Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R1449

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1449 tat-3 ta’ Settembru 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 rigward l-estensjoni tal-perjodi tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi 2-Fenilfenol (inkluż il-melħ tiegħu, bħall-melħ sodju), 8-idrossikwinolina, amidosulfuron, bifenox, chlormequat, chlorotoluron, clofentezine, clomazone, cypermethrin, daminozide, deltamethrin, dikamba, etofenprox, fenoxaprop-P, fenpropidin, fludioxonil, flufenacet, fosthiazate, indoxacarb, lenacil, MCPA, MCPB, nicosulfuron, żjut tal-paraffin, żejt tal-paraffin, penconazole, picloram, propaquizafop, prosulfocarb, kwiżalofop-P-etil, kwiżalofop-P-tefuril, kubrit, tetraconazole, tri-allate, triflusulfuron, u tritosulfuron (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2021/6452

    ĠU L 313, 6.9.2021, p. 20–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/1449/oj

    6.9.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 313/20


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1449

    tat-3 ta’ Settembru 2021

    li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 rigward l-estensjoni tal-perjodi tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi 2-Fenilfenol (inkluż il-melħ tiegħu, bħall-melħ sodju), 8-idrossikwinolina, amidosulfuron, bifenox, chlormequat, chlorotoluron, clofentezine, clomazone, cypermethrin, daminozide, deltamethrin, dikamba, etofenprox, fenoxaprop-P, fenpropidin, fludioxonil, flufenacet, fosthiazate, indoxacarb, lenacil, MCPA, MCPB, nicosulfuron, żjut tal-paraffin, żejt tal-paraffin, penconazole, picloram, propaquizafop, prosulfocarb, kwiżalofop-P-etil, kwiżalofop-P-tefuril, kubrit, tetraconazole, tri-allate, triflusulfuron, u tritosulfuron

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) tistabbilixxi s-sustanzi attivi meqjusa li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

    (2)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1511 (3) estenda l-perjodu ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi chlorotoluron, clomazone, cypermethrin, daminozide, deltamethrin, fludioxonil, flufenacet, fosthiazate, indoxacarb, MCPA, MCPB, u prosulfocarb sal-31 ta’ Ottubru 2021, tas-sustanza attiva tritosulfuron sat-30 ta’ Novembru 2021, u tas-sustanzi attivi amidosulfuron, bifenox, clofentezine, dikamba, difenokonażol, diflufenican, fenoxaprop-P, fenpropidin, lenacil, nicosulfuron, żjut tal-paraffin, picloram, kubrit u triflusulfuron sal-31 ta’ Diċembru 2021. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2104 (4) estenda l-perjodu tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva żejt tal-paraffin sal-31 ta’ Diċembru 2021. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/555 (5) estenda l-perjodu tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi chlormequat, propaquizafop u kwiżalofop-P-etil sat-30 ta’ Novembru 2021, u tas-sustanzi attivi 2-fenilfenol (inkluż il-melħ tiegħu bħall-melħ tas-sodju), dimethachlor, etofenprox, penconazole, tetraconazole u tri-allate sal-31 ta’ Diċembru 2021. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1530 (6) estenda l-perjodu tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva kwiżalofop-P-tefuril sat-30 ta’ Novembru 2021.

    (3)

    L-approvazzjoni tas-sustanza attiva 8-idrossikwinolina se tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2021 f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 993/2011 (7).

    (4)

    L-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ dawk is-sustanzi ġew ippreżentati f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (8).

    (5)

    Billi l-valutazzjoni ta’ dawk is-sustanzi attivi ddewmet għal raġunijiet li ma kinux fil-kontroll tal-applikanti, x’aktarx li l-approvazzjonijiet ta’ dawk is-sustanzi attivi se jiskadu qabel ma tkun ittieħdet deċiżjoni dwar it-tiġdid tagħhom. Għalhekk jeħtieġ li l-perjodi ta’ approvazzjoni tagħhom jiġu estiżi.

    (6)

    Barra minn hekk, hija meħtieġa estensjoni tal-perjodu ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi 2-fenilfenol (inkluż il-melħ tiegħu bħall-melħ tas-sodju), 8-idrossikwinolina, amidosulfuron, clofentezine, clomazone, daminozide, fenoxaprop-P, fludioxonil, flufenacet, lenacil, triflusulfuron, u tritosulfuron, biex jingħata biżżejjed żmien biex titwettaq valutazzjoni dwar il-proprjetajiet ta’ tfixkil tas-sistema endokrinali ta’ dawk is-sustanzi attivi f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012.

    (7)

    F’każijiet meta l-Kummissjoni tkun se tadotta Regolament li jipprevedi li l-approvazzjoni ta’ sustanza attiva msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament ma tiġġeddidx minħabba li ma jkunux ġew issodisfati l-kriterji għall-approvazzjoni, il-Kummissjoni trid tiffissa d-data ta’ skadenza li tkun l-istess data ta’ qabel ma sar dan ir-Regolament, jew fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament, dejjem jekk l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ma tiġġeddidx, skont liema data tiġi l-aħħar. Rigward il-każijiet meta l-Kummissjoni tkun se tadotta Regolament li jipprevedi t-tiġdid ta’ sustanza attiva msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tfittex li tistabbilixxi, skont iċ-ċirkostanzi, l-aktar data ta’ applikazzjoni qrib possibbli.

    (8)

    Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat skont dan.

    (9)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat f’konformita mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Settembru 2021.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

    (3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1511 tas-16 ta’ Ottubru 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi amidosulfuron, bifenox, chlorotoluron, clofentezine, clomazone, cypermethrin, daminozide, deltametrina, dikamba, difenokonażol, diflufenican, fenoxaprop-P, fenpropidin, fludioxonil, flufenacet, fosthiazate, indoksakarb, lenacil, MCPA, MCPB, nicosulfuron, żjut tal-paraffin, picloram, prosulfocarb, kubrit, triflusulfuron u tritosulfuron (ĠU L 344, 19.10.2020, p. 18).

    (4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2104 tal-15 ta’ Diċembru 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodu ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva żejt tal-paraffin (ĠU L 425, 16.12.2020, p. 93).

    (5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/555 tal-24 ta’ Marzu 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni ta’ diversi sustanzi attivi elenkati fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 686/2012 (il-programm ta’ tiġdid AIR IV) (ĠU L 80, 25.3.2017, p. 1).

    (6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1530 tas-7 ta’ Settembru 2017 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodu ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva kwiżalofop-p-tefuril (ĠU L 232, 8.9.2017, p. 4).

    (7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 993/2011 tas-6 ta’ Ottubru 2011 li japprova s-sustanza attiva 8-idrossikwinolina, f’konformita mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 263, 7.10.2011, p. 1).

    (8)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).


    ANNESS

    Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:

    (1)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tat-8-idrossikwinolina fis-sitt kolonna tar-ringiela 18, hija sostitwita bil-“31 ta’ Diċembru 2022”;

    (2)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tad-Deltamethrin fis-sitt kolonna tar-ringiela 40, hija sostitwita bil-“31 ta’ Ottubru 2022”;

    (3)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tal-Flufenacet fis-sitt kolonna tar-ringiela 65, hija sostitwita bil-“31 ta’ Ottubru 2022”;

    (4)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tal-Fosthiazate fis-sitt kolonna tar-ringiela 69, hija sostitwita bil-“31 ta’ Ottubru 2022”;

    (5)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tal-Chlorotoluron fis-sitt kolonna tar-ringiela 102, hija sostitwita bil-“31 ta’ Ottubru 2022”;

    (6)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni taċ-Cypermethrin fis-sitt kolonna tar-ringiela 103, hija sostitwita bil-“31 ta’ Ottubru 2022”;

    (7)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tad-Daminozide fis-sitt kolonna tar-ringiela 104, hija sostitwita bil-“31 ta’ Ottubru 2022”;

    (8)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tal-MCPA fis-sitt kolonna tar-ringiela 107, hija sostitwita bil-“31 ta’ Ottubru 2022”;

    (9)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tal-MCPB fis-sitt kolonna tar-ringiela 108, hija sostitwita bil-“31 ta’ Ottubru 2022”;

    (10)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tal-Indoxacarb fis-sitt kolonna tar-ringiela 119, hija sostitwita bil-“31 ta’ Ottubru 2022”;

    (11)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tal-Prosulfocarb fis-sitt kolonna tar-ringiela 160, hija sostitwita bil-“31 ta’ Ottubru 2022”;

    (12)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tal-Fludioxonil fis-sitt kolonna tar-ringiela 161, hija sostitwita bil-“31 ta’ Ottubru 2022”;

    (13)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tal-Clomazone fis-sitt kolonna tar-ringiela 162, hija sostitwita bil-“31 ta’ Ottubru 2022”;

    (14)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tal-Amidosulfuron fis-sitt kolonna tar-ringiela 169, hija sostitwita bil-“31 ta’ Diċembru 2022”;

    (15)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tan-Nicosulfuron fis-sitt kolonna tar-ringiela 170, hija sostitwita bil-“31 ta’ Diċembru 2022”;

    (16)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tal-Clofentezine fis-sitt kolonna tar-ringiela 171, hija sostitwita bil-“31 ta’ Diċembru 2022”;

    (17)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tad-Dikamba fis-sitt kolonna tar-ringiela 172, hija sostitwita bil-“31 ta’ Diċembru 2022”;

    (18)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tad-Difenokonażol fis-sitt kolonna tar-ringiela 173, hija sostitwita bil-“31 ta’ Diċembru 2022”;

    (19)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tal-Lenacil fis-sitt kolonna tar-ringiela 176, hija sostitwita bil-“31 ta’ Diċembru 2022”;

    (20)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tal-Picloram fis-sitt kolonna tar-ringiela 178, hija sostitwita bil-“31 ta’ Diċembru 2022”;

    (21)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tal-Bifenox fis-sitt kolonna tar-ringiela 180, hija sostitwita bil-“31 ta’ Diċembru 2022”;

    (22)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tad-Diflufenican fis-sitt kolonna tar-ringiela 181, hija sostitwita bil-“31 ta’ Diċembru 2022”;

    (23)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tal-Fenoxaprop-P fis-sitt kolonna tar-ringiela 182, hija sostitwita bil-“31 ta’ Diċembru 2022”;

    (24)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tal-Fenpropidin fis-sitt kolonna tar-ringiela 183, hija sostitwita bil-“31 ta’ Diċembru 2022”;

    (25)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tat-Tritosulfuron fis-sitt kolonna tar-ringiela 186, hija sostitwita bit-“30 ta’ Novembru 2022”;

    (26)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tal-Chlormequat fis-sitt kolonna tar-ringiela 276, hija sostitwita bit-“30 ta’ Novembru 2022”;

    (27)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tal-Propaquizafop fis-sitt kolonna tar-ringiela 278, hija sostitwita bit-“30 ta’ Novembru 2022”;

    (28)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tal-Kwiżalofop-P u tal-Kwiżalofop-P-tefuril fis-sitt kolonna tar-ringiela 279, hija sostitwita bit-“30 ta’ Novembru 2022”;

    (29)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tad-Dimethachlor fis-sitt kolonna tar-ringiela 284, hija sostitwita bil-“31 ta’ Diċembru 2022”;

    (30)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tal-Etofenprox fis-sitt kolonna tar-ringiela 285, hija sostitwita bil-“31 ta’ Diċembru 2022”;

    (31)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tal-Penconazole fis-sitt kolonna tar-ringiela 287, hija sostitwita bil-“31 ta’ Diċembru 2022”;

    (32)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tat-Tri-allate fis-sitt kolonna tar-ringiela 288, hija sostitwita bil-“31 ta’ Diċembru 2022”;

    (33)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tat-Triflusulfuron fis-sitt kolonna tar-ringiela 289, hija sostitwita bil-“31 ta’ Diċembru 2022”;

    (34)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tal-Kubrit fis-sitt kolonna tar-ringiela 292, hija sostitwita bil-“31 ta’ Diċembru 2022”;

    (35)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tat-Tetraconazole fis-sitt kolonna tar-ringiela 293, hija sostitwita bil-“31 ta’ Diċembru 2022”;

    (36)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni taż-Żjut tal-paraffin fis-sitt kolonna tar-ringiela 294, hija sostitwita bil-“31 ta’ Diċembru 2022”;

    (37)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni taż-Żejt tal-paraffin fis-sitt kolonna tar-ringiela 295, hija sostitwita bil-“31 ta’ Diċembru 2022”;

    (38)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tat-2-Fenilfenol (inkluż il-melħ tiegħu, bħall-melħ sodju) fis-sitt kolonna tar-ringiela 299, hija sostitwita bil-“31 ta’ Diċembru 2022”;


    Top