EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R1166

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1166 tal-15 ta’ Lulju 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947 fir-rigward tal-posponiment tad-data tal-applikazzjoni għax-xenarji standard għall-operazzjonijiet imwettqa fil-linja viżwali tal-vista jew lil hinn minnha (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2021/5169

ĠU L 253, 16.7.2021, p. 49–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/1166/oj

16.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 253/49


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1166

tal-15 ta’ Lulju 2021

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947 fir-rigward tal-posponiment tad-data tal-applikazzjoni għax-xenarji standard għall-operazzjonijiet imwettqa fil-linja viżwali tal-vista jew lil hinn minnha

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 216/2008 u (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 23(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/947 (2), mit-2 ta’ Diċembru 2021, l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw biss dikjarazzjonijiet magħmula mill-operaturi tal-UAS f’konformità mal-Artikolu 5(5) ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni għal operazzjoni li tikkonforma ma’ wieħed miż-żewġ xenarji standard stipulati fl-Appendiċi 1 tal-Anness ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(2)

L-istandards armonizzati huma kkunsidrati mill-manifatturi tal-UAS bħala strument importanti li jippermettilhom iqiegħdu fis-suq UAS konformi.

(3)

Madankollu, uħud mill-istandards armonizzati li jindirizzaw ir-rekwiżiti applikabbli għall-UAS tal-klassijiet C5 u C6 mhux se jkunu disponibbli sat-2 ta’ Diċembru 2021.

(4)

Għalhekk, jeħtieġ li d-data tal-applikazzjoni tiġi posposta biex jiġi żgurat li l-istandards armonizzati li jindirizzaw ir-rekwiżiti applikabbli għall-UAS tal-klassijiet C5 u C6 ikunu disponibbli qabel ma l-Istati Membri jkunu jistgħu jaċċettaw biss id-dikjarazzjonijiet tal-operazzjonijiet konformi max-xenarji standard stabbiliti mill-Appendiċi 1 tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947. Sa dak iż-żmien, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jaċċettaw id-dikjarazzjonijiet magħmula mill-operaturi tal-UAS f’konformità mal-Artikolu 5(5) ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, abbażi ta’ xenarji standard nazzjonali jew ekwivalenti.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2018/1139,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 23 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947, il-paragrafi 2, 3 u 4 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“2.   L-Artikolu 5(5) għandu japplika mit-3 ta’ Diċembru 2023.

3.   Il-punt (2)(g) tal-punt UAS.OPEN.060 tal-Anness u l-punt (1)(l) tal-punt UAS.SPEC.050 tal-Anness għandhom japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2022.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21(1), sat-2 ta’ Diċembru 2023, l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw dikjarazzjonijiet magħmula minn operaturi tal-UAS f’konformità mal-Artikolu 5(5), abbażi ta’ xenarji standard nazzjonali jew ekwivalenti, jekk dawk ix-xenarji nazzjonali jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punt UAS.SPEC.020 tal-Anness.

Dawn id-dikjarazzjonijiet ma għandhomx jibqgħu validi mit-2 ta’ Diċembru 2025.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/947 tal-24 ta’ Mejju 2019 dwar ir-regoli u l-proċeduri għall-operazzjoni ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord (ĠU L 152, 11.6.2019, p. 45).


Top