This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021R1807
Commission Regulation (EU) 2021/1807 of 13 October 2021 amending Annexes II, III and IV to Regulation (EC) No 396/2005 of the European Parliament and of the Council as regards maximum residue levels for acibenzolar-S-methyl, aqueous extract from the germinated seeds of sweet Lupinus albus, azoxystrobin, clopyralid, cyflufenamid, fludioxonil, fluopyram, fosetyl, metazachlor, oxathiapiprolin, tebufenozide and thiabendazole in or on certain products (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1807 tat-13 ta’ Ottubru 2021 li jemenda l-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwu għall-acibenzolar-S-methyl, l-estratt milwiem miż-żerriegħa ġerminata tal-Lupinus albus ħelu, l-azoxystrobin, il-clopyralid, is-cyflufenamid, il-fludioxonil, il-fluopyram, il-fosetyl, il-metazachlor, l-oxathiapiprolin, it-tebufenozide u t-thiabendazole f’ċerti prodotti jew fuqhom (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1807 tat-13 ta’ Ottubru 2021 li jemenda l-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwu għall-acibenzolar-S-methyl, l-estratt milwiem miż-żerriegħa ġerminata tal-Lupinus albus ħelu, l-azoxystrobin, il-clopyralid, is-cyflufenamid, il-fludioxonil, il-fluopyram, il-fosetyl, il-metazachlor, l-oxathiapiprolin, it-tebufenozide u t-thiabendazole f’ċerti prodotti jew fuqhom (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2021/7292
ĠU L 365, 14.10.2021, pp. 1–37
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
14.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 365/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1807
tat-13 ta’ Ottubru 2021
li jemenda l-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwu għall-acibenzolar-S-methyl, l-estratt milwiem miż-żerriegħa ġerminata tal-Lupinus albus ħelu, l-azoxystrobin, il-clopyralid, is-cyflufenamid, il-fludioxonil, il-fluopyram, il-fosetyl, il-metazachlor, l-oxathiapiprolin, it-tebufenozide u t-thiabendazole f’ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 14(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Għall-acibenzolar-S-methyl, l-azoxystrobin, is-cyflufenamid, il-fludioxonil, il-fluopyram, il-metazachlor, l-oxathiapiprolin, it-tebufenozide u t-thiabendazole, il-livelli massimi ta’ residwu (“MRLs”) ġew stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Għall-clopyralid u l-fosetyl, l-MRLs ġew stabbiliti fil-Parti A tal-Anness III ta’ dak ir-Regolament. Ma kinux stabbiliti MRLs speċifiċi għaż-żerriegħa ġerminata tal-Lupinus albus ħelu fir-Regolament (KE) Nru 396/2005, u dik is-sustanza lanqas ma ddaħħlet fl-Anness IV ta’ dak ir-Regolament, u għaldaqstant japplika l-valur prestabbilit ta’ 0,01 mg/kg stipulat fl-Artikolu 18(1)(b) tiegħu. |
|
(2) |
Fil-kuntest tal-proċedura għall-awtorizzazzjoni tal-użu ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fih is-sustanza attiva acibenzolar-S-methyl fuq il-ġellewż, il-fażola u l-piżelli (bil-miżwed), tressqet applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 biex jiġu modifikati l-MRLs eżistenti. |
|
(3) |
Fir-rigward tal-clopyralid, tressqet applikazzjoni bħal din għall-qamħ, il-ħafur u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali, b’segwitu għall-użi tal-clopyralid fuq iċ-ċereali, il-mergħat u l-bwar. Fir-rigward tal-fludioxonil, tressqet applikazzjoni bħal din għall-mirtilli, il-cranberries, il-passolina u r-ribes. Fir-rigward tal-fosetyl, tressqet applikazzjoni bħal din għal-lewż, il-qastan, il-ġellewż, il-pistaċċi, il-ġewż, ir-rummien, il-ħxejjex aromatiċi u l-fjuri li jittieklu, il-mirtilli, ir-ribes, il-passolina, it-tewm, ix-shallots, l-għeneb tal-inbid, l-avokado, iż-żebbuġ tal-mejda, iż-żebbuġ għall-produzzjoni taż-żejt, il-patata, ir-rafan, il-brassika li tagħmel il-fjuri, il-kaboċċa Ċiniża, il-kale, l-ispinaċi, il-qamħ u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali b’segwitu għall-użi tal-fosfonati tal-potassju. Fir-rigward tal-metazachlor, tressqet applikazzjoni bħal din għar-rafan, in-nevew, il-ġdur u l-fwied tal-bovini. Fir-rigward tal-oxathiapiprolin, tressqet applikazzjoni bħal din għall-ħops. Fir-rigward tat-tebufenozide, tressqet applikazzjoni għall-berquq u l-ħawħ. Fir-rigward tat-thiabendazole, tressqet applikazzjoni bħal din għall-frott taċ-ċitru u l-witloofs/l-indivja Belġjana. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 6(2) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, tressqu applikazzjonijiet għat-tolleranzi għall-importazzjoni għall-azoxystrobin użat fl-Istati Uniti fuq l-għeruq tal-pitrava ħelwa, għas-cyflufenamid użat fl-Istati Uniti fuq il-ħops, għall-fluopyram użat fl-Istati Uniti fuq is-sojja, għall-oxathiapiprolin użat fiċ-Ċina fuq l-għeneb u fil-Kanada u fl-Istati Uniti fuq il-frott taċ-ċitru, it-tut, id-dewberries, il-lampun, il-kaboċċa Ċiniża, il-ħabaq u l-fjuri li jittieklu, l-ispraġ, il-patata, il-patata ħelwa, il-ħxejjex tal-basla, “Solanaceae u Malvaceae”, kukurbiti, brassika li tagħmel il-fjuri, il-Brussels sprouts, il-kaboċċi, “il-ħass u l-pjanti tal-insalata”, “l-ispinaċi u weraq simili”, il-piżelli (bil-miżwed u mingħajru), il-kurrat u l-ginseng, u għat-thiabendazole użat fl-Istati Uniti fuq il-patata ħelwa u fil-Gwatemala, il-Belize, il-Honduras, il-Panama, ir-Repubblika Dominicana, in-Nikaragwa u l-Costa Rica fuq il-mango. L-applikanti jiddikjaraw li l-użi awtorizzati ta’ dawk is-sustanzi fuq dawk l-għelejjel f’dawk il-pajjiżi jwassal biex il-livelli tar-residwi jkunu ogħla mill-MRLs stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 396/2005, u li huma meħtieġa MRLs aktar għoljin biex ma jkunx hemm ostakli kummerċjali għall-importazzjoni ta’ dawk l-għelejjel. |
|
(5) |
Bi qbil mal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, dawk l-applikazzjonijiet ġew evalwati mill-Istati Membri kkonċernati u r-rapporti ta’ evalwazzjoni ntbagħtu lill-Kummissjoni. |
|
(6) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ivvalutat l-applikazzjonijiet u r-rapporti tal-evalwazzjonijiet u b’mod partikolari eżaminat ir-riskji għall-konsumaturi, u fejn rilevanti, ir-riskji għall-annimali, u ħarġet l-opinjonijiet motivati tagħha dwar l-MRLs proposti (2). L-Awtorità għaddiet dawk l-opinjonijiet lill-applikanti, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u qegħdithom għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. |
|
(7) |
Fir-rigward tal-oxathiapiprolin, l-Awtorità kkonkludiet li għad-dewberries, il-patata, il-patata ħelwa, il-Brussell sprouts u l-piżelli (bla miżwed), id-data mressqa ma kinitx biżżejjed biex jiġu stabbiliti MLRs ġodda. Fir-rigward tal-applikazzjonijiet kollha l-oħra, l-Awtorità kkonkludiet li r-rekwiżiti kollha fir-rigward tad-data ġew issodisfati, u li abbażi tal-evalwazzjoni tal-esponiment tal-konsumatur għal 27 grupp speċifiku Ewropew tal-konsumaturi, il-modifiki mitluba lill-MRLs mill-applikanti kienu aċċettabbli mil-lat tas-sikurezza tal-konsumatur. L-Awtorità qieset l-aktar tagħrif reċenti dwar il-karatteristiċi tossikoloġiċi tas-sustanzi. La l-esponiment tul il-ħajja għal dawk is-sustanzi permezz tal-konsum tal-prodotti kollha tal-ikel li jista’ jkun fihom dawn is-sustanzi, u lanqas l-esponiment għal perjodu qasir minħabba konsum kbir tal-prodotti rilevanti ma wrew li hemm riskju li tinqabeż id-doża aċċettabbli ta’ kuljum jew id-doża akuta ta’ referenza. |
|
(8) |
Fir-rigward tal-fluopyram, ġew modifikati diversi MRLs bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/618 (3). Dak ir-Regolament naqqas l-MRL għall-fażola tas-sojja mis-6 ta’ Novembru 2021. Fl-interess taċ-ċertezza tad-dritt, jixraq li l-MRL previst f’dan ir-Regolament jibda japplika mill-istess data. |
|
(9) |
Fil-kuntest tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva, l-estratt milwiem miż-żerriegħa ġerminata tal-Lupinus albus ħelu, iddaħħlet applikazzjoni għal MRL fid-dossier sommarju f’konformità mal-Artikolu 8(1)(g) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). F’konformità mal-Artikolu 11(2) ta’ dak ir-Regolament, dik l-applikazzjoni ġiet evalwata mill-Istat Membru kkonċernat. L-Awtorità vvalutat l-applikazzjoni u waslet għal konklużjoni dwar ir-rieżami bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskji tal-pestiċidi għas-sustanza attiva (5), li fiha rrakkomandat li l-estratt milwiem miż-żerriegħa ġerminata tal-Lupinus albus ħelu jiddaħħal fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(10) |
Abbażi tal-opinjonijiet motivati u tal-konklużjoni tal-Awtorità, u filwaqt li jitqiesu l-fatturi rilevanti tas-suġġett ikkunsidrat, il-modifiki rispettivi lill-MRLs jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(11) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
|
(12) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mis-6 ta’ Novembru 2021 fir-rigward tal-MRL għall-fluopyram fil-fażola tas-sojja.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Ottubru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-rapporti xjentifiċi tal-EFSA disponibbli online: http://www.efsa.europa.eu:
|
|
Reasoned opinion on the modification of the existing maximum residue level for acibenzolar-S-methyl in hazelnuts. EFSA Journal 2019;17(6):5705. |
|
|
Reasoned opinion on the modification of the existing maximum residue levels for acibenzolar-S-methyl in beans with pods and peas with pods. EFSA Journal 2021;19(2):6430. |
|
|
Reasoned opinion on the setting of import tolerance for azoxystrobin in sugar beet roots. EFSA Journal 2021;19(2):6401. |
|
|
Reasoned opinion on the modification of the existing maximum residue levels for clopyralid in various commodities. EFSA Journal 2021;19(1):6389. |
|
|
Reasoned opinion on the setting of import tolerance for cyflufenamid in hops. EFSA Journal 2021;19(3):6492. |
|
|
Reasoned opinion on the modification of the existing maximum residue levels for fludioxonil in certain small fruits and berries. EFSA Journal 2021;19(3):6477. |
|
|
Reasoned opinion on the review of the existing maximum residue levels for fluopyram according to Article 12 of Regulation (KE) Nru 396/2005. EFSA Journal 2020;18(4):6059. |
|
|
Reasoned opinion on the modification of the existing maximum residue level for fosetyl/phosphonic acid for potatoes and wheat. EFSA Journal 2019;17(5):5703. |
|
|
Reasoned opinion on the modification of the existing maximum residue levels for fosetyl/phosphonic acid in various crops. EFSA Journal 2020;18(1):5964. |
|
|
Reasoned opinion on the modification of the existing maximum residue levels for potassium phosphonates in flowering brassica, Chinese cabbages, kales and spinaches. EFSA Journal 2020;18(5):6122. |
|
|
Reasoned opinion on the modification of the existing maximum residue levels for potassium phosphonates in various crops. EFSA Journal 2020;18(9):6240. |
|
|
Reasoned opinion on the evaluation of confirmatory data following the Article 12 MRL review and modification of the existing maximum residue levels for metazachlor in various commodities. EFSA Journal 2019;17(10):5819. |
|
|
Reasoned opinion on the modification of the existing maximum residue levels and setting of import tolerances for oxathiapiprolin in various commodities. EFSA Journal 2019;17(7):5759. |
|
|
Reasoned opinion on the setting of import tolerances for oxathiapiprolin in various crops. EFSA Journal 2020;18(6):6155. |
|
|
Reasoned opinion on the modification of the existing maximum residue levels for tebufenozide in apricots and peaches. EFSA Journal 2021;19(1):6400. |
|
|
Reasoned opinion on the modification of the existing maximum residue levels and setting of import tolerances for thiabendazole in various crops. EFSA Journal 2021;19(5):6586. |
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/618 tal-15 ta’ April 2021 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta’ residwu għad-diclofop, il-fluopyram, l-ipconazole u t-terbuthylazine f’ċerti prodotti jew fuqhom (ĠU L 131, 16.4.2021, p. 55).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).
(5) Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance aqueous extract from the germinated seeds of sweet Lupinus albus. EFSA Journal 2020;18(7):6190.
ANNESS
L-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
Fl-Anness II, il-kolonni ta’ acibenzolar-S-methyl, azoxystrobin, cyflufenamid, fludioxonil, fluopyram, metazachlor, oxathiapiprolin, tebufenozide u thiabendazole jinbidlu b’dan li ġej: "Ir-residwi tal-pestiċidi u l-livelli massimi tar-residwi (mg/kg)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
Fil-Parti A tal-Anness III, il-kolonni ta’ clopyralid u fosetyl huma sostitwiti b’dan li ġej: "Residwi tal-pestiċidi u livelli massimi tar-residwi (mg/kg)
|
|
(3) |
Fl-Anness IV, tiddaħħal l-entrata li ġejja f’ordni alfabetika: “estratt milwiem miż-żrieragħ ġerminati ta’ Lupinus albus ħelu”. |
(*1) Jindika l-limitu l-aktar baxx tal-kwantifikazzjoni analitika
(1) Il-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, tinsab fl-Anness I
(*2) Tindika l-limitu tal-kwantifikazzjoni analitika l-aktar baxx
(2) Għal-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, jenħtieġ li ssir referenza għall-Anness I"