Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R2002

Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2002 tal-15 ta’ Novembru 2021 li jemenda r-Regolament (UE) 2021/90 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed għall-2021

ST/13125/2021/INIT

ĠU L 407, 17.11.2021, pp. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2002/oj

17.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 407/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2021/2002

tal-15 ta’ Novembru 2021

li jemenda r-Regolament (UE) 2021/90 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed għall-2021

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/90 (1) jiffissa, għall-2021, l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed. Dak ir-Regolament jimplimenta fil-liġi tal-Unjoni l-pjan ta’ ġestjoni pluriennali għall-barbun imperjali fil-Baħar l-Iswed (subżona ġeorgrafika 29) adottat mir-Rakkomandazzjoni GFCM/41/2017/4 tal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran (GFCM), kif emendata mir-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/3 tal-GFCM.

(2)

Fl-44 laqgħa annwali tagħha fl-2021, il-GFCM adottat deċiżjoni fejn osservat li matul is-sena 2020, l-Unjoni Ewropea ma kinitx sfruttat biżżejjed il-kwota tagħha għall-barbun imperjali u approvat riport tal-kwota mhux użata fid-dawl tas-sitwazzjoni eċċezzjonali maħluqa mill-pandemija tal-COVID-19. Jenħtieġ li d-deċiżjoni tal-GFCM tiġi implimentata fil-liġi tal-Unjoni.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li d-distribuzzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fil-Baħar l-Iswed stabbilita fir-Regolament (UE) 2021/90 tiġi emendata biex tirrifletti l-aġġustamenti għall-kwoti tal-Unjoni stabbiliti mill-GFCM. Jenħtieġ li d-distribuzzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd li jirriżultaw ms-sottoutilizzazzjoni titwettaq abbażi tal-kontribuzzjoni rispettiva ta’ kull Stat Membru lejn is-sottoutilizzazzjoni, mingħajr ma jinbidel il-koeffiċjent ta’ distribuzzjoni stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/90 dwar l-allokazzjoni annwali tal-qabdiet totali permissibbli (total allowable catches - TACs).

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2021/90 jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-limiti tal-qbid previsti fir-Regolament (UE) 2021/90 japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2021. Għalhekk jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet li jdaħħal dan ir-Regolament marbutin ma’ dawk il-limiti tal-qbid jiddaħħlu fis-seħħ malajr kemm jista’ jkun u japplikaw b’mod retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2021. Tali applikazzjoni retroattiva ma taffettwax il-prinċipji taċ-ċertezza legali u tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, billi l-opportunitajiet tas-sajd ikkonċernati żdiedu u għadhom ma ġewx eżawriti. Minħabba l-urġenza, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ minnufih wara li jiġi ppubblikat,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendar tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/90

L-Anness VII għar-Regolament (UE) 2021/90 huwa emendat kif jinsab fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. PODGORŠEK


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/90 tat-28 ta’ Jannar 2021 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed għall-2021 (ĠU L 31, 29.1.2021, p. 1).


ANNESS

Fl-Anness VII għar-Regolament (UE) 2021/90, it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-barbun imperjali fl-ilmijiet tal-Unjoni fil-Baħar l-Iswed hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi:

Barbun imperjali

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni li jinsabu fil-Baħar l-Iswed — is-subżona ġeografika 29

Scophthalmus maximus

(TUR/F3742C)

Il-Bulgarija

87,825

 

TAC analitika

Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96

Ir-Rumanija

80,116

 

L-Unjoni

167,941

 (*1)

TAC

857


(*1)  L-ebda attività tas-sajd, inkluż it-trażbord, iż-żamma abbord, il-ħatt l-art u l-ewwel bejgħ ma għandha tkun permessa mill-15 ta’ April sal-15 ta’ Ġunju 2021.”


Top