This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021R1935
Commission Implementing Regulation (EU) 2021/1935 of 8 November 2021 amending Implementing Regulation (EU) 2019/723 as regards the information and data on organic production and labelling of organic products to be submitted by means of the standard model form (Text with EEA relevance)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1935 tat-8 ta’ Novembru 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/723 fir-rigward tal-informazzjoni u d-data dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi li jridu jitressqu permezz tal-mudell tal-formola standard (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1935 tat-8 ta’ Novembru 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/723 fir-rigward tal-informazzjoni u d-data dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi li jridu jitressqu permezz tal-mudell tal-formola standard (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2021/7764
ĠU L 396, 10.11.2021, p. 17–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
10.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 396/17 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1935
tat-8 ta’ Novembru 2021
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/723 fir-rigward tal-informazzjoni u d-data dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi li jridu jitressqu permezz tal-mudell tal-formola standard
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b’mod partikolari, il-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 25, l-Artikolu 113(2) u l-punt (f) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 134, tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/723 (2) jistabbilixxi l-mudell tal-formola standard li jrid jintuża fir-rapporti annwali mressqa minn kull Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 113(1) tar-Regolament (UE) 2017/625. |
(2) |
It-Taqsima 9 ta’ dak il-mudell tal-formola standard teħtieġ li l-Istati Membri jirrappurtaw id-data organika f’konformità mal-mudelli stabbiliti fl-Anness XIIIc tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 (3). |
(3) |
Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jistabbilixxi regoli ġodda dwar il-kontrolli tal-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi, inkluż il-kontrolli għall-verifika tal-istabbiliment u l-funzjonament tas-sistema ta’ kontroll intern ta’ gruppi ta’ operaturi, u l-ispezzjoni mill-ġdid ta’ għadd minimu ta’ operaturi li huma membri ta’ grupp ta’ operaturi. Barra minn hekk, l-Istati Membri se jkollhom jiżviluppaw katalgu nazzjonali ta’ miżuri li jridu jitwettqu f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità, li jinkludi l-klassifikazzjoni ta’ nuqqasijiet ta’ konformità u l-miżuri korrispondenti. L-Istati Membri se jkollhom jirrappurtaw dwar il-kontrolli uffiċjali li jirriżultaw minn dawk ir-regoli l-ġodda kif ukoll jipprovdu l-informazzjoni dwar in-nuqqasijiet ta’ konformità identifikati u dwar l-infurzar tal-miżuri skont il-katalgu nazzjonali ta’ miżuri tagħhom. |
(4) |
Sabiex jitqiesu dawk ir-regoli u r-rekwiżiti l-ġodda fir-rapport annwali li jrid jitressaq f’konformità mal-Artikolu 113(1) tar-Regolament (UE) 2017/625, jeħtieġ li tiġi aġġornata t-Taqsima 9 tal-Parti II tal-mudell tal-formola standard. |
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/723 jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Produzzjoni Organika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/723 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 2 Mudell tal-formola standard L-Istati Membri għandhom iressqu l-informazzjoni u d-data msemmija fl-Artikolu 113(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 permezz tal-mudell tal-formola standard stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Dan għandu jsir bl-użu tal-verżjoni elettronika tal-mudell tal-formola standard mogħtija fis-sistema kompjuterizzata tal-ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali (information management system for official controls/IMSOC). Madankollu, għall-informazzjoni u d-data dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi msemmija fit-Taqsima 9 tal-Parti II ta’ dik il-formola, għandha tintuża s-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Biedja Organika (Organic Farming Information System/OFIS). Sussegwentement l-Istati Membri għandhom jikkonfermaw fil-verżjoni elettronika tal-mudell tal-formola standard fl-IMSOC li t-Taqsima 9 tal-Parti II ta’ dik il-formola tressqet fl-OFIS.”; |
(2) |
Fl-Anness, it-Taqsima 9 tal-mudell tal-formola standard hija sostitwita bit-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Settembru 2022 fir-rigward tar-rapporti annwali għall-2022 li jridu jitressqu sal-31 ta’ Awwissu 2023, u fir-rigward tar-rapporti annwali sussegwenti.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/723 tat-2 ta’ Mejju 2019 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mudell tal-formola standard li għandu jintuża fir-rapporti annwali mressqa mill-Istati Membri (ĠU L 124, 13.5.2019, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 tal-5 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1).
ANNESS
“9. Produzzjoni organika u tikkettar ta’ prodotti organiċi
9.1. |
Konklużjoni ġenerali dwar il-livell ta’ konformità miksub |
9.2. |
Data organika
Identifikazzjoni tal-Istat Membru/l-awtorità kompetenti li jressaq/tressaq ir-rapport annwali
|
Tabella 1
Għadd ta’ kontrolli għall-awtoritajiet kompetenti – għall-awtoritajiet ta’ kontroll – għall-korpi ta’ kontroll kollha (l-Artikoli kollha jirreferu għar-Regolament (UE) 2018/848)
1. Operaturi rreġistrati fil-pussess ta’ ċertifikat sal-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ rapportar
|
Numru tal-kodiċi jew isem l-awtorità kompetenti/ l-awtorità ta’ kontroll/ il-korp ta’ kontroll |
Għadd ta’ operaturi |
Għadd ta’ verifiki tal-konformità skont l-Artikolu 38(3) (fiżiċi u mhux fiżiċi) |
Għadd ta’ kontrolli uffiċjali fiżiċi mwettqa fuq il-post |
Għadd ta’ kampjuni meħuda skont l-Artikolu 38(4)(c) |
|||||
Kontrolli annwali L-Artikolu 38(3) |
Kontrolli addizzjonali bbażati fuq ir-riskju skont l-Artikolu 38(4)(b) |
Għadd totali ta’ kontrolli skont l-Artikolu 38(3) u 38(4)(b) |
Li minnhom għall-għarrieda skont l-Artikolu 38(4)(a) |
Għadd totali ta’ kampjuni |
Għadd ta’ kampjuni b’detezzjonijiet |
|||||
1.a. |
Ċifri għall-awtorità kompetenti/għall-awtorità ta’ kontroll/għall-korp ta’ kontroll 1 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
1.b. |
Ċifri għall-awtorità kompetenti/għall-awtorità ta’ kontroll/għall-korp ta’ kontroll 2 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
1.c. |
Ċifri għall-awtorità kompetenti/għall-awtorità ta’ kontroll/għall-korp ta’ kontroll 3 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
… |
kompli u elenka l-awtoritajiet/il-korpi kollha |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Ċifri totali għall-awtoritajiet kompetenti/għall-awtoritajiet ta’ kontroll/ għall-korpi ta’ kontroll kollha [is-somma ta’ (1.a.+ 1.b.+ 1.c.+....] |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2. Gruppi ta’ operaturi (GoO) fil-pussess ta’ ċertifikat sal-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ rapportar
|
Numru tal-kodiċi jew isem l-awtorità kompetenti/l-awtorità ta’ kontroll/il-korp ta’ kontroll |
Għadd ta’ gruppi |
Identifikazzjoni tal-grupp |
Għadd totali ta’ operaturi li huma membri ta’ gruppi |
Għadd totali ta’ kontrolli uffiċjali fuq il-gruppi |
Għadd ta’ spezzjonijiet mill-ġdid tal-membri tal-gruppi |
Spezzjonijiet li fihom ittieħdu mill-inqas kampjun 1 |
|
2. |
Ċifri totali għall-gruppi kollha tal-operaturi għall-awtoritajiet kompetenti/għall-awtoritajiet ta’ kontroll/għall-korpi ta’ kontroll kollha |
|
|
|
|
|
|
|
2.a. |
Ċifri għall-awtorità kompetenti/għall-awtorità ta’ kontroll/għall-korp ta’ kontroll 1 |
|
|
|
|
|
|
|
2.a.1. |
Grupp ta’ operaturi a.1 |
|
|
|
|
|
|
|
2.a.2. |
Grupp ta’ operaturi a.2 |
|
|
|
|
|
|
|
2.a… |
Grupp ta’ operaturi a … |
|
|
|
|
|
|
|
2.b. |
Ċifri għall-awtorità kompetenti/għall-awtorità ta’ kontroll/għall-korp ta’ kontroll 2 |
|
|
|
|
|
|
|
2.b.1. |
Grupp ta’ operaturi b.1 |
|
|
|
|
|
|
|
2.b.2. |
Grupp ta’ operaturi b.2 |
|
|
|
|
|
|
|
2.b… |
Grupp ta’ operaturi b … |
|
|
|
|
|
|
|
2.c. |
kompli u elenka l-gruppi kollha tal-operaturi għal kull awtorità kompetenti/awtorità ta’ kontroll/korp ta’ kontroll |
|
|
|
|
|
|
|
2.c… |
Grupp ta’ operaturi … |
|
|
|
|
|
|
|
Tabella 2
NUQQASIJIET TA’ KONFORMITÀ
Data għal kull awtorità kompetenti/awtorità ta’ kontroll/korp ta’ kontroll
1. Tip u għadd ta’ każijiet stabbiliti ta’ nuqqas ta’ konformità maġġuri u kritiku
|
Isem jew numru tal-kodiċi tal-awtorità kompetenti/ tal-awtorità ta’ kontroll/ tal-korp ta’ kontroll |
Għadd ta’ każijiet għal kull tip ta’ nuqqas ta’ konformità stabbilit matul il-kontrolli uffiċjali mwettqa |
||||||||
Regoli ġenerali dwar il-produzzjoni |
Regoli speċifiċi dwar il-produzzjoni |
Sustanzi jew prodotti mhux awtorizzati |
Derog i |
Dokumenti u rekords |
Regoli għall-GoO |
Tikkettar |
Oħrajn |
|||
1. |
Każijiet stabbiliti ta’ nuqqasijiet ta’ konformità – TOTAL |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
1.a. |
Każijiet stabbiliti għall-awtorità kompetenti/għall-awtorità ta’ kontroll/għall-korp ta’ kontroll 1 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
1.b. |
Każijiet stabbiliti għall-awtorità kompetenti/għall-awtorità ta’ kontroll/għall-korp ta’ kontroll 2 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
1.c. |
Każijiet stabbiliti għall-awtorità kompetenti/għall-awtorità ta’ kontroll/għall-korp ta’ kontroll 3 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
… |
kompli u elenka l-awtoritajiet/il-korpi kollha |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2. Miżuri meħuda għal każijiet stabbiliti ta’ nuqqasijiet ta’ konformità maġġuri u kritiċi
Għadd ta’ każijiet stabbiliti ta’ nuqqasijiet ta’ konformità |
Miżuri meħuda għal każijiet stabbiliti ta’ nuqqasijiet ta’ konformità |
||||||||
Titjib fl-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ prekawzjoni u kontrolli stabbiliti mill-operatur |
Ebda referenza għall-produzzjoni organika fit-tikkettar u r-reklamar tal-lott kollu jew tat-tiratura kkonċernata |
Projbizzjoni tat-tqegħid fis-suq tal-prodott(i) affettwat(i) b’referenza għall-produzzjoni organika, għal perjodu partikolari |
Perjodu ġdid ta’ konverżjoni |
Limitazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni taċ-ċertifikat |
Sospensjoni taċ-ċertifikat |
Irtirar taċ-ċertifikat |
Għad trid tiġi deċiża miżura korrettiva |
Oħrajn |
|
(A) |
(B1) |
(B2) |
(B3) |
(B4) |
(B5) |
(B6) |
(B7) |
(B8) |
(B9) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Tabella 3
Superviżjoni u Awditi
Attivitajiet tal-awtorità kompetenti relatati
— |
mal-korpi ta’ kontroll li lilhom tkun iddelegat ċerti kompiti |
— |
mas-superviżjoni ta’ tali korpi ta’ kontroll |
— |
mal-irtirar ta’ delegazzjonijiet lil tali korpi ta’ kontroll |
— |
mal-awditu tal-awtoritajiet ta’ kontroll |
1. Korpi ta’ kontroll ġodda li l-awtorità ta’ kontroll tkun iddelegatilhom kompiti ta’ kontroll/korpi ta’ kontroll u li d-delega tagħhom tkun ġiet irtirata
|
Għadd ta’ korpi ta’ kontroll |
Kummenti fejn jeħtieġ |
|
Għadd fil-bidu tas-sena ta’ rapportar (l-1 ta’ Jannar tas-sena N) |
(A) |
|
|
Korpi ta’ kontroll ġodda matul is-sena N |
(B) |
|
|
Korpi ta’ kontroll li d-delega tagħhom tkun ġiet irtirata matul is-sena N |
(C) |
|
|
Għadd fi tmiem is-sena ta’ rapportar (il-31 ta’ Diċembru tas-sena N) |
(D) |
|
|
2. Superviżjoni tal-korpi ta’ kontroll mill-awtorità kompetenti
2.a. Għadd totali ta’ superviżjoni tal-korpi ta’ kontroll
|
Għadd ta’ korpi ta’ kontroll fi tmiem is-sena ta’ rapportar |
Għadd ta’ awditi tas-superviżjoni tal-korpi ta’ kontroll imwettqa mill-awtorità kompetenti matul is-sena ta’ rapportar |
Kopertura tal-korpi ta’ kontroll permezz tal-awditu tas-superviżjoni tal-awtorità kompetenti |
Ikkummenta fejn jeħtieġ |
(D) |
(E) |
(F) = (E)/(D) |
|
|
Għadd ta’ korpi ta’ kontroll – Għadd ta’ awditi tas-superviżjoni matul is-sena ta’ rapportar – kopertura |
|
|
|
|
Jenħtieġ li l-għadd totali ta’ Korpi ta’ Kontroll Approvati (D) jikkorrispondi mal-għadd irrappurtat fit-taqsima 1
2.b Dettall tas-superviżjoni għal kull korp ta’ kontroll
Elenka l-korpi ta’ kontroll kollha taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti |
Għadd ta’ operaturi |
Għadd ta’ GoO |
Awditu mwettaq mill-awtorità kompetenti matul is-sena ta’ rapportar iva = 1/le = 0 |
Għadd ta’ fajls tal-operaturi rieżaminati fl-awditu tas-superviżjoni matul is-sena ta’ rapportar |
Kopertura tal-għadd ta’ fajls tal-operaturi rieżaminati meta mqabbla mal-għadd totali ta’ operaturi |
Għadd ta’ fajls GoO rieżaminati matul l-awditu matul is-sena ta’ rapportar |
Kopertura tal-għadd ta’ fajls GoO rieżaminati meta mqabbla mal-għadd totali ta’ GoO |
Indika n-numru ta’ referenza tal-formola individwali mimlija għall-korp ta’ kontroll (il-mudell “formola individwali għall-korp ta’ kontroll” mehmuż) |
Numru tal-kodiċi |
(G) |
(H) |
(I) |
(J) |
(K) = (J)/(G) |
(L) |
(M) = (L)/(H) |
(N) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3. Attivitajiet ta’ awditu mwettqa mill-awtorità kompetenti fuq l-awtoritajiet ta’ kontroll (rilevanti biss jekk l-awtorità kompetenti tiddelega kompiti ta’ kontroll lill-awtoritajiet ta’ kontroll)
|
Għadd ta’ awtoritajiet ta’ kontroll li l-awtorità kompetenti tkun iddelegatilhom kompiti ta’ kontroll |
Għadd ta’ awditi mwettqa fuq l-awtoritajiet ta’ kontroll mill-awtorità kompetenti |
Kopertura tal-awtoritajiet ta’ kontroll awditjati mill-awtorità kompetenti matul is-sena ta’ rapportar |
Ikkummenta fejn jeħtieġ |
(K) |
(L) |
(M) = (L)/(K) |
|
|
Matul is-sena ta’ rapportar |
|
|
|
|
Tabella 4
FORMOLA INDIVIDWALI DWAR IS-SUPERVIŻJONI TAL-KORP TA’ KONTROLL
Il-formola tista’ timtela’ mill-awtorità kompetenti għal kull korp ta’ kontroll li kien soġġett għal awditu tas-superviżjoni matul is-sena tar-rapportar (fakultattiv)
Numru ta’ referenza tal-formola |
|
dan irid jiġi kkupjat fit-tabella tal-awditu tas-superviżjoni – kamp tad-data K |
||
Sena tar-rappurtar |
|
|
||
Awtorità kompetenti responsabbli mis-superviżjoni |
|
|
||
Rapport tal-awditu tas-superviżjoni |
||||
Referenza: |
|
|
||
Data: |
|
|
||
Identifikazzjoni tal-korp ta’ kontroll |
||||
Numru tal-kodiċi |
|
|
||
SOMMARJU TAS-SEJBIET EWLENIN TAL-AWDITU TAS-SUPERVIŻJONI |
||||
|
||||
Jekk jogħġbok daħħal it-test |
||||
|
||||
Jekk jogħġbok daħħal it-test |
||||
|
||||
Jekk jogħġbok daħħal it-test |
||||
|
||||
Jekk jogħġbok daħħal it-test |
||||
|
||||
Jekk jogħġbok daħħal it-test |
||||
|
||||
Jekk jogħġbok daħħal it-test |
||||
|
||||
Jekk jogħġbok daħħal it-test+A1:24 |
Tabella 5
Azzjonijiet u miżuri meħuda mill-awtorità kompetenti matul is-sena ta’ rapportar biex tiġi żgurata l-effettività tal-kontrolli uffiċjali mill-awtoritajiet ta’ kontroll/il-korpi ta’ kontroll
Data minn |
Stat Membru |
|
||
Perjodu |
Sena |
|
||
|
||||
Jekk jogħġbok daħħal it-test |
||||
|
||||
Jekk jogħġbok daħħal it-test |
||||
|
||||
Jekk jogħġbok daħħal it-test |
||||
|
||||
Jekk jogħġbok daħħal it-test |
||||
|
||||
Jekk jogħġbok daħħal it-test |
||||
|
||||
Jekk jogħġbok daħħal it-test |
||||
|
||||
Jekk jogħġbok daħħal it-test“ |