Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R1932

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1932 tad-9 ta’ Novembru 2021 li jimplimenta l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

    ST/12898/2021/INIT

    ĠU L 396, 10.11.2021, p. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/1932/oj

    10.11.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 396/1


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1932

    tad-9 ta’ Novembru 2021

    li jimplimenta l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 tat-18 ta’ Jannar 2016 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fit-18 ta’ Jannar 2016, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2016/44.

    (2)

    Abbażi ta’ reviżjoni mill-Kunsill, jenħtieġ li titħassar l-entrata għal persuna elenkata.

    (3)

    Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness III għar-Regolament (UE) 2016/44 jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness III għar-Regolament (UE) 2016/44 huwa emendat f’konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magfħmul fi Brussell, id-9 ta’ Novembru 2021.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A. ŠIRCELJ


    (1)  ĠU L 12, 19.1.2016, p. 1.


    ANNESS

    Fir-Regolament (UE) 2016/44, l-Anness III (Lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 6(2)), il-Parti A (Persuni), l-entrata 6 (dwar AL-MAHMOUDI, Baghdadi) hija mħassra.


    Top