Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R2015

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2015 tat-18 ta’ Novembru 2021 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 1352/2014 rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen

    ST/13832/2021/INIT

    ĠU L 410I, 18.11.2021, p. 1–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/2015/oj

    18.11.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    LI 410/1


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/2015

    tat-18 ta’ Novembru 2021

    li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 1352/2014 rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1352/2014 tat-18 ta’ Diċembru 2014 rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1)tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fit-18 ta’ Diċembru 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 1352/2014.

    (2)

    Fid-9 ta’ Novembru 2021, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 2140 (2014) żied tliet persuni fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

    (3)

    L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1352/2014 għalhekk jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1352/2014 huwa b’dan emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2021.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    Z. ČERNAČ


    (1)  ĠU L 365, 19.12.2014, p. 60.


    ANNESS

    L-entrati li ġejjin jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1352/2014 (Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi msemmijin fl-Artikolu 2):

    “7.   Saleh Mesfer Saleh Al Shaer (psewdonimi: (a) Saleh Mosfer Saleh al Shaer; (b) Saleh Musfer Saleh al Shaer; (c) Saleh Mesfer al Shaer; (d) Saleh al Shae; (e) Saleh al Sha’ir; (f) Abu Yasser).

    Kitba oriġinali: الشاعر صالح مسفر صالح

    Deżinjazzjoni: Maġġur Ġenerali, “Kustodi Ġudizzjarju” ta’ proprjetajiet u fondi li huma proprjetà tal-avversarji tal-Houthis. Indirizz: Jemen. Post tat-twelid: Al Safrah, Provinċja ta’ Sa’dah, il-Jemen. Nazzjonalità: Jemen. Nru tal-Passaport: a) Numru tal-Jemen 05274639, maħruġ fis-7.10.2013 (Data ta’ skadenza: 7.10.2019) b) Numru tal-Jemen 00481779, maħruġ fid-9.12.2000 (Data ta’ skadenza: 9.12.2006) Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: a) Jemen 1388114 b) Jemen 10010057512. Informazzjoni oħra: Bħala “Assistent Ministru għad-Difiża għal-Loġistika” tal-Houthi, għen lill-Houthis biex jiksbu armi u armamenti kuntrabandati. Bħala “Kustodju Ġudizzjarju” hu direttament involut fl-approprjazzjoni mifruxa u illegali ta’ assi u entitajiet li huma proprjetà ta’ individwi privati taħt arrest mill-Houthis jew sfurzati jieħdu kenn barra mill-Jemen. Deskrizzjoni Fiżika: Kulur tal-Għajnejn: Kannella; Xagħar: Griż; Karnaġġjon: Medju; Binja: Irqiq; Tul (ft/in): Mhux magħruf; Piż (lbs): Mhux magħruf; u Klann: Membru tal-konfederazzjoni tribali tal-Hashid. Ritratt disponibbli biex jiġi inkluż fil-link web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-KSNU: Link web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:9.11.2021.

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Skont it-taqsima 5(g) tal-Linji Gwida tiegħu, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà stabbilit skont ir-riżoluzzjoni 2140 jagħmel aċċessibbli taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ta’ individwi, gruppi, impriżi u entitajiet inklużi fil-lista tas-sanzjonijiet tiegħu.

    Data li fiha t-taqsira narrattiva saret disponibbli fuq is-sit web tal-Kumitat: 9 ta’ Novembru 2021

    Saleh Mesfer Saleh Al Shaer ġie elenkat fid-9 ta’ Novembru 2021 skont il-paragrafi 11 u 15 tar-riżoluzzjoni 2140 (2014) u l-paragrafu 14 tar-riżoluzzjoni 2216 (2015), minħabba li jissodisfa l-kriterji tad-deżinjazzjoni stabbiliti fil-paragrafi 17 u 18(c) tar-riżoluzzjoni 2140 (2014).

    Saleh Mesfer Saleh Al Shaer involva ruħu f’atti u pprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Jemen, inkluż billi dderieġa atti li jiksru d-dritt umanitarju internazzjonali applikabbli fil-Jemen.

    Informazzjoni addizzjonali:

    B’referenza għad-Dikjarazzjoni tal-Każ tal-Bord ta’ Esperti tan-NU tat-28 ta’ Awwissu 2019, Saleh Mesfer Saleh Al Shaer involva ruħu f’atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Jemen u b’hekk jissodisfa l-kriterji għad-deżinjazzjoni kif stabbilit fil-Paragrafu 17 tar-Riżoluzzjoni 2140 (2014). Filwaqt li serva bħala Assistent Ministru għad-Difiża għal-Loġistika tal-Houthis, Saleh Mesfer Saleh Al Shaer assista l-Houthis biex jiksbu armi u armamenti kuntrabandati. Huwa elenkat ukoll b’rabta mal-involviment dirett tiegħu sa minn kmieni fl-2018 fl-approprjazzjoni mifruxa u illegali ta’ assi u entitajiet li huma proprjetà ta’ individwi privati taħt arrest mill-Houthis jew sfurzati jieħdu kenn barra mill-Jemen, fil-kapaċità tiegħu bħala “Kustodju Ġudizzjarju” u bi ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali. Al Shaer uża l-awtorità tiegħu u network ibbażat f’Sana’a li jinkludi membri tal-familja tiegħu, qorti kriminali speċjali, il-bureau tas-sigurtà nazzjonali, il-bank ċentrali, is-servizzi ta’ reġistratur tal-Ministeru għall-Kummerċ u l-Industrija tal-Jemen, u xi banek privati sabiex b’mod arbitrarju jċaħħdu mill-pussess tal-ġid tagħhom individwi u entitajiet privati mingħajr ebda proċess ġudizzjarju dovut jew possibbiltà ta’ rimedju.

    8.   Muhammad Abd Al-Karim Al-Ghamari (psewdonimi: (a) Mohammad Al-Ghamari).

    Kitba oriġinali: الغماري محمد عبدالكریم

    Deżinjazzjoni: Maġġur Ġeneral, Kap Kmandant tal-Houthi. Indirizz: Jemen. Data tat-Twelid: a) 1979; b) 1984. Post tat-twelid: Izla Dhaen, Distrett ta’ Wahha, Provinċja ta’ Hajjar, il-Jemen. Nazzjonalità: Jemen. Informazzjoni oħra: Il-Kap Kmandant tal-Houthi għandu rwol ewlieni fl-organizzazzjoni tal-isforzi militari tal-Houthis li qed jheddu direttament il-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Jemen, inkluż f’Marib, kif ukoll l-attakki transkonfinali kontra l-Arabja Sawdija. Ritratt disponibbli biex jiġi inkluż fil-link web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: Link web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:9.11.2021

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Skont it-taqsima 5(g) tal-Linji Gwida tiegħu, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà stabbilit skont ir-riżoluzzjoni 2140 jagħmel aċċessibbli taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ta’ individwi, gruppi, impriżi u entitajiet inklużi fil-lista tas-sanzjonijiet tiegħu.

    Data li fiha t-taqsira narrattiva saret disponibbli fuq is-sit web tal-Kumitat: 9 ta’ Novembru 2021

    Muhammad Abd Al-Karim Al-Ghamari ġie elenkat fid-9 ta’ Novembru 2021 skont il-paragrafi 11 u 15 tar-riżoluzzjoni 2140 (2014) u l-paragrafu 14 tar-riżoluzzjoni 2216 (2015), minħabba li jissodisfa l-kriterji tad-deżinjazzjoni stabbiliti fil-paragrafu 17 tar-riżoluzzjoni 2140 (2014).

    Muhammad Abd Al-Karim Al-Ghamari involva ruħu f’atti u pprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Jemen.

    Informazzjoni addizzjonali:

    Al-Ghamari huwa elenkat għall-involviment tiegħu fil-kampanji militari Houthi u t-tmexxija tagħhom li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Jemen u b’hekk jissodisfa l-kriterji għad-deżinjazzjoni kif stabbiliti fil-Paragrafu 17 tar-Riżoluzzjoni 2140 (2014). Al-Ghamari, bħala Kap Kmandant tal-Houthi għandu rwol ewlieni fl-organizzazzjoni tal-isforzi militari tal-Houthis li qed jheddu direttament il-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Jemen, kif ukoll l-attakki transkonfinali kontra l-Arabja Sawdija. Dan l-aħħar huwa ħa f’idu l-attakk tal-Houthi fuq skala kbira kontra t-territorju miżmum mill-gvern tal-Jemen fil-provinċja ta’ Marib. L-attakk ta’ Marib qed jiggrava l-kriżi umanitarja tal-Jemen, peress li jqiegħed madwar miljun persuna vulnerabbli spostati internament f’riskju li jerġgħu jiġu spostati, iwassal għall-mewt ta’ persuni ċivili, u qed jikkawża eskalazzjoni usa’ tal-konflitt.

    Al Estiklal profile- “Muhammad Al-Ghamari; The Houthi Leader Who Conveyed The Iranian “Revolutionary Guards” Experience To Yemen” (https://www.alestiklal.net/en/view/8824/muhammad-al-ghamari-the-houthi-leader-who-conveyed-the-iranian-revolutionary-guards-experience-to-yemen) [aċċessat fid-19/Ottubru/21]

    Al Mashhad al-Yemeni (Arabic)- “Insurgency Leader Al-Huthi Appoints Prominent Commander To Lead Fighting in Al Hudaydah” (https://www.almashhad-alyemeni.com/print~136875) [aċċessat fid-19/Ottubru/21]

    Al Mashhad al-Yemeni (Arabic)- Rapport Għarbi dwar il-ħatra ta’ al-Ghamari bħala “Kap Kmandant” f’Marib (https://www.almashhad-alyemeni.com/195498) [aċċessat fid-19/Ottubru/21]

    Al Manar TV- “Yemeni Chief of Staff: Ready for Long-Term War with Saudi-led Coalition States” (http://english.manartv.com.lb/842052) [aċċessat fid-19/Ottubru/21]

    Al Marjie (Arabic)- Profil ta’ al-Ghamari- https://www.almarjie-paris.com/1479 [aċċessat fid-19/Ottubru/21]

    Al Jazeera – “Houthis say they attacked Aramco, Patriot targets in Saudi Arabia” (https://www.aljazeera.com/news/2021/4/15/yemens-houthis-say-attacked-aramco-patriot-targets-in-jazan) [aċċessat fid-19/Ottubru/21]

    Human Rights Watch- “Houthi Landmines Kill Civilians, Block Aid” (https://www.hrw.org/news/2019/04/22/yemen-houthi-landmines-kill-civilians-block-aid) [aċċessat fid-19/Ottubru/21]

    The Missile War in Yemen: Rapport tas-Center for International and Strategic Studies (https://www.csis.org/analysis/missile-war-yemen-1) [accessat fid-19/Ottubru/21]

    Mines And IEDs Employed By Houthi Forces On Yemen’s West Coast: Rapport ta’ Conflict Armament Research (https://www.conflictarm.com/dispatches/mines-and-ieds-employed-by-houthi-forces-on-yemens-west-coast/) [aċċessat fid-19/Ottubru/21]

    9.   Yusuf Al-Madani

    Kitba oriġinali: یوسف المداني

    Titlu: Maġġur Ġeneral. Deżinjazzjoni: Kmandant tal-Ħames Reġjun Militari tal-Houthi. Indirizz: Jemen. Data tat-Twelid: 1977. Post tat-twelid: Direttorat ta’ Muhatta, Provinċja ta’ Hajjah, il-Jemen. Nazzjonalità: Jemen. Informazzjoni oħra: Mexxej prominenti tal-forzi Houthi u kmandant tal-forzi f’Hudaydah, Hajjah, Al Mahwit, u Raymah, il-Jemen – li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Jemen. Mill-2021, Al-Madani ġie assenjat lill-offensiva mmirata kontra Marib. Ritratt disponibbli biex jiġi inkluż fil-link web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: Link web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:9.11.2021.

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Skont it-taqsima 5(g) tal-Linji Gwida tiegħu, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà stabbilit skont ir-riżoluzzjoni 2140 jagħmel aċċessibbli taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ta’ individwi, gruppi, impriżi u entitajiet inklużi fil-lista tas-sanzjonijiet tiegħu.

    Data li fiha t-taqsira narrattiva saret disponibbli fuq is-sit web tal-Kumitat: 9 ta’ Novembru 2021

    Yusuf Al-Madani ġie elenkat fid-9 ta’ Novembru 2021 skont il-paragrafi 11 u 15 tar-riżoluzzjoni 2140 (2014) u l-paragrafu 14 tar-riżoluzzjoni 2216 (2015), minħabba li jissodisfa l-kriterji tad-deżinjazzjoni stabbiliti fil-paragrafu 17 tar-riżoluzzjoni 2140 (2014).

    Yusuf Al-Madani involva ruħu f’atti u pprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Jemen.

    Informazzjoni addizzjonali:

    Al-Madani huwa elenkat għall-involviment tiegħu fil-kampanji militari Houthi u t-tmexxija tagħhom li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Jemen u b’hekk jissodisfa l-kriterji għad-deżinjazzjoni kif stabbiliti fil-Paragrafu 17 tar-Riżoluzzjoni 2140 (2014). Al-Madani huwa mexxej prominenti tal-forzi Houthi u huwa l-kmandant tal-forzi f’Hudaydah, Hajjah, Al Mahwit, u Raymah, il-Jemen. Mill-2021, Al-Madani ġie assenjat lill-offensiva mmirata kontra Marib. Ir-ripożizzjonament persistenti tal-Houthi u ksur ieħor tad-dispożizzjonijiet dwar il-waqfien mill-ġlied tal-Ftehim ta’ Hudaydah iddestabbilizzaw belt li sservi bħala triq kritika għall-komoditajiet umanitarji u kummerċjali essenzjali. Barra minn hekk, hemm rapporti regolari ta’ attakki tal-Houthi li għandhom impatt fuq iċ-ċivili u l-infrastruttura ċivili fi Hudaydah u madwarha, u dan ikompli jaggrava s-sitwazzjoni għall-Jemeniti li qed jiffaċċaw uħud mill-ogħla livelli ta’ bżonnijiet umanitarji fil-pajjiż.

    Al Masda (Arabic)- “Houthis Appoint Acting Defense, Interior Ministers, Members of Supreme Security Committee” (https://almasdaronline.com/article/67627) [aċċessat fid-19/Ottubru/21]

    Saba (Arabic)- Report Says Head of Al-Huthi Supreme Political Council Visits Navy Missiles Exhibition (https://www.saba.ye/ar/news478675.htm) [aċċessat fid-19/Ottubru/21]

    Aden Al Hadath (Arabic) - “Dissident Figure” Says ‘Abd-al-Malik Al-Huthi Has Leukemia, Identifies “Likely Successor” (https://aden-alhadath.info/news/35501) [aċċessat fid-19/Ottubru/21]

    Kont Twitter ta’ Mohammad Ali al-Houthi- Fit-2 ta’ Frar, 2018, Al Huthi ppubblika ritratt tiegħu ma’ Yusuf Al-Madani. It-traduzzjoni tal-posts fuq Twitter bejn wieħed u ieħor hi “bilqiegħda mal-martri ħaj Abu Hussein ilbieraħ” (Abu Hussein huwa l-laqam ta’ Yusuf Al-Madani).

    Al Jazeera- “Recordings: Houthi leaders planned general’s killing” (https://www.aljazeera.com/news/2016/6/29/recordings-houthi-leaders-planned-generals-killing) [aċċessat fid-19/Ottubru/21]


    Top