Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R1533

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1533 tas-17 ta’ Settembru 2021 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u tal-ikel li joriġinaw jew li jintbagħtu mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/6 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2021/6613

    ĠU L 330, 20.9.2021, p. 72–85 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 02/08/2023; Imħassar b' 32023R1453

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/1533/oj

    20.9.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 330/72


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1533

    tas-17 ta’ Settembru 2021

    li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u tal-ikel li joriġinaw jew li jintbagħtu mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/6

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 53(1)(b)(ii) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (2), u partikolarment l-Artikolu 54(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), u l-Artikolu 90, l-ewwel paragrafu, il-punti (a), (c) u (f), tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima fil-11 ta’ Marzu 2011, il-Kummissjoni ġiet infurmata li l-livelli ta’ radjonuklide f’ċerti prodotti tal-ikel li joriġinaw mill-Ġappun qabżu l-livelli ta’ azzjoni fl-ikel li japplikaw fil-Ġappun. Minħabba li tali kontaminazzjoni tista’ tikkostitwixxi theddida għas-saħħa pubblika u tal-annimali fl-Unjoni, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 297/2011 (3) impona kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-ikel u tal-għalf li joriġina mill-Ġappun jew li jkun ġie kkunsinnat minn hemm. Dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tħassar u ġie sostitwit suċċessivament bir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 961/2011 (4), (UE) Nru 284/2012 (5), (UE) Nru 996/2012 (6), (UE) Nru 322/2014 (7) u (UE) 2016/6 (8). Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza u tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni, dawk ir-Regolamenti stabbilew il-livelli massimi tar-radjonuklide billi allinjawhom mal-valuri stabbiliti fil-liġi rilevanti Ġappuniża u jenħtieġ li dik il-prattika tinżamm.

    (2)

    Ir-Regolament (UE) 2017/625 jirrikjedi li l-oġġetti soġġetti għal miżura ta’ emerġenza prevista fl-atti adottati f’konformità mal-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 ikunu soġġetti għal kontrolli uffiċjali malli jidħlu fl-Unjoni.

    (3)

    Sabiex jiġi ffaċilitat it-twettiq tal-kontrolli uffiċjali malli jidħlu fl-Unjoni l-ikel u l-għalf soġġetti għal dan ir-Regolament, huwa xieraq li jiġi stabbilit mudell uniku ta’ ċertifikat uffiċjali. Huwa xieraq ukoll li jiġu stabbiliti rekwiżiti għall-ħruġ ta’ ċertifikati uffiċjali minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu VII tat-Titolu II tar-Regolament (UE) 2017/625 u, għaċ-ċertifikati maħruġa fuq karta, ma’ dawk stabbiliti fl-Artikolu 39(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni(UE) 2019/1715 (9), u fl-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 (10). Barra minn hekk, biex jiġi żgurat approċċ koerenti, jixraq li jiġi previst li ċ-ċertifikati uffiċjali maħruġa f’konformità ma’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu sostitwiti f’konformità mal-proċeduri għall-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ sostituzzjoni stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235.

    (4)

    Il-miżuri eżistenti ġew rieżaminati filwaqt li tqieset aktar minn 87 000data dwar l-okkorrenzi ta’ radjuattività fl-għalf u fl-ikel għajr iċ-ċanga u aktar minn 429 000data dwar l-okkorrenzi ta’ radjuattività fiċ-ċanga, li ngħataw mill-awtoritajiet Ġappuniżi, għad-disa’ u l-għaxar staġun ta’ tkabbir wara l-aċċident (data rappurtata bejn Jannar tal-2019 u Diċembru tal-2020).

    (5)

    Fid-dawl ta’ dik id-data, jidher li l-obbligu għat-teħid tal-kampjunar u għall-analiżi tal-prodotti qabel l-esportazzjoni lejn l-Unjoni jrid jinżamm jew jiġi stabbilit għal ċerti prodotti, iżda jista’ jitneħħa għal oħrajn. Partikolarment, minbarra l-prodotti diġà soġġetti għal dak l-obbligu, huwa xieraq li jkunu meħtieġa t-teħid tal-kampjunar u l-analiżi tal-faqqiegħ selvaġġ u tal-prodotti derivati li joriġinaw mill-prefetturi ta’ Iwate, ta’ Nagano, ta’ Niigata u ta’ Ibaraki, tal-ħut u tal-prodotti tas-sajd li ġejjin minn Gunma, tal-feliċilla selvaġġa u tal-prodotti derivati minn Fukushima kif ukoll tal-felċa rjali Ġappuniża u tal-prodotti derivati mill-prefettura ta’ Miyagi. Madankollu, ir-rekwiżit ta’ kampjunar u analiżi qabel il-prodotti jiġu esportati lejn l-Unjoni, jista’ jitneħħa fir-rigward tan-nibt l-Aralja u tal-prodotti derivati li joriġinaw mill-prefetturi ta’ Fukushima, Miyagi u Gunma, tal-bambù u tal-prodotti derivati mill-prefettura ta’ Fukushima, tal-faqqiegħ u tal-prodotti derivati mill-prefettura ta’ Gunma, u tal-koxjabura u tal-prodotti derivati mill-prefetturi ta’ Shizuoka, ta’ Yamanashi u ta’ Yamagata. Barra minn hekk, in-nuqqasijiet ta’ konformità fil-faqqiegħ instabu biss fil-faqqiegħ selvaġġ, fil-feliċilla, instabu biss fil-feliċilla selvaġġa u fil-kaki (Ġappuniż), instabu biss fil-kaki mnixxef (Ġappuniż). Huwa għalhekk xieraq li r-rekwiżit ta’ kampjunar u analiżi jiġi limitat biss għal forom selvaġġi jew imnixxfa ta’ dawn il-prodotti, rispettivament.

    (6)

    Il-kontrolli uffiċjali mwettqa mad-dħul fl-Unjoni juru li l-kundizzjonijiet speċjali previsti mid-dritt tal-Unjoni huma implimentati sew mill-awtoritajiet Ġappuniżi, u għal aktar minn disa’ snin, ma nstab l-ebda każ ta’ nuqqas ta’ konformità mad-dritt tal-Unjoni waqt il-kontrolli uffiċjali tal-importazzjoni. Għalhekk, huwa xieraq li tinżamm il-frekwenza baxxa tal-kontrolli uffiċjali mad-dħul fl-Unjoni tal-ikel u l-għalf soġġetti għal dan ir-Regolament.

    (7)

    Jixraq li meta jkunu disponibbli r-riżultati tal-kampjunar u tal-analiżi għall-preżenza ta’ radjuattività fl-ikel u fl-għalf tal-ħdax u tat-tnax-il staġun tat-tkabbir (2021 u 2022) wara l-aċċident, jiġi previst rieżami ta’ dan ir-Regolament.

    (8)

    Billi l-emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/6 huma sostanzjali, huwa xieraq li għal raġunijiet ta’ ċarezza, dan jiġi sostitwit.

    (9)

    Sabiex ikun hemm tranżizzjoni bla xkiel għall-miżuri l-ġodda, huwa xieraq li tiġi prevista miżura tranżizzjonali għall-kunsinni akkumpanjati minn dikjarazzjonijiet uffiċjali maħruġa f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/6, diment li tali dikjarazzjonijiet uffiċjali jkunu nħarġu qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

    (10)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

    1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għad-dħul fl-Unjoni fir-rigward tal-ikel, inkluż l-ikel ta’ importanza minuri, u tal-għalf skont it-tifsira tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 2016/52 (11) (“il-prodotti”), li joriġinaw jew jintbagħtu mill-Ġappun u li huma maħsuba għat-tqegħid fis-suq tal-Unjoni.

    2.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-kategoriji ta’ kunsinni tal-prodotti li ġejjin, li l-piż gross tagħhom ma jaqbiżx 10 kg ta’ prodott frisk jew 2 kg ta’ prodott niexef:

    (a)

    kunsinni mibgħuta bħala kampjuni kummerċjali, kampjuni tal-laboratorju jew bħala oġġetti għall-wiri fil-wirjiet, li mhumiex maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq;

    (b)

    kunsinni li jiffurmaw parti mill-bagalja personali tal-passiġġieri u huma maħsuba għall-konsum jew għall-użu personali;

    (c)

    kunsinni mhux kummerċjali mibgħuta lil persuni fiżiċi, li mhumiex maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq;

    (d)

    kunsinni maħsuba għall-finijiet xjentifiċi.

    F’każ ta’ dubju dwar l-użu maħsub tal-prodotti, l-oneru tal-prova jaqa’ fuq is-sid tal-bagalja personali u fuq ir-riċevitur rispettivament.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “ġejjin mill-istess territorju jew pajjiż terz”, kif imsemmi fil-punt (37) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2017/625, tfisser:

    ġejjin mill-istess prefettura tal-Ġappun, għal prodotti li għalihom huwa meħtieġ il-kampjunar u l-analiżi skont l-Artikolu 4;

    ġejjin minn prefettura waħda jew aktar tal-Ġappun, li kollha jaqgħu taħt l-istess sitwazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 4(3), għall-prodotti l-oħra li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Kundizzjonijiet għad-dħul fl-Unjoni

    1.   Il-prodotti jistgħu jidħlu fl-Unjoni biss jekk jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament.

    2.   Il-prodotti għandhom jikkonformaw mal-livell massimu tat-total ta’ ċesju-134 u ta’ ċesju-137 kif stabbilit fl-Anness I.

    3.   Kull kunsinna ta’ prodotti elenkati fl-Anness II, b’referenza għall-kodiċi relevanti min-Nomenklatura Magħquda, li joriġinaw jew li jintbagħtu mill-Ġappun, għandha tkun akkumpanjata b’ċertifikat uffiċjali msemmi fl-Artikolu 4. Kull kunsinna għandha tkun identifikata permezz ta’ kodiċi tal-identifikazzjoni li għandu jkun indikat fuq iċ-ċertifikat uffiċjali u fuq id-Dokument Sanitarju Komuni tad-Dħul (CHED), kif imsemmi fl-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) 2017/625.

    4.   Il-lista ta’ prodotti fl-Anness II hija bla preġudizzju għar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12)

    Artikolu 4

    Ċertifikat uffiċjali

    1.   Kull kunsinna tal-prodotti msemmija u li taqa’ taħt il-kodiċijiet NM msemmija fl-Anness II u l-prodotti komposti li jkun fihom fi kwantità aktar minn 50 % tal-prodotti elenkati fl-Anness II, li joriġinaw jew li jintbagħtu mill-Ġappun, għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat uffiċjali validu oriġinali mfassal u ffirmat f’konformità mal-Artikolu 5.

    2.   Iċ-ċertifikat uffiċjali msemmi fil-paragrafu 1, għandu juri li l-prodotti jikkonformaw mal-liġi applikabbli tal-Ġappun u mal-livell massimu għat-total taċ-ċesju-134 u ċ-ċesju-137 kif stabbilit fl-Anness I.

    3.   Barra minn hekk, iċ-ċertifikat uffiċjali msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiddikjara li tapplika waħda minn dawn li ġejjin:

    (a)

    il-prodott ma jkunx oriġina u ma jkunx ġie mibgħut minn xi wieħed mill-prefetturi elenkati fl-Anness II, li għalihom huwa meħtieġ il-kampjunar u l-analiżi ta’ dan il-prodott;

    (b)

    il-prodott huwa mibgħut iżda ma joriġinax minn xi waħda mill-prefetturi elenkati fl-Anness II, li għalihom huwa meħtieġ il-kampjunar u l-analiżi ta’ dan il-prodott u li ma kienx ġie espost għal radjuattività matul it-tranżitu u l-ipproċessar tiegħu;

    (c)

    il-prodott joriġina f’wieħed mill-prefetturi elenkati fl-Anness II, li għalihom huwa meħtieġ il-kampjunar u l-analiżi ta’ dan il-prodott u huwa akkumpanjat minn rapport analitiku li jinkludi r-riżultati tal-kampjunar u tal-analiżi;

    (d)

    l-oriġini tal-prodott jew tal-ingredjenti tiegħu preżenti fi kwantità ta’ aktar minn 50 % mhijiex magħrufa u l-prodott huwa akkumpanjat minn rapport analitiku li jinkludi r-riżultati tal-kampjunar u tal-analiżi.

    4.   Il-ħut u l-prodotti tas-sajd imsemmija fl-Anness II, li jinqabdu jew jinħasdu fl-ilmijiet kostali tal-prefettura ta’ Fukushima u ta’ Gunma, għandhom ikunu akkumpanjati miċ-ċertifikat uffiċjali msemmi fil-paragrafu 1 u minn rapport analitiku li jkun fih ir-riżultati tal-kampjunar u tal-analiżi, irrispettivament minn liema parti tal-Ġappun jiġu żbarkati tali prodotti.

    Artikolu 5

    Tfassil u ffirmar taċ-ċertifikat uffiċjali

    1.   Iċ-ċertifikat uffiċjali msemmi fl-Artikolu 4 għandu jitfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness III.

    2.   Għall-prodotti msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 4(3), iċ-ċertifikat uffiċjali għandu jkun iffirmat minn rappreżentant awtorizzat tal-awtorità kompetenti Ġappuniża jew minn rappreżentant awtorizzat ta’ entità awtorizzata mill-awtorità kompetenti Ġappuniża taħt l-awtorità u s-sorveljanza tal-awtorità kompetenti Ġappuniża.

    3.   Għall-prodotti msemmija fil-punt (c) u (d) tal-Artikolu 4(3) u fl-Artikolu 4(4), iċ-ċertifikat uffiċjali għandu jiġi ffirmat minn rappreżentant awtorizzat tal-awtorità kompetenti Ġappuniża u għandu jkun akkumpanjat minn rapport analitiku li jkun fih ir-riżultati tal-kampjunar u tal-analiżi.

    4.   Iċ-ċertifikat uffiċjali għandu jissodisfa r-rekwiżiti għaċ-ċertifikati uffiċjali stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235.

    5.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu joħorġu ċertifikat uffiċjali ta’ sostituzzjoni biss f’konformità mar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235.

    6.   Iċ-ċertifikat uffiċjali għandu jimtela abbażi tal-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 6

    Kontrolli uffiċjali mad-dħul fl-Unjoni

    1.   Il-kunsinni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 4(1) għandhom ikunu soġġetti għall-kontrolli uffiċjali mad-dħul tagħhom fl-Unjoni, fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera.

    2.   Il-prodotti għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 4(4) jistgħu jkunu soġġetti għal verifiki identitarji u fiżiċi fil-punti ta’ kontroll imsemmija fl-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625, imwettqa f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2123 (13).

    3.   Minbarra l-verifiki tad-dokumenti fuq il-kunsinni kollha, l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera jew il-punti ta’ kontroll għandhom iwettqu verifiki aleatorji tal-identità u verifiki fiżiċi aleatorji, inkluż analiżi fil-laboratorju dwar il-preżenza taċ-ċesju-134 u ċ-ċesju-137. Ir-riżultati analitiċi għandhom ikunu disponibbli fi żmien massimu ta’ ħamest ijiem ta’ xogħol.

    Artikolu 7

    Rilaxx għal ċirkolazzjoni libera

    L-awtoritajiet doganali għandhom jippermettu biss ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera ta’ kunsinni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 4(1), fuq preżentazzjoni tas-CHED iffinalizzat b’mod xieraq kif previst fl-Artikolu 57(2)(b) tar-Regolament (UE) 2017/625, li jikkonferma li l-kunsinna hija f’konformità mar-regoli applikabbli msemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dak ir-Regolament.

    Artikolu 8

    Rieżami

    Dan ir-Regolament għandu jiġi rieżaminat qabel it-30 ta’ Ġunju 2023.

    Artikolu 9

    Tħassir

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/6 jitħassar.

    Artikolu 10

    Dispożizzjoni tranżizzjonali

    Il-kunsinni tal-għalf u l-ikel li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/6 li jkunu akkumpanjati minn dikjarazzjoni uffiċjali maħruġa f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/6 qabel l-10 ta’ Ottubru 2021 jistgħu jiġu importati fl-Unjoni bil-kundizzjonijiet stabbiliti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/6.

    Artikolu 11

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Settembru 2021.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

    (2)  ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1.

    (3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 297/2011 tal-25 ta’ Marzu 2011 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta’ għalf u ikel li joriġina jew li ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima (ĠU L 80, 26.3.2011, p. 5).

    (4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 961/2011 tas-27 ta’ Settembru 2011 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta’ għalf u ikel li joriġina jew li ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 297/2011. (ĠU L 252, 28.9.2011, p. 10).

    (5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 284/2012 tad-29 ta’ Marzu 2012 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li joriġina jew li ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 961/2011 (ĠU L 92, 30.3.2012, p. 16).

    (6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 996/2012 tas-26 ta’ Ottubru 2012 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li joriġina jew li ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 284/2012 (ĠU L 299, 27.10.2012, p. 31).

    (7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 322/2014 tat-28 ta’ Marzu 2014 li jimponi kundizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li joriġina jew li ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima (ĠU L 95, 29.3.2014, p. 1).

    (8)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/6 tal-5 ta’ Jannar 2016 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li joriġinaw jew li ġejjin mill-Ġappun, wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 322/2014 (ĠU L 3, 6.1.2016, p. 5).

    (9)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715 tat-30 ta’ Settembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għat-tħaddim tas-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali u l-komponenti tas-sistema tagħha (“ir-Regolament IMSOC”) (ĠU L 261, 14.10.2019, p. 37).

    (10)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 tas-16 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali u mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti, ċertifikazzjoni uffiċjali dwar dawn iċ-ċertifikati u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 599/2004, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 636/2014 u (UE) 2019/628, id-Direttiva 98/68/KE u d-Deċiżjonijiet 2000/572/KE, 2003/779/KE u 2007/240/KE (ĠU L 442, 30.12.2020, p. 1).

    (11)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 2016/52 tal-15 ta’ Jannar 2016 li jistabbilixxi l-livelli massimi permissibbli ta’ kontaminazzjoni radjuattiva ta’ ikel u għalf wara inċident nukleari jew kwalunkwe każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika, u liż jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 3954/87 u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 944/89 u (Euratom) Nru 770/990 (ĠU L 13, 20.1.2016, p. 2).

    (12)  Ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1).

    (13)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2123 tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-każijiet meta l-verifiki identitarji u l-verifiki fiżiċi fuq ċerti oġġetti jistgħu jitwettqu f’punti ta’ kontroll u l-verifiki dokumentarji jistgħu jitwettqu ’l bogħod mill-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri u l-kundizzjonijiet li bihom isiru dawn il-verifiki, (ĠU L 321, 12.12.2019, p. 64).


    ANNESS I

    Livelli massimi għall-ikel  (1) (Bq/kg)

     

    Ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar

    Ħalib u xarbiet abbażi tal-ħalib

    Ilma minerali u xarbiet simili u te magħmul minn weraq mhux fermentat

    Ikel ieħor

    Total taċ-ċesju-134 u taċ-ċesju-137

    50

    50

    10

    100


    Livelli massimi għall-għalf  (2) (Bq/kg)

     

    Għalf maħsub għall-bhejjem u għaż-żwiemel

    Għalf maħsub għall-ħnieżer

    Għalf maħsub għat-tjur

    Għalf għall-ħut (3)

    Total taċ-ċesju-134 u taċ-ċesju-137

    100

    80

    160

    40


    (1)  Għal prodotti mnixxfin li huma maħsuba biex jiġu kkunsmati fi stat rikostitwit, il-livell massimu japplika għall-prodott rikostitwit lest għall-konsum.

    Għall-faqqiegħ imnixxef, japplika fattur ta’ rikostruzzjoni ta’ 5.

    Għat-te, japplika l-livell massimu għall-infużjoni magħmula minn weraq tat-te mhux fermentat. Il-livell massimu ta’ 10 Bq/kg f’te magħmul minn weraq mhux fermentat jikkorrispondi għal 500 Bq/kg fil-weraq tat-te mnixxef

    (2)  Il-livell massimu huwa relattiv għall-għalf b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %.

    (3)  Bl-eżenzjoni tal-għalf għall-ħut ornamentali.


    ANNESS II

    Ikel u għalf li qabel jiġu esportati lejn l-Unjoni jeħtieġu li jitteħdulhom il-kampjuni u jiġu analizzati għall-preżenza taċ-ċesju-134 u taċ-ċesju-137

    (a)

    prodotti li joriġinaw mill-prefettura ta’ Fukushima:

    il-faqqiegħ selvaġġ u l-prodotti derivati minnu li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 51 00, ex 0709 59, ex 0710 80 61, ex 0710 80 69, ex 0711 51 00, ex 0711 59 00, ex 0712 31 00, ex 0712 32 00, ex 0712 33 00, ex 0712 39 00, ex 2001 90 50, ex 2003 10, ex 2003 90, u ex 2005 99 80;

    il-ħut u l-prodotti tas-sajd li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0302, 0303, 0304, 0305, 0308, 1504 10, 1504 20 u 1604 bl-eċċezzjoni ta’:

    l-aċċola Ġappuniża (Seriola quinqueradiata) u l-aċċola ta’ denbha isfar (Seriola lalandi) li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0302 89 90, ex 0303 89 90, ex 0304 49 90, ex 0304 59 90, ex 0304 89 90, ex 0304 99 99, ex 0305 10 00, ex 0305 20 00, ex 0305 39 90, ex 0305 49 80, ex 0305 59 85, ex 0305 69 80, ex 0305 72 00, ex 0305 79 00, ex 1504 10, ex 1504 20, ex 1604 19 91, ex 1604 19 97 u ex 1604 20 90;

    iċ-ċervjola (Seriola dumerili) li taqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 0302 89 90, ex 0303 89 90, ex 0304 49 90, ex 0304 59 90, ex 0304 89 90, ex 0304 99 99, ex 0305 10 00, ex 0305 20 00, ex 0305 39 90, ex 0305 49 80, ex 0305 59 85, ex 0305 69 80, ex 0305 72 00, ex 0305 79 00, ex 1504 10, ex 1504 20, ex 1604 19 91, ex 1604 19 97 u ex 1604 20 90;

    il-pagru tal-Ġappun (Pagrus major) li jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM 0302 85 90, ex 0303 89 90, ex 0304 49 90, ex 0304 59 90, ex 0304 89 90, ex 0304 99 99, ex 0305 10 00, ex 0305 20 00, ex 0305 39 90, ex 0305 49 80, ex 0305 59 85, ex 0305 69 80, ex 0305 72 00, ex 0305 79 00, ex 1504 10, ex 1504 20, ex 1604 19 91, ex 1604 19 97 u ex 1604 20 90;

    is-sawrella imperjali (Pseudocaranx dentex) li taqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 0302 49 90, ex 0303 89 90, ex 0304 49 90, ex 0304 59 90, ex 0304 89 90, ex 0304 99 99, ex 0305 10 00, ex 0305 20 00, ex 0305 39 90, ex 0305 49 80, ex 0305 59 85, ex 0305 69 80, ex 0305 72 00, ex 0305 79 00, ex 1504 10, ex 1504 20, ex 1604 19 91, ex 1604 19 97 u ex 1604 20 90;

    it-tonn blu tal-Paċifiku (Thunnus orientalis) li jaqa’ taħt il-kodiċijiet ex 0302 35, ex 0303 45, ex 0304 49 90, ex 0304 59 90, ex 0304 89 90, ex 0304 99 99, ex 0305 10 00, ex 0305 20 00, ex 0305 39 90, ex 0305 49 80, ex 0305 59 85, ex 0305 69 80, ex 0305 72 00, ex 0305 79 00, ex 1504 10, ex 1504 20, ex 1604 14 41, ex 1604 14 48 u ex 1604 20 70;

    il-kavall għajnejh kbar (Scomber japonicus) li jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 0302 44 00, ex 0303 54 10, ex 0304 49 90, ex 0304 59 90, ex 0304 89 49, ex 0304 99 99, ex 0305 10 00, ex 0305 20 00, ex 0305 39 90, ex 0305 49 30, ex 0305 54 90, ex 0305 69 80, ex 0305 72 00, ex 0305 79 00, ex 1504 10, ex 1504 20, 1604 15 u ex 1604 20 50;

    il-feliċilla selvaġġa (Pteridium aquilinum) u l-prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99, ex 0710 80, ex 0711 90 u ex 0712 90;

    il-koxjabura (rimjiet tal-Eleutherococcus sciadophylloides) u l-prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99, ex 0710 80, ex 0711 90 u ex 0712 90;

    il-kaki mnixxfa (Diospyros sp.) u l-prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0810 70 00, ex 0811 90, ex 0812 90 u ex 0813 50;

    (b)

    prodotti li joriġinaw mill-prefettura ta’ Miyagi:

    il-faqqiegħ selvaġġ u l-prodotti derivati minnu li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 51 00, ex 0709 59, ex 0710 80 61, ex 0710 80 69, ex 0711 51 00, ex 0711 59 00, ex 0712 31 00, ex 0712 32 00, ex 0712 33 00, ex 0712 39 00, ex 2001 90 50, ex 2003 10, ex 2003 90 u ex 2005 99 80;

    ir-rimjiet tal-bambù (Phyllostachys pubescens) u l-prodotti derivati minnhom li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99, ex 0710 80, ex 0711 90, ex 0712 90, ex 2004 90 u 2005 91 00;

    il-feliċilla selvaġġa (Pteridium aquilinum) u l-prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99, ex 0710 80, ex 0711 90 u ex 0712 90;

    il-koxjabura (rimjiet tal-Eleutherococcus sciadophylloides) u l-prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99, ex 0710 80, ex 0711 90 u ex 0712 90;

    il-felċa rjali Ġappuniża (Osmunda japonica) u l-prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0709 99, 0710 80, 0711 90 u 0712 90;

    (c)

    prodotti li joriġinaw mill-prefettura ta’ Gunma:

    il-ħut u l-prodotti tas-sajd li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0302, 0303, 0304, 0305, 0308, 1504 10, 1504 20 u 1604 bl-eċċezzjoni ta’:

    l-aċċola Ġappuniża (Seriola quinqueradiata) u l-aċċola ta’ denbha isfar (Seriola lalandi) li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0302 89 90, ex 0303 89 90, ex 0304 49 90, ex 0304 59 90, ex 0304 89 90, ex 0304 99 99, ex 0305 10 00, ex 0305 20 00, ex 0305 39 90, ex 0305 49 80, ex 0305 59 85, ex 0305 69 80, ex 0305 72 00, ex 0305 79 00, ex 1504 10, ex 1504 20, ex 1604 19 91, ex 1604 19 97 u ex 1604 20 90;

    iċ-ċervjola (Seriola dumerili) li taqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 0302 89 90, ex 0303 89 90, ex 0304 49 90, ex 0304 59 90, ex 0304 89 90, ex 0304 99 99, ex 0305 10 00, ex 0305 20 00, ex 0305 39 90, ex 0305 49 80, ex 0305 59 85, ex 0305 69 80, ex 0305 72 00, ex 0305 79 00, ex 1504 10, ex 1504 20, ex 1604 19 91, ex 1604 19 97 u ex 1604 20 90;

    il-pagru tal-Ġappun (Pagrus major) li jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM 0302 85 90, ex 0303 89 90, ex 0304 49 90, ex 0304 59 90, ex 0304 89 90, ex 0304 99 99, ex 0305 10 00, ex 0305 20 00, ex 0305 39 90, ex 0305 49 80, ex 0305 59 85, ex 0305 69 80, ex 0305 72 00, ex 0305 79 00, ex 1504 10, ex 1504 20, ex 1604 19 91, ex 1604 19 97 u ex 1604 20 90;

    is-sawrella imperjali (Pseudocaranx dentex) li taqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 0302 49 90, ex 0303 89 90, ex 0304 49 90, ex 0304 59 90, ex 0304 89 90, ex 0304 99 99, ex 0305 10 00, ex 0305 20 00, ex 0305 39 90, ex 0305 49 80, ex 0305 59 85, ex 0305 69 80, ex 0305 72 00, ex 0305 79 00, ex 1504 10, ex 1504 20, ex 1604 19 91, ex 1604 19 97 u ex 1604 20 90;

    it-tonn blu tal-Paċifiku (Thunnus orientalis) li jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 0302 35, ex 0303 45, ex 0304 49 90, ex 0304 59 90, ex 0304 89 90, ex 0304 99 99, ex 0305 10 00, ex 0305 20 00, ex 0305 39 90, ex 0305 49 80, ex 0305 59 85, ex 0305 69 80, ex 0305 72 00, ex 0305 79 00, ex 1504 10, ex 1504 20, ex 1604 14 41, ex 1604 14 48 u ex 1604 20 70;

    il-kavall għajnejh kbar (Scomber japonicus) li jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 0302 44 00, ex 0303 54 10, ex 0304 49 90, ex 0304 59 90, ex 0304 89 49, ex 0304 99 99, ex 0305 10 00, ex 0305 20 00, ex 0305 39 90, ex 0305 49 30, ex 0305 54 90, ex 0305 69 80, ex 0305 72 00, ex 0305 79 00, ex 1504 10, ex 1504 20, 1604 15 u ex 1604 20 50;

    il-koxjabura (rimjiet tal-Eleutherococcus sciadophylloides) u l-prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99, ex 0710 80, ex 0711 90 u ex 0712 90;

    (d)

    prodotti li joriġinaw mill-prefetturi ta’ Yamanashi, ta’ Yamagata, ta’ Iwate jew ta’ Shizuoka:

    il-faqqiegħ selvaġġ u l-prodotti derivati minnu li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 51 00, ex 0709 59, ex 0710 80 61, ex 0710 80 69, ex 0711 51 00, ex 0711 59 00, ex 0712 31 00, ex 0712 32 00, ex 0712 33 00, ex 0712 39 00, ex 2001 90 50, ex 2003 10, ex 2003 90 u ex 2005 99 80;

    (e)

    prodotti li joriġinaw mill-prefetturi ta’ Ibaraki, ta’ Nagano jew ta’ Niigata:

    il-faqqiegħ selvaġġ u l-prodotti derivati minnu li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 51 00, ex 0709 59, ex 0710 80 61, ex 0710 80 69, ex 0711 51 00, ex 0711 59 00, ex 0712 31 00, ex 0712 32 00, ex 0712 33 00, ex 0712 39 00, ex 2001 90 50, ex 2003 10, ex 2003 90 u ex 2005 99 80;

    il-koxjabura (rimjiet tal-Eleutherococcus sciadophylloides) u l-prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99, ex 0710 80, ex 0711 90 u ex 0712 90;

    (f)

    prodotti komposti li fihom fi kwantità aktar minn 50 % tal-prodotti elenkati taħt il-punti (a) sa (e) ta’ dan l-Anness.


    ANNESS III

    MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT UFFIĊJALI MSEMMI FL-ARTIKOLU 4

    Image 1

     

    IL-ĠAPPUN

    Ċertifikat uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni ta’ ikel jew ta’ għalf

     

    II.

    Ċertifikazzjoni uffiċjali

    II.a

    Numru ta’ referenza taċ-ċertifikat

    II.b

    Nru ta’ referenza IMSOC

     

    F’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1533 li jimponi kundizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni ta’ għalf u ikel li joriġinaw jew li jintbagħtu mill-Ġappun wara l-inċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima, ir-

    …(rappreżentant awtorizzat msemmi fl-Artikolu 5(2) jew (3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1533

    JIĊĊERTIFIKA li l-kunsinna tikkonforma mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-Ġappun fir-rigward tal-livelli massimi għat-total taċ-ċesju-134 u taċ-ċesju-137.

    JIĊĊERTIFIKA li l-kunsinna tikkonċerna:

    il-prodotti msemmija fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1533 li ma joriġinawx u li mhumiex mibgħuta minn waħda mill-prefetturi elenkati fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1533, li għalihom huwa meħtieġ il-kampjunar u l-analiżi ta’ dan il-prodott;

    il-prodotti msemmija fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1533 li huma mibgħuta mill-prefetturi elenkati fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1533, iżda li ma joriġinawx f’waħda minnhom u li għalihom huwa meħtieġ it-teħid ta’ kampjuni u l-analiżi ta’ dan il-prodott u ma jkunux ġew esposti għal radjuattività matul it-tranżitu jew l-ipproċessar;

    il-prodotti msemmija fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1533 li joriġinaw minn waħda mill-prefetturi elenkati fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1533, li għalihom huwa meħtieġ il-kampjunar u l-analiżi ta’ dan il-prodott, u li tteħdulhom il-kampjuni nhar il- …(data) u ġew soġġetti għall-analiżi fil-laboratorju nhar il- … (data) fil- …(isem il-laboratorju), biex jiġi determinat il-livell tar-radjonuklide, taċ-ċesju-134 u taċ-ċesju-137. Ir-rapport analitiku huwa mehmuż;

    il-prodotti msemmija fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2021/1533 ta’ oriġini mhux magħrufa, jew prodott derivat minnhom, jew għalf jew ikel kompost li fih fi kwantità aktar minn 50 % ta’ dawk il-prodotti bħala ingredjent(i) ta’ oriġini mhux magħrufa, li tteħdulhom il-kampjuni nhar il- …(data) u ġew soġġetti għall-analiżi f’laboratorju nhar il- …(data) fil- … (isem il-laboratorju), biex jiġi determinat il-livell ta’ radjonuklide, ta’ ċesju-134 u ta’ ċesju-137. Ir-rapport analitiku huwa mehmuż.

    Magħmul fi …dwar …

    Noti

    Ara l-istruzzjonijiet għall-mili fl-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1533.

    Parti II: Il-kulur tal-firma għandu jkun differenti minn dak tal-istampar. L-istess regola tapplika għal timbri għajr dawk li huma mbuzzati jew f’forma ta’ marka tal-ilma.

     

    Timbru u firma tar-rappreżentant awtorizzat msemmi fl- Artikolu 5(2) jew (3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1533


    ANNESS IV

    STRUZZJONIJIET GĦALL-MILI TAĊ-ĊERTIFIKAT UFFIĊJALI MSEMMI FL-ARTIKOLU 4

    Ġenerali

    Sabiex tagħżel pożittivament kwalunkwe għażla, jekk jogħġbok immarka l-kaxxa rilevanti b’salib (X).

    Kull meta jissemma, “ISO” jfisser il-kodiċi standard internazzjonali b’żewġ ittri għal pajjiż, f’konformità mal-istandard internazzjonali ISO 3166 alfa-2 (1).

    Tista’ tintgħażel biss waħda mill-għażliet fil-kaxex I.15, I.18, I.20.

    Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, il-kaxex huma obbligatorji.

    Jekk il-konsenjatarju, il-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tad-dħul (il-BCP) jew id-dettalji tat-trasport (jiġifieri, il-mezzi u d-data) jinbidlu wara li jkun inħareġ iċ-ċertifikat, l-operatur responsabbli għall-kunsinna jrid javża lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-dħul. Bidla bħal din ma għandhiex tirriżulta f’talba għal ċertifikat ta’ sostituzzjoni.

    Jekk iċ-ċertifikat uffiċjali jiġi sottomess fl-IMSOC, ikun japplika dan li ġej:

    l-entrati jew il-kaxex speċifikati fil-Parti I jikkostitwixxu d-dizzjunarji tad-data għall-verżjoni elettronika taċ-ċertifikat uffiċjali;

    is-sekwenzi tal-kaxex fil-Parti I tal-mudell taċ-ċertifikat uffiċjali u d-daqs u l-forma ta’ dawk il-kaxex huma indikattivi;

    meta huwa meħtieġ timbru, l-ekwivalenti elettroniku tiegħu huwa siġill elettroniku. Tali siġill għandu jikkonforma mar-regoli għall-ħruġ taċ-ċertifikati elettroniċi msemmija fil-punt (f) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 90 tar-Regolament (UE) 2017/625.

    PARTI I

    Dettalji tal-kunsinna mibgħuta

    Pajjiż:

    L-isem tal-pajjiż terz li qed joħroġ iċ-ċertifikat.

    Kaxxa I.1.

    Konsenjatur/Esportatur: l-isem u l-indirizz (triq, belt u reġjun, provinċja jew stat, kif xieraq) tal-persuna fiżika jew ġuridika li tibgħat il-kunsinna li trid tkun tinsab fil-pajjiż terz.

    Kaxxa I.2.

    Nru ta’ referenza taċ-ċertifikat: il-kodiċi obbligatorju uniku assenjat mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz f’konformità mal-klassifikazzjoni tiegħu stess. Huwa obbligatorju li din il-kaxxa timtela għaċ-ċertifikati uffiċjali kollha mhux sottomessi fl-IMSOC.

    Kaxxa I.2.a.

    Nru ta’ referenza IMSOC: il-kodiċi ta’ referenza uniku assenjat awtomatikament mill-IMSOC, jekk iċ-ċertifikat huwa rreġistrat fl-IMSOC. Din il-kaxxa ma tridx timtela jekk iċ-ċertifikat uffiċjali ma jkunx ġie sottomess fl-IMSOC.

    Kaxxa I.3.

    Awtorità kompetenti ċentrali: isem l-awtorità ċentrali fil-pajjiż terz li qed joħroġ iċ-ċertifikat uffiċjali.

    Kaxxa I.4.

    Awtorità kompetenti lokali: jekk applikabbli, l-isem tal-awtorità lokali fil-pajjiż terz li qed joħroġ iċ-ċertifikat uffiċjali.

    Kaxxa I.5.

    Konsenjatarju/Importatur: isem u indirizz tal-persuna fiżika jew ġuridika li għaliha hija maħsuba l-kunsinna fl-Istat Membru.

    Kaxxa I.6.

    Operatur responsabbli għall-kunsinna: L-isem u l-indirizz tal-persuna fl-Unjoni responsabbli mill-kunsinna meta tiġi ppreżentata lill-BCP u li tippreżenta ċ-ċertifikati meħtieġa lill-awtoritajiet kompetenti bħala l-importatur jew f’isem l-importatur. Din il-kaxxa hija fakultattiva.

    Kaxxa I.7.

    Pajjiż tal-oriġini: l-isem u l-kodiċi ISO tal-pajjiż minn fejn qed joriġinaw l-oġġetti, jitkabbru, jinħasdu jew jiġu prodotti.

    Kaxxa I.8.

    Prefettura minn fejn qed joriġinaw, jitkabbru, jinħasdu jew jiġu prodotti l-oġġetti

    Kaxxa I.9.

    Pajjiż destinatarju: l-isem u l-kodiċi ISO tal-pajjiż tad-destinazzjoni tal-Unjoni Ewropea tal-prodotti.

    Kaxxa I.11.

    Post tad-dispaċċ: l-isem u l-indirizz tal-azjendi jew l-istabbilimenti minn fejn jiġu l-prodotti.

    Kwalunkwe unità ta’ kumpanija fis-settur tal-ikel. Għandu jissemma biss l-istabbiliment li jibgħat il-prodotti. Fil-każ ta’ kummerċ li jinvolvi aktar minn pajjiż terz wieħed (moviment trijangulari), il-post tad-dispaċċ huwa l-aħħar stabbiliment fil-pajjiż terz tal-katina ta’ esportazzjoni, li minnha l-kunsinna finali tiġi ttrasportata lejn l-Unjoni.

    Kaxxa I.12.

    Post ta’ destinazzjoni: din l-informazzjoni hija fakultattiva.

    Għat-tqegħid fis-suq: il-post fejn jintbagħtu l-prodotti sabiex jinħattu definittivament. Agħti l-isem, l-indirizz u n-numru tal-approvazzjoni tal-azjendi jew tal-istabbilimenti fil-post tad-destinazzjoni, jekk applikabbli.

    Kaxxa I.14.

    Data u ħin tat-tluq: id-data meta jitilqu l-mezzi tat-trasport (ajruplan, bastiment, ferrovija jew vettura tat-triq).

    Kaxxa I.15.

    Mezzi tat-trasport: il-mezz ta’ trasport li jitlaq mill-pajjiż tad-dispaċċ.

    Mod tat-trasport: ajruplan, bastiment, ferrovija, vettura tat-triq jew mezz ieħor. “Oħrajn” tfisser mezzi tat-trasport mhux koperti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 (2).

    L-identifikazzjoni tal-mezz tat-trasport: għall-ajruplani, in-numru tat-titjira, għall-bastimenti, isem il-vapur(i), għall-ferroviji, in-numru tal-identità tal-ferrovija u n-numru tal-vagun, għat-trasport bit-triq, il-pjanċa tar-reġistrazzjoni (mal-pjanċa tat-trejler, jekk applikabbli).

    Fil-każ ta’ lanċa, iridu jingħataw ukoll l-identifikazzjoni tal-vettura tat-triq, il-pjanċa tar-reġistrazzjoni (bil-pjanċa tan-numru tat-trejler jekk applikabbli) u l-isem tal-lanċa skedata.

    Kaxxa I.16.

    BCP tad-dħul: iddikjara l-isem tal-BCP u l-kodiċi ta’ identifikazzjoni tiegħu assenjat mill-IMSOC.

    Kaxxa I.17.

    Dokumenti ta’ akkumpanjament:

     

    Rapport tal-laboratorju: indika n-numru ta’ referenza u d-data tal-ħruġ tar-rapport/riżultati tal-analiżijiet tal-laboratorju msemmija fl-Artikolu 4(3)(c) u (d) u l-Artikolu 4(4)

     

    Oħrajn: it-tip u n-numru ta’ referenza tad-dokument iridu jiġu dikjarati meta kunsinna tiġi akkumpanjata minn dokumenti oħra bħal dokument kummerċjali (pereżempju, in-numru tal-polza tal-pajsaġġ bl-ajru, in-numru tal-polza tal-kargu jew in-numru kummerċjali tal-ferrovija jew tal-vettura tat-triq).

    Kaxxa I.18.

    Kundizzjonijiet ta’ trasport: kategorija tat-temperatura meħtieġa matul it-trasport ta’ prodotti (ambjentali, imkessħa, iffriżata). Tista’ tintgħażel kategorija waħda biss.

    Kaxxa I.19.

    Nru tal-Kontejner/Nru tas-Siġill: jekk applikabbli, in-numri korrispondenti.

    In-numru tal-kontejner irid ikun ipprovdut jekk l-oġġetti jkunu trasportati f’kontejners magħluqa.

    In-numru uffiċjali tas-siġill biss irid jiġi ddikjarat. Siġill uffiċjali japplika jekk siġill jitwaħħal fuq il-kontejner, it-trakk jew il-vagun tal-ferrovija taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti li toħroġ iċ-ċertifikat uffiċjali.

    Kaxxa I.20.

    Oġġetti ddikjarati bħala: iddikjara l-użu maħsub għall-prodotti, kif speċifikat fiċ-ċertifikat uffiċjali rilevanti tal-Unjoni.

    Konsum mill-bniedem: jikkonċerna biss prodotti maħsubin għall-konsum mill-bniedem.

    Kaxxa I.22.

    Għas-suq intern: għall-kunsinni kollha destinati li jitqiegħdu fis-suq fl-Unjoni.

    Kaxxa I.23.

    Numru totali ta’ pakketti: in-numru ta’ pakketti. Fil-każ ta’ kunsinni sfużi, din il-kaxxa hija fakultattiva.

    Kaxxa I.24.

    Kwantità:

     

    Piż nett totali: dan huwa definit bħala l-massa tal-oġġetti nfushom mingħajr ebda kontenitur jew imballaġġ.

     

    Piż gross totali: piż totali f’kilogrammi. Dan huwa ddefinit bħala l-massa aggregata tal-prodotti u tal-kontenituri immedjati u l-imballaġġ kollu tagħhom imma mingħajr il-kontenituri għat-trasport u tagħmir ieħor tat-trasport.

    Kaxxa I.25.

    Deskrizzjoni tal-oġġetti: iddikjara l-kodiċi tas-Sistema Armonizzata rilevanti (kodiċi SA) u t-titlu definit mill-Organizzazzjoni Dinjija Doganali kif imsemmi fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (3). Din id-deskrizzjoni doganali għandha tiġi ssupplimentata, jekk meħtieġ, minn informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex jiġu kklassifikati l-prodotti.

    Indika l-ispeċi, it-tipi ta’ prodotti, in-numru ta’ pakketti, it-tip ta’ imballaġġ, in-numru tal-lott, il-piż nett, u l-konsumatur finali (jiġifieri l-prodotti huma ppakkjati għall-konsumatur finali).

    Speċi: l-isem xjentifiku, jew kif definit f’konformità mad-dritt tal-Unjoni.

    Tip ta’ imballaġġ: indika t-tip ta’ imballaġġ

    PARTI II

    Ċertifikazzjoni uffiċjali

    Din il-parti trid timtela minn rappreżentant awtorizzat imsemmi fl-Artikolu 5(2) jew (3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE)2021/1533

    Kaxxa II.

    Ċertifikat uffiċjali: Jekk jogħġbok imla din il-parti f’konformità mar-rekwiżiti speċifiċi tal-Unjoni relatati man-natura tal-prodotti.

    Jekk iċ-ċertifikat uffiċjali ma jiġix preżentat fl-IMSOC, id-dikjarazzjonijiet li mhumiex rilevanti jridu jinqatgħu, jiġu inizjalati u ttimbrati mill-uffiċjal awtorizzat li jiċċertifika, jew jitneħħew kompletament miċ-ċertifikat uffiċjali.

    Jekk iċ-ċertifikat jiġi preżentat fl-IMSOC, id-dikjarazzjonijiet li mhumiex rilevanti jridu jinqatgħu jew jitneħħew kompletament miċ-ċertifikat uffiċjali.

    Kaxxa II.a.

    Nru ta’ referenza taċ-ċertifikat: l-istess kodiċi ta’ referenza bħal fil-kaxxa I.2.

    Kaxxa II.b.

    Nru ta’ referenza IMSOC: l-istess kodiċi ta’ referenza bħal fil-kaxxa I.2.a. Obbligatorju biss għaċ-ċertifikati uffiċjali maħruġa fl-IMSOC.

    Rappreżentant awtorizzat

    :

    Uffiċjal tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz awtorizzat biex jiffirma ċertifikati uffiċjali minn tali awtoritajiet. Indika l-isem b’ittri kbar, il-kwalifika u t-titlu, meta applikabbli, in-numru ta’ identifikazzjoni u t-timbru oriġinali tal-awtorità kompetenti u d-data tal-firma.


    (1)  Lista ta’ ismijiet ta’ pajjiżi u elementi tal-kodiċi: http://www.iso.org/iso/country_codes/iso-3166-1_decoding_table.htm.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 (ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1).

    (3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).


    Top