EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021R1983
Council Implementing Regulation (EU) 2021/1983 of 15 November 2021 implementing Regulation (EU) No 36/2012 concerning restrictive measures in view of the situation in Syria
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1983 tal-15 ta’ Novembru 2021 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1983 tal-15 ta’ Novembru 2021 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
ST/13219/2021/INIT
ĠU L 402I, 15.11.2021, p. 1–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
15.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 402/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1983
tal-15 ta’ Novembru 2021
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta’ Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-18 ta’ Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012. |
(2) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja, u meta jitqies t-tibdil reċenti fil-Gvern Sirjan, jenħtieġ li jiżdiedu erba’ persuni mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012. L-informazzjoni relatata ma’ ħames persuni diġà elenkati fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 jenħtieġ li tiġi aġġornata. |
(3) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 36/2012 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
ANNESS
L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Il-persuni li ġejjin jiżdiedu mal-lista li tinsab fit-Taqsima A (“Persuni”):
|
(2) |
Fit-Taqsima A (Persuni), l-entrati li ġejjin huma sostitwiti kif ġej:
|