EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R1378

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1378 tad-19 ta’ Awwissu 2021 li jistabbilixxi ċerti regoli fir-rigward taċ-ċertifikat maħruġ lill-operaturi, lill-gruppi ta’ operaturi u lill-esportaturi f’pajjiżi terzi involuti fl-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi u dawk fil-fażi ta’ konverżjoni fl-Unjoni u jistabbilixxi l-lista ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u ta’ korpi ta’ kontroll rikonoxxuti f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2021/6052

ĠU L 297, 20.8.2021, p. 24–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 18/11/2022

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/1378/oj

20.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 297/24


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1378

tad-19 ta’ Awwissu 2021

li jistabbilixxi ċerti regoli fir-rigward taċ-ċertifikat maħruġ lill-operaturi, lill-gruppi ta’ operaturi u lill-esportaturi f’pajjiżi terzi involuti fl-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi u dawk fil-fażi ta’ konverżjoni fl-Unjoni u jistabbilixxi l-lista ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u ta’ korpi ta’ kontroll rikonoxxuti f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 45(4) u 46(1) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 45(1)(b)(i) tar-Regolament (UE) 2018/848, prodott jista’ jiġi importat minn pajjiż terz għall-finijiet tat-tqegħid fis-suq ta’ dak il-prodott fl-Unjoni, bħala prodott organiku jew bħala prodott fil-fażi ta’ konverżjoni, jekk l-operaturi u l-gruppi ta’ operaturi, inkluż l-esportaturi fil-pajjiż terz ikkonċernat, kienu soġġetti għal kontrolli mill-awtoritajiet ta’ kontroll jew il-korpi ta’ kontroll rikonoxxuti f’konformità mal-Artikolu 46 ta’ dak ir-Regolament, u dawk l-awtoritajiet jew korpi jkunu fornew lil dawn l-operaturi, il-gruppi ta’ operaturi u l-esportaturi kollha b’ċertifikat li jikkonferma li huma f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/848.

(2)

Bil-għan li jingħata effett l-Artikolu 45(1)(b)(i) tar-Regolament (UE) 2018/848, jenħtieġ li l-kontenut taċ-ċertifikat imsemmi f’dik id-dispożizzjoni jiġi speċifikat, kif ukoll il-mezzi tekniċi li bihom għandu jinħareġ.

(3)

Barra minn hekk, għall-finijiet tal-Artikolu 45(1)(b)(i) tar-Regolament (UE) 2018/848, huwa xieraq li f’dan ir-Regolament tiġi stabbilita l-lista ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u ta’ korpi ta’ kontroll rikonoxxuti li huma kompetenti jwettqu dawk il-kontrolli u joħorġu dak iċ-ċertifikat f’pajjiżi terzi.

(4)

Fl-interess taċ-ċarezza u taċ-ċertezza legali, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Produzzjoni Organika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ċertifikat għall-operaturi, għall-gruppi ta’ operaturi u għall-esportaturi f’pajjiżi terzi

L-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll li ġew rikonoxxuti f’konformità mal-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) 2018/848 għandhom jipprovdu lill-operaturi, lill-gruppi ta’ operaturi u lill-esportaturi f’pajjiżi terzi li kienu soġġetti għall-kontrolli msemmija fil-Artikolu 45(1)(b)(i) ta’ dak ir-Regolament, b’ċertifikat li jikkonferma li dawn l-operaturi, gruppi ta’ operaturi u esportaturi huma f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/848 (“iċ-ċertifikat).

Iċ-ċertifikat għandu:

(a)

jinħareġ f’forma elettronika, f’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, u bl-użu tas-Sistema elettronika tal-Kontroll tal-Kummerċ u tal-Esperti veterinarji (TRACES) imsemmija fil-punt (36) tal-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715 (2);

(b)

jippermetti l-identifikazzjoni:

(i)

tal-operatur, tal-gruppi ta’ operaturi jew tal-esportatur koperti miċ-ċertifikat, inkluża l-lista tal-membri ta’ grupp ta’ operaturi;

(ii)

tal-kategorija ta’ prodotti koperti miċ-ċertifikat, ikklassifikati bl-istess mod kif previst fl-Artikolu 35(7) tar-Regolament (UE) 2018/848; kif ukoll

(iii)

tal-perjodu ta’ validità tiegħu;

(c)

jiċċertifika li l-attività tal-operatur, tal-grupp ta’ operaturi jew tal-esportatur hija f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/848; kif ukoll

(d)

ikun aġġornat kull meta jseħħu bidliet li jikkonċernaw id-data inkluża fih.

Artikolu 2

Lista ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u ta’ korpi ta’ kontroll rikonoxxuti

1.   Il-lista ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u ta’ korpi ta’ kontroll rikonoxxuti f’konformità mal-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) 2018/848 hija stabbilita fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. Il-lista għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja dwar kull awtorità ta’ kontroll jew ta’ korp ta’ kontroll rikonoxxut:

(a)

l-isem u n-numru tal-kodiċi tal-awtorità ta’ kontroll jew tal-korp ta’ kontroll;

(b)

il-kategoriji tal-prodott, kif stabbilit fl-Artikolu 35(7) tar-Regolament (UE) 2018/848, għal kull pajjiż terz;

(c)

il-pajjiżi terzi li fihom il-kategoriji tal-prodott għandhom l-oriġini tagħhom, dment li dawk il-pajjiżi terzi mhumiex diġà koperti għall-kategorija tal-prodott jew għall-prodott ikkonċernat bi ftehim dwar il-kummerċ fi prodotti organiċi f’konformità mal-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) 2018/848 jew permezz ta’ rikonoxximent ta’ ekwivalenza f’konformità mal-Artikolu 48 ta’ dak ir-Regolament;

(d)

it-tul ta’ żmien tar-rikonoxximent; kif ukoll

(e)

l-eċċezzjonijiet għar-rikonoxximent, fejn xieraq.

2.   L-informazzjoni ddettaljata rigward l-indirizz postali, l-indirizz tas-sit web u l-email tal-punt ta’ kuntatt tal-awtorità tal-kontroll jew tal-korp ta’ kontroll, kif ukoll l-isem tal-korp ta’ akkreditazzjoni li qed jagħti l-akkreditazzjoni f’konformità mal-Artikolu 46(2)(d) tar-Regolament (UE) 2018/848, għandha tkun disponibbli għall-pubbliku permezz tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-biedja organika.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Awwissu 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715 tat-30 ta’ Settembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għat-tħaddim tas-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali u l-komponenti tas-sistema tagħha (“ir-Regolament IMSOC”) (ĠU L 261, 14.10.2019, p. 37).


ANNESS I

MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT

ĊERTIFIKAT GĦALL-OPERATURI, GĦALL-GRUPPI TA’ OPERATURI U GĦALL-ESPORTATURI F’PAJJIŻI TERZI SABIEX IL-PRODOTTI JIĠU IMPORTATI FL-UNJONI EWROPEA BĦALA PRODOTTI ORGANIĊI JEW PRODOTTI FIL-FAŻI TA’ KONVERŻJONI

Parti I: Elementi obbligatorji

1.

Numru tad-dokument

2.

(agħżel kif xieraq)

Operatur

Grupp ta’ operaturi – ara l-punt 10

Esportatur

3.

L-isem u l-indirizz tal-operatur, tal-grupp ta’ operaturi jew tal-esportatur:

4.

L-isem, l-indirizz u n-numru tal-kodiċi tal-awtorità ta’ kontroll jew tal-korp ta’ kontroll tal-operatur, tal-grupp ta’ operaturi jew tal-esportatur:

5.

Attività jew attivitajiet tal-operatur, tal-grupp ta’ operaturi jew tal-esportatur (agħżel kif xieraq):

Produzzjoni

Preparazzjoni

Distribuzzjoni

Ħżin

Importazzjoni

Esportazzjoni

6.

Kategorija jew kategoriji tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 35(7) tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) u l-metodi tal-produzzjoni (agħżel kif xieraq):

(a)

pjanti mhux proċessati u prodotti mill-pjanti, inkluż żrieragħ u materjal riproduttiv tal-pjanti ieħor

Metodu tal-produzzjoni:

produzzjoni organika għajr waqt il-perjodu ta’ konverżjoni

produzzjoni waqt il-perjodu ta’ konverżjoni

produzzjoni organika bi produzzjoni mhux organika

(b)

bhejjem u prodotti mhux proċessati mill-bhejjem

Metodu tal-produzzjoni:

produzzjoni organika għajr waqt il-perjodu ta’ konverżjoni

produzzjoni waqt il-perjodu ta’ konverżjoni

produzzjoni organika bi produzzjoni mhux organika

(c)

alka u prodotti mhux proċessati tal-akkwakultura

Metodu tal-produzzjoni:

produzzjoni organika għajr waqt il-perjodu ta’ konverżjoni

produzzjoni waqt il-perjodu ta’ konverżjoni

produzzjoni organika bi produzzjoni mhux organika

(d)

prodotti agrikoli proċessati, inkluż prodotti tal-akkwakultura, għall-użu bħala ikel

Metodu tal-produzzjoni:

produzzjoni ta’ prodotti organiċi

produzzjoni ta’ prodotti fil-fażi ta’ konverżjoni

produzzjoni organika bi produzzjoni mhux organika

(e)

għalf

Metodu tal-produzzjoni:

produzzjoni ta’ prodotti organiċi

produzzjoni ta’ prodotti fil-fażi ta’ konverżjoni

produzzjoni organika bi produzzjoni mhux organika

(f)

inbid

Metodu tal-produzzjoni:

produzzjoni ta’ prodotti organiċi

produzzjoni ta’ prodotti fil-fażi ta’ konverżjoni

produzzjoni organika bi produzzjoni mhux organika

(g)

prodotti oħra elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/848 jew mhux koperti mill-kategoriji preċedenti

Metodu tal-produzzjoni:

produzzjoni ta’ prodotti organiċi

produzzjoni ta’ prodotti fil-fażi ta’ konverżjoni

produzzjoni organika bi produzzjoni mhux organika

7.

Direttorju tal-prodotti:

L-isem tal-prodott u/jew il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (NM) kif imsemmi fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2) għall-prodotti fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848

Organiċi

Fil-fażi ta’ konverżjoni

 

 

 

 

 

 

Dan id-dokument inħareġ f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1378 (3) biex jiċċertifika li l-operatur, il-grupp ta’ operaturi jew l-esportatur (agħżel kif xieraq) huma f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/848.

8.

Data, post

Isem u firma f’isem l-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll li qed joħorġu ċ-ċertifikat:

9.

Ċertifikat validu minn………. [daħħal id-data] sa..………[daħħal id-data]

10.

Lista tal-membri tal-grupp ta’ operaturi kif iddefinit fl-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) 2018/848

Isem il-membru

Indirizz jew forma oħra ta’ identifikazzjoni tal-membru

 

 

 

 

 

 

Parti II: Elementi fakultattivi speċifiċi

Għandhom jimtlew element wieħed jew aktar jekk jiġi deċiż hekk mill-awtorità ta’ kontroll jew mill-korp ta’ kontroll li joħorġu ċ-ċertifikat lill-operatur, lill-grupp ta’ operaturi jew lill-esportatur f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1378

1.

Kwantità tal-prodotti

L-isem tal-prodott u/jew il-kodiċi tan-NM kif stipulat fir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għall-prodotti fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848.

☐ Organiċi

☐ Fil-fażi ta’ konverżjoni

Kwantità stmata f’kilogrammi, f’litri jew, meta rilevanti, f’numru ta’ unitajiet.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2.

Informazzjoni dwar l-art

Isem il-prodott

☐ Organiċi

☐ Fil-fażi ta’ konverżjoni

☐ Mhux organiċi

Wiċċ f’ettari

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.

Lista ta’ postijiet jew ta’ unitajiet fejn titwettaq l-attività mill-operatur jew mill-grupp ta’ operaturi

Indirizz jew ġeolokalizzazzjoni

Deskrizzjoni tal-attività jew tal-attivitajiet kif imsemmija fil-parti I, tal-punt 5

 

 

 

 

 

 

4.

Informazzjoni dwar l-attività jew l-attivitajiet imwettqa mill-operatur jew mill-grupp ta’ operaturi u jekk l-attività hijiex, jew l-attivitajiet jitwettqux għall-iskop tagħhom stess jew bħala sottokuntrattur li jwettaq l-attività jew l-attivitajiet għal operatur ieħor, filwaqt li s-sottokuntrattur jibqa’ responsabbli għall-attività jew għall-attivitajiet imwettqa

Deskrizzjoni tal-attività jew tal-attivitajiet kif imsemmija fil-parti I, tal-punt 5

☐ Twettiq ta’ attività/attivitajiet għall-iskop proprju

☐ It-twettiq ta’ attività/attivitajiet bħala sottokuntrattur għal operatur ieħor, filwaqt li s-sottokuntrattur jibqa’ responsabbli għall-attività jew għall-attivitajiet imwettqa

 

 

 

 

 

 

5.

Informazzjoni dwar l-attività jew l-attivitajiet imwettqa mill-parti terza sottokuntrattata

Deskrizzjoni tal-attività jew tal-attivitajiet kif imsemmija fil-parti I, tal-punt 5

☐ L-operatur jew il-grupp ta’ operaturi jibqa’ responsabbli

☐ Il-parti terza sottokuntrattata hija responsabbli

 

 

 

 

 

 

6.

Lista ta’ sottokuntratturi li jwettqu attività jew attivitajiet għall-operatur jew għall-grupp ta’ operaturi li l-operatur jew il-grupp ta’ operaturi jibqa’ responsabbli għalihom fir-rigward tal-produzzjoni organika u li ma trasferiex ir-responsabbiltà tagħhom lis-sottokuntrattur

Isem u indirizz

Deskrizzjoni tal-attività jew tal-attivitajiet kif imsemmija fil-parti I, tal-punt 5

 

 

 

 

 

 

7.

Informazzjoni dwar l-akkreditazzjoni tal-korp ta’ kontroll f’konformità mal-Artikolu 46(2)(d) tar-Regolament (UE) 2018/848

(a)

isem il-korp ta’ akkreditazzjoni;

(b)

iperlink għaċ-ċertifikat ta’ akkreditazzjoni.

8.

Informazzjoni oħra

 


(1)  Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1378 tad-19 ta’ Awwissu 2021 li jistabbilixxi ċerti regoli dwar iċ-ċertifikat maħruġ lill-operaturi, lill-gruppi ta’ operaturi u lill-esportaturi f’pajjiżi terzi involuti fl-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi fl-Unjoni u jistabbilixxi l-lista ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u ta’ korpi ta’ kontroll rikonoxxuti f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 297, 20.8.2021, p. 24).


ANNESS II

Lista ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u ta’ korpi ta’ kontroll rikonoxxuti f’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2018/848

Għall-fini ta’ dan l-Anness, il-kategoriji ta’ prodott huma indikati skont il-kodiċijiet li ġejjin:

A

:

pjanti mhux proċessati u prodotti mill-pjanti, inkluż żrieragħ u materjal riproduttiv tal-pjanti ieħor;

B

:

bhejjem u prodotti mhux proċessati mill-bhejjem;

C

:

alka u prodotti mhux proċessati tal-akkwakultura;

D

:

prodotti agrikoli proċessati, inkluż prodotti tal-akkwakultura, għall-użu bħala ikel;

E

:

għalf;

F

:

inbid;

G

:

prodotti oħra elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/848 jew mhux koperti mill-kategoriji preċedenti.

L-informazzjoni dwar l-indirizz postali, l-indirizz tas-sit web u l-email tal-punt ta’ kuntatt tal-awtorità ta’ kontroll jew tal-korp ta’ kontroll, kif ukoll l-isem tal-korp ta’ akkreditazzjoni li qed jagħti l-akkreditazzjoni tiegħu, tista’ tinsab fuq is-sit web tal-Kummissjoni dwar il-biedja organika.

Isem l-awtorità ta’ kontroll jew tal-korp ta’ kontroll:

1)

In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati

Numru tal-kodiċi

Pajjiż terz

Kategorija ta’ prodotti

XX-BIO-XXX

 

A

B

C

D

E

F

G

2)

It-tul taż-żmien tar-rikonoxximent:

3)

Eċċezzjonijiet:


Top