Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R1263

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1263 tas-26 ta’ Lulju 2021 li jikkonferixxi l-protezzjoni skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-isem (“Muškat momjanski/Moscato di Momiano” (DOP))

    C/2021/5688

    ĠU L 277, 2.8.2021, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/1263/oj

    2.8.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 277/30


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1263

    tas-26 ta’ Lulju 2021

    li jikkonferixxi l-protezzjoni skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-isem (“Muškat momjanski/Moscato di Momiano” (DOP))

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    F’konformità mal-Artikolu 97(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Kroazja biex tirreġistra l-isem “Muškat momjanski/Moscato di Momiano” u sussegwentement ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

    (2)

    Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

    (3)

    F’konformità mal-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jenħtieġ li l-isem “Muškat momjanski/Moscato di Momiano” jiġi protett u jiddaħħal fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 104 ta’ dak ir-Regolament.

    (4)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-isem “Muškat momjanski/Moscato di Momiano” (DOP) hu b’dan protett.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Lulju 2021.

    Għall-Kummissjoni

    F’isem il-President

    Janusz WOJCIECHOWSKI

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

    (2)  ĠU C 36, 2.2.2021, p. 22.


    Top