għażla tal-impriżi, ir-rata u l-iskeda ta’ żmien għall-iskrutinju; |
(b) |
it-twettiq tal-assistenza reċiproka msemmija fl-Artikolu 79; |
(c) |
il-kontenut tar-rapporti msemmijin fl-Artikolu 80(2), il-punt (b), u kull notifika oħra meħtieġa skont dan il-Kapitolu. |
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 103(3).
KAPITOLU IV
Is-sistema ta’ kontroll u l-penali amministrattivi b’rabta mal-kondizzjonalità
Artikolu 83
Sistema ta’ kontroll tal-kondizzjonalità
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema sabiex jivverifikaw li l-kategoriji ta’ benefiċjarji li ġejjin jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fit-Titolu III, il-Kapitolu I, it-Taqsima 2, tar-Regolament (UE) 2021/2115:
(a) |
il-benefiċjarji li jirċievu pagamenti diretti skont it-Titolu III, il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) 2021/2115; |
(b) |
il-benefiċjarji li jirċievu pagamenti annwali f’konformità mal-Artikoli 70, 71 u 72 tar-Regolament (UE) 2021/2115; |
(c) |
il-benefiċjarji li jirċievu appoġġ f’konformità mal-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 jew mal-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 229/2013. |
2. L-Istati Membri li japplikaw l-Artikolu 28 tar-Regolament 2021/2115 jistgħu jistabbilixxu sistema ta’ kontroll simplifikata:
(a) |
għall-benefiċjarji li jirċievu pagamenti skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2021/2115 jew |
(b) |
għall-bdiewa żgħar kif definiti mill-Istati Membri skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2021/2115. li ma japplikawx għal tali pagamenti. |
Fejn Stat Membru ma japplikax l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2021/2115, huwa jista’ jistabbilixxi sistema simplifikata ta’ kontroll għall-bdiewa b’azjenda ta’ daqs massimu li ma jaqbiżx il-ħames ettari ta’ żona agrikola ddikjarata f’konformità mal-Artikolu 69(1) ta’ dan ir-Regolament.
3. L-Istati Membri jistgħu jużaw is-sistemi ta’ kontroll u l-istrutturi amministrattivi eżistenti tagħhom biex jiżguraw il-konformità mar-regoli dwar il-kondizzjonalità.
Dawk is-sistemi għandhom ikunu kompatibbli mas-sistemi ta’ kontroll imsemmijin fil-paragrafi 1 u 2.
4. Ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom janalizzaw is-sistemi ta’ kontroll imsemmijin paragrafi 1 u 2 fid-dawl tar-riżultati miksuba.
5. Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“rekwiżit” tfisser kull rekwiżit individwali statutorju ta’ ġestjoni skont id-dritt tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2021/2115 f’att legali speċifiku, li jvarja fis-sustanza tiegħu minn kull rekwiżit ieħor tal-istess att legali; |
(b) |
“att legali” tfisser kull direttiva u kull Regolament individwali msemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2021/2115; |
(c) |
“okkorrenza mill-ġdid ta’ nuqqas ta’ konformità” tfisser nuqqas ta’ konformità mal-istess rekwiżit jew standard aktar minn darba f’perijodu konsekuttiv ta’ tliet snin kalendarji, dment li l-benefiċjarju jkun ġie infurmat b’ nuqqas ta’ konformità preċedenti u, fejn rilevanti, ikun kellu ċ-ċans li jieħu l-miżuri meħtieġa biex jirrimedja dak in-nuqqas ta’ konformità preċedenti. |
6. Sabiex jikkonformaw mal-obbligi ta’ kontroll tagħhom stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4, l-Istati Membri:
(a) |
għandhom jinkludu verifiki fuq il-post biex jivverifikaw li l-benefiċjarji jħarsu l-obbligi msemmijin fit-Titolu III, il-Kapitolu I, it-Taqsima 2, tar-Regolament (UE) 2021/2115; |
(b) |
jistgħu jiddeċiedu, skont ir-rekwiżiti, l-istandards, l-atti legali jew l-oqsma ta’ kondizzjonalità inkwistjoni, li jużaw il-verifiki, inkluż il-verifiki amministrattivi, li jitwettqu skont is-sistemi ta’ kontroll applikabbli għar-rekwiżit, l-istandard, l-att legali jew il-qasam ta’ kondizzjonalità rispettivi, dment li dawk il-verifiki jkunu effettivi tal-inqas daqs il-verifiki fuq il-post imsemmijin fil-punt (a); |
(c) |
jistgħu jużaw it-telerilevament jew is-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja jew teknoloġiji oħra rilevanti li jgħinuhom iwettqu l-verifiki fuq il-post imsemmijin fil-punt (a), fejn dan ikun xieraq; |
(d) |
għandhom jistabbilixxu l-kampjun ta’ kontroll għall-verifiki fuq il-post msemmijin fil-punt (a) li għandhom jitwettqu ta’ kull sena abbażi ta’ analiżi tar-riskju li:
|
(e) |
fir-rigward tal-obbligi ta’ kondizzjonalità b’rabta mad-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE (35), għandhom jikkunsidraw l-applikazzjoni ta’ livell ta’ kampjunar speċifiku tal-pjanijiet ta’ monitoraġġ biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit tar-rata minima stabbilit fil-punt (d) ta’ dan il-paragrafu; |
(f) |
jistgħu jiddeċiedu li, meta jkunu qed jużaw is-sistema ta’ kontroll simplifikata msemmija fil-paragrafu 2, jeskludu mill-verifiki fuq il-post imsemmijin fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu il-verifika tal-konformità mal-obbligi msemmijin f’dak il-punt, meta jista’ jintwera li l-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mill-benefiċjarji kkonċernati ma setgħux ikollhom konsegwenzi sinifikanti għall-kisba tal-objettivi tal-atti u l-istandards legali kkonċernati. |
Artikolu 84
Sistema ta’ penali amministrattivi b’rabta mal-kondizzjonalità
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema li tipprevedi l-applikazzjoni ta’ penali amministrattivi għall-benefiċjarji msemmijin fl-Artikolu 83(1) ta’ dan ir-Regolament li, fi kwalunkwe ħin matul is-sena kalendarja kkonċernata, ma jikkonformawx mal-obbligi stabbiliti fit-Titolu III, il-Kapitolu I, it-Taqsima 2, tar-Regolament (UE) 2021/2115.
Il-penali amministrattivi msemmijin fl-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw biss meta n-nuqqas ta’ konformità jkun ir-riżultat ta’ att jew ommissjoni li jkunu jistgħu jiġu attribwiti direttament lill-benefiċjarju kkonċernat; u meta tkun issodisfata xi waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin jew it-tnejn li huma:
(a) |
in-nuqqas ta’ konformità jkun relatat mal-attività agrikola tal-benefiċjarju; |
(b) |
in-nuqqas ta’ konformità jikkonċerna l-azjenda kif definita fl-Artikolu 3, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2021/2115 jew żoni oħra ġestiti mill-benefiċjarju li jkunu jinsabu fit-territorju tal-istess Stat Membru. |
Madankollu, fil-każ taż-żoni tal-foresti, il-penali amministrattivi msemmijin fl-ewwel subparagrafu ma għandhomx japplikaw meta ma jintalab l-ebda appoġġ għaż-żona kkonċernata skont l-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament (UE) 2021/2115.
2. Fis-sistema ta’ penali amministrattivi tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri:
(a) |
għandhom jinkludu regoli dwar l-applikazzjoni tal-penali amministrattivi f’każijiet meta jkun hemm trasferiment tal-art agrikola, jew ta’ azjenda agrikola, jew parti minnha, matul is-sena kalendarja jew is-snin kalendarji kkonċernati; dawk ir-regoli għandhom ikunu bbażati fuq allokazzjoni ġusta u ekwa tar-responsabbiltà għal nuqqasijiet ta’ konformità fost iċ-ċedenti u ċ-ċessjonarji; |
(b) |
jistgħu jiddeċiedu, minkejja l-paragrafu 1, li ma japplikawx penali amministrattivi għal benefiċjarju għal kull sena kalendarja meta l-ammont tal-penali jkun ta’ EUR 100 jew inqas; madanakollu, il-benefiċjarju għandu jkun infurmat bis-sejbien ta’ nuqqas ta’ konformità u bl-obbligu li jieħu azzjoni ta’ rimedju għall-futur; |
(c) |
għandhom jipprevedu li ma tiġi imposta l-ebda penali amministrattiva jekk:
|
Għall-finijiet ta’ l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), “trasferiment” tfisser kull tip ta’ tranżazzjoni li permezz tagħha l-art agrikola jew l-azjenda agrikola, jew parti minnha, ma tibqax għad-dispożizzjoni taċ-ċedent.
3. L-applikazzjoni ta’ penali amministrattiva ma għandhiex taffettwa l-legalità u r-regolarità tan-nefqa li għaliha tkun tapplika.
Artikolu 85
Applikazzjoni u kalkolu tal-penali amministrattivi
1. Il-penali amministrattivi msemmija fl-Artikolu 84 għandhom jiġu applikati billi jitnaqqas l-ammont totali tal-pagamenti mniżżlin fl-Artikolu 83(1) li jkunu ngħataw jew li jkunu ser jingħataw lill-benefiċjarju kkonċernat għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna li l-benefiċjarju jkun bagħat matul is-sena kalendarja tas-sejba jew li huwa jkun ser jibgħat matul dik is-sena, jew billi jiġi eskluż dak l-ammont ta’ nuqqas ta’ konformità. It-tnaqqis jew l-esklużjonijiet għandhom jiġu kkalkulati abbażi tal-pagamenti li jkunu ngħataw jew li jkunu ser jingħataw fis-sena kalendarja li fiha jkun seħħ in-nuqqas ta’ konformità. Madankollu, fejn ma jkunx possibbli li tiġi ddeterminata s-sena kalendarja li fiha jkun seħħ in-nuqqas ta’ konformità, it-tnaqqis jew l-esklużjonijiet għandhom jiġu kkalkulati abbażi tal-pagamenti li jkunu ngħataw jew li jkunu ser jingħataw fis-sena kalendarja tas-sejba ta’nuqqas ta’ konformità.
Biex jiġu kkalkulati dak it-tnaqqis u dawk l-esklużjonijiet, għandhom jitqiesu l-gravità, l-estent, it-tul ta’ żmien jew l-okkorrenza mill-ġdid u l-intenzjonalità tan-nuqqas ta’ konformità li jkun instab. Il-penali amministrattivi imposti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
Il-penali amministrattivi għandhom ikunu bbażati fuq il-kontrolli mwettqa f’konformità mal-Artikolu 83(6).
2. Bħala regola ġenerali t-tnaqqis għandu jkun ta’ 3 % tal-ammont totali tal-pagamenti msemmijin fil-paragrafu 1.
3. Fejn in-nuqqas ta’ konformità ma jkollu ebda konsegwenza jew konsegwenzi insinifikanti għall-kisba tal-objettiv tal-istandard jew ir-rekwiżit ikkonċernat, m’għandha tiġi applikata ebda penali amministrattiva.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu ta’ sensibilizzazzjoni biex jiżguraw li l-benefiċjarji jkunu infurmati dwar in-nuqqas ta’ konformità misjuba u l-azzjonijiet possibbli ta’ rimedju li għandhom jittieħdu. Dak il-mekkaniżmu għandu jinkludi wkoll is-servizzi konsultattivi speċifiċi għall-azjendi agrikoli msemmija fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2021/2115, li l-parteċipazzjoni fihom tista’ ssir obbligatorja għall-benefiċjarji kkonċernati.
4. Fejn Stat Membru juża s-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja msemmija fl-Artikolu 66(1), il-punt (c), biex isib każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità, jista’ jiddeċiedi li japplika perċentwal ta’ tnaqqis aktar baxx minn dak previst fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
5. Fejn i n-nuqqas ta’ konformità jkollu konsegwenzi gravi għall-kisba tal-objettiv tal-istandard jew ir-rekwiżit ikkonċernat jew jikkostitwixxi riskju dirett għas-saħħa pubblika jew tal-annimali, għandu jiġi applikat perċentwal ta’ tnaqqis ogħla minn dak previst fil-paragrafu 2.
6. Fejn l-istess nuqqas ta’ konformità jippersisti jew jerġa’ jseħħ darba fi żmien tliet snin kalendarji konsekuttivi, bħala regola ġenerali, il-perċentwal ta’ tnaqqis għandu jkun ta’ 10 % tal-ammont totali tal-pagamenti msemmija fil-paragrafu 1. Okkorrenzi oħra tal-istess nuqqas ta’ konformità mingħajr raġuni ġustifikata mill-benefiċjarju għandhom jitqiesu li huma każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità intenzjonali.
F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità intenzjonali, il-perċentwal ta’ tnaqqis għandu jkun ta’ mill-inqas 15 % tal-ammont totali tal-pagamenti msemmijin fil-paragrafu 1.
7. Sabiex ikun żgurat li jkun hemm kondizzjonijiet ekwi għall-Istati Membri u li l-penali amministrattivi skont dan il-Kapitolu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 102 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni u l-kalkolu ta’ dawk il-penali.
Artikolu 86
Ammonti li jirriżultaw mill-penali amministrattivi b’rabta mal-kondizzjonalità
L-Istati Membri jistgħu jżommu 25 % tal-ammonti li jirriżultaw mit-tnaqqis u l-esklużjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 85.
KAPITOLU V
Is-sistema ta’ kontroll u l-penali amministrattivi b’rabta mal-kondizzjonalità soċjali
Artikolu 87
Sistema ta’ kontroll tal-kondizzjonalità soċjali
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema li tipprevedi l-applikazzjoni ta’ penali amministrattivi fuq il-benefiċjarji msemmijin fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2021/2115 li ma jikkonformawx mar-regoli dwar il-kondizzjonalità soċjali elenkati fl-Anness IV għal dak ir-Regolament.
Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu mis-sistemi ta’ kontroll u ta’ infurzar applikabbli tagħhom fil-qasam tal-leġiżlazzjoni soċjali u tal-impjiegi u l-istandards tax-xogħol applikabbli biex jiżguraw li l-benefiċjarji tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2021/2115 u fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 jew fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 229/2013, iħarsu l-obbligi msemmijin fl-Anness IV għar-Regolament (UE) 2021/2115.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw separazzjoni ċara tar-responsabbiltajiet bejn l-awtoritajiet jew il-korpi responsabbli għall-infurzar tal-leġiżlazzjoni soċjali u tal-impjiegi u l-istandards tax-xogħol applikabbli minn naħa l-waħda, u l-aġenziji tal-pagamenti min-naħa l-oħra, fejn ir-rwol tal-aġenziji tal-pagamenti jkun l-eżekuzzjoni tal-pagamenti u l-applikazzjoni tal-penali skont il-mekkaniżmu ta’ kondizzjonalità soċjali.
Artikolu 88
Sistema ta’ penali amministrattivi b’rabta mal-kondizzjonalità soċjali
1. Skont is-sistema msemmija fl-Artikolu 87(1), l-ewwel subparagrafu, l-aġenzija tal-pagamenti għandha tiġi nnotifikata tal-inqas darba fis-sena b’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità fejn ikunu ttieħdu deċiżjonijiet infurzabbli f’dak ir-rigward mill-awtoritajiet jew il-korpi msemmija fl-Artikolu 87(2). Dik in-notifika għandha tinkludi valutazzjoni u gradazzjoni tas-severità, il-firxa, il-permanenza jew l-okkorrenza mill-ġdid u l-intenzjonalità tan-nuqqas ta’ konformità kkonċernata. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu minn kwalunkwe sistema nazzjonali applikabbli ta’ gradazzjoni tas-sanzjonijiet tax-xogħol sabiex iwettqu tali valutazzjoni. In-notifika lill-aġenzija tal-pagamenti għandha tirrispetta l-organizzazzjoni, il-kompiti u l-proċeduri interni tal-awtoritajiet u l-korpi msemmija fl-Artikolu 87(2).
L-aġenzija tal-pagamenti għandha tiġi nnotifikata biss meta n-nuqqas ta’ konformità jkun ir-riżultat ta’ att jew ta’ ommissjoni attribwibbli direttament lill-benefiċjarju kkonċernat; u meta tkun issodisfata xi waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin jew it-tnejn li huma:
(a) |
in-nuqqas ta’ konformità jkun relatat mal-attività agrikola tal-benefiċjarju; |
(b) |
in-nuqqas ta’ konformità jikkonċerna l-azjenda kif definita fl-Artikolu 3, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2021/2115 jew żoni oħra ġestiti mill-benefiċjarju li jkunu jinsabu fit-territorju tal-istess Stat Membru. |
2. Fis-sistemi ta’ penali amministrattivi tagħhom imsemmijin fl-Artikolu 87 (1), l-Istati Membri:
(a) |
jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx penali amministrattiva għal benefiċjarju għal kull sena kalendarja meta l-ammont tal-penali jkun ta’ EUR 100 jew inqas; madanakollu, l-benefiċjarju għandu jkun infurmat bis-sejbien ta’ nuqqas ta’ konformità u bl-obbligu li jieħu azzjoni ta’ rimedju għall-futur; |
(b) |
għandhom jipprevedu li ma tiġi imposta l-ebda penali amministrattiva jekk:
|
3. L-applikazzjoni ta’ penali amministrattiva ma għandhiex taffettwa l-legalità u r-regolarità tan-nefqa li għaliha tkun tapplika.
Artikolu 89
Applikazzjoni u kalkolu tal-penali amministrattivi
1. Il-penali amministrattivi għandhom jiġu applikati permezz tat-tnaqqis jew l-esklużjoni tal-ammont totali tal-pagamenti mniżżlin fl-Artikolu 83(1) mogħtija jew li jkunu ser jingħataw lill-benefiċjarju kkonċernat għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna li l-benefiċjarju jkun bagħat jew li ser jibgħat matul is-sena kalendarja tas-sejba ta’ nuqqas ta’ konformità. It-tnaqqis jew l-esklużjonijiet għandhom jiġu kkalkulati abbażi tal-pagamenti li jkunu ngħataw jew li jkunu ser jingħataw fis-sena kalendarja li fiha jkun seħħ in-nuqqas ta’ konformità. Madankollu, fejn ma jkunx possibbli li tiġi ddeterminata s-sena kalendarja li fiha jkun seħħ in-nuqqas ta’ konformità, it-tnaqqis jew l-esklużjonijiet għandhom jiġu kkalkulati abbażi tal-pagamenti li jkunu ngħataw jew li jkunu ser jingħataw fis-sena kalendarja tas-sejba tan-nuqqas ta’ konformità.
Għall-kalkolu ta’ dak it-tnaqqis u l-esklużjonijiet għandhom jitqiesu s-severità, il-firxa, il-permanenza jew l-okkorrenza mill-ġdid u l-intenzjonalità tan-nuqqas ta’ konformità ddeterminat, f’konformità mal-valutazzjoni tal-awtoritajiet jew il-korpi msemmija fl-Artikolu 87(2). Il-penali amministrattivi imposti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
Id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikolu 85(2), (5) u (6) għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-applikazzjoni u l-kalkolu tal-penali amministrattivi.
2. Sabiex ikun żgurat li jkun hemm kondizzjonijiet ekwi bejn l-Istati Membri u li l-penali amministrattivi skont dan il-Kapitolu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 102 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni u l-kalkolu ta’ dawk il-penali.
TITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI
KAPITOLU I
Trażmissjoni ta’ informazzjoni
Artikolu 90
Komunikazzjoni tal-informazzjoni
1. Minbarra l-obbligi ta’ komunikazzjoni tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2021/2115, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni, id-dikjarazzjonijiet u d-dokumenti li ġejjin:
(a) |
għall-aġenziji tal-pagamenti akkreditati u għall-korpi ta’ koordinazzjoni maħtura u akkreditati:
|
(b) |
għall-korpi taċ-ċertifikazzjoni:
|
(c) |
għall-miżuri marbutin mal-operazzjonijiet iffinanzjati mill-FAEG u FAEŻR:
|
2. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’mod regolari bl-applikazzjoni tas-sistema integrata msemmija fit-Titolu IV, il-Kapitolu II. Il-Kummissjoni għandha torganizza skambji tal-fehmiet dwar dan is-suġġett mal-Istati Membri.
Artikolu 91
Kunfidenzjalità
1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li tkun intbagħtet jew li tkun inkisbet waqt il-miżuri ta’ spezzjoni u tal-approvazzjoni tal-kontijiet implimentati skont dan ir-Regolament.
Ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 8 tar-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 għandhom japplikaw għal dik l-informazzjoni.
2. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali marbutin mal-proċedimenti legali, l-informazzjoni li tinġabar waqt skrutinju kif previst fit-Titolu IV, il-Kapitolu III, għandha tkun protetta bis-segretezza professjonali. Din ma għandha tingħata lill-ebda persuna minbarra dawk li, minħabba dmirijiethom fl-Istati Membri jew fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni, ikollhom bżonn ikunu jafu biha għall-qadi ta’ dmirijiethom.
Artikolu 92
Setgħat ta’ implimentazzjoni relatati mat-trażmissjoni ta’ informazzjoni
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dwar:
(a) |
il-forma u l-kontenut, l-intervalli taż-żmien, l-iskadenzi u l-arranġamenti biex dawn li ġejjin jintbagħtu lill-Kummissjoni jew biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha:
|
(b) |
l-arranġamenti li jirregolaw l-iskambji tal-informazzjoni u tad-dokumenti bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, u l-implimentazzjoni tas-sistemi ta’ informazzjoni, inkluż it-tip ta’ data li dawn is-sistemi għandhom jipproċessaw u l-format u l-kontenut tagħha, kif ukoll ir-regoli korrispondenti dwar il-ħżin tad-data; |
(c) |
in-notifiki li l-Istati Membri jridu jibagħtu lill-Kummissjoni dwar l-informazzjoni, id-dokumenti, l-istatistika u r-rapporti, kif ukoll l-iskadenzi u l-metodi għal tali notifika. |
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 103(3).
KAPITOLU II
Użu tal-euro
Artikolu 93
Prinċipji ġenerali
1. L-ammonti mogħtija fid-deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li japprovaw il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, l-ammonti tal-impenji u tal-pagamenti min-naħa tal-Kummissjoni u l-ammonti tan-nefqa kkonfermati jew iċċertifikati u l-ammonti fid-dikjarazzjonijiet tan-nefqa tal-Istati Membri għandhom jingħataw f’euro u għandhom jitħallsu f’dik il-munita.
2. Il-prezzijiet u l-ammonti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni agrikola għandhom jingħataw f’euro.
Dawk il-prezzijiet u l-ammonti għandhom jingħataw f’euro u jinġabru f’dik il-munita fl-Istati Membri li jkunu adottaw l-euro u fil-munita nazzjonali fl-Istati Membri li ma jkunux adottaw l-euro.
Artikolu 94
Rata tal-kambju u avveniment operattiv
1. Il-prezzijiet u l-ammonti msemmijin fl-Artikolu 93(2) għandhom jiġu kkonvertiti fl-Istati Membri li m’adottawx l-euro bħala l-munita nazzjonali tagħhom, permezz ta’ rata tal-kambju.
2. L-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun dan li ġej:
(a) |
fil-każ tal-ammonti li jinġabru jew li jingħataw waqt il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi, it-tlestija tal-formalitajiet doganali tal-importazzjoni jew tal-esportazzjoni; |
(b) |
fil-każijiet l-oħrajn kollha, l-avveniment li permezz tiegħu jinkiseb l-għan ekonomiku tal-operazzjoni. |
3. Meta jsir pagament dirett previst fir-Regolament (UE) 2021/2115 lil benefiċjarju f’munita li ma tkunx l-euro, l-Istati Membri għandhom jaqilbu l-ammont tal-għajnuna mogħti f’euro fil-munita nazzjonali abbażi tar-rata tal-kambju l-iktar reċenti li l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ikun stabbilixxa qabel l-1 ta’ Ottubru tas-sena li għaliha tingħata l-għajnuna.
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, f’każijiet debitament iġġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jaqilbu l-ammont abbażi tar-rata medja tar-rati tal-kambju li l-BĊ E ikun stabbilixxa fix-xahar ta’ qabel l-1 ta’ Ottubru tas-sena li għaliha tingħata l-għajnuna. L-Istati Membri li jagħżlu dik l-għażla għandhom jistabbilixxu u jippubblikaw dik ir-rata medja qabel l-1 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena.
4. Rigward il-FAEG, huma u jħejju d-dikjarazzjonijiet tan-nefqa tagħhom, l-Istati Membri li ma jkunux adottaw l-euro għandhom jużaw l-istess rata tal-kambju li jkunu użaw biex jagħmlu l-pagamenti lill-benefiċjarji jew biex jirċievu d-dħul, f’konformità ma dan il-Kapitolu.
5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 102 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’regoli dwar l-avvenimenti operattivi u r-rata tal-kambju li għandha tintuża. L-avveniment operattiv speċifiku għandu jiġi stabbilit billi jitqiesu l-kriterji li ġejjin:
(a) |
l-applikabbiltà fir-realtà u malajr kemm jista’ jkun tal-aġġustamenti fir-rata tal-kambju; |
(b) |
kemm ikunu simili l-avvenimenti operattivi għal operazzjonijiet simili li jitwettqu fil-kuntest tal-organizzazzjoni tas-suq; |
(c) |
il-koerenza tal-avvenimenti operattivi għad-diversi prezzijiet u għad-diversi ammonti marbutin mal-organizzazzjoni tas-suq; |
(d) |
kemm ikunu prattiċi u effettivi l-verifiki fuq l-applikazzjoni ta’ rati tal-kambju adattati. |
6. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 102 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’regoli dwar ir-rata tal-kambju applikabbli meta jitħejjew id-dikjarazzjonijiet ta’ nfiq u meta jiġu rreġistrati operazzjonijiet ta’ ħżin pubbliku fil-kontijiet tal-aġenzija tal-pagamenti.
Artikolu 95
Miżuri ta’ salvagwardja u derogi
1. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jissalvagwardjaw l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni jekk prattiki monetarji eċċezzjonali li jikkonċernaw il-munita nazzjonali x’aktarx ikunu ser jheddu din l-applikazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni jistgħu jidderogaw mir-regoli eżistenti biss għall-perijodu ta’ żmien li jkun strettament meħtieġ. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 103(3).
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Istati Membri għandhom jiġu mgħarrfin minnufih bil-miżuri msemmijin fl-ewwel subparagrafu.
2. Meta prattiki monetarji eċċezzjonali marbutin ma’ munita nazzjonali x’aktarx ikunu ser jheddu l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 102 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’derogi minn dan il-Kapitolu fil-każijiet li ġejjin:
(a) |
meta Stat Membru juża tekniki mhux normali tal-kambju bħal diversi rati tal-kambju jew juża ftehimiet ta’ tpartit; |
(b) |
meta Stati Membri jkollhom muniti li ma jkunux ikkwotati fis-swieq uffiċjali tal-muniti barranin jew meta x-xejra fit-tali muniti x’aktarx tkun ser toħloq distorsjoni fil-kummerċ. |
Artikolu 96
Użu tal-euro minn Stati Membri li ma adottawx l-euro
1. Jekk Stat Membru li ma jkunx adotta l-euro jiddeċiedi li jħallas in-nefqa li tirriżulta mil-leġiżlazzjoni agrikola f’euro minflok il-munita nazzjonali tiegħu, dak l-Istat Membru għandu jieħu miżuri biex jiżgura li l-użu tal-euro ma joħloqx vantaġġ sistematiku meta mqabbel mal-użu tal-munita nazzjonali.
2. L-Istat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bil-miżuri ppjanati msemmija fil-paragrafu 1 qabel ma dawn jidħlu fis-seħħ. Dawk il-miżuri ma għandhomx jidħlu fis-seħħ qabel ma l-Kummissjoni tkun għarrfet lil dak l-Istat Membru bil-qbil tagħha dwar dan.
KAPITOLU III
Rappurtar
Artikolu 97
Rapport finanzjarju annwali
Sat-30 ta’ Settembru ta’ kull sena wara s-sena baġitarja, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport finanzjarju dwar l-amministrazzjoni tal-FAEG u l-FAEŻR matul is-sena baġitarja preċedenti.
KAPITOLU IV
Trasparenza
Artikolu 98
Pubblikazzjoni tal-informazzjoni relatata mal-benefiċjarji
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-pubblikazzjoni ex-post annwali tal-benefiċjarji tal- FAEG u FAEŻR għall-finijiet tal-Artikolu 49(3)- u (4) tar-Regolament (UE) 2021/1060 u f’konformità mal- paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu, inkluż, fejn applikabbli, l-informazzjoni dwar il-gruppi li fihom jipparteċipaw il-benefiċjarji, f’konformità mal-Artikolu 59(4) ta’ dan ir-Regolament, kif mogħtija lilhom minn dawk il-benefiċjarji f’konformità mal-Artikolu 59(4) ta’ dan ir-Regolament.
2. L-Artikolu 49(3), il-punti (a), (b), (d), sa (j), u (l) u l-Artikolu 49(4) tar-Regolament (UE) 2021/1060 għandhom japplikaw fir-rigward tal-benefiċjarji tal-FAEŻR u tal-FAEG, fejn rilevanti. L-applikazzjoni tal-Artikolu 49(3), il-punt (e), ta’ dak ir-Regolament għandha tkun limitata għall-fini tal-operazzjoni. L-Artikolu 49(3), il-punt (k), ta’ dak ir-Regolament għandu japplika għall-FAEŻR.
3. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin::
(a) |
“operazzjoni” tfisser miżura, settur jew tip ta’ intervent; |
(b) |
“kost totali tal-operazzjoni” tfisser l-ammonti ta’ pagament li jikkorrispondu għal kull miżura, settur jew tip ta’ interventi ffinanzjati mill-FAEG jew mill-FAEŻR li kull benefiċjarju jirċievi fis-sena finanzjarja kkonċernata; fir-rigward tal-pagamenti li jikkorrispondu għat-tipi ta’ interventi ffinanzjati mill-FAEŻR, l-ammonti li għandhom jiġu ppubblikati jikkorrispondu għall-finanzjament pubbliku totali, inkluż kemm il-kontribuzzjoni tal-Unjoni kif ukoll dik nazzjonali; |
(c) |
“indikatur tal-post jew ġeolokalizzazzjoni għall-operazzjoni” tfisser il-muniċipalità fejn ikun residenti jew irreġistrat il-benefiċjarju u, meta dan ikun disponibbli, il-kodiċi postali jew il-parti minnu li tidentifika l-muniċipalità. |
4. Kull Stat Membru għandu jagħmel l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 49(3)- u(4) tar-Regolament (UE) 2021/1060 disponibbli fuq sit web uniku. Tali informazzjoni għandha tibqa’ disponibbli għal sentejn mid-data tal-ewwel pubblikazzjoni tagħha.
L-Istati Membri ma għandhomx jippubblikaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 49(3), il-punt (a) u (b), tar-Regolament (UE) 2021/1060 jekk l-ammont tal-għajnuna li benefiċjarju jirċievi f’sena jkun ta’ EUR 1 250 jew inqas.
Artikolu 99
Għoti ta’ informazzjoni lill-benefiċjarji dwar il-pubblikazzjoni ta’ data li tikkonċernahom
L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-benefiċjarji li d-data dwarhom ser tiġi ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 98 u li tali data tista’ tiġi pproċessata mill-korpi tal-awditjar u tal-investigazzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri għall-finijiet ta’ protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.
F’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2016/679, f’dak li għandu x’jaqsam mad-data personali, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-benefiċjarji bid-drittijiet tagħhom skont dak ir-Regolament u bil-proċeduri applikabbli biex jeżerċitaw dawk id-drittijiet.
Artikolu 100
Setgħat ta’ implimentazzjoni relatati mat-trasparenza
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli dwar:
(a) |
il-forma tal-pubblikazzjoni prevista fl-Artikoli 98 u 99, inkluż il-mod kif din tiġi ppreżentata skont il-miżura, is-settur, jew it-tip ta’ intervent, u l-iskeda taż-żmien tat-tali pubblikazzjoni; |
(b) |
l-applikazzjoni uniformi tal-Artikolu 99; |
(c) |
il-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri. |
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 103(3).
KAPITOLU V
Protezzjoni tad-data personali
Artikolu 101
Ipproċessar u protezzjoni tad-data personali
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 98, 99 u 100, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiġbru d-data personali sabiex iwettqu l-obbligi rispettivi tagħhom ta’ ġestjoni, ta’ kontroll, ta’ awditjar, ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni skont dan ir-Regolament u, b’mod partikolari, dawk stabbiliti fit-Titolu II, il-Kapitolu II, fit-Titolu III, il-Kapitoli III u IV, fit-Titolu IV u t-Titolu V, il-Kapitolu III, u għall-finijiet tal-istatistika, u ma għandhomx jipproċessaw dik id-data b’mod li ma jkunx kompatibbli ma’ dawk l-għanijiet.
2. Meta d-data personali tiġi pproċessata għall-finijiet tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2021/2115, kif ukoll għall-finijiet tal-istatistika, din għandha ssir anonima.
3. Id-data personali għandha tiġi pproċessata f’konformità mar-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725. B’mod partikolari, it-tali data ma għandhiex tinħażen f’forma li tippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-data għal iktar żmien milli jkun meħtieġ għall-finijiet li għalihom tkun inġabret dik id-data jew li għalihom tkun ġiet ipproċessata ulterjorment, filwaqt li jitqiesu l-perijodi minimi taż-żamma stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali applikabbli.
4. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lis-suġġetti tad-data li l-korpi nazzjonali u l-korpi tal-Unjoni jistgħu jipproċessaw id-data personali tagħhom f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u li, f’dan ir-rigward, huma jgawdu mid-drittijiet ta’ protezzjoni tad-data previsti fir-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725.
TITOLU VI
ATTI DELEGATI U ATTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI
Artikolu 102
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati msemmijin fl-Artikolu 11(1), l-Artikolu 17(5), l-Artikolu 23(2), l-Artikolu 38(2), l-Artikolu 40(3), l-Artikolu 41(3), l-Artikolu 44(4) u (5), l-Artikolu 47(1), l-Artikolu 52(1), l-Artikolu 54(4), l-Artikolu 55(6), l-Artikolu 60(3), l-Artikolu 64 (3), l-Artikolu 74, l-Artikolu 76(2), l-Artikolu 85(7), l-Artikolu 89(2), l-Artikolu 94(5) u (6), l-Artikolu 95 (2) u l-Artikolu 105 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ seba’ snin mis-7 ta’ Diċembru 2021. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ seba’ snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.
3. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 11(1), l-Artikolu 17(5), l-Artikolu 23(2), l-Artikolu 38(2), l-Artikolu 40(3), l-Artikolu 41(3), l-Artikolu 44(4) u (5), l-Artikolu 47(1), l-Artikolu 52(1), l-Artikolu 54(4), l-Artikolu 55(6), l-Artikolu 60(3), l-Artikolu 64(3), l-Artikolu 74, l-Artikolu 76(2), l-Artikolu 85(7), l-Artikolu 89(2), l-Artikolu 94(5) u (6), l-Artikolu 95(2) u l-Artikolu 105tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 11(1), l-Artikolu 17(5), l-Artikolu 23(2) u, l-Artikolu 38(2), l-Artikolu 40(3), l-Artikolu 41(3), l-Artikolu 44(4) u (5), l-Artikolu 47(1), l-Artikolu 52(1), l-Artikolu 54(4), l-Artikolu 55(4), l-Artikolu 60(3), l-Artikolu 64(3), l-Artikolu 74, l-Artikolu 76(2), l-Artikolu 85(7), l-Artikolu 89(2), l-Artikolu 94(5) u (6), l-Artikolu 95(2) u l-Artikolu 105 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 103
Proċedura ta’ Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat imsejjaħ “il-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli”. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Għall-finijiet tal-Artikoli 11, 12, 17, 18, 23, 26, 32, 39 sa 44, 47, 51 sa 55,, 58, 59, 60, 64, 75, 82, 92, 95 u 100, f’dak li jirrigwarda kwistjonijiet marbutin mal-interventi fil-forma ta’ pagamenti diretti, interventi f’ċerti setturi, interventi għall-iżvilupp rurali u l-organizzazzjoni komuni tas-swieq, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli, mill-Kumitat tal-Politika Agrikola Komuni stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/2115 u mill-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, rispettivament.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
TITOLU VII
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 104
Revoka
1. Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 huwa mħassar.
Madankollu:
(a) |
L-Artikolu 4(1), il-punt (b), l-Artikolu 5, l-Artikolu 7(3), l-Artikoli 9, 17, 21 u 34, l-Artikolu 35(4), l-Artikoli 36, 37, 38, 40 sa 43, 51, 52, 54, 56, 59, 63, 64, 67, 68, 70 sa 75, 77, 91 sa 97, 99 u 100, l-Artikolu 102(2) u l-Artikoli 110 u 111 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jibqgħu japplikaw:
|
(b) |
l-Artikolu 69 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jibqa’ japplika għan-nefqa li tkun iġġarrbet u għall-pagamenti li jkunu saru għal skemi ta’ appoġġ skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u fil-qafas tal-implimentazzjoni ta’programmi għall-iżvilupp rurali li l-Kummissjoni tkun approvat skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u għal miżuri oħrajn tal-PAK stabbiliti fit-Titolu II, il-Kapitolu I, tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 li jkunu ġew implimentati qabel l-1 ta’ Jannar 2023; |
(c) |
l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jibqa’ japplika għad-dħul iddikjarat fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-programmi għall-iżvilupp rurali approvati mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013, ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 27/2004 (37); |
(d) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jkompli japplika fir-rigward tan-nefqa relatata mal-impenji legali msemmija fl-Artikolu 155(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115. Minkejja dan, l-Artikolu 31 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika għan-nefqa nnotifikata lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 155(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115 li għal dan il-għan għandu jitqies li huwa tip ta’ intervent. |
2. Ir-referenzi għar-Regolamenti revokati għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament, għar-Regolament (UE) 2021/2115 u għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u għandhom jinqraw f’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness.
Artikolu 105
Miżuri tranżitorji
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 102 li jkunu meħtieġa sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni mingħajr xkiel mill-arranġamenti previsti fir-Regolament (UE) Nru 1306/2013, kif imsemmi fl-Artikolu 104 ta’ dan ir-Regolament, għal dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament, filwaqt li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’derogi mir-regoli previsti f’dan ir-Regolament u b’żidiet magħhom.
Artikolu 106
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2023.
Madankollu, l-Artikolu 16 għandu japplika għan-nefqa li ssir mis-16 ta’ Ottubru 2022 ’il quddiem fil-każ tal-FAEG.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2021.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
D. M. SASSOLI
Għall-Kunsill
Il-President
J. VRTOVEC
(2) ĠU C 62, 15.2.2019, p. 214.
(3) ĠU C 86, 7.3.2019, p. 173.
(4) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Novembru 2021 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021.
(5) Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li jridu jitfasslu mill-Istati Membri taħt il-politika agrikola komuni (il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (ara l-paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).
(7) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r- Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(8) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11).
(9) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.
(10) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(11) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).
(12) Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
(13) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
(14) Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
(15) Ara b’mod partikolari: is-sentenza tas-6 ta’ Diċembru 1989 fil-Kawża C-329/88, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs ir-Repubblika Ellenika ECLI:EU:C:1989:618; is-sentenza tal-Qorti tal-1 ta’ Ġunju 1994 fil-Kawża C-317/92, il-Kummissjoni vs il-Ġermanja, ECLI:EU:C:1994:212; is-sentenza tal-Qorti (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2009 fil-Kawża C-562/07, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej v ir-Renju ta’ Spanja ECLI:EU:C:2009:614; is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Kamra) tal-14 ta’ Settembru 1995 fil-Kawża T-571/93, Lefebvre frères et sœurs, GIE Fructifruit, Association des Mûrisseurs Indépendants and Star fruits Cie v Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej ECLI:EU:T:1995:163; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Mejju 2009 fil-Kawża C-531/06, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej v Ir-Repubblika Taljana, ECLI:EU:C:2009:315.
(16) Ir-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 23).
(17) Ir-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 41).
(18) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta’ Jannar 2021, De Ruiter vof v Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit, C-361/19ECLI:EU:C:2021:71.
(19) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(20) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39)
(21) Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).
(22) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(23) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
(24) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(25) Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).
(26) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).
(27) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1).
(28) Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).
(29) Ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 56).
(30) Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
(31) Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“il-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”), (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1).
(32) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1).
(33) Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).
(34) Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).
(35) Id-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE tad-29 ta’ April 1996 li tikkonċerna l-projbizzjoni tal-użu fl-istockfarming ta’ ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonika u tyrostatika u ta’ beta-agonists, u li tħassar id-Direttivi 81/602/KEE, 88/146/KEE u 88/299/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 3).
(36) Regolament (UE)2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, (UE) Nru 251/2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat, (UE) Nru 228/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni (ara l-paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(37) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 27/2004 tal-5 ta’ Jannar 2004 li jwaqqaf ir-regoli dettaljati għat-tħaddim tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 dwar l-iffinanzjar mit-Taqsima tal-Garanziji tal-FAEGG tal-miżuri tal-iżvilupp rurali fir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 36).
ANNESS
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 |
Dan ir-Regolament |
Regolament (UE) 2021/2115 |
Regolament (UE) Nru 1308/2013 |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
– |
– |
Artikolu 2 |
Artikoli 2 u 3 |
– |
– |
Artikolu 3 |
Artikolu 4 |
– |
– |
Artikolu 4 |
Artikolu 5 |
– |
– |
Artikolu 5 |
Artikolu 6 |
– |
– |
Artikolu 6 |
Artikolu 7 |
– |
– |
Artikolu 7(1), (2) u (3) |
Artikolu 9 |
– |
– |
Artikolu 7(4) u (5) |
Artikolu 10 |
– |
– |
Artikolu 7(6) |
– |
– |
– |
Artikolu 8 |
Artikolu 11 |
– |
– |
Artikolu 9 |
Artikolu 12 |
– |
– |
Artikolu 10 |
Artikolu 37, il-punt (a) |
– |
– |
Artikolu 11 |
Artikolu 44(1) |
– |
– |
Artikolu 12 |
– |
Artikolu 15(1), (2) u (4) |
– |
Artikolu 13(1) |
– |
Artikolu 15(3) |
– |
Artikolu 13(2) u (3) |
– |
– |
– |
Artikolu14 |
– |
– |
– |
Artikolu 15 |
– |
– |
– |
Artikolu 16 |
Artikolu 14 |
– |
– |
Artikolu 17 |
Artikolu 20 |
– |
– |
Artikolu 18 |
Artikolu 21 |
– |
– |
Artikolu 19 |
Artikolu 22 |
– |
– |
Artikolu 20 |
Artikolu 23 |
– |
– |
Artikolu 21 |
Artikolu 24 |
– |
– |
Artikolu 22 |
Artikolu 25 |
– |
– |
Artikolu 23 |
Artikolu 26 |
– |
– |
Artikolu 24 |
Artikolu 15 |
– |
– |
Artikolu 25 |
Artikolu 16 |
– |
– |
Artikolu 26 |
Artikolu 17 |
– |
– |
Artikolu 27 |
Artikolu 18 |
– |
– |
Artikolu 28 |
Artikolu 19 |
– |
– |
Artikolu 29 |
- |
– |
– |
Artikolu 30 |
Artikolu 36 |
– |
– |
Artikolu 31 |
Artikolu 27 |
– |
– |
Artikolu 32 |
Artikolu 28 |
– |
– |
Artikolu 33 |
Artikolu 29 |
– |
– |
Artikolu 34 |
Artikolu 30 |
– |
– |
Artikolu 35 |
Artikolu 31 |
– |
– |
Artikolu 36 |
Artikolu 32 |
– |
– |
Artikolu 37 |
Artikolu 33 |
– |
– |
Artikolu 38 |
Artikolu 34 |
– |
– |
Artikolu 39 |
Artikolu 35 |
– |
– |
Artikolu 40 |
Artikolu 38 |
– |
– |
Artikolu 41 |
Artikolu 39 |
– |
– |
Artikolu 42 |
- |
– |
– |
Artikolu 43 |
Artikolu 45 |
– |
– |
Artikolu 44 |
Artikolu 43(1) |
– |
– |
Artikolu 45 |
Artikolu 46 |
– |
– |
Artikolu 46 |
Artikolu 43(2) u Artikolu 47 |
– |
– |
Artikolu 47 |
Artikolu 49 |
– |
– |
Artikolu 48 |
Artikolu 50 |
– |
– |
Artikolu 49 |
Artikolu 51(1) u (2) |
– |
– |
Artikolu 50 |
Artikolu 51 (3) u Artikolu 52 |
– |
– |
Artikolu 51 |
Artikolu 53 |
– |
– |
Artikolu 52 |
Artikolu 55 |
– |
– |
Artikolu 53 |
- |
– |
– |
Artikolu 54 |
- |
– |
– |
Artikolu 55 |
Artikolu 56 |
– |
– |
Artikolu 56 |
Artikolu 57 |
– |
– |
Artikolu 57 |
Artikolu 58 |
– |
– |
Artikolu 58 |
Artikolu 59 |
– |
– |
Artikolu 59 |
- |
– |
– |
Artikolu 60 |
Artikolu 62 |
– |
– |
Artikolu 61 |
Artikolu 63 |
– |
– |
Artikolu 62 |
Artikolu 60 |
– |
– |
Artikolu 63(1), l-ewwel subparagrafu, u (2) sa(5) |
- |
– |
– |
Artikolu 63(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 61 |
– |
– |
Artikolu 64 |
- |
– |
– |
Artikolu 65 |
- |
– |
– |
Artikolu 66 |
Artikolu 64 |
– |
– |
Artikolu 67 |
Artikolu 65 |
– |
– |
Artikolu 68 |
Artikolu 66 |
– |
– |
Artikolu 69(1), l-ewwel subparagrafu, |
Artikolu 67(1), it-tieni subparagrafu |
– |
– |
Artikolu 69(1), it-tieni subparagrafu |
– |
– |
– |
Artikolu 69(1), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 67(1), ir-raba’ subparagrafu |
– |
– |
Artikolu 69(2) |
Artikolu 67(2) |
– |
– |
Artikolu 70 |
Artikolu 68 |
– |
– |
Artikolu 71 |
Artikolu 73 |
– |
– |
Artikolu 72 |
Artikolu 69 |
– |
– |
Artikolu 73 |
Artikolu 71 |
– |
– |
Artikolu 74(1) |
Artikolu 72 |
– |
– |
Artikolu 74(2), (3) u 4 |
– |
– |
– |
Artikolu 75 |
Artikolu 44(2), (3) u (5) |
– |
– |
Artikolu 76 |
Artikolu 74 |
– |
– |
Artikolu 77 |
- |
– |
– |
Artikolu 78 |
Artikolu 75 |
– |
– |
Artikolu 79 |
Artikolu 76 |
– |
– |
Artikolu 80 |
Artikolu 77(1), (2) u (5) |
– |
– |
Artikolu 81 |
Artikolu 78(1), (2) u (3) |
– |
– |
Artikolu 82(1) u (2) |
Artikolu 78(4) u (5) |
– |
– |
Artikolu 82(3) u (4) |
– |
– |
– |
Artikolu 83(1) |
Artikolu 79 |
– |
– |
Artikolu 83(2) u(3) |
– |
– |
– |
Artikolu 84(1), (2), (3) u (4) |
Artikolu 80 |
– |
– |
Artikolu 84 (5) |
– |
– |
– |
Artikolu 84(6) |
Artikolu 77(4) |
– |
– |
Artikolu 85(1), (3) u (4) |
– |
– |
– |
Artikolu 85(2) |
Artikolu 77(3) |
– |
– |
Artikolu 86(1) |
Artikolu 80(2), il-punt (b) |
– |
– |
Artikolu 86(2) |
– |
– |
– |
Artikolu 87 |
Artikolu 81 |
– |
– |
Artikolu 88 |
Artikolu 82 |
– |
– |
Artikolu 89 |
– |
– |
Artikolu 90a |
Artikolu 90 |
– |
– |
Artikolu 116a |
Artikolu 91 |
– |
Artikolu 12 |
– |
Artikolu 92 |
– |
Artikolu12 |
– |
Artikolu 93 |
– |
Artikolu 12 |
– |
Artikolu 94 |
– |
Artikolu 14 |
– |
Artikolu 95 |
– |
– |
– |
Artikolu 96 |
Artikolu 83 |
– |
– |
Artikolu 97 |
Artikolu 84 |
– |
– |
Artikolu 98 |
- |
– |
– |
Artikolu 99 |
Artikolu 85 |
– |
– |
Artikolu 100 |
Artikolu 86 |
– |
– |
Artikolu 101(1) |
- |
– |
– |
Artikolu 101(2) |
Artikolu 85(7) |
– |
– |
Artikolu 102 |
Artikolu 90 |
– |
– |
Artikolu 103 |
Artikolu 91 |
– |
– |
Artikolu 104 |
Artikolu 92 |
– |
– |
Artikolu 105 |
Artikolu 93 |
– |
– |
Artikolu 106 |
Artikolu 94 |
– |
– |
Artikolu 107 |
Artikolu 95 |
– |
– |
Artikolu 108 |
Artikolu 96 |
– |
– |
Artikolu 109 |
Artikolu 97 |
– |
– |
Artikolu 110 |
– |
Artikolu 128 |
– |
Artikolu 111 |
Artikolu 98(1) (2) u(3) |
– |
– |
Artikolu 112 |
Artikolu 98(4) |
– |
– |
Artikolu 113 |
Artikolu 99 |
– |
– |
Artikolu 114 |
Artikolu 100 |
– |
– |
Artikolu 115 |
Artikolu 102 |
– |
– |
Artikolu 116 |
Artikolu 103 |
– |
– |
Artikolu 117 |
Artikolu 101 |
– |
– |
Artikolu 118 |
- |
– |
– |
Artikolu 119 |
Artikolu 104 |
– |
– |
Artikolu 119a |
– |
– |
– |
Artikolu 120 |
Artikolu 105 |
– |
– |
Artikolu 121 |
Artikolu 106 |
– |
– |
Anness I |
– |
– |
– |
Anness II |
– |
Anness III |
– |
Anness III |
Anness |
– |
– |