EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R1704

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1704 tal-14 ta’ Lulju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/2152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika iktar x’inhuma d-dettalji dwar l-informazzjoni statistika li għandha tiġi pprovduta mill-awtoritajiet tat-taxxa u doganali u li jemenda l-Annessi V u VI tiegħu (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2021/5160

ĠU L 339, 24.9.2021, p. 33–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2021/1704/oj

24.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 339/33


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1704

tal-14 ta’ Lulju 2021

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/2152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika iktar x’inhuma d-dettalji dwar l-informazzjoni statistika li għandha tiġi pprovduta mill-awtoritajiet tat-taxxa u doganali u li jemenda l-Annessi V u VI tiegħu

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/2152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar l-istatistika Ewropea tan-negozju, li tħassar 10 atti legali fil-qasam tal-istatistika tan-negozju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(2) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Annessi V u VI tar-Regolament (UE) 2019/2152 jispeċifikaw l-informazzjoni għall-finijiet statistiċi b’rabta mal-esportazzjonijiet u mal-importazzjonijiet ta’ merkanzija li l-awtoritajiet tat-taxxa u doganali f’kull Stat Membru għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika (NSAs) kompetenti.

(2)

Id-dettalji dwar l-informazzjoni statistika relatata mal-esportazzjonijiet u mal-importazzjonijiet ta’ merkanzija li għandha tiġi pprovduta mill-awtoritajiet tat-taxxa u doganali f’kull Stat Membru lill-NSAs kompetenti, inklużi fl-Annessi V u VI tar-Regolament (UE) 2019/2152, jenħtieġ li jiġu speċifikati iktar.

(3)

Sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet tat-taxxa lill-NSAs għall-finijiet statistiċi jkun fiha informazzjoni dwar il-bejgħ intra-Komunitarju mill-bogħod ta’ merkanzija, huwa meħtieġ li jiġi emendat l-Anness V tar-Regolament (UE) 2019/2152.

(4)

Jeħtieġ li jiġi emendat l-Anness VI tar-Regolament (UE) 2019/2152 sabiex jiġi żgurat li fil-qafas tal-iżdoganar ċentralizzat skont l-Artikolu 179 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), fejn ikun involut iktar minn Stat Membru wieħed, l-obbligu tal-awtoritajiet doganali li jipprovdu data tad-dikjarazzjonijiet doganali lill-NSAs tagħhom japplika wkoll fl-Istat Membru fejn tkun tinsab il-merkanzija.

(5)

Jeħtieġ ukoll li jiġi emendat l-Anness VI tar-Regolament (UE) 2019/2152 sabiex jiġi żgurat li l-NSAs ikunu jistgħu jirċievu informazzjoni mingħand l-awtoritajiet doganali tagħhom dwar is-simplifikazzjonijiet doganali applikati u dwar l-operaturi kummerċjali involuti.

(6)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi V u VI tar-Regolament (UE) 2019/2152 jiġu emendati skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament Delegat jispeċifika iktar x’inhuma d-dettalji dwar l-informazzjoni statistika b’rabta mal-esportazzjonijiet u mal-importazzjonijiet ta’ merkanzija li għandhom jiġu pprovduti mill-awtoritajiet tat-taxxa u doganali f’kull Stat Membru lill-NSAs kompetenti.

Artikolu 2

Informazzjoni mid-denunzji tal-VAT

L-informazzjoni mid-denunzji tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) fuq persuni taxxabbli jew persuni ġuridiċi mhux taxxabbli, kif imsemmi fil-punt (a) tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2019/2152 għandha tinkludi mill-inqas:

(a)

l-isem sħiħ tal-persuna taxxabbli jew tal-persuna ġuridika mhux taxxabbli;

(b)

l-indirizz sħiħ, inkluż il-kodiċi postali;

(c)

in-numru ta’ identifikazzjoni allokat lil dik il-persuna f’konformità mal-Artikolu 214 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (3);

(d)

għal kull persuna taxxabbli jew persuna ġuridika mhux taxxabbli:

(i)

l-ammont taxxabbli ta’ provvisti u akkwisti intra-UE ta’ merkanzija miġbur mid-denunzji tal-VAT f’konformità mal-Artikolu 251(a) u (c) tad-Direttiva 2006/112/KE;

(ii)

il-perjodu tat-taxxa.

Artikolu 3

Informazzjoni mid-dikjarazzjonijiet rikapitolattivi

1.   L-informazzjoni dwar il-provvisti intra-Unjoni miġbura mid-dikjarazzjonijiet rikapitolattivi tal-VAT, kif imsemmi fil-punt (b) tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2019/2152, għandha tinkludi mill-inqas:

(a)

il-perjodu tat-taxxa;

(b)

in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT ta’ kull fornitur nazzjonali;

(c)

in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT tal-Istat Membru sieħeb li jkun l-akkwirent;

(d)

l-ammont taxxabbli bejn kull fornitur nazzjonali u l-Istat Membru sieħeb li jkun l-akkwirent;

(e)

l-identifikazzjoni ta’ provvisti sussegwenti.

2.   L-informazzjoni dwar il-provvisti intra-Unjoni kkomunikati mill-Istati Membri l-oħra kollha, kif imsemmi fil-punt (c) tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2019/2152, għandha tinkludi mill-inqas:

(a)

il-perjodu tat-taxxa;

(b)

in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT ta’ kull akkwirent nazzjonali;

(c)

l-ammont taxxabbli totali mill-akkwirent nazzjonali aggregat mill-Istat Membru sieħeb.

Artikolu 4

Informazzjoni relatata mad-dikjarazzjonijiet doganali

L-informazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-Anness VI tar-Regolament (UE) 2019/2152 għandha tinkludi kwalunkwe informazzjoni meħtieġa mill-NSA għall-produzzjoni tal-istatistika Ewropea dwar il-kummerċ internazzjonali tal-merkanzija u għandha tinkludi mill-inqas l-informazzjoni stabbilita fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Emenda għar-Regolament (UE) 2019/2152

L-Annessi V u VI tar-Regolament (UE) 2019/2152 huma sostitwiti bit-test fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Lulju 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 327, 17.12.2019, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).


ANNESS I

1.

Informazzjoni ġenerali

1.1.

Tip ta’ dikjarazzjoni

1.2.

Tip ta’ dikjarazzjoni addizzjonali

1.3.

Proċedura

1.4.

Proċedura/i addizzjonali

1.5.

Data ta’ aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali

2.

Awtorizzazzjonijiet

2.1.

Fil-każ ta’ Żdoganar Ċentralizzat, fejn ikun involut iktar minn Stat Membru wieħed: in-numru tal-awtorizzazzjoni għal Żdoganar Ċentralizzat

3.

Partijiet

3.1.

Nru ta’ identifikazzjoni tal-esportatur

3.2.

Nru ta’ identifikazzjoni tal-importatur

3.3.

Nru ta’ identifikazzjoni tax-xerrej

3.4.

Nru ta’ identifikazzjoni tal-konsenjatarju(  (1)

4.

Informazzjoni dwar il-valwazzjoni/Taxxi

4.1.

Munita tal-fattura

4.2.

Preferenza (trattament preferenzjali applikat mid-dwana)

5.

Pajjiżi

5.1.

Kodiċi tal-pajjiż tad-destinazzjoni

5.2.

Kodiċi tal-pajjiż tad-dispaċċ/tal-esportazzjoni

5.3.

Kodiċi tal-pajjiż tal-oriġini

5.4.

Kodiċi tal-pajjiż tal-oriġini preferenzjali

5.5.

F’każ ta’ Żdoganar Ċentralizzat: il-kodiċi tal-uffiċċju doganali tal-preżentazzjoni jew il-kodiċi tal-Istat Membru li fih il-merkanzija tiġi ppreżentata lid-dwana

6.

Identifikazzjoni tal-merkanzija

6.1.

Massa netta (kg)

6.2.

Unitajiet supplimentari

6.3.

Kodiċi tal-komodità – Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda

6.4.

Kodiċi tal-komodità – Kodiċi tat-TARIC

6.5.

Kodiċi tal-komodità HS6, fejn it-TARIC jew in-Nomenklatura Magħquda ma jkunux disponibbli

7.

Informazzjoni dwar it-trasport

7.1.

Kontejner

7.2.

Modalità tat-trasport fil-fruntiera

7.3.

Modalità tat-trasport terren

8.

Data statistika

8.1.

Natura tat-tranżazzjoni

8.2.

Valur statistiku


(1)  Għar-rekwiżiti tad-data doganali biss skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/341 tas-17 ta’ Diċembru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli tranżizzjonali għal ċerti dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni meta s-sistemi elettroniċi relevanti ma jkunux għadhom bdew jitħaddmu u li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 (ĠU L 69, 15.3.2016, p. 1).


ANNESS II

“ANNESS V

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-awtoritajiet tat-taxxa responsabbli f’kull Stat Membru lill-NSA kif imsemmi fl-Artikolu 5(2):

(a)

informazzjoni minn denunzji tal-VAT fuq persuni taxxabbli jew persuni ġuridiċi mhux taxxabbli li ddikjaraw, għall-perjodu inkwistjoni, provvisti intra-Unjoni ta’ oġġetti f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 251 tad-Direttiva 2006/112/KE jew akkwist intra-Unjoni ta’ oġġetti f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 251 ta’ dik id-Direttiva;

(b)

informazzjoni minn dikjarazzjonijiet rikapitolattivi dwar provvisti intra-Unjoni miġbura mid-dikjarazzjonijiet rikapitolattivi tal-VAT f’konformità mal-Artikoli 264 u 265 tad-Direttiva 2006/112/KE;

(c)

informazzjoni dwar akkwisti intra-Unjoni kkomunikati mill-Istati Membri l-oħra kollha f’konformità mal-Artikolu 21(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 (1);

(d)

informazzjoni mid-denunzji tal-VAT fuq persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ konsum li jużaw l-iskema speċjali, prevista fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu XII tad-Direttiva 2006/112/KE, li jkunu ddikjaraw, għall-perjodu inkwistjoni, provvisti ta’ merkanzija taħt dik l-iskema f’konformità mal-Artikolu 369 g ta’ dik id-Direttiva;

(e)

informazzjoni dwar provvisti ta’ merkanzija relatati mal-iskema speċjali, prevista fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu XII tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, ikkomunikata mill-Istati Membri l-oħra kollha f’konformità mal-Artikolu 21(1) tar-Regolament (UE) Nru 904/2010.

ANNESS VI

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-awtoritajiet doganali responsabbli f’kull Stat Membru lill-NSA kif imsemmi fl-Artikolu 5(3):

(a)

informazzjoni li tidentifika l-persuna li twettaq esportazzjonijiet intra-Unjoni u importazzjonijiet intra-Unjoni ta’ merkanzija koperta mill-proċedura doganali ta’ proċessar attiv;

(b)

id-data tar-reġistrazzjoni u tal-identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi prevista skont id-dispożizzjonijiet doganali tal-Unjoni disponibbli fis-sistema elettronika fir-rigward tan-numru EORI kif imsemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (2);

(c)

ir-rekords dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet minn dikjarazzjonijiet doganali li ġew aċċettati jew li kienu soġġetti għal deċiżjonijiet mill-awtoritajiet doganali nazzjonali u:

(i)

li ġew irreġistrati għandhom; jew

(ii)

li d-dikjarazzjoni supplimentari għalihom tkun, f’konformità mal-Artikolu 225 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, disponibbli għalihom permezz ta’ aċċess elettroniku dirett fis-sistema tad-detentur tal-awtorizzazzjoni; jew

(iii)

li rċevew b’applikazzjoni tal-Artikolu 179 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

(d)

informazzjoni dwar proċeduri, simplifikazzjonijiet jew awtorizzazzjonijiet applikati mogħtija lill-operaturi kummerċjali u informazzjoni li tidentifika lil dawk l-operaturi kummerċjali.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 268, 12.10.2010, p. 1).

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).


Top