EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R1148

Regolament (UE) 2021/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi

PE/57/2021/INIT

ĠU L 251, 15.7.2021, p. 48–93 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 15/07/2021

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1148/oj

15.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 251/48


REGOLAMENT (UE) 2021/1148 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-7 ta’ Lulju 2021

li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 77(2) u l-punt (d) tal-Artikolu 79(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

L-objettiv tal-Unjoni li jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà fi spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja skont l-Artikolu 67(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jenħtieġ li jinkiseb, inter alia, permezz ta’ miżuri komuni dwar il-qsim tal-fruntieri interni minn persuni u dwar kontroll fil-fruntieri esterni u l-politika komuni dwar il-viżi, filwaqt li jiġi ppreservat il-bilanċ għaqli bejn il-moviment liberu tal-persuni fuq naħa waħda, u s-sigurtà fuq in-naħa l-oħra.

(2)

Skont l-Artikolu 80 TFUE, il-politiki tal-Unjoni dwar il-verifiki fil-fruntieri, l-ażil u l-immigrazzjoni u l-implimentazzjoni tagħhom għandhom jiġu regolati mill-prinċipju tas-solidarjetà u tal-kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà, inklużi l-implikazzjonijiet finanzjarji tiegħu, bejn l-Istati Membri.

(3)

Fid-Dikjarazzjoni ta’ Ruma, iffirmata fil-25 ta’ Marzu 2017, il-mexxejja ta’ 27 Stat Membru kkonfermaw l-impenn tagħhom li jaħdmu għal Ewropa li tgawdi s-sigurtà u s-sikurezza u li jibnu Unjoni fejn iċ-ċittadini kollha jħossuhom sikuri u jistgħu jiċċaqilqu liberament, fejn hemm is-sigurtà tal-fruntieri esterni, b’politika effiċjenti, responsabbli u sostenibbli dwar il-migrazzjoni, u li tirrispetta n-normi internazzjonali, kif ukoll għal Ewropa determinata li tiġġieled it-terroriżmu u l-kriminalità organizzata.

(4)

L-azzjonijiet kollha ffinanzjati taħt l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (l-‘Istrument’), stabbilit minn dan ir-Regolament, inklużi dawk imwettqa f’pajjiżi terzi, jenħtieġ li jkunu implimentati f’konformità sħiħa mad-drittijiet u l-prinċipji proklamati fl-acquis tal-Unjoni, u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-‘Karta’), u jenħtieġ li jkunu konformi mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri li jirriżultaw mill-istrumenti internazzjonali li huma Partijiet għalihom, b’mod partikolari billi tiġi żgurata l-konformità mal-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ non-refoulement.

(5)

L-objettiv ta’ politika tal-Istrument huwa li jiżviluppa u jimplimenta ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri solida u effettiva fil-fruntieri esterni, u b’hekk jikkontribwixxi sabiex ikun żgurat livell għoli ta’ sigurtà interna fl-Unjoni, filwaqt li jissalvagwardja l-moviment liberu tal-persuni fi ħdanha, u jirrispetta b’mod sħiħ l-acquis rilevanti tal-Unjoni u l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri li jirriżultaw mill-istrumenti internazzjonali li huma Partijiet għalihom.

(6)

Il-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, kif implimentata mill-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, stabbilita mir-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), hija responsabbiltà kondiviża tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u tal-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri, inklużi gwardji tal-kosta sa fejn huma jwettqu kompiti ta’ kontroll fil-fruntieri. Jenħtieġ li din tikkontribwixxi għall-faċilitazzjoni tal-qsim leġittimu tal-fruntieri, għall-prevenzjoni u s-sejbien tal-immigrazzjoni illegali u l-kriminalità transfruntiera u l-ġestjoni effettiva tal-flussi migratorji.

(7)

Il-faċilitazzjoni tal-ivvjaġġar leġittimu, filwaqt li jiġu evitati l-migrazzjoni irregolari u r-riskji ta’ sigurtà, ġiet identifikata bħala wieħed mill-objettivi prinċipali tal-approċċ tal-Unjoni ppreżentat fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Settembru 2020 dwar Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil.

(8)

L-appoġġ finanzjarju mill-baġit tal-Unjoni huwa indispensabbli biex l-implimentazzjoni tal-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri tappoġġa lill-Istati Membri, filwaqt li dawn jaġixxu b’rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali, fil-ġestjoni tal-qsim tal-fruntieri esterni b’mod effiċjenti u fl-indirizzar ta’ sfidi futuri f’dawk il-fruntieri, li jikkontribwixxu għall-indirizzar ta’ kriminalità serja b’dimensjoni transfruntiera.

(9)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw appoġġ finanzjarju adegwat mill-Unjoni biex jippromwovu l-implimentazzjoni tal-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri u biex jiżguraw li l-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri ssir realtà operazzjonali. Il-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri tikkonsisti minn, inter alia, il-komponenti li ġejjin, stipulati fir-Regolament (UE) 2019/1896: kontroll fil-fruntieri; operazzjonijiet ta’ tiftix u salvataġġ waqt sorveljanza fil-fruntieri; analiżi tar-riskji; kooperazzjoni bejn Stati Membri, inkluż l-appoġġ ikkoordinat mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta; kooperazzjoni bejn l-aġenziji, inkluż l-iskambju regolari ta’ informazzjoni; kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi; miżuri tekniċi u operazzjonali fiż-żona Schengen li jkunu relatati mal-kontroll fil-fruntieri u mfassla biex jindirizzaw l-immigrazzjoni illegali u jiġġieldu aħjar il-kriminalità transfruntiera; użu ta’ teknoloġija tal-ogħla livell; mekkaniżmu ta’ kontroll tal-kwalità u mekkaniżmi ta’ solidarjetà.

(10)

Jenħtieġ li l-Istrument ikun jista’ jipprovdi l-appoġġ meħtieġ lill-Istati Membri għall-implimentazzjoni ta’ standards minimi komuni għas-sorveljanza tal-fruntieri esterni, f’konformità mal-kompetenzi rispettivi tal-Istati Membri, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-Kummissjoni.

(11)

Minħabba li l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri qed jassumu għadd dejjem ikbar ta’ responsabbiltajiet li ħafna drabi jestendu għall-qasam tas-sigurtà u li jitwettqu fil-fruntieri esterni, huwa importanti li titrawwem il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji bħala komponent ta’ ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/1896. Il-komplementarjetà fit-twettiq tal-kontroll fil-fruntieri u l-kontroll doganali fil-fruntieri esterni jeħtieġ li tiġi żgurata billi jiġi pprovdut appoġġ finanzjarju adegwat mill-Unjoni lill-Istati Membri. Il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji mhux biss ser issaħħaħ il-kontrolli doganali sabiex jiġu miġġielda l-forom kollha ta’ traffikar iżda ser tiffaċilita wkoll il-kummerċ u l-ivvjaġġar leġittimu u tikkontribwixxi għal unjoni doganali sigura u effiċjenti.

(12)

Għaldaqstant huwa meħtieġ li jiġi stabbilit il-fond suċċessur tal-Fond għas-Sigurtà Interna 2014-2020, stabbilit mir-Regolamenti (UE) Nru 513/2014 (4) u (UE) Nru 515/2014 (5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, bl-istabbiliment ta’, inter alia, Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (il-“Fond”).

(13)

Minħabba l-partikolaritajiet legali tat-Titolu V tat-TFUE u l-bażijiet ġuridiċi differenti applikabbli rigward il-politiki dwar il-fruntieri esterni u dwar il-kontroll doganali, mhuwiex legalment possibbli li l-Fond jiġi stabbilit bħala strument wieħed.

(14)

Għalhekk jenħtieġ li l-Fond jiġi stabbilit bħala qafas komprensiv għall-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri u l-politika dwar il-viżi li jinkludi l-Istrument kif ukoll l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għat-Tagħmir ta’ Kontroll Doganali, stabbilit mir-Regolament (UE) 2021/1077 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Jenħtieġ li dak il-qafas ikun ikkomplementat mir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), li għalih dan ir-Regolament jenħtieġ li jirreferi fir-rigward tar-regoli dwar il-ġestjoni kondiviża.

(15)

Jenħtieġ li l-Istrument jibni fuq ir-riżultati u l-investimenti tal-predeċessuri tiegħu, il-Fond għall-Fruntieri Esterni għall-perijodu 2007-2013, stabbilit mid-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perijodu 2014-2020, stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 515/2014, u jenħtieġ li jkun estiż biex jittieħed kont ta’ żviluppi ġodda.

(16)

Biex jiżgura kontroll fil-fruntieri esterni li jkun uniformi u ta’ kwalità għolja u jiffaċilita l-ivvjaġġar leġittimu li jaqsam il-fruntieri esterni, jenħtieġ li l-Istrument jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri li tinkludi miżuri li jinvolvu l-politika, il-liġi, il-kooperazzjoni sistematika, il-kondiviżjoni tal-piżijiet, il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni u taċ-ċirkostanzi hekk kif jinbidlu fir-rigward tal-punti ta’ qsim għal migranti irregolari, il-persunal, it-tagħmir u t-teknoloġija, li jistgħu jittieħdu f’livelli differenti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, li jaġixxu f’kooperazzjoni ma’ atturi oħra bħal korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), stabbilita permezz tar-Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol), stabbilita permezz tar-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), u, fejn adatt, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali.

(17)

Jenħtieġ li l-Istrument jikkontribwixxi għat-titjib tal-effiċjenza tal-ipproċessar tal-viżi f’termini tal-faċilitazzjoni tal-proċeduri tal-viżi għall-vjaġġaturi bona fide u f’termini tas-sejbien u l-valutazzjoni ta’ riskji ta’ sigurtà u riskji ta’ migrazzjoni irregolari. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-Istrument iwassal assistenza finanzjarja bħala appoġġ għad-diġitalizzazzjoni tal-ipproċessar tal-viżi bl-għan li jiġu pprovduti proċeduri tal-viżi li jkunu rapidi, siguri u faċli għall-klijent għall-benefiċċju kemm tal-applikanti għal viża kif ukoll tal-konsulati. Jenħtieġ li l-Istrument iservi wkoll biex jiżgura kopertura wiesgħa ta’ servizzi konsulari madwar id-dinja. L-implimentazzjoni uniformi u l-modernizzazzjoni tal-politika komuni dwar il-viżi, kif ukoll il-miżuri li jirriżultaw mir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), jenħtieġ li wkoll ikunu koperti mill-Istrument, kif jenħtieġ li tkun l-assistenza lill-Istati Membri għall-ħruġ ta’ viżi, inkluż viżi b’validità territorjali limitata maħruġa għal raġunijiet umanitarji, għal raġunijiet ta’ interess nazzjonali jew minħabba obbligi internazzjonali f’konformità mal-acquis tal-Unjoni relattivament għall-viżi.

(18)

Jenħtieġ li l-Istrument jappoġġa miżuri marbuta mal-kontroll fil-fruntieri esterni fit-territorju tal-pajjiżi li japplikaw l-acquis ta’ Schengen bħala parti mill-implimentazzjoni tal-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, li jsaħħu il-funzjonament ġenerali taż-żona Schengen.

(19)

Bil-għan li jtejjeb il-ġestjoni tal-fruntieri esterni, li jiffaċilita l-ivvjaġġar leġittimu, li jikkontribwixxi għall-prevenzjoni tal-qsim irregolari tal-fruntieri u għall-ġlieda kontrih, li jimplimenta l-politika komuni dwar il-viżi u li jikkontribwixxi għal livell għoli ta’ sigurtà fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Istrument jappoġġa l-iżvilupp ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri. Jenħtieġ li jappoġġa wkoll l-istabbiliment tal-interoperabbiltà, kif stabbilita mir-Regolamenti (UE) 2019/817 (12) u (UE) 2019/818 (13) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fl-Istati Membri bejn is-sistemi ta’ informazzjoni tal-Unjoni, jiġifieri s-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES, Entry/Exit System), stabbilita mir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS), stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 767/2008, is-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS), stabbilita mir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15), il-Eurodac, stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16), is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS), stabbilita mir-Regolamenti (UE) 2018/1860 (17), (UE) 2018/1861 (18) u (UE) 2018/1862 (19) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsillu s-sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta’ Stati Membri fil-pussess ta’ informazzjoni dwar kundanni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi (ECRIS-TCN), stabbilita mir-Regolament (UE) 2019/816 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20), sabiex dawk is-sistemi ta’ informazzjoni tal-Unjoni u d-data tagħhom jissupplimentaw lil xulxin. Jenħtieġ li l-Istrument jikkontribwixxi wkoll għall-iżviluppi meħtieġa fil-livell nazzjonali sussegwentement għall-implimentazzjoni tal-komponenti tal-interoperabbiltà fil-livell ċentrali, jiġifieri l-portal Ewropew tat-tfittxija (ESP, European Search Portal), servizz kondiviż ta’ tqabbil bijometriku (BMS kondiviż, shared biometric matching service), repożitorju komuni ta’ informazzjoni dwar l-identità (CIR, common identity repository) u detettur ta’ identitajiet multipli (MID, multiple-identity detector).

(20)

Sabiex tibbenefika mill-għarfien u l-kompetenza esperta tal-aġenziji deċentralizzati b’kompetenza fil-oqsma tal-ġestjoni tal-fruntieri, tal-politika dwar il-viżi u tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira, jenħtieġ li l-Kummissjoni, b’mod f’waqtu, tinvolvi lill-aġenziji rilevanti, fil-ħidma tal-Kumitat għall-Fondi għall-Affarijiet Interni stabbilit minn dan ir-Regolament, speċjalment fil-bidu u f’nofs it-terminu tal-perijodu ta’ programmazzjoni. Fejn ikun adatt, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tinvolvi wkoll lill-korpi, uffiċċji u aġenziji rilevanti tal-Unjoni fil-monitoraġġ u fl-evalwazzjoni, b’mod partikolari bil-ħsieb li tiżgura li l-azzjonijiet appoġġati mill-Istrument ikunu konformi mal-acquis rilevanti tal-Unjoni u l-prijoritajiet miftiehma tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Istrument jikkomplementa u jirrinforza l-attivitajiet li jimplimentaw il-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri f’konformità mal-prinċipji ta’ responsabbiltà kondiviża u ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, li jirrappreżentaw iż-żewġ pilastri tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta. Dan ifisser, b’mod partikolari, li meta jkunu qed ifasslu l-programmi tagħhom implimentati taħt il-ġestjoni kondiviża, l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu l-għodod analitiċi u l-linji gwida operazzjonali u tekniċi żviluppati mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, kif ukoll il-kurrikuli ta’ taħriġ żviluppati minnha, bħall-kurrikuli bażiċi komuni għat-taħriġ tal-gwardji tal-fruntieri, inklużi l-komponenti ta’ dawk il-kurrikuli li huma relatati mad-drittijiet fundamentali u l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali. Sabiex tiġi żviluppata l-komplementarjetà bejn il-kompiti tagħha u r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri għall-kontroll tal-fruntieri esterni u biex tiġi żgurata l-konsistenza u tiġi evitata l-ineffiċjenza tal-kostijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkonsulta, b’mod f’waqtu, lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta dwar l-abbozzi tal-programmi ppreżentati mill-Istati Membri sa fejn huma jaqgħu fil-kompetenzi ta’ dik l-aġenzija, b’mod partikolari fir-rigward tal-attivitajiet iffinanzjati taħt appoġġ operazzjonali.

(21)

Sa fejn l-Istati Membri affettwati jitolbu hekk, jenħtieġ li l-Istrument jappoġġa l-implimentazzjoni tal-approċċ tal-‘hotspots’ kif spjegat fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Mejju 2015 intitolata ‘Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni’ u approvat mill-Kunsill Ewropew tal-25 u s-26 ta’ Ġunju 2015 u ddettaljat aktar fir-Regolament (UE) 2019/1896. L-approċċ tal-‘hotspots’ jipprovdi appoġġ operazzjonali lil Stati Membri li jiffaċċaw sfidi migratorji sproporzjonati fil-fruntieri esterni. Joffri assistenza integrata, komprensiva u mmirata fi spirtu ta’ solidarjetà u responsabbiltà kondiviża.

(22)

Fl-ispirtu ta’ solidarjetà u responsabbiltà kondiviża għall-protezzjoni tal-fruntieri esterni, fejn jiġu identifikati vulnerabbiltajiet jew riskji, b’mod partikolari konsegwentement għal evalwazzjoni ta’ Schengen f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 (21), jenħtieġ li l-Istat Membru kkonċernat jindirizza l-kwistjoni b’mod adegwat billi juża r-riżorsi taħt il-programm tiegħu biex jimplimenta rakkomandazzjonijiet adottati skont dak ir-Regolament u f’konformità mal-valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/1896.

(23)

Jenħtieġ li l-Istrument jipprovdi assistenza finanzjarja lil dawk l-Istati Membri li japplikaw b’mod sħiħ id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen dwar il-fruntieri esterni u l-viżi u lil dawk l-Istati Membri li qed jippreparaw għal parteċipazzjoni sħiħa fis-sistema Schengen, u jenħtieġ li jintuża mill-Istati Membri fl-interessi tal-politika komuni tal-Unjoni għall-ġestjoni tal-fruntieri esterni.

(24)

Filwaqt li jipprovdi appoġġ għall-investimenti tal-Istati Membri fil-ġestjoni tal-fruntieri, jenħtieġ li l-Istrument ma jipprovdix finanzjament għal infrastruttura u bini ġodda u permanenti fil-fruntieri interni fejn il-kontrolli għadhom ma tneħħewx. Madankollu, f’dawk il-fruntieri, jenħtieġ li l-Istrument jappoġġa l-investimenti fl-infrastruttura mobbli għall-kontroll fil-fruntieri u l-manutenzjoni, it-titjib limitat jew is-sostituzzjoni ta’ infrastruttura eżistenti, li huma meħtieġa biex jibqa’ jkun hemm konformità mar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22).

(25)

Konformement mal-Protokoll Nru 5 tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003 dwar it-tranżitu ta’ persuni bl-art bejn ir-reġjun ta’ Kaliningrad u partijiet oħra tal-Federazzjoni Russa, jenħtieġ li l-Istrument jagħmel tajjeb għal kwalunkwe kost addizzjonali li jirriżulta mill-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-acquis tal-Unjoni li jkopru tali tranżitu, jiġifieri r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 693/2003 (23) u (KE) Nru 694/2003 (24). Jenħtieġ, madankollu, li l-bżonn ta’ kontinwazzjoni ta’ appoġġ finanzjarju għal miżati mitlufa jkun dipendenti fuq ir-reġim tal-viża tal-Unjoni fis-seħħ mal-Federazzjoni Russa.

(26)

Biex jikkontribwixxu għat-twettiq tal-objettiv tal-politika tal-Istrument, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-programmi tagħhom jinkludu azzjonijiet li jindirizzaw l-objettivi speċifiċi kollha tal-Istrument u li l-allokazzjoni tar-riżorsi bejn l-objettivi speċifiċi tiżgura li jkunu jistgħu jitwettqu dawk l-objettivi.

(27)

F’konformità mal-prinċipju tal-effiċjenza, jenħtieġ li jitfittxu sinerġiji u konsistenza ma’ Fondi oħra tal-Unjoni, u li jiġu evitati s-sovrapożizzjonijiet bejn l-azzjonijiet.

(28)

Ir-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu soġġetti għal deċiżjonijiet ta’ ritorn maħruġa minn Stat Membru huwa wieħed mill-komponenti tal-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri prevista fir-Regolament (UE) 2019/1896. Madankollu, minħabba n-natura u l-objettiv tiegħu, il-miżuri fil-qasam tar-ritorn huma barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-appoġġ tal-Istrument u huma koperti bir-Regolament (UE) 2021/1147 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25).

(29)

Biex jirrikonoxxi r-rwol importanti tal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri fil-fruntieri esterni u biex jiżgura li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom biżżejjed mezzi biex jimplimentaw l-ambitu wiesa’ tal-kompiti tagħhom f’dawk il-fruntieri, jenħtieġ li l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għat-Tagħmir ta’ Kontroll Doganali jipprovdi lil dawk l-awtoritajiet nazzjonali l-finanzjament neċessarju biex jinvestu f’tagħmir biex iwettqu kontroll doganali, kif ukoll tagħmir li jista’ jservi wkoll għal skopijiet oħra, minbarra għall-kontroll doganali, bħall-kontroll fil-fruntieri.

(30)

Il-biċċa l-kbira tat-tagħmir ta’ kontroll doganali u s-sistemi ta’ teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT, information and communication technology) jistgħu jkunu ugwalment jew inċidentalment idonei għall-kontrolli dwar il-konformità ma’ atti legali oħrajn tal-Unjoni, bħad-dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni tal-fruntieri, il-viżi jew il-kooperazzjoni tal-pulizija. Il-Fond għaldaqstant kien konċepit bħala żewġ strumenti komplementari b’kampijiet ta’ applikazzjoni distinti iżda komplementari għax-xiri ta’ tagħmir. Minn naħa waħda, l-Istrument ser jappoġġa finanzjarjament tagħmir u sistemi tal-ICT li l-iskop primarju tagħhom hu l-ġestjoni integrata tal-fruntieri u ser jippermetti wkoll li jintużaw fil-qasam komplementari tal-kontroll doganali. Min-naħa l-oħra, l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għat-Tagħmir ta’ Kontroll Doganali ser jappoġġa finanzjarjament tagħmir bil-kontrolli doganali bħala l-għan ewlieni u ser jippermetti wkoll li jintuża għal finijiet addizzjonali bħall-kontroll fil-fruntieri u s-sigurtà. Tali tqassim ta’ rwoli ser irawwem il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji bħala komponent tal-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, kif prevista fir-Regolament (UE) 2019/1896, u b’hekk jippermetti lill-awtoritajiet doganali u tal-fruntiera li jaħdmu flimkien u jimmassimizzaw l-impatt tal-baġit tal-Unjoni permezz ta’ kondiviżjoni u interoperabbiltà tat-tagħmir ta’ kontroll.

(31)

Is-sorveljanza tal-fruntieri fuq il-baħar hija waħda mill-funzjonijiet imwettqa mill-gwardji tal-kosta fil-qasam marittimu tal-Unjoni. L-awtoritajiet nazzjonali li jwettqu funzjonijiet ta’ gwardja tal-kosta huma responsabbli wkoll għal firxa wiesgħa ta’ kompiti, li jistgħu jinkludu, iżda mhux limitatament għal, sikurezza marittima, sigurtà, operazzjonijiet ta’ tiftix u salvataġġ, kontroll fil-fruntieri, kontroll tas-sajd, kontroll doganali, infurzar tal-liġi ġenerali u ħarsien tal-ambjent. Il-kamp ta’ applikazzjoni wiesa’ tal-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta jqegħedhom fl-ambiti ta’ politiki differenti tal-Unjoni, u b’hekk jenħtieġ li jitfittxu sinerġiji biex jinkisbu riżultati aktar effettivi u effiċjenti.

(32)

Meta jimplimentaw azzjonijiet iffinanzjati taħt l-Istrument li jkunu relatati mas-sorveljanza tal-fruntieri marittimi, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħtu attenzjoni speċjali lill-obbligi internazzjonali tagħhom rigward operazzjonijiet ta’ tiftix u salvataġġ fuq il-baħar. F’dak ir-rigward, jenħtieġ li jkunu jistgħu jintużaw tagħmir u sistemi appoġġati taħt l-Istrument f’operazzjonijiet ta’ tiftix u salvataġġ f’sitwazzjonijiet li jistgħu jinqalgħu matul operazzjoni ta’ sorveljanza tal-fruntieri fuq il-baħar.

(33)

Minbarra l-kooperazzjoni tal-Unjoni fir-rigward tal-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta fost l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26) u l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, stabbilita mir-Regolament (UE) 2019/473 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27), jenħtieġ li jinkiseb titjib fil-koerenza tal-attivitajiet fil-qasam marittimu anki fil-livell nazzjonali. Jenħtieġ li s-sinerġiji bejn id-diversi atturi fl-ambjent marittimu jkunu konformi mal-istrateġiji Ewropej tal-ġestjoni integrata tal-fruntieri u tas-sigurtà marittima.

(34)

Biex tissaħħaħ il-komplementarjetà u tiġi rrinforzata l-konsistenza tal-attivitajiet marittimi, biex tkun evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi u jittaffu r-restrizzjonijiet baġitarji f’qasam ta’ attivitajiet li jiswew ħafna flus bħall-qasam marittimu, jenħtieġ li jkun jista’ jintuża, addizzjonalment, l-Istrument biex jappoġġa operazzjonijiet marittimi li jkollhom diversi skopijiet.

(35)

It-tagħmir u s-sistemi tal-ICT iffinanzjati taħt l-Istrument jenħtieġ li jkunu jistgħu jintużaw ukoll biex jitwettqu l-objettivi tal-Fond għas-Sigurtà Interna, stabbilit mir-Regolament (UE) 2021/1149 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28) u tal-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni stabbilit mir-Regolament (UE) 2021/1147.. Tali tagħmir u sistemi tal-ICT jenħtieġ li jibqgħu disponibbli u skjerabbli għal attivitajiet ta’ kontroll fil-fruntieri li jkunu effettivi u siguri u l-użu ta’ tali tagħmir u sistemi tal-ICT għall-objettivi tal-Fond għas-Sigurtà Interna u tal-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni jenħtieġ li jkun limitat fiż-żmien.

(36)

Jenħtieġ li l-Istrument, f’konformità mal-objettivi speċifiċi tiegħu, jaqdi primarjament il-politika interna tal-Unjoni. Fl-istess ħin, jenħtieġ li l-Istrument ikun jista’, fejn xieraq, jappoġġa azzjonijiet f’konformità mal-prijoritajiet tal-Unjoni f’pajjiżi terzi u b’rabta magħhom. Dawk l-azzjonijiet jenħtieġ li jiġu implimentati f’sinerġija sħiħa u f’koerenza sħiħa ma’ azzjonijiet oħra barra l-Unjoni appoġġati permezz ta’ strumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni, u jenħtieġ li jikkomplementawhom. B’mod partikolari, jenħtieġ li tali azzjonijiet jiġu implimentati b’mod li jiżgura koerenza sħiħa mal-politika esterna tal-Unjoni, li jirrispetta l-prinċipju ta’ koerenza tal-politika għall-iżvilupp u li jkun konsistenti mad-dokumenti ta’ programmazzjoni strateġika għall-pajjiż jew ir-reġjun inkwistjoni. Jenħtieġ li tali azzjonijiet jiffukaw ukoll fuq miżuri li mhumiex orjentati lejn l-iżvilupp, jaqdu l-interessi tal-politika interna tal-Unjoni u jkunu konsistenti mal-attivitajiet imwettqa ġewwa l-Unjoni. Fl-evalwazzjonijiet ta’ nofs it-terminu u retrospettivi tagħha, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari lill-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet f’pajjiżi terzi jew b’rabta magħhom.

(37)

Jenħtieġ li l-finanzjament mill-baġit tal-Unjoni jikkonċentra fuq attivitajiet li għalihom l-intervent mill-Unjoni jista’ jġib valur miżjud ikkumparat ma’ azzjonijiet mill-Istati Membri waħedhom. Billi l-Unjoni tinsab f’pożizzjoni aħjar mill-Istati Membri biex tipprovdi qafas li jesprimi s-solidarjetà tal-Unjoni fil-ġestjoni tal-fruntieri u fil-politika komuni dwar il-viżi u biex tipprovdi pjattaforma għall-iżvilupp tas-sistemi komuni tal-IT fuq skala kbira li jirfdu dawk il-politiki, l-appoġġ finanzjarju pprovdut taħt dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi, b’mod partikolari, għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet nazzjonali u tal-Unjoni f’dawk l-oqsma.

(38)

Meta jippromwovu azzjonijiet appoġġati mill-Istrument, jenħtieġ li r-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni jipprovdu informazzjoni bil-lingwa jew lingwi tal-udjenza fil-mira. Sabiex tiġi żgurata l-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni, jenħtieġ li r-riċevituri ta’ dak il-finanzjament jirreferu għall-oriġini tiegħu meta jikkomunikaw dwar l-azzjoni. Għal dak il-għan, jenħtieġ li r-riċevituri jiżguraw li kull komunikazzjoni lill-media u lill-pubbliku tippreżenta l-emblema tal-Unjoni u ssemmi espliċitament l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni.

(39)

Jenħtieġ li jkun possibbli għall-Kummissjoni li tuża riżorsi finanzjarji taħt l-Istrument biex tippromwovi l-aħjar prattiki u l-iskambju ta’ informazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Istrument.

(40)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippubblika b’mod f’waqtu informazzjoni dwar l-appoġġ ipprovdut mill-faċilità tematika taħt ġestjoni diretta jew indiretta u jenħtieġ li taġġorna tali informazzjoni fejn xieraq. Jenħtieġ li jkun possibbli li d-data tiġi kklassifikata skont l-objettiv speċifiku, l-isem tal-benefiċjarju, l-ammont impenjat legalment u n-natura u l-iskop tal-miżura.

(41)

Stat Membru jista’ jitqies li ma jikkonformax mal-acquis rilevanti tal-Unjoni, inkluż fir-rigward tal-użu ta’ appoġġ operazzjonali taħt l-Istrument, jekk ikun naqas milli jissodisfa l-obbligi tiegħu taħt it-Trattati fl-oqsma tal-ġestjoni tal-fruntieri u tal-politika dwar il-viżi, inkluż fir-rigward tal-obbligi dwar drittijiet fundamentali, jekk ikun hemm riskju ċar ta’ ksur serju tal-valuri tal-Unjoni minn dak l-Istat Membru meta jimplimenta l-acquis dwar il-ġestjoni tal-fruntieri u l-politika dwar il-viżi jew jekk rapport ta’ evalwazzjoni taħt il-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ ta’ Schengen stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1053/2013 ikun identifika defiċjenzi fil-qasam rilevanti.

(42)

Jenħtieġ li l-Istrument jiżgura li jkun hemm distribuzzjoni ġusta u trasparenti ta’ riżorsi biex jitwettqu l-objettivi stabbiliti f’dan ir-Regolament. Sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta’ trasparenza, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippubblika informazzjoni dwar il-programmi ta’ ħidma annwali u pluriennali tal-faċilità tematika. F’konformità mar-Regolament (UE) 2021/1060, jenħtieġ li kull Stat Membru jiżgura li fi żmien sitt xhur mill-approvazzjoni tal-programm tiegħu, ikun ġie stabbilit website li fih tkun disponibbli informazzjoni dwar il-programm tiegħu, li jkopri l-objettivi, l-attivitajiet, l-opportunitajiet ta’ finanzjament disponibbli u l-kisbiet tal-programm.

(43)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi l-ammonti inizjali għall-programmi tal-Istati Membri li jikkonsistu minn ammonti fissi kif stabbilit fl-Anness I u ammont ikkalkulat fuq il-bażi tal-kriterji stipulati f’dak l-Anness u li jirriflettu t-tul tas-sezzjonijiet ta’ fruntieri tal-art u tal-baħar kif ukoll il-livelli ta’ impatt fihom, l-ammont ta’ xogħol fl-ajruporti u fil-konsulati u l-għadd ta’ konsulati. Fid-dawl tal-ħtiġijiet speċjali ta’ dawk l-Istati Membri li kellhom jittrattaw l-ogħla għadd ta’ applikazzjonijiet għall-ażil per capita fl-2018 u l-2019, huwa xieraq li jiżdiedu l-ammonti fissi għal Ċipru, Malta u l-Greċja.

(44)

Jenħtieġ li l-ammonti inizjali għall-programmi tal-Istati Membri jiffurmaw il-bażi għall-investimenti fit-tul tal-Istati Membri. Biex jitqiesu bidliet fis-sitwazzjoni bażi, bħal pereżempju l-pressjoni fuq il-fruntieri esterni u l-ammont ta’ xogħol fil-fruntieri esterni u fil-konsulati, jenħtieġ li jiġi allokat ammont addizzjonali għall-Istati Membri f’nofs it-terminu tal-perjodu ta’ programmazzjoni u jenħtieġ li jkun ibbażat fuq id-data statistika, skont l-Anness I, b’kont meħud tal-istat tal-implimentazzjoni tal-programm tagħhom.

(45)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu ta’ dan ir-Regolament. Dik l-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu jenħtieġ li tintuża biex tiġi vvalutata l-effikaċja, u ssir stima tal-valur miżjud mill-Unjoni, tal-Istrument u tiġi pprovduta deskrizzjoni ġenerali trasparenti ta’ kif l-Istrument ġie implimentat.

(46)

Filwaqt li l-isfidi fil-oqsma tal-ġestjoni tal-fruntieri u tal-politika dwar il-viżi qegħdin dejjem jevolvu, hemm bżonn li l-allokazzjoni tal-fondi tiġi adattata għal bidliet fil-prijoritajiet għall-politika dwar il-viżi u l-ġestjoni tal-fruntieri, inklużi bidliet b’riżultat ta’ pressjoni akbar fil-fruntiera, u l-ħtieġa li l-fondi jiġu diretti lejn il-prijoritajiet bl-ogħla valur miżjud tal-Unjoni. Bħala rispons għal ħtiġijiet urġenti u għal bidliet fil-politika u fil-prijoritajiet tal-Unjoni, u sabiex il-fondi jiġu diretti lejn azzjonijiet b’livell għoli ta’ valur miżjud tal-Unjoni, jenħtieġ li parti mill-finanzjament tiġi allokata perjodikament, permezz ta’ faċilità tematika, għal azzjonijiet speċifiċi, azzjonijiet tal-Unjoni u assistenza ta’ emerġenza. Il-faċilità tematika toffri flessibbiltà fil-ġestjoni tal-Istrument u tkun tista’ tiġi implimentata wkoll permezz tal-programmi tal-Istati Membri.

(47)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jiġu mħeġġa jużaw parti mill-allokazzjoni tal-programm tagħhom biex jiffinanzjaw l-azzjonijiet elenkati fl-Anness IV billi jibbenifikaw minn kontribuzzjoni akbar mill-Unjoni.

(48)

Jenħtieġ li l-Istrument jikkontribwixxi għall-appoġġ ta’ kostijiet operatorji li huma relatati mal-ġestjoni tal-fruntieri, mal-politika komuni dwar il-viżi u ma’ sistemi tal-IT fuq skala kbira sabiex b’hekk l-Istati Membri jkunu jistgħu jżommu kapaċitajiet li huma kruċjali għall-Unjoni bħala entità waħda. Jenħtieġ li tali appoġġ jikkonsisti minn rimborż sħiħ ta’ kosti speċifiċi li huma relatati mal-objettivi tal-Istrument u jenħtieġ li jifforma parti integrali mill-programmi tal-Istati Membri.

(49)

Parti mir-riżorsi disponibbli taħt l-Istrument jistgħu jiġu allokati lill-programmi tal-Istati Membri għall-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi, b’żieda mal-allokazzjoni inizjali. Jenħtieġ li dawk l-azzjonijiet speċifiċi jiġu identifikati fil-livell tal-Unjoni u jkunu jikkonċernaw azzjonijiet b’valur miżjud tal-Unjoni li jirrikjedu kooperazzjoni bejn l-Istati Membri jew azzjonijiet meħtieġa biex jiġu indirizzati l-iżviluppi fl-Unjoni li jirrikjedu li jsir disponibbli finanzjament addizzjonali lil Stat Membru wieħed jew aktar, bħax-xiri permezz ta’ programmi tal-Istati Membri ta’ tagħmir tekniku meħtieġ mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta biex twettaq l-attivitajiet operazzjonali tagħha, il-modernizzazzjoni tal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal viża, l-iżvilupp ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira u l-istabbiliment ta’ interoperabbiltà bejn dawk is-sistemi. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħti d-dettalji ta’ dawk l-azzjonijiet speċifiċi fil-programmi ta’ ħidma tagħha.

(50)

Sabiex jikkomplementa l-implimentazzjoni tal-objettiv ta’ politika tal-Istrument fil-livell nazzjonali permezz tal-programmi tal-Istati Membri, jenħtieġ li l-Istrument jipprovdi wkoll appoġġ għal azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni. Jenħtieġ li tali azzjonijiet iservu skopijiet strateġiċi ġenerali fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-intervent tal-Istrument relattivament għall-analiżi tal-politika u l-innovazzjoni, għal tagħlim reċiproku tranżnazzjonali u sħubiji u għall-ittestjar ta’ inizjattivi u azzjonijiet ġodda madwar l-Unjoni.

(51)

Sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tal-Unjoni li tindirizza immedjatament ħtiġijiet urġenti u speċifiċi fl-eventwalità ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza, bħal influss kbir jew sproporzjonat ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, b’mod partikolari f’dawk is-sezzjonijiet tal-fruntiera li lilhom ġie attribwit livell ta’ impatt għoli jew kritiku taħt ir-Regolament (UE) 2019/1896, jew sitwazzjonijiet oħrajn li fir-rigward tagħhom ġiet debitament sostanzjata l-ħtieġa ta’ azzjoni immedjata fil-fruntieri esterni, jenħtieġ li jkun possibbli li tiġi pprovduta assistenza ta’ emerġenza, f’konformità mal-qafas stabbilit f’dan ir-Regolament.

(52)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għad-durata kollha tal-Istrument li jrid jikkostitwixxi l-ammont ta’ referenza primarja, fis-sens tal-punt 18 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda (29), għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali. L-ammont ta’ referenza primarja allokat lill-Istrument jiżdied b’ammont addizzjonali ta’ EUR 1 biljun fi prezzijiet tal-2018 kif speċifikat fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (30).

(53)

Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (31) (ir-“Regolament Finanzjarju”) japplika għal dan l-Istrument. Ir-Regolament Finanzjarju jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist, ġestjoni indiretta, strumenti finanzjarji, garanziji baġitarji, assistenza finanzjarja u r-rimborż ta’ esperti esterni.

(54)

Għall-iskop tal-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet taħt ġestjoni kondiviża, jenħtieġ li l-Istrument jifforma parti minn qafas koerenti li jikkonsisti minn dan ir-Regolament, ir-Regolament Finanzjarju u r-Regolament (UE) 2021/1060.

(55)

Ir-Regolament (UE) 2021/1060 jistabbilixxi l-qafas għall-azzjoni mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, u jistabbilixxi b’mod partikolari r-regoli dwar il-programmazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, il-ġestjoni u l-kontroll għall-fondi tal-Unjoni implimentati taħt ġestjoni kondiviża. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jiġu speċifikati l-objettivi tal-Istrument fir-rigward tal-ġestjoni tal-fruntieri u tal-politika dwar il-viżi f’dan ir-Regolament, u li jiġu stipulati dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jistgħu jiġu ffinanzjati taħt l-Istrument.

(56)

Skema ta’ prefinanzjament għall-Istrument hija stabbilita fir-Regolament (UE)2021/1060, u rata ta’ prefinanzjament speċifika hija stabbilita f’dan ir-Regolament. Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata l-possibbiltà ta’ reazzjoni fil-pront għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, huwa xieraq li tiġi ffissata rata speċifika ta’ prefinanzjament għall-assistenza ta’ emerġenza. Jenħtieġ li l-iskema ta’ prefinanzjament tiżgura li l-Istati Membri jkollhom il-mezzi biex jipprovdu appoġġ lill-benefiċjarji mill-bidu tal-implimentazzjoni tal-programmi tagħhom.

(57)

It-tipi ta’ finanzjament u metodi ta’ implimentazzjoni taħt dan ir-Regolament jenħtieġ li jintgħażlu fuq il-bażi tal-kapaċità tagħhom li jwettqu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu riżultati, filwaqt li b’mod partikolari jitqiesu l-kostijiet tal-kontrolli, il-piżijiet amministrattivi u r-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità. Meta ssir dik l-għażla jenħtieġ li jkunu kkunsidrati l-użu ta’ ammonti f’daqqa, rati fissi u kostijiet unitarji, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma’ kostijiet kif imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.

(58)

F’konformità mal-Artikolu 193(2) tar-Regolament Finanzjarju, tista’ tingħata għotja għal azzjoni li tkun diġà bdiet, dment li l-applikant ikun jista’ juri l-ħtieġa li jibda l-azzjoni qabel l-iffirmar tal-ftehim ta’ għotja. Madankollu, il-kostijiet imġarrba qabel id-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal għotja mhumiex eliġibbli għall-finanzjament mill-Unjoni ħlief f’każijiet eċċezzjonali debitament ġustifikati. Sabiex tiġi evitata kwalunkwe interruzzjoni fl-appoġġ tal-Unjoni li tista’ tkun ta’ preġudizzju għall-interessi tal-Unjoni, jenħtieġ li jkun possibbli, għal perijodu limitat ta’ żmien fil-bidu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027, li l-kostijiet imġarrba fir-rigward ta’ azzjonijiet appoġġati taħt dan ir-Regolament taħt ġestjoni diretta u li jkunu diġà bdew jitqiesu eliġibbli għall-finanzjament mill-Unjoni mill-1 ta’ Jannar 2021, anke jekk dawk il-kostijiet ikunu ġġarrbu qabel ma ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għal għotja jew it-talba għall-assistenza.

(59)

Sabiex isir l-aħjar użu mill-prinċipju ta’ awditu uniku, huwa xieraq li jiġu ffissati regoli speċifiċi dwar il-kontroll u l-awditjar ta’ proġetti li fihom organizzazzjonijiet internazzjonali, li s-sistemi ta’ kontroll intern tagħhom ġew ivvalutati b’mod pożittiv mill-Kummissjoni, huma l-benefiċjarji. Għal tali proġetti, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta’ ġestjoni jkollhom il-possibbiltà li jillimitaw il-verifiki ta’ ġestjoni tagħhom, dment li l-benefiċjarju jipprovdi d-data u l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar il-progress tal-proġett u dwar l-eliġibbiltà tal-infiq sottostanti b’mod f’waqtu. Barra minn hekk, fejn proġett implimentat minn tali organizzazzjoni internazzjonali jkun parti minn kampjun tal-awditjar, jenħtieġ li jkun possibbli għall-awtorità tal-awditjar li twettaq il-ħidma tagħha f’konformità mal-prinċipji tal-Istandard Internazzjonali dwar Servizzi Relatati (ISRS, International Standard on Related Services) 4400, “Engagements to Perform Agreed-upon Procedures Regarding Financial Information” (Impenji li Jitwettqu Proċeduri Maqbula Rigward l-Informazzjoni Finanzjarja).

(60)

F’konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32) u r-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (33), (KE, Euratom) Nru 2185/96 (34) u (UE) 2017/1939 (35), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jridu jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inkluż miżuri relatati mal-prevenzjoni, is-sejbien, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, inkluż frodi, mal-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett u, fejn xieraq, mal-impożizzjoni ta’ penali amministrattivi. B’mod partikolari, f’konformità mar-Regolamenti (KE, Euratom) Nru 2185/96 u (UE, Euratom) Nru 883/2013, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) għandu s-setgħa li jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-għan li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-“UPPE”) għandu s-setgħa, skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, li jinvestiga u jressaq għall-prosekuzzjoni reati kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (36). F’konformità mar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi mill-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess neċessarji lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-Qorti tal-Awdituri u, fir-rigward ta’ dawk l-Istati Membri li jipparteċipaw fil-kooperazzjoni msaħħa skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, lill-UPPE, u tiżgura li kwalunkwe terza parti involuta fl-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti. Jenħtieġ li l-Istati Membri jikkooperaw bis-sħiħ u jipprovdu l-assistenza kollha meħtieġa lill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni relattivament għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

(61)

Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 322 TFUE japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawk ir-regoli huma stipulati fir-Regolament Finanzjarju u b’mod partikolari jiddeterminaw il-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta’ għotjiet, akkwist, premjijiet, u implimentazzjoni indiretta, u jipprevedu kontrolli dwar ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 TFUE jinkludu wkoll reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni.

(62)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE (37), persuni u entitajiet stabbiliti f’pajjiżi jew territorji extra-Ewropej huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u l-objettivi tal-Istrument u arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li miegħu huwa marbut il-pajjiż jew territorju extra-Ewropew.

(63)

Skont l-Artikolu 349 TFUE u f’konformità mal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Ottubru 2017 intitolata ‘Sħubija strateġika aktar b’saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE’, approvata mill-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu tat-12 ta’ April 2018, l-Istati Membri rilevanti jenħtieġ li jiżguraw li l-programmi tagħhom jindirizzaw it-theddidiet emerġenti li jiffaċċjaw ir-reġjuni ultraperiferiċi. Jenħtieġ li l-Istrument jappoġġa lil dawk l-Istati Membri b’riżorsi adegwati biex jgħinu lir-reġjuni ultraperiferiċi kif xieraq.

(64)

Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (38), jenħtieġ li l-Istrument jiġi evalwat abbażi tal-informazzjoni miġbura f’konformità ma’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ, filwaqt li jiġi evitat piż amministrattiv, b’mod partikolari fuq l-Istati Membri, kif ukoll ir-regolamentazzjoni żejda. Jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Istrument fil-prattika. Sabiex jitkejlu l-kisbiet tal-Istrument, jenħtieġ li jiġu stabbiliti indikaturi u miri relatati fir-rigward ta’ kull objettiv speċifiku tal-Istrument. Jenħtieġ li dawk l-indikaturi jinkludu indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi.

(65)

B’riflessjoni tal-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima f’konformità mal-impenji tal-Unjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Pariġi adottat taħt il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima (39), u l-impenn lejn l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, jenħtieġ li l-azzjonijiet taħt dan ir-Regolament jikkontribwixxu biex tintlaħaq mira globali ta’ 30 % tan-nefqa kollha taħt il-qafas finanzjarju pluriennali li tintefaq fuq l-integrazzjoni tal-objettivi klimatiċi u għal ħidma favur l-ambizzjoni li 7,5 % tal-baġit jintefqu fin-nefqa għall-bijodiversità fl-2024 u 10 % jintefqu fl-2026 u l-2027 filwaqt li jittieħed kont tas-sovrapożizzjonijiet eżistenti bejn l-għanijiet klimatiċi u dawk relatati mal-bijodiversità. Jenħtieġ li l-Istrument jappoġġa attivitajiet li jirrispettaw l-istandards klimatiċi u ambjentali u l-prijoritajiet tal-Unjoni u li ma jagħmlu l-ebda ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (40).

(66)

Ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (41) u kwalunkwe att applikabbli għall-perijodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 jenħtieġ li jibqa’ japplika għall-programmi u għall-proġetti appoġġati taħt l-Istrument matul il-perijodu ta’ programmazzjoni 2014-2020. Billi l-perijodu ta’ implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 tikkoinċidi mal-perijodu ta’ programmazzjoni kopert minn dan ir-Regolament, u sabiex tkun żgurata l-kontinwità fl-implimentazzjoni ta’ ċerti proġetti approvati minn dak ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għat-tqassim tal-proġetti f’fażijiet differenti. Kull fażi individwali tal-proġett jenħtieġ li tiġi implimentata skont ir-regoli tal-perijodu ta’ programmazzjoni li taħtu jirċievi finanzjament.

(67)

Permezz ta’ indikaturi u rapportar finanzjarju, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-Istrument f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2021/1060 u ma’ dan ir-Regolament. Mill-2023 ’il quddiem, jenħtieġ li l-Istati Membri jippreżentaw lill-Kummissjoni rapporti annwali dwar il-prestazzjoni li jkopru s-sena tal-kontabbiltà tal-aħħar. Jenħtieġ li dawk ir-rapporti jkun fihom informazzjoni dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-programmi tal-Istati Membri. Jenħtieġ li l-Istati Membri jippreżentaw ukoll sommarji ta’ dawk ir-rapporti lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tittraduċi dawk is-sommarji għal-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni u tagħmilhom disponibbli pubblikament fis-sit web tagħha, flimkien ma’ links għas-siti web tal-Istati Membri msemmija fir-Regolament (UE) 2021/1060.

(68)

Sabiex jiġu ssupplimentati u emendati elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 TFUE fir-rigward tal-lista ta’ azzjonijiet fl-Anness III, tal-lista ta’ azzjonijiet eliġibbli għal rati ogħla ta’ kofinanzjament fl-Anness IV, tal-appoġġ operazzjonali taħt l-Anness VII u tal-iżvilupp ulterjuri tal-qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(69)

Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (42). Jenħtieġ li l-proċedura ta’ eżami tintuża għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw obbligi komuni għall-Istati Membri, b’mod partikolari obbligi li jikkonċernaw l-għoti ta’ informazzjoni lill-Kummissjoni, u jenħtieġ li l-proċedura konsultattiva tintuża għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni relatati mal-arranġamenti dettaljati għall-għoti ta’ informazzjoni lill-Kummissjoni fil-qafas tal-programmazzjoni u r-rapportar, minħabba n-natura purament teknika tagħhom. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jkunu applikabbli minnufih relattivament għall-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet biex tingħata assistenza ta’ emerġenza prevista minn dan ir-Regolament fejn, f’każijiet debitament ġustifikati relatati man-natura u l-iskop ta’ tali assistenza, dan ikun meħtieġ għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza.

(70)

Jenħtieġ li l-parteċipazzjoni minn Stat Membru f’dan l-Istrument ma tikkoinċidix mal-parteċipazzjoni tiegħu fi strument finanzjarju temporanju tal-Unjoni li jappoġġa lill-Istati Membri benefiċjarji biex jiffinanzjaw, fost oħrajn, azzjonijiet fi fruntieri esterni ġodda tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-acquis tas-Schengen dwar il-fruntieri u l-viżi u l-kontroll fil-fruntieri esterni.

(71)

Minħabba li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(72)

Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawk iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (43), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, Punti A u B, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (44).

(73)

Fir-rigward tal-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (45), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, Punti A u B, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (46).

(74)

Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (47), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, Punti A u B tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (48).

(75)

Sabiex jiġu speċifikati n-natura u l-modalitajiet tal-parteċipazzjoni fl-Istrument tal-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, jenħtieġ li jiġu konklużi arranġamenti ulterjuri bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi taħt id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni rispettivi tagħhom. Jenħtieġ li tali arranġamenti jikkostitwixxu ftehimiet internazzjonali fis-sens tal-Artikolu 218 TFUE. Sabiex tiġi minimizzata kwalunkwe lakuna possibbli bejn il-mument meta l-Istrument isir vinkolanti għall-pajjiż konċernat u d-dħul fis-seħħ tal-arranġamenti, huwa xieraq li jibdew in-negozjati dwar tali arranġamenti malajr kemm jista’ jkun wara li l-pajjiż rispettiv ikun innotifika lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tiegħu li jaċċetta l-kontenut tal-Istrument u li jimplimentah fl-ordni legali intern tiegħu. Jenħtieġ li l-konklużjoni ta’ tali arranġamenti sseħħ wara li l-pajjiż konċernat ikun għarraf bil-miktub li ġew issodisfati r-rekwiżiti interni kollha tiegħu.

(76)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-TUE u mat-TFUE, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Ladarba dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, jenħtieġ li d-Danimarka, f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, tiddeċiedi, fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar dan ir-Regolament, jekk hijiex ser timplimenta dan ir-Regolament fil-liġi nazzjonali tagħha.

(77)

Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (49). Għalhekk l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(78)

Huwa xieraq li l-perijodu tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jiġi allinjat ma’ dak tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093.

(79)

Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità fl-għoti ta’ appoġġ fil-qasam ta’ politika rilevanti u sabiex ikun possibbli li l-implimentazzjoni tibda mill-bidu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ bħala kwistjoni ta’ urġenza u jenħtieġ li japplika, b’effett retroattiv, mill-1 ta’ Jannar 2021,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (l-“Istrument”), bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (il-“Fond”), għall-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar 2021 u l-31 ta’ Diċembru 2027.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond b’mod konġunt mar-Regolament (UE) 2021/1077 għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027.

Dan ir-Regolament jistipula l-objettiv ta’ politika tal-Istrument, l-objettivi speċifiċi tal-Istrument u miżuri biex jiġu implimentati dawk l-objettivi speċifiċi, il-baġit għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027, il-forom ta’ finanzjament mill-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta’ tali finanzjament.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“punt ta’ qsim tal-fruntiera” tfisser punt ta’ qsim tal-fruntiera kif definit fil-punt 8 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/399;

(2)

“ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri” tfisser ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri kif imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2019/1896;

(3)

“fruntieri esterni” tfisser fruntieri esterni kif definiti fil-punt 2 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/399 u fruntieri interni fejn għadhom ma tneħħewx il-kontrolli;

(4)

“sezzjoni tal-fruntiera esterna” tfisser taqsima tal-fruntiera esterna kif definita fil-punt (11) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/1896;

(5)

“żona hotspot” tfisser żona hotspot kif definita fil-punt (23) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/1896;

(6)

“fruntieri interni fejn għadhom ma tneħħewx il-kontrolli” tfisser:

(a)

il-fruntiera komuni bejn Stat Membru li jkun qed jimplimenta b’mod sħiħ l-acquis ta’ Schengen u Stat Membru marbut li japplika l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ, f’konformità mal-Att tal-Adeżjoni tiegħu, iżda li għalih tkun għadha ma daħlitx fis-seħħ id-Deċiżjoni tal-Kunsill rilevanti li tawtorizzah japplika dak l-acquis b’mod sħiħ;

(b)

il-fruntiera komuni bejn żewġ Stati Membri li huma marbuta japplikaw l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ, f’konformità mal-Atti tal-Adeżjoni rispettivi tagħhom, iżda li għalihom tkun għadha ma daħlitx fis-seħħ id-Deċiżjoni tal-Kunsill rilevanti li tawtorizzahom japplikaw dak l-acquis b’mod sħiħ;

(7)

“sitwazzjoni ta’ emerġenza” tfisser sitwazzjoni li tirriżulta minn pressjoni urġenti u eċċezzjonali fejn għadd kbir jew sproporzjonat ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz ikunu qasmu, qed jaqsmu jew mistennija li jaqsmu l-fruntieri esterni ta’ Stat Membru wieħed jew aktar jew fejn iseħħu inċidenti relatati ma’ immigrazzjoni illegali jew kriminalità transfruntiera fil-fruntieri esterni ta’ Stat Membru wieħed jew aktar, u dawk l-inċidenti jkollhom impatt deċiżiv fuq is-sigurtà tal-fruntiera sal-punt li joħolqu r-riskju li jipperikolaw il-funzjonament taż-żona Schengen, jew kwalunkwe sitwazzjoni oħra li fir-rigward tagħha jkun ġie debitament sostanzjat li tenħtieġ azzjoni immedjata fil-fruntieri esterni fl-ambitu tal-objettivi tal-Istrument;

(8)

“azzjonijiet speċifiċi” tfisser proġetti tranżnazzjonali jew nazzjonali li jġibu magħhom valur miżjud tal-Unjoni f’konformità mal-objettivi tal-Istrument li għalih Stat Membru wieħed, diversi Stati Membri jew l-Istati Membri kollha jistgħu jirċievu allokazzjoni addizzjonali għall-programmi tagħhom;

(9)

“appoġġ operazzjonali” tfisser parti mill-allokazzjoni ta’ Stat Membru li tista’ tintuża bħala appoġġ għall-awtoritajiet pubbliċi responsabbli mit-twettiq ta’ kompiti u mill-forniment ta’ servizzi li jikkostitwixxu servizz pubbliku għall-Unjoni;

(10)

“azzjonijiet tal-Unjoni” tfisser proġetti tranżnazzjonali jew proġetti ta’ interess partikolari għall-Unjoni, implimentati f’konformità mal-objettivi tal-Istrument.

Artikolu 3

Objettivi tal-Istrument

1.   Bħala parti mill-Fond, l-objettiv ta’ politika tal-Istrument huwa li jiżgura ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri li tkun solida u effettiva fil-fruntieri esterni, u b’hekk jikkontribwixxi biex ikun żgurat livell għoli ta’ sigurtà interna fl-Unjoni, filwaqt li jkun salvagwardjat il-moviment liberu tal-persuni fi ħdanha u jkunu rispettati b’mod sħiħ l-acquis rilevanti tal-Unjoni u l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri li jirriżultaw mill-istrumenti internazzjonali li għalihom huma Partijiet.

2.   Fl-ambitu tal-objettiv ta’ politika stipulat fil-paragrafu 1, l-Istrument għandu jikkontribwixxi għall-objettivi speċifiċi li ġejjin:

(a)

appoġġ għall-ġestjoni integrata Ewropea effettiva tal-fruntieri esterni, implimentata mill-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta bħala responsabbiltà kondiviża tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u tal-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri, biex jiġi ffaċilitat il-qsim leġittimu tal-fruntieri, għall-prevenzjoni u s-sejbien ta’ immigrazzjoni illegali u kriminalità transfruntiera u biex jiġu ġestiti b’mod effettiv il-flussi migratorji;

(b)

appoġġ għall-politika komuni dwar il-viżi biex jiġi żgurat approċċ armonizzat fir-rigward tal-ħruġ tal-viżi u biex jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar leġittimu, filwaqt li jgħin fil-prevenzjoni ta’ riskji migratorji u ta’ sigurtà.

3.   Fl-ambitu tal-objettivi speċifiċi stipulati fil-paragrafu 2, l-Istrument għandu jiġi implimentat permezz tal-miżuri ta’ implimentazzjoni elenkati fl-Anness II.

Artikolu 4

Nondiskriminazzjoni u rispett għad-drittijiet fundamentali

L-azzjonijiet iffinanzjati taħt l-Istrument għandhom jiġu implimentata f’konformità sħiħa mad-drittijiet u l-prinċipji stabbiliti fl-acquis tal-Unjoni u fil-Karta u mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni fir-rigward tad-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari billi tiġi żgurata konformità mal-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u non-refoulement.

Artikolu 5

Kamp ta’ applikazzjoni tal-appoġġ

1.   Fl-ambitu tal-objettivi tiegħu u f’konformità mal-miżuri ta’ implimentazzjoni elenkati fl-Anness II, l-Istrument għandu, b’mod partikolari, jappoġġa l-azzjonijiet elenkati fl-Anness III.

Biex jiġu indirizzati ċirkostanzi mhux previsti jew ġodda, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 31 biex temenda l-lista ta’ azzjonijiet fl-Anness III sabiex jiġu miżjuda azzjonijiet ġodda.

2.   Biex jitwettqu l-objettivi tiegħu, l-Istrument jista’ jappoġġa, b’konsistenza tal-prijoritajiet tal-Unjoni, azzjonijiet kif imsemmija fl-Anness III f’pajjiżi terzi u b’rabta magħhom, fejn xieraq, f’konformità mal-Artikolu 20.

3.   Fir-rigward ta’ azzjonijiet f’pajjiżi terzi u b’rabta magħhom, il-Kummissjoni u l-Istati Membri, flimkien mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandhom, f’konformità mar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, jiżguraw koordinazzjoni mal-politiki, strateġiji u strumenti rilevanti tal-Unjoni. B’mod partikolari, għandhom jiżguraw li l-azzjonijiet f’pajjiżi terzi u b’rabta magħhom:

(a)

jitwettqu f’sinerġija u f’koerenza ma’ azzjonijiet oħra barra l-Unjoni appoġġati permezz ta’ strumenti oħrajn tal-Unjoni;

(b)

ikunu koerenti mal-politika esterna tal-Unjoni, jirrispettaw il-prinċipju tal-koerenza fil-politika għall-iżvilupp u jkunu konsistenti mad-dokumenti ta’ programmazzjoni strateġika għar-reġjun jew għall-pajjiż inkwistjoni;

(c)

jiffokaw fuq miżuri mhux orjentati lejn l-iżvilupp; u

(d)

jaqdu l-interessi tal-politiki interni tal-Unjoni u jkunu konsistenti ma’ attivitajiet li jsiru fl-Unjoni.

4.   L-azzjonijiet li ġejjin ma għandhomx ikunu eliġibbli:

(a)

azzjonijiet kif imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 tal-Anness III f’dawk il-fruntieri interni fejn għadhom ma tneħħewx il-kontrolli;

(b)

azzjonijiet relatati mal-introduzzjoni mill-ġdid temporanja ta’ kontroll fil-fruntieri interni fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/399;

(c)

azzjonijiet li l-għan primarju tagħhom huwa l-kontroll doganali.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, fejn tinqala’ sitwazzjoni ta’ emerġenza, azzjonijiet kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu jitqiesu bħala eliġibbli.

KAPITOLU II

QAFAS FINANZJARJU U IMPLIMENTATTIV

TAQSIMA 1

Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 6

Prinċipji ġenerali

1.   L-appoġġ ipprovdut taħt l-Istrument għandu jikkomplementa interventi nazzjonali, reġjonali u lokali, u għandu jiffoka fuq li jġib valur miżjud tal-Unjoni għat-twettiq tal-objettivi tal-Istrument.

2.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appoġġ ipprovdut taħt l-Istrument u mill-Istati Membri jkun konsistenti mal-azzjonijiet, politiki u prijoritajiet rilevanti tal-Unjoni, u li jkun komplementari għall-appoġġ ipprovdut taħt strumenti oħrajn tal-Unjoni.

3.   L-Istrument għandu jiġi implimentat taħt ġestjoni diretta, kondiviża jew indiretta f’konformità mal-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 7

Baġit

1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Istrument għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027 għandu jkun ta’ EUR 5 241 000 000 fi prezzijiet kurrenti.

2.   Bħala riżultat tal-aġġustament speċifiku għall-programm previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093, l-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jiżdied b’allokazzjoni addizzjonali ta’ EUR 1 000 000 000 fi prezzijiet kostanti tal-2018 kif speċifikat fl-Anness II għal dak ir-Regolament.

3.   Il-pakkett finanzjarju għandu jintuża kif ġej:

(a)

EUR 3 668 000 000 għandhom jiġu allokati għall-programmi tal-Istati Membri, li minnhom EUR 200 568 000 għandhom jiġu allokati għall-Iskema ta’ Tranżitu Speċjali msemmija fl-Artikolu 17;

(b)

EUR 1 573 000 000 għandhom jiġu allokati għall-faċilità tematika msemmija fl-Artikolu 8.

4.   L-allokazzjoni addizzjonali msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi allokata għall-faċilità tematika msemmija fl-Artikolu 8.

5.   Fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni għandhom jiġu allokati sa 0,52 % tal-pakkett finanzjarju għal għajnuna teknika, kif imsemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2021/1060, għall-implimentazzjoni tal-Istrument.

6.   F’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni rispettivi tagħhom, għandhom isiru arranġamenti sabiex jispeċifikaw in-natura u l-modalitajiet tal-parteċipazzjoni fl-Istrument mill-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen. Kemm jista’ jkun malajr wara li l-pajjiż ikkonċernat ikun innotifika d-deċiżjoni tiegħu li jaċċetta l-kontenut tal-Istrument u li jimplimentah fl-ordni legali intern tiegħu, f’konformità mal-ftehim ta’ assoċjazzjoni rilevanti, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rakkomandazzjoni lill-Kunsill għall-ftuħ ta’ negozjati dwar dawk l-arranġamenti taħt l-Artikolu 218(3) TFUE. Malli jirċievi r-rakkomandazzjoni, il-Kunsill għandu jaġixxi mingħajr dewmien biex jiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni tal-ftuħ ta’ dawk in-negozjati. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji minn dawk il-pajjiżi għandhom jiżdiedu mar-riżorsi globali disponibbli mill-pakkett finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1.

7.   F’konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2021/1060, sa 5 % tal-allokazzjoni inizjali għal Stat Membru minn kwalunkwe wieħed mill-fondi taħt dak ir-Regolament taħt ġestjoni kondiviża jistgħu jiġu ttrasferiti lill-Istrument taħt ġestjoni diretta jew indiretta fuq it-talba ta’ dak l-Istat Membru. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawk ir-riżorsi direttament f’konformità mal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament f’konformità mal-punt (c) ta’ dak is-subparagrafu. Dawk ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 8

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-implimentazzjoni tal-faċilità tematika

1.   L-ammont imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 7(3) għandu jiġi allokat b’mod flessibbli permezz ta’ faċilità tematika bl-użu ta’ ġestjoni kondiviża, diretta jew indiretta, kif stipulat fil-programmi ta’ ħidma. Minħabba n-natura interna tal-Istrument, il-faċilità tematika għandha primarjament taqdi l-politika interna tal-Unjoni f’konformità mal-objettivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3(2).

Il-finanzjament mill-faċilità tematika għandu jintuża għall-komponenti tiegħu, li huma dawn li ġejjin:

(a)

azzjonijiet speċifiċi;

(b)

azzjonijiet tal-Unjoni; u

(c)

assistenza ta’ emerġenza kif imsemmija fl-Artikolu 25.

L-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, kif imsemmija fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2021/1060, għandha tirċievi appoġġ ukoll mill-ammont imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 7(3) ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-finanzjament mill-faċilità tematika għandu jindirizza prijoritajiet b’valur miżjud għoli tal-Unjoni jew jintuża b’reazzjoni għal ħtiġijiet urġenti, f’konformità mal-prijoritajiet miftiehma tal-Unjoni kif riflessi fl-Anness II, inkluża l-ħtieġa ta’ protezzjoni tal-fruntieri esterni u tal-prevenzjoni u s-sejbien tal-kriminalità transfruntiera fil-fruntieri esterni, b’mod partikolari l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u t-traffikar ta’ persuni, u tal-immigrazzjoni irregolari, kif ukoll għall-ġestjoni effettiva tal-flussi migratorji u biex jingħata appoġġ lill-politika komuni dwar il-viżi.

Il-finanzjament, imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, bl-eċċezzjoni ta’ finanzjament użat għal assistenza ta’ emerġenza f’konformità mal-Artikolu 25, għandu jappoġġa biss l-azzjonijiet elenkati fl-Anness III.

3.   Il-Kummissjoni għandha tinvolvi lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u lin-networks rilevanti, b’mod partikolari bil-ħsieb tat-tħejjija u l-evalwazzjoni tal-programmi ta’ ħidma għall-azzjonijiet tal-Unjoni, kif imsemmija fl-Artikolu 21, iffinanzjati permezz tal-Istrument.

4.   Meta jingħata finanzjament mill-faċilità tematika taħt ġestjoni diretta jew indiretta lill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-proġetti affettwati minn opinjoni motivata mogħtija mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ proċedimenti ta’ ksur taħt l-Artikolu 258 TFUE u li jqajmu dubju dwar il-legalità u r-regolarità tan-nefqa jew il-prestazzjoni tal-proġetti ma jiġux magħżula.

5.   Għall-finijiet tal-Artikolu 23 u l-Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) 2021/1060, fejn il-finanzjament mill-faċilità tematika jiġi implimentat taħt ġestjoni kondiviża, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li l-azzjonijiet previsti mhumiex, u l-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk humiex, affettwati minn opinjoni motivata mogħtija mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ proċedimenti ta’ ksur taħt l-Artikolu 258 TFUE li jqajmu dubju dwar il-legalità u r-regolarità tan-nefqa jew il-prestazzjoni tal-azzjonijiet.

6.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-ammont globali li jkun irid isir disponibbli għall-faċilità tematika taħt l-approprjazzjonijiet annwali tal-baġit tal-Unjoni.

7.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, deċiżjonijiet ta’ finanzjament kif imsemmi fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju għall-faċilità tematika filwaqt li tidentifika objettivi u azzjonijiet li għandhom jiġu appoġġati u tispeċifika l-ammonti għal kull wieħed mill-komponenti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Id-deċiżjonijiet ta’ finanzjament jistgħu jkunu annwali jew pluriennali u jistgħu jkopru wieħed jew aktar mill-komponenti tal-faċilità tematika msemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 32(3) ta’ dan ir-Regolament.

8.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li d-distribuzzjoni tar-riżorsi fost l-objettivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3(2) tkun ġusta u trasparenti. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-użu u d-distribuzzjoni tal-faċilità tematika bejn il-komponenti kif imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, inkluż dwar l-appoġġ ipprovdut lill-azzjonijiet f’pajjiżi terzi jew b’rabta magħhom taħt l-azzjonijiet tal-Unjoni.

9.   Sussegwentement għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ finanzjament kif imsemmi fil-paragrafu 7, il-Kummissjoni tista’ temenda l-programmi tal-Istati Membri skont kif ikun adatt.

TAQSIMA 2

Appoġġ u implimentazzjoni taħt ġestjoni kondiviża

Artikolu 9

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din it-taqsima tapplika għall-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 7(3) u r-riżorsi addizzjonali li għandhom jiġu implimentati taħt ġestjoni kondiviża skont id-deċiżjoni ta’ finanzjament għall-faċilità tematika msemmija fl-Artikolu 8.

2.   L-appoġġ taħt din it-taqsima għandu jiġi implimentat taħt ġestjoni kondiviża f’konformità mal-Artikolu 63 tar-Regolament Finanzjarju u mar-Regolament (UE) 2021/1060.

Artikolu 10

Riżorsi baġitarji

1.   L-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 7(3) għandu jiġi allokat lill-programmi tal-Istati Membri b’mod indikattiv kif ġej:

(a)

EUR 3 057 000 000 skont l-Anness I;

(b)

EUR 611 000 000 għall-aġġustament tal-allokazzjonijiet lill-programmi tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 14(1).

2.   Fejn l-ammont imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu mhuwiex kompletament allokat, l-ammont li jifdal jista’ jiżdied mal-ammont imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 7(3).

Artikolu 11

Prefinanzjament

1.   F’konformità mal-Artikolu 90(4) tar-Regolament (UE) 2021/1060, il-prefinanzjament għall-Istrument għandu jitħallas b’pagamenti parzjali annwali qabel l-1 ta’ Lulju ta’ kull sena, soġġett għad-disponibbiltà ta’ fondi, kif ġej:

(a)

2021: 4 %;

(b)

2022: 3 %;

(c)

2023: 5 %;

(d)

2024: 5 %;

(e)

2025: 5 %;

(f)

2026: 5 %.

2.   Fejn programm ta’ Stat Membru jiġi adottat wara l-1 ta’ Lulju 2021, il-pagamenti parzjali ta’ qabel għandhom jitħallsu fis-sena tal-adozzjoni tiegħu.

Artikolu 12

Rati ta’ kofinanzjament

1.   Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni ma għandhiex taqbeż 75 % tat-total tan-nefqa eliġibbli għal proġett.

2.   Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni tista’ tiżdied għal 90 % tat-total tan-nefqa eliġibbli għal proġetti implimentati taħt azzjonijiet speċifiċi.

3.   Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni tista’ tiżdied għal 90 % tat-total tan-nefqa eliġibbli għal azzjonijiet elenkati fl-Anness IV.

4.   Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni tista’ tiżdied għal 100 % tat-total tan-nefqa eliġibbli għall-appoġġ operazzjonali, inkluż għall-Iskema ta’ Tranżitu Speċjali msemmija fl-Artikolu 17.

5.   Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni tista’ tiżdied għal 100 % tat-total tan-nefqa eliġibbli f’konformità mal-Artikolu 85(2) jew (3) tar-Regolament (UE) 2018/1240.

6.   Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni tista’ tiżdied għal 100 % tat-total tan-nefqa eliġibbli għal assistenza ta’ emerġenza kif imsemmija fl-Artikolu 25.

7.   Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni tista’ tiżdied għal 100 % tat-total tan-nefqa eliġibbli għal assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Istati Membri, fil-limiti stabbiliti fil-punt (b)(vi) tal-Artikolu 36(5) tar-Regolament (UE) 2021/1060.

8.   Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova programm ta’ Stat Membru għandha tistabbilixxi r-rata ta’ kofinanzjament u l-ammont massimu ta’ appoġġ mill-Istrument għat-tipi ta’ azzjoni koperti mill-kontribuzzjoni msemmija fil-paragrafi minn 1 sa 7.

9.   Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova programm ta’ Stat Membru għandha tistabbilixxi għal kull tip ta’ azzjoni jekk ir-rata ta’ kofinanzjament tiġix applikata fir-rigward ta’:

(a)

il-kontribuzzjoni totali, inklużi l-kontribuzzjoni pubblika u dik privata; jew

(b)

il-kontribuzzjoni pubblika biss.

Artikolu 13

Programmi tal-Istati Membri

1.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-prijoritajiet indirizzati fil-programm tiegħu jkunu konsistenti mal-prijoritajiet tal-Unjoni u jirrispondu għall-isfidi fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri u tal-politika dwar il-viżi u li jkunu kompletament konformi mal-acquis rilevanti tal-Unjoni u l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni u l-Istati Membri li jirriżultaw mill-istrumenti internazzjonali li għalihom huma Partijiet. Meta jiddefinixxu l-prijoritajiet tal-programmi tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri ta’ implimentazzjoni elenkati fl-Anness II ikunu indirizzati b’mod adegwat fil-programmi tagħhom.

Minħabba n-natura interna tal-Istrument, il-programmi tal-Istati Membri għandhom primarjament jaqdu l-politika interna tal-Unjoni f’konformità mal-objettivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-programmi tal-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2021/1060.

2.   Fil-limiti tar-riżorsi allokati taħt l-Artikolu 10(1), u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, kull Stat Membru għandu jalloka, fil-programm tiegħu, mill-inqas 10 % għall-objettiv speċifiku stipulat fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2).

3.   Stat Membru jista’ jalloka inqas mill-perċentwal minimu msemmi fil-paragrafu 2 biss jekk jipprovdi spjegazzjoni dettaljata fil-programm tiegħu għalfejn l-allokazzjoni ta’ riżorsi taħt dak il-livell ma tipperikolax it-twettiq tal-objettiv rilevanti.

4.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-għarfien u l-kompetenza esperta tal-aġenziji deċentralizzati rilevanti, b’mod partikolari l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, l-eu-LISA u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, stabbilita permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 (50) jittieħed kont tagħhom fir-rigward tal-oqsma ta’ kompetenza tagħhom, fi stadju bikri u b’mod f’waqtu, fl-iżvilupp tal-programmi tal-Istati Membri.

5.   Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta dwar l-azzjonijiet inklużi taħt l-appoġġ operazzjonali biex jiġu żgurati l-konsistenza u l-komplementarjetà tal-azzjonijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u ta’ dawk tal-Istati Membri rigward il-ġestjoni tal-fruntieri, biex jiġi evitat finanzjament doppju u biex tinkiseb il-kosteffiċjenza. Il-Kummissjoni għandha, fejn meħtieġ, tikkonsulta lill-eu-LISA dwar l-azzjonijiet inklużi taħt l-appoġġ operazzjonali li għalihom l-eu-LISA għandha għarfien espert partikolari f’konformità mal-mandat tagħha.

6.   Il-Kummissjoni tista’ tinvolvi, fejn xieraq, aġenziji deċentralizzati rilevanti, inklużi dawk imsemmija fil-paragrafu 4, fil-kompiti ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni speċifikati fit-Taqsima 5, b’mod partikolari bil-ħsieb li jiġu żgurati li l-azzjonijiet implimentati bl-appoġġ tal-Istrument ikunu konformi mal-acquis rilevanti tal-Unjoni u l-prijoritajiet miftiehma tal-Unjoni.

7.   Sussegwentement għall-adozzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1053/2013 u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa fil-qafas tat-twettiq ta’ valutazzjonijiet ta’ vulnerabbiltà f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/1896, l-Istat Membru kkonċernat għandu jeżamina, flimkien mal-Kummissjoni, l-approċċ l-iżjed adatt biex jiġu indirizzati dawk ir-rakkomandazzjonijiet bl-appoġġ tal-Istrument.

8.   Il-Kummissjoni għandha tinvolvi, fejn rilevanti, lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fil-proċess tal-eżami tal-approċċ l-iżjed adatt biex jiġu indirizzati r-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 7 bl-appoġġ tal-Istrument. F’dak il-kuntest, il-Kummissjoni tista’, fejn rilevanti, tuża l-għarfien espert ta’ korpi, uffiċċji u aġenziji oħrajn tal-Unjoni fir-rigward ta’ kwistjonijiet speċifiċi li jaqgħu fl-oqsma ta’ kompetenza tagħhom.

9.   Meta jkun qed jiġi implimentat il-paragrafu 7, l-Istat Membru kkonċernat għandu jagħti prijorità fil-programm tiegħu lill-implimentazzjoni ta’ miżuri li jindirizzaw kwalunkwe defiċjenza identifikata, speċjalment miżuri li jindirizzaw defiċjenzi gravi u valutazzjonijiet ta’ nonkonformità.

10.   Fejn ikun meħtieġ, il-programm tal-Istat Membru inkwistjoni għandu jiġi emendat f’konformità mal-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2021/1060 biex jittieħed kont tar-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu.

11.   F’kooperazzjoni u b’konsultazzjoni mal-Kummissjoni u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta f’konformità mal-oqsma ta’ kompetenza tal-Aġenzija, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jirrialloka riżorsi taħt il-programm tiegħu, inklużi dawk ipprogrammati għal appoġġ operazzjonali, bl-għan li jiġu indirizzati r-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 7 fejn dawk ir-rakkomandazzjonijiet ikollhom implikazzjonijiet finanzjarji.

12.   Kull meta Stat Membru jiddeċiedi li jimplimenta proġett ma’ pajjiż terz, jew ġewwa fih, bl-appoġġ tal-Istrument, l-Istat Membru għandu jikkonsulta lill-Kummissjoni qabel l-approvazzjoni tal-proġett.

13.   Kull meta Stat Membru jiddeċiedi li jimplimenta azzjoni ma’ pajjiż terz, jew ġewwa fih, jew b’rabta miegħu, bl-appoġġ tal-Istrument relattivament għall-monitoraġġ, sejbien, identifikazzjoni, intraċċar, prevenzjoni u interċezzjoni ta’ dħul mill-fruntiera mhux awtorizzat għall-finijiet tas-sejbien, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-immigrazzjoni irregolari u l-kriminalità transfruntiera, jew għall-finijiet tal-kontribuzzjoni lejn il-protezzjoni ta’ migranti u tal-kontribuzzjoni lejn is-salvataġġ ta’ ħajjiet ta’ migranti, dak l-Istat Membru għandu jiżgura li jkun innotifika lill-Kummissjoni bi kwalunkwe ftehim ta’ kooperazzjoni bilaterali jew multilaterali ma’ dak il-pajjiż terz skont l-Artikolu 76(3) tar-Regolament (UE) 2019/1896.

14.   Fir-rigward ta’ tagħmir, inklużi mezzi tat-trasport, u sistemi tal-ICT meħtieġa għal kontroll effettiv u sigur fil-fruntieri, inkluż għal operazzjonijiet ta’ tiftix u salvataġġ, u mixtrija bl-appoġġ tal-Istrument:

(a)

l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istandards stabbiliti f’konformità mal-Artikoli 16 u 64 tar-Regolament (UE) 2019/1896 jiġu ssodisfati meta jitniedu l-proċeduri tax-xiri għat-tagħmir u s-sistemi tal-ICT li għandhom jiġu żviluppati bl-appoġġ tal-Istrument;

(b)

it-tagħmir operazzjonali fuq skala kbira mixtri mill-Istati Membri għall-ġestjoni tal-fruntieri, bħal mezzi tat-trasport u ta’ sorveljanza bl-ajru u bil-baħar, għandu, kollu kemm hu, jiġi reġistrat fil-ġabra ta’ tagħmir tekniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta bil-għan li dak it-tagħmir isir disponibbli f’konformità mal-Artikolu 64(9) tar-Regolament (UE) 2019/1896;

(c)

jistgħu jintużaw addizzjonalment fl-oqsma komplementari li ġejjin: kontrolli doganali, operazzjonijiet marittimi bi skopijiet multipli u biex jitwettqu l-objettivi tal-Fond għas-Sigurtà Interna u tal-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni;

(d)

l-Istati Membri għandhom, sabiex jappoġġaw l-ippjanar koerenti għall-iżvilupp tal-kapaċità għall-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-użu possibbli ta’ akkwist konġunt, jikkomunikaw lill-Kummissjoni, bħala parti mir-rekwiżit ta’ rapportar taħt l-Artikolu 29, l-ippjanar pluriennali disponibbli għat-tagħmir li jkun mistenni li jinxtara taħt l-Istrument, u l-Kummissjoni għandha tittrażmetti dik l-informazzjoni lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta.

It-tagħmir u s-sistemi tal-ICT kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu eliġibbli għal appoġġ finanzjarju mill-Istrument biss fejn ir-rekwiżit stabbilit fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu jkun ġie ssodisfat.

Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, it-tagħmir u s-sistemi tal-ICT għandhom jibqgħu disponibbli u jistgħu jintużaw għal attivitajiet ta’ kontroll effettiv u sigur fil-fruntieri. L-użu tat-tagħmir fl-oqsma komplementari msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu ma għandux jaqbeż it-30 % tal-perijodu totali tal-użu ta’ dak it-tagħmir. Is-sistemi tal-ICT żviluppati għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu għandhom jipprovdu data u servizzi lis-sistemi ta’ ġestjoni tal-fruntieri fil-livell nazzjonali jew fil-livell tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, fir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni, dwar kwalunkwe użu multiplu kif imsemmi fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu u l-post tal-użu għat-tagħmir bi skopijiet multipli u għas-sistemi tal-ICT.

15.   Fejn l-Istati Membri jkunu qed jimplimentaw azzjonijiet taħt l-Istrument, huma għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-obbligi internazzjonali tagħhom rigward operazzjonijiet ta’ tiftix u salvataġġ fuq il-baħar. It-tagħmir u s-sistemi tal-ICT kif imsemmija fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 14 jistgħu jintużaw għal operazzjonijiet ta’ tiftix u salvataġġ f’sitwazzjonijiet li jistgħu jinqalgħu waqt operazzjonijiet, fuq il-baħar, ta’ sorveljanza tal-fruntieri.

16.   It-taħriġ fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri mwettaq bl-appoġġ tal-Istrument għandu jkun ibbażat fuq l-istandards Ewropej rilevanti, armonizzati u ta’ kwalità garantita, tal-edukazzjoni u t-taħriġ komuni għall-gwardjani tal-fruntiera u tal-kosta, b’mod partikolari l-kurrikuli bażiċi komuni msemmija fl-Artikolu 62(6) tar-Regolament (UE) 2019/1896.

17.   L-Istati Membri għandhom b’mod partikolari jwettqu l-azzjonijiet elenkati fl-Anness IV fil-programmi tagħhom. Biex tindirizza ċirkostanzi ġodda jew mhux previsti u biex tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tal-finanzjament, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 31 biex temenda l-lista ta’ azzjonijiet eliġibbli għal rati ogħla ta’ kofinanzjament fl-Anness IV.

18.   Il-programmazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 22(5) tar-Regolament (UE) 2021/1060 għandha tkun ibbażata fuq it-tipi ta’ intervent stipulati fit-Tabella 1 tal-Anness VI ta’ dan ir-Regolament u għandha tinkludi tqassim indikattiv tar-riżorsi programmati skont it-tip ta’ intervent fi ħdan kull objettiv speċifiku stipulat fl-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 14

Rieżami ta’ nofs it-terminu

1.   Fl-2024, il-Kummissjoni għandha talloka lill-programmi tal-Istati Membri kkonċernati l-ammont addizzjonali msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 10(1) skont il-kriterji msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 u fil-paragrafi 2 sa 10 tal-Anness I. L-allokazzjoni għandha tkun ibbażata fuq id-data statistika l-aktar reċentement disponibbli għall-kriterji msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1u fil-paragrafi 2 sa 10 tal-Anness I. Il-finanzjament għandu jkun effettiv mill-1 ta’ Jannar 2025.

2.   Fejn tal-anqas 10 % tal-allokazzjoni inizjali lil programm imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 10(1) ta’ dan ir-Regolament ma tkunx ġiet koperta minn applikazzjonijiet għal pagamenti ppreżentati f’konformità mal-Artikolu 91 tar-Regolament (UE) 2021/1060, l-Istat Membru kkonċernat ma għandux ikun eliġibbli li jirċievi l-allokazzjoni addizzjonali għall-programm tiegħu msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 10(1) ta’ dan ir-Regolament.

3.   Meta tkun qed talloka l-fondi mill-faċilità tematika msemmija fl-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament mill-1 ta’ Jannar 2025, il-Kummissjoni għandha tieħu kont tal-progress li jkun sar mill-Istati Membri biex jitwettqu l-objettivi intermedji tal-qafas ta’ prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2021/1060 u tan-nuqqasijiet identifikati fl-implimentazzjoni.

Artikolu 15

Azzjonijiet speċifiċi

1.   Stat Membru jista’ jirċievi finanzjament għal azzjonijiet speċifiċi, minbarra l-allokazzjoni tiegħu taħt l-Artikolu 10(1), sakemm konsegwentement dak il-finanzjament jiġi indikat bħala tali fil-programm tiegħu u jintuża biex jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-objettivi tal-Istrument.

2.   Il-finanzjament għal azzjonijiet speċifiċi ma għandux jintuża għal azzjonijiet oħra fil-programm tal-Istat Membru, ħlief f’ċirkostanzi debitament ġustifikati u skont kif ikun approvat mill-Kummissjoni permezz ta’ emenda tal-programm tal-Istat Membru.

Artikolu 16

Appoġġ operazzjonali

1.   Stat Membru jista’ juża sa 33 % tal-ammont allokat lill-programm tiegħu taħt l-Istrument biex jiffinanzja appoġġ operazzjonali għall-awtoritajiet pubbliċi responsabbli mit-twettiq ta’ kompiti u mill-forniment ta’ servizzi li jikkostitwixxu servizz pubbliku għall-Unjoni.

2.   Meta juża l-appoġġ operazzjonali, Stat Membru għandu jikkonforma mal-acquis rilevanti tal-Unjoni.

3.   Stat Membru għandu jispjega, fil-programm tiegħu u fir-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 29, kif l-użu ta’ appoġġ operazzjonali ser jikkontribwixxi biex jitwettqu l-objettivi tal-Istrument. Qabel l-approvazzjoni tal-programm tal-Istat Membru, il-Kummissjoni għandha tivvaluta s-sitwazzjoni bażi fl-Istati Membri li indikaw l-intenzjoni tagħhom li jużaw appoġġ operazzjonali, wara konsultazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u, fejn xieraq, mal-eu-LISA fl-ambitu tal-oqsma ta’ kompetenza ta’ dawk l-aġenziji skont l-Artikolu 13(4), u filwaqt li tqis l-informazzjoni pprovduta minn dawk l-Istati Membri u, fejn rilevanti, l-informazzjoni disponibbli bħala riżultat ta’ evalwazzjonijiet ta’ Schengen u valutazzjonijiet ta’ vulnerabbiltà, inklużi r-rakkomandazzjonijiet li jsegwu evalwazzjonijiet ta’ Schengen u valutazzjonijiet ta’ vulnerabbiltà.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-punt (c) tal-Artikolu 5(4), l-appoġġ operazzjonali għandu jkun ikkonċentrat fuq azzjonijiet koperti mill-infiq kif stipulat fl-Anness VII.

5.   Biex tindirizza ċirkostanzi mhux previsti jew ġodda jew biex tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tal-finanzjament, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 31 biex temenda l-Anness VII fir-rigward ta’ nfiq li jkun eliġibbli għall-appoġġ operazzjonali.

Artikolu 17

Appoġġ operazzjonali għall-Iskema ta’ Tranżitu Speċjali

1.   L-Istrument għandu jipprovdi appoġġ biex ikunu koperti ħlasijiet mitlufa minn viżi maħruġa għall-fini tal-ispejjeż tat-tranżitu u kostijiet addizzjonali mġarrba fl-implimentazzjoni tal-iskema ta’ tranżitu faċilitat f’konformità mar-Regolamenti (KE) Nru 693/2003 u (KE) Nru 694/2003.

2.   Ir-riżorsi allokati lil-Litwanja għall-Iskema ta’ Tranżitu Speċjali skont il-punt (a) tal-Artikolu 7(3) għandhom isiru disponibbli bħala appoġġ operazzjonali addizzjonali għal-Litwanja, inkluż għal investimenti fl-infrastrutturi, f’konformità mal-infiq li huwa eliġibbli għal appoġġ operazzjonali fil-programm tagħha msemmi fl-Anness VII.

3.   B’deroga mill-Artikolu 16(1), il-Litwanja tista’ tuża l-ammont allokat lilha f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 7(3) biex tiffinanzja l-appoġġ operazzjonali b’żieda mal-ammont imsemmi fl-Artikolu 16(1).

4.   Il-Kummissjoni u l-Litwanja għandhom jirrieżaminaw l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu f’każ ta’ bidliet li jkollhom impatt fuq l-eżistenza jew il-funzjonament tal-Iskema ta’ Tranżitu Speċjali.

5.   Sussegwentement għal talba motivata mil-Litwanja, ir-riżorsi allokati għall-Iskema ta’ Tranżitu Speċjali f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 7(3) għandhom jiġu rieżaminati u, fejn meħtieġ, jiġu aġġustati qabel l-adozzjoni tal-aħħar programm ta’ ħidma għall-faċilità tematika msemmija fl-Artikolu 8, fil-limiti tar-riżorsi baġitarji msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 7(3), permezz tal-faċilità tematika msemmija fl-Artikolu 8.

Artikolu 18

Verifiki ta’ ġestjoni u awditi ta’ proġetti mwettqa minn organizzazzjonijiet internazzjonali

1.   Dan l-Artikolu japplika għal organizzazzjonijiet internazzjonali jew l-aġenziji tagħhom kif imsemmi fil-punt (c)(ii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju li s-sistemi, ir-regoli u l-proċeduri tagħhom ġew ivvalutati pożittivament mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 154(4) u (7) ta’ dak ir-Regolament għall-fini tal-implimentazzjoni indiretta ta’ għotjiet iffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni (“organizzazzjonijiet internazzjonali”).

2.   Mingħajr preġudizzju għall-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 83 tar-Regolament (UE) 2021/1060 u għall-Artikolu 129 tar-Regolament Finanzjarju, fejn l-organizzazzjoni internazzjonali tkun benefiċjarju kif definit fil-punt (9) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2021/1060, l-awtorità ta’ ġestjoni mhijiex obbligata twettaq il-verifiki ta’ ġestjoni msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 74(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060, dment li l-organizzazzjoni internazzjonali tippreżenta lill-awtorità ta’ ġestjoni d-dokumenti msemmijin fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 155(1) tar-Regolament Finanzjarju.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 155(1) tar-Regolament Finanzjarju, id-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni li għandha tiġi ppreżentata mill-organizzazzjoni internazzjonali għandha tikkonferma li l-proġett jikkonforma mal-liġi applikabbli u mal-kondizzjonijiet għall-appoġġ tal-proġett.

4.   Barra minn hekk, fejn iridu jiġu rimborżati kostijiet skont il-punt (a) tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060, id-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni li għandha tiġi ppreżentata mill-organizzazzjoni internazzjonali għandha tikkonferma li:

(a)

il-fatturi u l-provi tal-ħlas tagħhom mill-benefiċjarju ġew verifikati;

(b)

ir-rekords kontabilistiċi jew il-kodiċijiet kontabilistiċi miżmuma mill-benefiċjarju għat-tranżazzjonijiet marbuta man-nefqa ddikjarata lill-awtorità ta’ ġestjoni ġew verifikati.

5.   Fejn iridu jiġu rimborżati kostijiet skont il-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060, id-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni li għandha tiġi ppreżentata mill-organizzazzjoni internazzjonali għandha tikkonferma li l-kondizzjonijiet għar-rimborż tan-nefqa ġew issodisfati.

6.   Id-dokumenti msemmija fil-punti (a) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 155(1) tar-Regolament Finanzjarju għandhom jiġu pprovduti lill-awtorità ta’ ġestjoni flimkien ma’ kull talba għal ħlas ippreżentata mill-benefiċjarju.

7.   Il-benefiċjarju għandu jippreżenta l-kontijiet lill-awtorità ta’ ġestjoni kull sena sal-15 ta’ Ottubru. Il-kontijiet għandhom ikunu akkumpanjati minn opinjoni ta’ korp indipendenti tal-awditjar li tkun tfasslet skont standards tal-awditjar aċċettati f’livell internazzjonali. Dik l-opinjoni għandha tistabbilixxi jekk is-sistemi ta’ kontroll eżistenti jaħdmux korrettament u humiex kosteffettivi u jekk it-tranżazzjonijiet sottostanti humiex legali u regolari. Dik l-opinjoni għandha wkoll tiddikjara jekk l-eżerċizzju tal-awditjar iqajjimx dubju dwar l-affermazzjonijiet magħmula fid-dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni ppreżentati mill-organizzazzjoni internazzjonali, inkluża informazzjoni dwar suspetti ta’ frodi. Dik l-opinjoni għandha tipprovdi garanzija li n-nefqa inkluża fit-talbiet għal ħlas ippreżentati mill-organizzazzjoni internazzjonali lill-awtorità ta’ ġestjoni hija legali u regolari.

8.   Mingħajr preġudizzju għall-possibbiltajiet eżistenti li jsiru aktar awditi kif imsemmi fl-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju, l-awtorità ta’ ġestjoni għandha tfassal id-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni msemmija fil-punt (f) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 74(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060. L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tagħmel dan billi toqgħod fuq id-dokumenti pprovduti mill-organizzazzjoni internazzjonali skont il-paragrafi 2 sa 5 u 7 ta’ dan l-Artikolu minflok toqgħod fuq il-verifiki ta’ ġestjoni msemmija fl-Artikolu 74(1) ta’ dak ir-Regolament.

9.   Id-dokument li jistipula l-kondizzjonijiet għall-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 73(3) tar-Regolament (UE) 2021/1060 għandu jinkludi r-rekwiżiti stipulati f’dan l-Artikolu.

10.   Il-paragrafu 2 ma għandux japplika, u konsegwentement awtorità ta’ ġestjoni għandha tkun meħtieġa tagħmel verifiki ta’ ġestjoni, fejn:

(a)

dik l-awtorità ta’ ġestjoni tidentifika riskju speċifiku ta’ irregolarità jew indikazzjoni ta’ frodi fir-rigward ta’ proġett mibdi jew implimentat mill-organizzazzjoni internazzjonali;

(b)

l-organizzazzjoni internazzjonali tonqos milli tippreżenta lil dik l-awtorità ta’ ġestjoni d-dokumenti msemmija fil-paragrafi 2 sa 5 u 7; jew

(c)

id-dokumenti msemmija fil-paragrafi 2 sa 5 u 7li ġew ippreżentati mill-organizzazzjoni internazzjonali ma jkunux kompluti.

11.   Fejn proġett, li fih organizzazzjoni internazzjonali tkun benefiċjarju kif definit fil-punt (9) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2021/1060, ikun parti minn kampjun kif imsemmi fl-Artikolu 79 ta’ dak ir-Regolament, l-awtorità tal-awditjar tista’ twettaq il-ħidma tagħha abbażi ta’ subkampjun ta’ tranżazzjonijiet li jkunu relatati ma’ dak il-proġett. Fejn jinstabu żbalji fis-subkampjun, l-awtorità tal-awditjar, jekk rilevanti, tista’ titlob lill-awditur tal-organizzazzjoni internazzjonali jivvaluta l-ambitu sħiħ u l-ammont totali tal-iżbalji f’dak il-proġett.

TAQSIMA 3

Appoġġ u implimentazzjoni taħt ġestjoni diretta jew indiretta

Artikolu 19

Kamp ta’ applikazzjoni

Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-appoġġ taħt din it-Taqsima direttament f’konformità mal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament f’konformità mal-punt (c) ta’ dak is-subparagrafu.

Artikolu 20

Entitajiet eliġibbli

1.   L-entitajiet li ġejjin huma eliġibbli għal finanzjament mill-Unjoni:

(a)

entitajiet ġuridiċi stabbiliti fi:

(i)

Stat Membru jew pajjiż jew territorju extra-Ewropew marbut miegħu;

(ii)

pajjiż terz elenkat fil-programm ta’ ħidma, taħt il-kondizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 3;

(b)

entitajiet ġuridiċi istitwiti taħt il-liġi tal-Unjoni jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali rilevanti għall-finijiet tal-Istrument.

2.   Il-persuni fiżiċi mhumiex eliġibbli għal finanzjament mill-Unjoni.

3.   Entitajiet kif imsemmija fil-punt (a)(ii) tal-paragrafu 1 għandhom jipparteċipaw bħala parti minn konsorzju kompost mill-inqas minn żewġ entitajiet indipendenti, li mill-inqas waħda minnhom tkun stabbilita fi Stat Membru.

Entitajiet li jipparteċipaw bħala parti minn konsorzju kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiżguraw li l-azzjonijiet li jipparteċipaw fihom ikunu konformi mal-prinċipji stabbiliti fil-Karta u jikkontribwixxu għat-twettiq tal-objettivi tal-Istrument.

Artikolu 21

Azzjonijiet tal-Unjoni

1.   Fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, l-Istrument jista’ jintuża biex jiffinanzja azzjonijiet tal-Unjoni relatati mal-objettivi tal-Istrument, f’konformità mal-Anness III.

2.   L-azzjonijiet tal-Unjoni jistgħu jipprovdu finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stipulati fir-Regolament Finanzjarju, b’mod partikolari għotjiet, premji u akkwist.

3.   Għotjiet implimentati taħt ġestjoni diretta għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju.

4.   Il-membri tal-kumitat ta’ evalwazzjoni, imsemmi fl-Artikolu 150 tar-Regolament Finanzjarju, li jivvaluta l-proposti jistgħu jkunu esperti esterni.

5.   Il-kontribuzzjonijiet għal mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni reċiproka jistgħu jkopru r-riskju assoċjat mal-irkupru ta’ fondi dovuti minn riċevituri, u għandhom jitqiesu bħala garanzija suffiċjenti skont ir-Regolament Finanzjarju. Għandu japplika l-Artikolu 37(7) tar-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (51).

Artikolu 22

Assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni

F’konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2021/1060, l-Istrument jista’ jappoġġa l-assistenza teknika implimentata fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew f’isimha b’rata ta’ finanzjament ta’ 100 %.

Artikolu 23

Awditi

L-awditi tal-użu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni mwettqa minn persuni jew entitajiet, inkluż minn persuni jew entitajiet oħrajn minbarra dawk imqabbda minn istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni, għandhom jiffurmaw il-bażi tal-garanzija globali skont l-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 24

Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità

1.   Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini ta’ dawk il-fondi u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni, b’mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom, billi jipprovdu informazzjoni mmirata li tkun koerenti, effettiva, sinifikanti u proporzjonata lil diversi udjenzi, inklużi l-media u l-pubbliku. Il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni għandha tiġi żgurata u tali informazzjoni għandha tiġi pprovduta, ħlief f’każijiet debitament ġustifikati fejn ma jkunx possibbli jew xieraq il-wiri pubbliku ta’ tali informazzjoni jew fejn ir-rilaxx ta’ tali informazzjoni jkun ristrett bil-liġi, b’mod partikolari għal raġunijiet ta’ sigurtà, ordni pubbliku, investigazzjonijiet kriminali jew il-protezzjoni ta’ data personali. Biex jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni, ir-riċevituri ta’ finanzjament tal-Unjoni għandhom jirreferu għall-oriġini ta’ dak il-finanzjament meta jikkomunikaw pubblikament dwar l-azzjoni kkonċernata, u għandhom juru l-emblema tal-Unjoni.

2.   Biex tilħaq l-ikbar udjenza possibbli, il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni relatati mal-Istrument, ma’ azzjonijiet meħuda skont l-Istrument u mar-riżultati tiegħu.

Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Istrument għandhom ukoll jikkontribwixxu għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sa fejn dawk il-prijoritajiet ikunu relatati mal-objettivi tal-Istrument.

3.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-programmi ta’ ħidma tal-faċilità tematika msemmija fl-Artikolu 8. Għall-appoġġ ipprovdut taħt ġestjoni diretta jew indiretta, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 38(2) tar-Regolament Finanzjarju fuq sit web disponibbli għall-pubbliku u għandha taġġorna dik l-informazzjoni regolarment. Dik l-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata f’format miftuħ u li jinqara mill-magni li jippermetti li jsir tqassim, tiftix, estrazzjoni u tqabbil tad-data.

TAQSIMA 4

Appoġġ u implimentazzjoni taħt ġestjoni kondiviża, diretta jew indiretta

Artikolu 25

Assistenza ta’ emerġenza

1.   L-Istrument għandu jipprovdi assistenza finanzjarja biex jiġu indirizzati ħtiġijiet urġenti u speċifiċi f’każijiet ta’ sitwazzjonijiet ta’ emerġenza debitament ġustifikata.

Bħala rispons għal tali sitwazzjonijiet ta’ emerġenza debitament ġustifikata, il-Kummissjoni tista’ tipprovdi assistenza ta’ emerġenza fil-limiti tar-riżorsi disponibbli.

2.   L-assistenza ta’ emerġenza tista’ tieħu l-forma ta’ għotjiet mogħtija direttament lill-aġenziji deċentralizzati.

3.   L-assistenza ta’ emerġenza tista’ tiġi allokata lill-programmi tal-Istati Membri b’żieda mal-allokazzjoni taħt l-Artikolu 10(1), dment li sussegwentement din tiġi indikata bħala tali fil-programmi tal-Istati Membri. Dak il-finanzjament ma għandux jintuża għal azzjonijiet oħra fil-programm tal-Istat Membru ħlief f’ċirkostanzi debitament ġustifikati u kif approvat mill-Kummissjoni permezz tal-emendar tal-programm tal-Istat Membru. Il-prefinanzjament għall-assistenza ta’ emerġenza jista’ jammonta għal 95 % tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, soġġett għad-disponibbiltà tal-fondi.

4.   Għotjiet implimentati taħt ġestjoni diretta għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju.

5.   Fejn ikun neċessarju għall-implimentazzjoni ta’ azzjoni, l-assistenza ta’ emerġenza tista’ tkopri n-nefqa li ġġarrbet qabel id-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal għotja jew tat-talba għal assistenza għal dik l-azzjoni, dment li dik in-nefqa ma saritx qabel l-1 ta’ Jannar 2021.

6.   L-assistenza ta’ emerġenza għandha tingħata b’mod li jkun għalkollox konsistenti kemm mal-acquis rilevanti tal-Unjoni kif ukoll mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri derivanti mill-istrumenti internazzjonali li huma jkunu Partijiet għalihom.

7.   Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati u biex tiżgura li jkun hemm disponibbiltà f’waqtha ta’ riżorsi għal assistenza ta’ emerġenza, il-Kummissjoni tista’ tadotta separatament deċiżjoni ta’ finanzjament, kif imsemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju, għal assistenza ta’ emerġenza permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni applikabbli immedjatament f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 32(4). Tali att għandu jibqa’ fis-seħħ għal perijodu li ma jkunx jeċċedi 18-il xahar.

Artikolu 26

Finanzjament kumulattiv u alternattiv

1.   Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni taħt l-Istrument tista’ tirċievi wkoll kontribuzzjoni minn kwalunkwe programm ieħor tal-Unjoni, inklużi fondi taħt ġestjoni kondiviża, dment li l-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. Ir-regoli tal-programm rilevanti tal-Unjoni għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni korrispondenti għall-azzjoni. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż il-kostijiet eliġibbli totali tal-azzjoni. L-appoġġ mill-programmi differenti tal-Unjoni jista’ jiġi kkalkolat fuq bażi prorata f’konformità mad-dokumenti li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-appoġġ.

2.   F’konformità mal-Artikolu 73(4) tar-Regolament (UE) 2021/1060, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali jew il-Fond Soċjali Ewropew Plus jistgħu jappoġġaw azzjonijiet li lilhom tiġi attribwita tikketta ta’ Siġill ta’ Eċċellenza kif definit fil-punt (45) tal-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament. Sabiex jiġu attribwiti tikketta ta’ Siġill ta’ Eċċellenza, l-azzjonijiet għandhom jikkonformaw mal-kondizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

(a)

ikunu ġew ivvalutati f’sejħa għal proposti taħt l-Istrument;

(b)

ikunu konformi mar-rekwiżiti minimi ta’ kwalità ta’ dik is-sejħa għal proposti; u

(c)

ma jkunux jistgħu jiġu ffinanzjati taħt dik is-sejħa għal proposti minħabba limitazzjonijiet baġitarji.

TAQSIMA 5

Monitoraġġ, rapportar u evalwazzjoni

Subtaqsima 1

Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 27

Monitoraġġ u rapportar

1.   F’konformità mar-rekwiżiti ta’ rapportar tagħha skont il-punt (h)(iii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 41(3) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill informazzjoni dwar l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni elenkati fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 31 biex temenda l-Anness V biex isiru l-aġġustamenti meħtieġa fl-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni elenkati f’dak l-Anness.

3.   L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Istrument lejn it-twettiq tal-objettivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3(2) huma stipulati fl-Anness VIII. Għal indikaturi ta’ output, il-linji bażi għandhom jiġu stabbiliti għal żero. L-istadji importanti stabbiliti għall-2024 u l-miri stabbiliti għall-2029 għandhom ikunu kumulattivi.

4.   Il-Kummissjoni għandha wkoll tirrapporta dwar l-użu tal-faċilità tematika msemmija fl-Artikolu 8 b’appoġġ għall-azzjonijiet f’pajjiżi terzi jew b’rabta magħhom, u dwar is-sehem tal-faċilità tematika użat b’appoġġ għal tali azzjonijiet.

5.   Is-sistema ta’ rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-programm tinġabar b’mod effiċjenti, effettiv u f’waqtu. Għal dak il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti proporzjonati ta’ rapportar lil min jirċievi l-fondi tal-Unjoni u, fejn xieraq, lil Stati Membri.

6.   Biex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Istrument lejn it-twettiq tal-objettivi tiegħu, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 31 biex temenda l-Anness VIII biex tirrieżamina jew tikkomplementa l-indikaturi fejn ikun meqjus meħtieġ u biex tissupplimenta dan ir-Regolament b’dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni, inkluż dwar informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri. Kwalunkwe emenda għall-Anness VIII għandha tapplika biss għal proġetti magħżula wara d-dħul fis-seħħ ta’ dik l-emenda.

Artikolu 28

Evalwazzjoni

1.   Sal-31 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu ta’ dan ir-Regolament. Minbarra dak li huwa previst fl-Artikolu 45(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060, l-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu għandha tivvaluta dan li ġej:

(a)

l-effikaċja tal-Istrument, inkluż il-progress magħmul lejn it-twettiq tal-objettivi tiegħu, filwaqt li titqies l-informazzjoni kollha rilevanti diġà disponibbli, b’mod partikolari r-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 29 u l-indikaturi tal-output u tar-riżultati stipulati fl-Anness VIII;

(b)

l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi allokati għall-Fond u l-effiċjenza tal-miżuri ta’ ġestjoni u kontroll introdotti biex jimplimentawh;

(c)

il-kontinwazzjoni tar-rilevanza u l-adegwatezza tal-miżuri ta’ implimentazzjoni elenkati fl-Anness II;

(d)

il-koordinazzjoni, koerenza u komplementarjetà bejn l-azzjonijiet appoġġati taħt l-Istrument u l-appoġġ ipprovdut minn fondi oħra tal-Unjoni;

(e)

il-valur miżjud tal-Unjoni fl-azzjonijiet implimentati taħt l-Istrument.

Dik l-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu għandha tqis ir-riżultati tal-evalwazzjoni retrospettiva tal-effetti tal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, bħala parti tal-Fond għas-Sigurtà Interna, għall-perijodu 2014-2020.

2.   Minbarra dak li huwa previst fl-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) 2021/1060, l-evalwazzjoni retrospettiva għandha tinkludi l-elementi elenkati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Barra minn hekk, għandu jiġi evalwat l-impatt tal-Istrument.

3.   L-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu u l-evalwazzjoni retrospettiva għandhom jitlestew b’mod f’waqtu sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, inkluż, fejn adatt, għar-reviżjoni ta’ dan ir-Regolament.

4.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni fl-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu u fl-evalwazzjoni retrospettiva ssir disponibbli għall-pubbliku, ħlief f’każijiet debitament ġustifikati, fejn ir-rilaxx ta’ dik l-informazzjoni ikun ristrett bil-liġi, b’mod partikolari għal raġunijiet tal-funzjonament jew is-sigurtà tal-fruntieri esterni bħala parti mill-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, is-sigurtà, l-ordni pubbliku, investigazzjonijiet kriminali jew il-protezzjoni ta’ data personali.

5.   Fl-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu u fl-evalwazzjoni retrospettiva, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-evalwazzjoni ta’ azzjonijiet implimentati ma’ pajjiżi terzi, ġewwa fihom jew b’rabta magħhom f’konformità mal-Artikolu 5 u l-Artikolu 13(12) u (13).

Subtaqsima 2

Regoli għal ġestjoni kondiviża

Artikolu 29

Rapporti annwali dwar il-prestazzjoni

1.   Sal-15 ta’ Frar 2023 u sal-15 ta’ Frar ta’ kull sena sussegwenti sal-2031, inkluża dik is-sena, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport dwar il-prestazzjoni annwali lill-Kummissjoni kif imsemmi fl-Artikolu 41(7) tar-Regolament (UE) 2021/1060.

Il-perijodu ta’ rapportar għandu jkopri l-aħħar sena tal-kontabbiltà, kif definit fil-punt (29) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2021/1060, qabel is-sena tal-preżentazzjoni tar-rapport. Ir-rapport ippreżentat sal-15 ta’ Frar 2023 għandu jkopri l-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2021.

2.   Ir-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni għandhom, b’mod partikolari, jagħtu informazzjoni dwar:

(a)

il-progress fl-implimentazzjoni tal-programm tal-Istat Membru u fit-twettiq tal-istadji importanti u l-għanijiet stabbiliti fih, b’kont meħud tal-aktar data reċenti kif meħtieġ taħt l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2021/1060;

(b)

kwalunkwe kwistjoni li taffettwa l-prestazzjoni tal-programm tal-Istat Membru u l-azzjoni meħuda biex tindirizzaha, inkluża informazzjoni dwar kwalunkwe opinjoni motivata maħruġa mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ proċedimenti ta’ ksur taħt l-Artikolu 258 TFUE b’rabta mal-implimentazzjoni tal-Istrument;

(c)

il-komplementarjetà bejn l-azzjonijiet appoġġati taħt l-Istrument u l-appoġġ ipprovdut minn fondi oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari dawk l-azzjonijiet meħudin f’pajjiżi terzi jew b’rabta magħhom;

(d)

il-kontribut tal-programm tal-Istat Membru għall-implimentazzjoni tal-acquis rilevanti tal-Unjoni u tal-pjanijiet ta’ azzjoni;

(e)

l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ komunikazzjoni u viżibbiltà;

(f)

l-adempiment tal-kondizzjonijiet ta’ abilitazzjoni applikabbli u l-applikazzjoni tagħhom matul il-perijodu ta’ programmazzjoni, b’mod partikolari kondizzjonijiet ta’ abilitazzjoni relattivi għall-konformità mad-drittijiet fundamentali;

(g)

il-livell tan-nefqa f’konformità mal-Artikolu 85(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2018/1240 inkluża fil-kontijiet skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) 2021/1060;

(h)

l-implimentazzjoni ta’ proġetti f’pajjiż terz jew relattivament għalih.

Ir-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni għandhom jinkludu sommarju li jkopri l-punti kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li s-sommarji pprovduti mill-Istati Membri jiġu tradotti għal-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni u jsiru disponibbli għall-pubbliku.

3.   Il-Kummissjoni tista’ tipprovdi osservazzjonijiet dwar rapporti annwali dwar il-prestazzjoni fi żmien xahrejn mid-data tar-riċezzjoni tagħhom. Fejn il-Kummissjoni ma tipprovdix osservazzjonijiet fi żmien dik l-iskadenza, ir-rapport għandu jitqies li ġie aċċettat.

4.   Fuq is-sit web tagħha, il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-links għas-siti web imsemmija fl-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060.

5.   Sabiex tiżgura kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-mudell għar-rapport annwali dwar il-prestazzjoni. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 32(2).

Artikolu 30

Monitoraġġ u rapportar taħt ġestjoni kondiviża

1.   Il-monitoraġġ u r-rapportar skont it-Titolu IV tar-Regolament (UE) 2021/1060 għandhom jużaw, kif xieraq, il-kodiċijiet għat-tipi ta’ intervent stipulati fl-Anness VI ta’ dan ir-Regolament. Biex tindirizza ċirkostanzi ġodda jew mhux previsti u biex tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tal-finanzjament, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 31 biex temenda l-Anness VI.

2.   L-indikaturi stipulati fl-Anness VIII ta’ dan ir-Regolament għandhom jintużaw f’konformità mal-Artikolu 16(1) u mal-Artikoli 22 u 42 tar-Regolament (UE) 2021/1060.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI

Artikolu 31

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1), l-Artikolu 13(17), l-Artikolu 16(5), l-Artikolu 27(2) u (6) u l-Artikolu 30(1) hija mogħtija lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2027.

3.   Id-delega ta’ setgħat imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1), l-Artikolu 13(17), l-Artikolu 16(5), l-Artikolu 27(2) u (6) u l-Artikolu 30(1) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1), l-Artikolu 13(17), l-Artikolu 16(5), l-Artikolu 27(2) u (6) jew l-Artikolu 30(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 32

Proċedura ta’ kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat (il-“Kumitat għall-Fondi għall-Affarijiet Interni”). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Fejn il-Kumitat ma jagħti ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni, u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

Artikolu 33

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.   Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-kontinwazzjoni jew il-modifika tal-azzjonijiet mibdija taħt ir-Regolament (UE) Nru 515/2014, li għandu jkompli japplika għal dawk l-azzjonijiet sal-għeluq tagħhom.

2.   Il-pakkett finanzjarju għall-Istrument jista’ jkopri wkoll spejjeż ta’ assistenza teknika u amministrattiva neċessarji biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn l-Istrument u l-miżuri adottati ir-Regolament (UE) Nru 515/2014.

3.   F’konformità mal-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 193(2) tar-Regolament Finanzjarju, b’kont meħud tad-dħul fis-seħħ imdewwem ta’ dan ir-Regolament, u sabiex tiġi żgurata l-kontinwità, għal perijodu limitat, il-kostijiet imġarrba fir-rigward ta’ azzjonijiet appoġġati taħt dan ir-Regolament taħt ġestjoni diretta u li jkunu diġà bdew jistgħu jitqiesu eliġibbli għall-finanzjament mill-1 ta’ Jannar 2021, anke jekk dawk il-kostijiet iġġarrbu qabel ma ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għal għotja jew it-talba għall-assistenza.

4.   L-Istati Membri jistgħu jkomplu wara l-1 ta’ Jannar 2021 jappoġġaw proġett magħżul u mibdi taħt ir-Regolament (UE) Nru 515/2014, f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 514/2014, dment li l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a)

il-proġett ikollu żewġ fażijiet identifikabbli mil-lat finanzjarju b’sekwenzi tal-awditjar separati;

(b)

il-kost totali tal-proġett jaqbeż EUR 2 500 000;

(c)

ħlasijiet magħmula mill-awtorità responsabbli lil benefiċjarji għall-ewwel fażi tal-proġett għandhom jiġu inklużi fit-talbiet lill-Kummissjoni għal ħlas taħt ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 u n-nefqa għat-tieni fażi tal-proġett għandha tiġi inkluża fl-applikazzjonijiet għal pagament taħt ir-Regolament (UE) 2021/1060;

(d)

it-tieni fażi tal-proġett tikkonforma mal-liġi applikabbli u hija eliġibbli għal appoġġ mill-Istrument taħt dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) 2021/1060;

(e)

l-Istat Membru jimpenja ruħu li jlesti l-proġett, jirrendih operattiv u jirrapportah fir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni ppreżentat sal-15 ta’ Frar 2024.

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) 2021/1060 għandhom japplikaw għat-tieni fażi ta’ proġett kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

Dan il-paragrafu għandu japplika biss għal proġetti li ntgħażlu taħt ġestjoni kondiviża skont ir-Regolament (UE) Nru 514/2014.

Artikolu 34

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Strasburgu, is-7 ta’ Lulju 2021.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

D. M. SASSOLI

Għall-Kunsill

Il-President

A. LOGAR


(1)  ĠU C 62, 15.2.2019, p. 184.

(2)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Marzu 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tal-14 ta’ Ġunju 2021 (ĠU C 265, 5.7.2021, p. 1). Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2021 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2019 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1052/2013 u (UE) 2016/1624 (ĠU L 295, 14.11.2019, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 513/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tar-riskji u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/125/ĠAI (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 93).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 143).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2021/1077 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta’ kontroll doganali (ĠU L 234, 2.7.2021, p. 1).

(7)  Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).

(8)  Id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Mejju 2007 li tistabbilixxi l-Fond għall-Fruntieri Esterni għall-perijodu mill-2007 sal-2013 bħala parti mill- programm Ġenerali “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni” (ĠU L 144, 6.6.2007, p. 22).

(9)  Ir-Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 99).

(10)  Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53).

(11)  Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS) (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60).

(12)  Ir-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam ta’ fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1726 u (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 27).

(13)  Ir-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816 (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 85).

(14)  Ir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2017 li jistabbilixxi Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi rreġistrata data dwar id-dħul u l-ħruġ u data dwar iċ-ċaħda tad-dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u li jiddetermina l-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta’ infurzar tal-liġi, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 327, 9.12.2017, p. 20).

(15)  Ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (ĠU L 236, 19.9.2018, p. 1).

(16)  Ir-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-istabbiliment tal-“Eurodac” għat-tqabbil ta’ marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tar- Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida u dwar talbiet għat- tqabbil ma’ data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 1).

(17)  Ir-Regolament (UE) 2018/1860 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2018 dwar l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’soġġorn illegali (ĠU L 312, 7.12.2018, p. 1).

(18)  Ir-Regolament (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-verifiki fuq il-fruntieri, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, u li jemenda u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 (ĠU L 312, 7.12.2018, p. 14).

(19)  Ir-Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, li jemenda u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal- Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE (ĠU L 312, 7.12.2018, p. 56).

(20)  Ir-Regolament (UE) 2019/816 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta’ Stati Membri fil-pussess ta’ informazzjoni dwar kundanni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi (ECRIS-TCN) biex tissupplimenta s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1726 (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 1).

(21)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 tas-7 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta’ Settembru 1998 li stabbilixxiet Kumitat Permanenti għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ Schengen (ĠU L 295, 6.11.2013, p. 27).

(22)  Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1).

(23)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 693/2003 tal-14 ta’ April 2003 li jistabbilixxi Dokument speċifiku ta’ Tranżitu Faċilitat (FTD), Dokument ta’ Tranżitu Faċilitat bil-Ferroviji (FRTD) u jemenda l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni u l-Ktieb tal-Istruzzjonijiet Komuni (ĠU L 99, 17.4.2003, p. 8).

(24)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 694/2003 tal-14 ta’ April 2003 dwar il-format uniformi tad-Dokumenti dwar it-Tranżitu Faċilitat (FTD) u tad-Dokumenti dwar it-Tranżitu Faċilitat bil-Ferrovija (FRTD) previsti fir-Regolament (KE) Nru 693/2003 (ĠU L 99, 17.4.2003, p. 15).

(25)  Ir-Regolament (UE) 2021/1147 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (ara l-paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(26)  Ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1).

(27)  Ir-Regolament (UE) 2019/473 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (ĠU L 83, 25.3.2019, p. 18).

(28)  Ir-Regolament (UE) 2021/1149 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Fond għas-Sigurtà Interna (ara l-paġna 94 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(29)  ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.

(30)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11).

(31)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(32)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

(33)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).

(34)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

(35)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

(36)  Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

(37)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta’ Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Unjoni Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija) (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).

(38)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(39)  ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4.

(40)  Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).

(41)  Ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 112).

(42)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(43)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(44)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).

(45)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(46)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).

(47)  ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.

(48)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).

(49)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(50)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta’ Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1).

(51)  Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1).


ANNESS I

Kriterji għall-allokazzjoni ta’ finanzjament għal programmi tal-istati membri

1.

Ir-riżorsi baġitarji disponibbli taħt l-Artikolu 10 għandhom jitqassmu bejn l-Istati Membri kif ġej:

(a)

kull Stat Membru għandu jirċievi ammont fiss ta’ EUR 8 000 000 fi prezzijiet kurrenti mill-Istrument fil-bidu tal-perijodu ta’ programmazzjoni biss, bl-eċċezzjoni ta’ Ċipru, Malta u l-Greċja, li kull pajjiż minnhom għandu jirċievi ammont fiss ta’ EUR 28 000 000 fi prezzijiet kurrenti;

(b)

ammont ta’ EUR 200 568 000 għall-Iskema ta’ Tranżitu Speċjali msemmija fl-Artikolu 17 għandu jiġi allokat lil-Litwanja fil-bidu tal-perijodu ta’ programmazzjoni biss; u

(c)

ir-riżorsi baġitarji li jifdal imsemmija fl-Artikolu 10 għandhom ikunu distribwiti fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:

(i)

30 % għal fruntieri esterni fuq l-art;

(ii)

35 % għal fruntieri esterni tal-baħar;

(iii)

20 % għall-ajruporti;

(iv)

15 % għall-uffiċċji konsulari.

2.

Ir-riżorsi baġitarji disponibbli taħt il-punt (c)(i) u (ii) tal-paragrafu 1 għal fruntieri esterni fuq l-art u fruntieri esterni tal-baħar għandhom jitqassmu bejn l-Istati Membri kif ġej:

(a)

70 % għat-tul ponderat tal-fruntieri esterni tal-art u l-fruntieri esterni tal-baħar tagħhom; u

(b)

30 % għall-ammont ta’ xogħol fil-fruntieri esterni tagħhom fuq l-art u tal-baħar, kif determinat f’konformità mal-punt (a) tal-paragrafu 6.

It-tul ponderat imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jiġi stabbilit bl-applikazzjoni tal-fatturi ta’ ponderazzjoni msemmija fil-paragrafu 10 għal kull sezzjoni speċifika tal-fruntiera esterna.

3.

Ir-riżorsi baġitarji disponibbli taħt il-punt (c)(iii) tal-paragrafu 1 għall-ajruporti għandhom jitqassmu bejn l-Istati Membri skont l-ammont ta’ xogħol fl-ajruporti tagħhom, kif determinat f’konformità mal-punt (b) tal-paragrafu 6.

4.

Ir-riżorsi baġitarji disponibbli taħt il-punt (c)(iv) tal-paragrafu 1 għal uffiċċji konsulari għandhom jitqassmu bejn l-Istati Membri kif ġej:

(a)

50 % għall-għadd ta’ uffiċċji konsulari, minbarra l-konsulati onorarji, tal-Istati Membri fil-pajjiżi elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/1806 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u

(b)

50 % għall-ammont ta’ xogħol relattiv għall-ġestjoni tal-politika dwar il-viżi fl-uffiċċji konsulari tal-Istati Membri fil-pajjiżi elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/1806, kif determinat skont il-punt (c) tal-paragrafu 6 ta’ dan l-Anness.

5.

Għall-fini tad-distribuzzjoni tar-riżorsi taħt il-punt (c)(ii) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Anness, “fruntieri esterni tal-baħar” għandha tfisser il-limitu estern tal-baħar territorjali tal-Istati Membri kif definit skont l-Artikoli minn 4 sa 16 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar. Madankollu, id-definizzjoni ta’ “fruntieri esterni tal-baħar” għandha tieħu kont ta’ każijiet fejn operazzjonijiet fuq distanzi twal barra l-limitu ta’ barra tal-baħar territorjali tal-Istati Membri jkunu twettqu f’żoni b’livell għoli ta’ theddid fuq bażi regolari sabiex tiġi evitata immigrazzjoni irregolari jew dħul illegali. Id-definizzjoni ta’ “fruntieri esterni tal-baħar” f’dak ir-rigward għandha tiġi determinata billi jittieħed kont ta’ data operazzjonali tul l-aħħar sentejn kif ipprovduta mill-Istati Membri kkonċernati u kif ivvalutata mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għall-finijiet tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 9 ta’ dan l-Anness. Dik id-definizzjoni għandha tintuża esklużivament għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

6.

Għall-finijiet tal-allokazzjoni inizjali ta’ finanzjament, il-valutazzjoni tal-ammont ta’ xogħol għandha tkun ibbażata fuq iċ-ċifri medji l-aktar reċenti li jkopru s-snin 2017, 2018 u 2019. Għall-finijiet tar-rieżami ta’ nofs it-terminu, il-valutazzjoni tal-ammont ta’ xogħol għandha tkun ibbażata fuq ċifri medji l-aktar reċenti li jkopru s-snin 2021, 2022 u 2023. Il-valutazzjoni tal-ammont ta’ xogħol għandha tkun ibbażata fuq il-fatturi li ġejjin:

(a)

fil-fruntieri esterni fuq l-art u l-fruntieri esterni tal-baħar:

(i)

70 % għall-għadd ta’ vjaġġi li jaqsmu l-fruntieri esterni f’punti ta’ qsim tal-fruntiera;

(ii)

30 % għall-għadd ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ġew miċħuda d-dħul fil-fruntieri esterni;

(b)

fl-ajruporti:

(i)

70 % għall-għadd ta’ vjaġġi li jaqsmu l-fruntieri esterni f’punti ta’ qsim tal-fruntiera;

(ii)

30 % għall-għadd ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ġew miċħuda d-dħul fil-fruntieri esterni;

(c)

f’uffiċċji konsulari:

(i)

l-għadd ta’ applikazzjonijiet għal viża għal soġġorn qasir jew tranżitu minn ajruport.

7.

Iċ-ċifri ta’ referenza għan-numru ta’ uffiċċji konsulari kif imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 4 għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi tal-informazzjoni notifikata lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 40(4) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

Fejn l-Istati Membri ma jipprovdux l-istatistika kkonċernata, għandha tintuża d-data disponibbli l-aktar reċenti għal dawk l-Istati Membri. Fejn ma jkun hemm l-ebda data disponibbli għal Stat Membru, iċ-ċifra ta’ referenza għandha tkun żero.

8.

Iċ-ċifri ta’ referenza għall-ammont tax-xogħol imsemmi:

(a)

fil-punti (a)(i) u (b)(i) tal-paragrafu 6, għandhom ikunu l-istatistika l-aktar reċenti pprovduta mill-Istati Membri skont il-liġi tal-Unjoni;

(b)

fil-punti (a)(ii) u (b)(ii) tal-paragrafu 6, għandhom ikunu l-istatistika l-aktar reċenti prodotta mill-Kummissjoni (Eurostat) abbażi ta’ data pprovduta mill-Istati Membri skont il-liġi tal-Unjoni;

(c)

fil-punt (c) tal-paragrafu 6, għandhom ikunu l-istatistika l-aktar reċenti kif imsemmi fl-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009;

Fejn l-Istati Membri ma jipprovdux l-istatistika kkonċernata, għandha tintuża d-data disponibbli l-aktar reċenti għal dawk l-Istati Membri. Fejn ma jkun hemm l-ebda data disponibbli għal Stat Membru, iċ-ċifra ta’ referenza għandha tkun żero.

9.

L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tipprovdi lill-Kummissjoni b’rapport dwar ir-riżorsi, mqassmin skont il-fruntieri esterni fuq l-art, fruntieri esterni tal-baħar u l-ajruporti, kif imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1. Partijiet minn dak ir-rapport jistgħu jiġu kklassifikati fejn adatt, skont l-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) 2019/1896. Wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tagħmel verżjoni mhux klassifikata tar-rapport disponibbli għall-pubbliku.

10.

Għall-finijiet tal-allokazzjoni inizjali, ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 9 ta’ dan l-Anness għandu jidentifika l-livell medju tal-impatt għal kull sezzjoni tal-fruntiera abbażi taċ-ċifri medji l-aktar reċenti li jkopru s-snin 2017, 2018 u 2019. Għall-finijiet tar-rieżami ta’ nofs it-terminu, ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 9 ta’ dan l-Anness għandu jidentifika l-livell medju ta’ impatt għal kull sezzjoni tal-fruntiera abbażi taċ-ċifri medji l-aktar reċenti li jkopru s-snin 2021, 2022 u 2023. Għandu jiddetermina l-fatturi ta’ ponderazzjoni speċifiċi li ġejjin għal kull sezzjoni billi japplika l-livelli ta’ impatt determinati skont l-Artikolu 34(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2019/1896:

(a)

fattur 1 għal livell baxx ta’ impatt;

(b)

fattur 3 għal livell medju ta’ impatt;

(c)

fattur 5 għal livell għoli u kritiku ta’ impatt.


(1)  Ir-Regolament (UE) 2018/1806 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini li tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa (ĠU L 303, 28.11.2018, p. 39).

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (il-Kodiċi dwar il-Viżi) (ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1).


ANNESS II

Miżuri ta’ implimentazzjoni

1.

L-Istrument għandu jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2) billi jiffoka fuq il-miżuri ta’ implimentazzjoni li ġejjin:

(a)

it-titjib tal-kontroll fil-fruntieri f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2019/1896 billi:

(i)

jissaħħu l-kapaċitajiet għat-twettiq ta’ kontrolli u sorveljanza fil-fruntieri esterni, inklużi miżuri li jiffaċilitaw qsim tal-fruntieri leġittimu u, fejn adatt, miżuri relatati ma’:

il-prevenzjoni u s-sejbien ta’ kriminalità transfruntiera fil-fruntieri esterni, b’mod partikolari l-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali, traffikar ta’ bnedmin, u terroriżmu,

il-ġestjoni ta’ livelli kontinwament għoljin ta’ migrazzjoni fil-fruntieri esterni, inkluż permezz ta’ tisħiħ tekniku u operazzjonali u permezz ta’ mekkaniżmi u proċeduri għall-identifikazzjoni ta’ persuni vulnerabbli u minorenni mhux akkumpanjati, u għall-identifikazzjoni ta’ persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali jew li jixtiequ japplikaw għaliha, l-għoti ta’ informazzjoni lil tali persuni, u r-riferiment ta’ tali persuni;

(ii)

l-implimentazzjoni ta’ miżuri tekniċi u operazzjonali fiż-żona Schengen li huma relatati mal-kontroll fil-fruntieri, waqt li jissalvagwardja l-moviment liberu tal-persuni ġewwa fiha;

(iii)

it-twettiq ta’ analiżijiet tar-riskji għas-sigurtà interna u ta’ analiżijiet tat-theddid li jista’ jaffettwa l-funzjonament jew is-sigurtà tal-fruntieri esterni;

(b)

l-iżvilupp tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta billi jiġi pprovdut appoġġ għall-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-ġestjoni tal-fruntieri fit-tfassil ta’ miżuri relattivament għall-iżvilupp tal-kapaċità u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet komuni, l-akkwist konġunt, l-istabbiliment ta’ standards komuni u kwalunkwe miżura oħra li tissimplifika l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta;

(c)

it-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-aġenziji fil-livell nazzjonali fost l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-kontroll jew minn kompiti mwettqa fil-fruntiera, u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni bejn l-Istati Membri, jew bejn l-Istati Membri, minn naħa, u l-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni jew ta’ pajjiżi terzi, min-naħa l-oħra;

(d)

miżuri li jiżguraw l-applikazzjoni uniformi tal-acquis tal-Unjoni relattivament għall-fruntieri esterni, inkluż permezz tal-implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet minn mekkaniżmi ta’ kontroll tal-kwalità bħalma huma l-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1053/2013, valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/1896, u mekkaniżmi nazzjonali ta’ kontroll tal-kwalità;

(e)

l-installazzjoni, l-operazzjoni u l-manutenzjoni ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira skont il-liġi tal-Unjoni fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri, b’mod partikolari s-SIS, l-ETIAS, l-EES u l-Eurodac għal finijiet ta’ ġestjoni tal-fruntieri, inkluża l-interoperabbiltà ta’ dawk is-sistemi tal-IT fuq skala kbira u l-infrastruttura tagħhom ta’ komunikazzjoni, u azzjonijiet li jtejbu l-kwalità tad-data u l-għoti ta’ informazzjoni;

(f)

it-tiżjid tal-kapaċità biex tingħata assistenza lil persuni f’diffikultà fuq il-baħar u jappoġġa operazzjonijiet ta’ tiftix u salvataġġ f’sitwazzjonijiet li jistgħu jinqalgħu waqt operazzjoni ta’ sorveljanza fil-fruntieri fuq il-baħar;

(g)

appoġġ għal operazzjonijiet ta’ tiftix u salvataġġ fil-kuntest tat-twettiq ta’ sorveljanza fil-fruntieri fuq il-baħar.

2.

L-Istrument għandu jikkontribwixxu għall-objettiv speċifiku stipulat fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2) billi jiffoka fuq il-miżuri ta’ implimentazzjoni li ġejjin:

(a)

il-forniment ta’ servizzi effiċjenti u faċli għall-klijent lill-applikanti għal viża filwaqt li jinżammu s-sigurtà u l-integrità tal-proċeduri tal-viża, u jkunu rispettati bis-sħiħ id-dinjità tal-bniedem u l-integrità tal-applikanti jew detenturi tal-viżi skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008;

(b)

appoġġ lill-Istati Membri fil-ħruġ ta’ viżi, inkluż viżi b’validità territorjali limitata kif imsemmija fl-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009, maħruġin għal raġunijiet umanitarji, għal raġunijiet ta’ interess nazzjonali jew minħabba obbligi internazzjonali;

(c)

miżuri li jiżguraw l-applikazzjoni uniformi tal-acquis tal-Unjoni relattivament għall-viżi, inkluż aktar żvilupp u modernizzazzjoni tal-politika komuni dwar il-viżi;

(d)

l-iżvilupp ta’ forom differenti ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fl-ipproċessar tal-viżi;

(e)

l-installazzjoni, l-operazzjoni u l-manutenzjoni ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira skont il-liġi tal-Unjoni fil-qasam tal-politika komuni dwar il-viżi, b’mod partikolari l-VIS, inkluża l-interoperabbiltà ta’ dawk is-sistemi tal-IT fuq skala kbira u l-infrastruttura tagħhom ta’ komunikazzjoni, u azzjonijiet li jtejbu l-kwalità tad-data u l-għoti ta’ informazzjoni.


ANNESS III

Kamp ta’ applikazzjoni tal-appoġġ

1.

Fl-ambitu tal-objettiv speċifiku stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2), l-Istrument għandu, b’mod partikolari, jappoġġa dawn li ġejjin:

(a)

infrastruttura, bini, sistemi u servizzi meħtieġa fil-punti ta’ qsim tal-fruntieri u għas-sorveljanza fil-fruntieri bejn il-punti ta’ qsim tal-fruntieri;

(b)

tagħmir operazzjonali, inklużi mezzi ta’ trasport u sistemi tal-ICT, meħtieġa għal kontroll fil-fruntieri li jkun effettiv u sikur fil-punti ta’ qsim tal-fruntieri u għas-sorveljanza fil-fruntieri, skont l-istandards li żviluppat l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, fejn tali standards jeżistu;

(c)

taħriġ fil-qasam tal-iżvilupp tal-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, jew li jikkontribwixxi għal dan l-iżvilupp, b’kont meħud tal-ħtiġijiet operazzjonali u l-analiżijiet tar-riskju, inklużi sfidi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 13(7), u f’konformità sħiħa mad-drittijiet fundamentali;

(d)

l-iskjerament konġunt ta’ uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni f’pajjiżi terzi f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) u s-sekondar ta’ gwardji tal-fruntieri u esperti rilevanti oħra lil Stati Membri jew minn Stat Membru lil pajjiż terz, ir-rinforz tal-kooperazzjoni u l-kapaċità operazzjonali ta’ networks ta’ esperti jew ta’ uffiċjali għall-komunikazzjoni, u l-iskambju tal-aħjar prattiki u ż-żieda tal-kapaċità tan-networks Ewropej biex jivvalutaw, jippromwovu, jappoġġaw u jiżviluppaw politiki tal-Unjoni;

(e)

l-iskambju tal-aħjar prattiki u ta’ għarfien espert, studji, proġetti pilota u azzjonijiet oħra rilevanti bil-għan li jimplimentaw jew jiżviluppaw il-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, inklużi miżuri li jimmiraw lejn l-iżvilupp tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, bħat-tisħiħ tal-kapaċitajiet komuni, l-akkwist konġunt, l-istabbiliment ta’ standards komuni u miżuri oħra li jissimplifikaw il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-Istati Membri, u miżuri relatati mar-riferiment ta’ persuni vulnerabbli li jeħtieġu assistenza u persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali jew li jixtiequ japplikaw għaliha;

(f)

azzjonijiet li jiżviluppaw metodi innovattivi jew li jużaw teknoloġiji ġodda b’potenzjal ta’ trasferibbiltà lejn Stati Membri oħra, b’mod partikolari l-użu ta’ riżultati ta’ proġetti ta’ riċerka dwar is-sigurtà fejn tali użu jkun ġie identifikat mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, li taġixxi taħt l-Artikolu 66 tar-Regolament (UE) 2019/1896, bħala kontribut għall-iżvilupp ta’ kapaċitajiet operazzjonali tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta;

(g)

attivitajiet preparatorji, ta’ monitoraġġ, amministrattivi u tekniċi meħtieġa biex jiġu implimentati l-politiki tal-fruntieri esterni, inkluż biex tissaħħaħ il-governanza taż-żona Schengen billi jiżviluppaw u jimplimentaw il-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni, stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1053/2013 biex tiġi vverifikata l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen u tar-Regolament (UE)) 2016/399, inkluża n-nefqa tal-missjoni għall-esperti tal-Kummissjoni u l-Istati Membri li jipparteċipaw fi żjarat fuq il-post u miżuri biex jiġu implimentati rakkomandazzjonijiet maħruġa wara valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/1896;

(h)

azzjonijiet li jtejbu l-kwalità tad-data maħżuna fis-sistemi tal-ICT u li jtejbu l-eżerċitar tad-drittijiet ta’ suġġett tad-data għall-informazzjoni, għall-aċċess għad-data personali tiegħu, u għar-rettifika u t-tħassir, kif ukoll għar-restrizzjoni tal-ipproċessar, tal-istess data;

(i)

l-identifikazzjoni, it-teħid tal-marki tas-swaba’, reġistrazzjoni, verifiki ta’ sigurtà, għoti ta’ informazzjoni, skrinjar mediku u ta’ vulnerabbiltà u, fejn meħtieġ, kura medika u riferiment ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-proċedura xierqa fil-fruntieri esterni;

(j)

attivitajiet immirati li jżidu s-sensibilizzazzjoni dwar il-politiki tal-fruntieri esterni fost il-partijiet ikkonċernati u l-pubbliku ġenerali, inkluża l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni;

(k)

l-iżvilupp ta’ għodod, metodi u indikaturi tal-istatistika li jirrispettaw il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni;

(l)

appoġġ operazzjonali għall-implimentazzjoni ta’ ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri.

2.

Fl-ambitu tal-objettiv speċifiku stipulat fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2), l-Istrument għandu, b’mod partikolari, jappoġġa dawn li ġejjin:

(a)

l-infrastruttura u l-bini meħtieġa għall-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet għall-viżi u l-kooperazzjoni konsulari, inklużi miżuri ta’ sigurtà, u azzjonijiet oħra mmirati biex itejbu l-kwalità tas-servizz lil applikanti għall-viżi;

(b)

tagħmir operazzjonali u sistemi tal-ICT meħtieġa għall-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet għal viżi u kooperazzjoni konsulari;

(c)

taħriġ ta’ persunal konsulari u oħrajn li jikkontribwixxu għall-politika komuni dwar il-viża u l-kooperazzjoni konsulari;

(d)

l-iskambju tal-aħjar prattiki u l-iskambju ta’ esperti, inkluż is-sekondar ta’ esperti, kif ukoll iż-żieda tal-kapaċità tan-networks Ewropej biex jivvalutaw, jippromwovu, jappoġġaw u jiżviluppaw iktar il-politiki u l-objettivi tal-Unjoni;

(e)

studji, proġetti pilota u azzjonijiet oħra rilevanti, bħal azzjonijiet immirati biex itejbu l-għarfien permezz ta’ analiżi, monitoraġġ u evalwazzjoni;

(f)

azzjonijiet li jiżviluppaw metodi innovattivi jew li jimmobilizzaw teknoloġiji ġodda b’potenzjal ta’ trasferibbiltà, b’mod speċjali proġetti li għandhom l-għan li jittestjaw u jivvalidaw l-eżitu ta’ proġetti ta’ riċerka ffinanzjati mill-Unjoni;

(g)

attivitajiet preparatorji, ta’ monitoraġġ, amministrattivi u tekniċi, inkluż biex isaħħu l-governanza taż-żona Schengen billi jiżviluppaw u jimplimentaw il-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni kif stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1053/2013 biex tiġi vverifikata l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen, inkluża n-nefqa tal-missjoni għall-esperti tal-Kummissjoni u l-Istati Membri li jipparteċipaw fi żjarat fuq il-post;

(h)

attivitajiet bl-għan ta’ sensibilizzazzjoni fost il-partijiet ikkonċernati u l-pubbliku ġenerali fir-rigward tal-politiki tal-viżi, inkluża l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni;

(i)

l-iżvilupp ta’ għodod, metodi u indikaturi tal-istatistika li jirrispettaw il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni;

(j)

appoġġ operazzjonali għall-implimentazzjoni tal-politika komuni dwar il-viżi;

(k)

appoġġ lill-Istati Membri fil-ħruġ ta’ viżi, inklużi viżi b’validità territorjali limitata, kif imsemmija fl-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009, maħruġin għal raġunijiet umanitarji, għal raġunijiet ta’ interess nazzjonali jew minħabba obbligi internazzjonali.

3.

Fl-ambitu tal-objettiv ta’ politika stipulat fl-Artikolu 3(1), l-Istrument għandu, b’mod partikolari, jappoġġa dawn li ġejjin:

(a)

infrastruttura u bini meħtieġa għall-ospitar ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira u komponenti tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni relatati;

(b)

tagħmir u sistemi ta’ komunikazzjoni meħtieġa biex jiġi żgurat it-tħaddim xieraq ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira;

(c)

attivitajiet ta’ taħriġ u komunikazzjoni fir-rigward ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira;

(d)

l-iżvilupp u l-aġġornar ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira;

(e)

studji, provi ta’ kunċetti, proġetti pilota u azzjonijiet oħra rilevanti relatati mal-implimentazzjoni ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira inkluża l-interoperabbiltà tagħhom;

(f)

azzjonijiet li jiżviluppaw metodi innovattivi jew li jimmobilizzaw teknoloġiji ġodda b’potenzjal ta’ trasferibbiltà, b’mod speċjali proġetti li għandhom l-għan li jittestjaw u jivvalidaw l-eżitu ta’ proġetti ta’ riċerka ffinanzjati mill-Unjoni;

(g)

l-iżvilupp ta’ għodod, metodi u indikaturi tal-istatistika għal sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-politika tal-viżi u tal-fruntieri li jirrispettaw il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni;

(h)

azzjonijiet li jtejbu l-kwalità tad-data maħżuna fis-sistemi tal-ICT u jtejbu l-eżerċitar tad-drittijiet ta’ suġġett tad-data għall-informazzjoni, għall-aċċess għad-data personali tiegħu, u għar-rettifika u t-tħassir, kif ukoll għar-restrizzjoni tal-ipproċessar, tal-istess data;

(i)

appoġġ operazzjonali għall-implimentazzjoni ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira.


(1)  Ir-Regolament (UE) 2019/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-ħolqien ta’ netwerk Ewropew bejn l-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 88).


ANNESS IV

Azzjonijiet eliġibbli għal rati ogħla ta’ kofinanzjament f’konformità mal-artikolu 12(3) U L-artikolu 13(17)

(1)

Ix-xiri ta’ tagħmir operazzjonali permezz ta’ skemi ta’ akkwist konġunt mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, li jitpoġġa għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għall-attivitajiet operattivi tagħha f’konformità mal-Artikolu 64(14) tar-Regolament (UE) 2019/1896;

(2)

Miżuri li jappoġġaw il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji bejn Stati Membru u pajjiż terz ġar li miegħu l-Unjoni taqsam fruntiera komuni tal-art jew marittima;

(3)

L-iżvilupp tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta billi jingħata appoġġ lill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-ġestjoni tal-fruntieri fit-tfassil ta’ miżuri b’rabta mat-tisħiħ tal-kapaċitajiet komuni, l-akkwist konġunt, l-istabbiliment ta’ standards komuni u kwalunkwe miżura oħra li tissimplifika l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, kif deskritt fil-punt (b) tal-paragrafu 1 tal-Anness II;

(4)

L-iskjerament konġunt ta’ uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni kif imsemmi fl-Anness III;

(5)

Miżuri fil-qafas tal-kontroll fil-fruntieri li jtejbu l-identifikazzjoni tal-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin u l-appoġġ immedjat għalihom, kif ukoll jiżviluppaw u jappoġġaw mekkaniżmi ta’ riferiment adegwati għal dawk il-gruppi fil-mira u miżuri fil-qafas tal-kontroll fil-fruntieri li jsaħħu l-kooperazzjoni transfruntiera għas-sejbien ta’ traffikanti;

(6)

L-iżvilupp ta’ sistemi integrati għall-protezzjoni tat-tfal fil-fruntieri esterni, inkluż permezz ta’ taħriġ suffiċjenti tal-persunal u l-iskambju ta’ prattika tajba fost l-Istati Membri u mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta;

(7)

Miżuri li jiskjeraw, jittrasferixxu, jittestjaw u jivvalidaw metodoloġija jew teknoloġija ġdida, inkluż proġetti pilota u miżuri ta’ segwitu għal proġetti ta’ riċerka ffinanzjati mill-Unjoni, kif imsemmija fl-Anness III, u miżuri biex itejbu l-kwalità tad-data maħżuna fis-sistemi tal-ICT fil-qasam tal-politika tal-viżi u l-fruntieri u biex itejbu l-eżerċitar tad-drittijiet ta’ suġġett tad-data għall-informazzjoni, għall-aċċess għad-data personali tiegħu, u għar-rettifika u t-tħassir, kif ukoll għar-restrizzjoni tal-ipproċessar, tal-istess data, fil-kuntest ta’ azzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Istrument;

(8)

Miżuri għall-identifikazzjoni u r-riferiment għas-servizzi tal-protezzjoni ta’ persuni vulnerabbli u l-assistenza immedjata lil tali persuni;

(9)

Miżuri għall-istabbiliment u t-tmexxija ta’ żoni hotspot fi Stati Membri li qed jiffaċċaw pressjonijiet migratorji sproporzjonati u eċċezzjonali attwali jew potenzjali;

(10)

Iktar żvilupp ta’ forom differenti ta’ kooperazzjoni fost l-Istati Membri fl-ipproċessar tal-viżi, kif deskritt fil-punt (d) tal-paragrafu 2 tal-Anness II;

(11)

Żieda tal-preżenza konsulari jew tar-rappreżentazzjoni tal-Istati Membri f’pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni fis-sens tar-Regolament (UE) 2018/1806, b’mod partikolari f’pajjiżi terzi li fih ma hemm l-ebda Stat Membru attwalment preżenti;

(12)

Miżuri li għandhom l-għan li jtejbu l-interoperabbiltà tas-sistemi tal-ICT.


ANNESS V

Indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni kif imsemmija fl-artikolu 27(1)

Objettiv speċifiku stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2)

1.

L-għadd ta’ oġġetti ta’ tagħmir reġistrati fir-riżerva ta’ tagħmir tekniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta.

2.

L-għadd ta’ oġġetti ta’ tagħmir imqiegħda għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta.

3.

L-għadd ta’ forom ta’ kooperazzjoni mibdija/imtejba ta’ awtoritajiet nazzjonali maċ-ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni tal-EUROSUR.

4.

L-għadd ta’ qsim tal-fruntieri permezz ta’ sistemi tal-kontroll awtomatizzat tal-fruntieri u e-gates.

5.

L-għadd ta’ rakkomandazzjonijiet indirizzati minn evalwazzjonijiet ta’ Schengen u minn valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri.

6.

L-għadd ta’ parteċipanti li jirrapportaw, tliet xhur wara attività ta’ taħriġ, li qed jużaw il-ħiliet u l-kompetenzi miksuba matul dik l-attività ta’ taħriġ.

7.

L-għadd ta’ persuni li applikaw għal protezzjoni internazzjonali fil-punti tal-qsim tal-fruntiera.

8.

L-għadd ta’ persuni li ma tħallewx jidħlu mill-awtoritajiet tal-fruntiera.

Objettiv speċifiku stipulat fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2)

1.

L-għadd ta’ konsulati ġodda/modernizzati barra miż-żona Schengen:

1.1.

minn dawn, l-għadd ta’ konsulati modernizzati biex itejbu l-esperjenza tal-klijenti li japplikaw għal viża.

2.

L-għadd ta’ rakkomandazzjonijiet indirizzati minn evalwazzjonijiet ta’ Schengen fil-qasam tal-politika komuni dwar il-viżi.

3.

L-għadd ta’ applikazzjonijiet għal viża bl-użu ta’ mezzi diġitali.

4.

L-għadd ta’ forom ta’ kooperazzjoni mibdija/imtejba introdotti fost l-Istati Membri fl-ipproċessar tal-viżi.

5.

L-għadd ta’ parteċipanti li jirrapportaw, tliet xhur wara attività ta’ taħriġ, li qed jużaw il-ħiliet u l-kompetenzi miksuba matul dik l-attività ta’ taħriġ.

ANNESS VI

TIPI TA’ INTERVENT

TABELLA 1 KODIĊIJIET GĦAD-DIMENSJONI TAL-QASAM TAL-INTERVENT

I.

Ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri

001

Verifiki fil-fruntieri

002

Sorveljanza fil-fruntieri — tagħmir tal-ajru

003

Sorveljanza fil-fruntieri — tagħmir tal-art

004

Sorveljanza fil-fruntieri — tagħmir marittimu

005

Sorveljanza fil-fruntieri — sistemi ta’ sorveljanza tal-fruntieri awtomatizzati

006

Sorveljanza fil-fruntieri — miżuri oħra

007

Miżuri tekniċi u operazzjonali fiż-żona Schengen li huma relatati mal-kontroll tal-fruntieri

008

Għarfien tas-sitwazzjoni u skambju ta’ informazzjoni

009

Analiżi tar-riskju

010

Proċessar ta’ data u informazzjoni

011

Żoni Hotspot

012

Miżuri relatati mal-identifikazzjoni u r-riferiment ta’ persuni vulnerabbli

013

Miżuri relatati mal-identifikazzjoni u r-riferiment ta’ persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali jew li jixtiequ japplikaw għaliha

014

Żvilupp tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta

015

Kooperazzjoni bejn l-aġenziji — livell nazzjonali

016

Kooperazzjoni bejn l-aġenziji — livell tal-Unjoni

017

Kooperazzjoni bejn l-aġenziji — ma’ pajjiżi terzi

018

Skjerament konġunt ta’ uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni

019

Sistemi tal-IT fuq skala kbira — Eurodac għal finijiet ta’ ġestjoni tal-fruntieri

020

Sistemi tal-IT fuq skala kbira — Sistema ta’ dħul/ħruġ (EES)

021

Sistemi tal-IT fuq skala kbira — Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) — oħrajn

022

Sistemi tal-IT fuq skala kbira — Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) — Artikolu 85(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240

023

Sistemi tal-IT fuq skala kbira — Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) — Artikolu 85(3) tar-Regolament (UE) 2018/1240

024

Sistemi tal-IT fuq skala kbira — Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS)

025

Sistemi tal-IT fuq skala kbira — Interoperabbiltà

026

Appoġġ operazzjonali — Ġestjoni integrata tal-fruntieri

027

Appoġġ operazzjonali — Sistemi tal-IT fuq skala kbira għal finijiet ta’ ġestjoni tal-fruntieri

028

Appoġġ operazzjonali — Skema ta’ Tranżitu Speċjali

029

Il-kwalità tad-data u tad-drittijiet ta’ suġġetti tad-data għall-informazzjoni, għall-aċċess għad-data personali tagħhom, għar-rettifika u t-tħassir, kif ukoll għar-restrizzjoni tal-ipproċessar, tal-istess data

II.

Politika komuni dwar il-viżi

001

Titjib tal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal viża

002

Tisħiħ tal-effiċjenza, ta’ ambjent li jiffavorixxi lill-klijenti u s-sigurtà fil-konsulati

003

Sigurtà tad-dokumenti/konsulenti dwar id-dokumentazzjoni

004

Kooperazzjoni konsulari

005

Kopertura konsulari

006

Sistemi tal-IT fuq skala kbira — Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS)

007

Sistemi oħra tal-IT għal finijiet tal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal viża

008

Appoġġ operazzjonali — Politika komuni dwar il-viżi

009

Appoġġ operazzjonali — Sistemi tal-IT fuq skala kbira għal finijiet tal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal viża

010

Appoġġ operazzjonali — Skema ta’ Tranżitu Speċjali

011

Ħruġ ta’ viżi b’validità territorjali limitata

012

Il-kwalità tad-data u tad-drittijiet ta’ suġġetti tad-data għall-informazzjoni, għall-aċċess għad-data personali tagħhom, għar-rettifika u t-tħassir, kif ukoll għar-restrizzjoni tal-ipproċessar, tal-istess data

III.

Assistenza teknika

001

Informazzjoni u komunikazzjoni

002

Tħejjija, implimentazzjoni, monitoraġġ u kontroll

003

Evalwazzjoni u studji, ġbir ta’ data

004

Tisħiħ tal-kapaċitajiet


TABELLA 2 KODIĊIJIET GĦAT-TIP TA’ DIMENSJONI TA’ AZZJONI

001

Infrastruttura u bini

002

Mezzi ta’ trasport

003

Tagħmir operazzjonali ieħor

004

Sistemi ta’ komunikazzjoni

005

Sistemi tal-IT

006

Taħriġ

007

Skambju tal-aħjar prattiki — bejn l-Istati Membri

008

Skambju tal-aħjar prattiki — ma’ pajjiżi terzi

009

Skjerament ta’ esperti

010

Studji, provi ta’ kunċett, proġetti pilota u azzjonijiet simili

011

Attivitajiet ta’ komunikazzjoni

012

Żvilupp ta’ għodod, metodi u indikaturi tal-istatistika

013

Użu jew segwitu ieħor ta’ proġetti ta’ riċerka


TABELLA 3 KODIĊIJIET GĦAD-DIMENSJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

001

Azzjonijiet koperti mill-Artikolu 12(1)

002

Azzjonijiet speċifiċi

003

Azzjonijiet elenkati fl-Anness IV

004

Appoġġ operazzjonali

005

Azzjonijiet koperti mill-Artikolu 12(5)

006

Assistenza ta’ emerġenza


TABELLA 4 KODIĊIJIET GĦAD-DIMENSJONI TA’ TEMI PARTIKOLARI

001

Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi

002

Azzjonijiet f’pajjiżi terzi jew b’rabta magħhom

003

Implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-evalwazzjoni ta’ Schengen

004

Implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-valutazzjoni ta’ vulnerabbiltà

005

Azzjonijiet ta’ appoġġ għall-iżvilupp u t-tħaddim tal-EUROSUR

006

L-ebda waħda minn dawn ta’ hawn fuq


ANNESS VII

Infiq eliġibbli għal appoġġ operazzjonali

(a)

Fl-ambitu tal-objettiv speċifiku stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2), l-appoġġ operazzjonali għandu jkopri l-kostijiet li ġejjin sa fejn dawn ma jkunux koperti mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fil-kuntest tal-attivitajiet operazzjonali tagħha:

(1)

kostijiet tal-persunal, inkluż għat-taħriġ;

(2)

manutenzjoni jew tiswija ta’ tagħmir u infrastruttura;

(3)

kostijiet ta’ servizz fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

(4)

kostijiet operazzjonali għall-operazzjonijiet;

(5)

kostijiet relatati ma’ proprjetà immobbli, inkluż il-kiri u d-deprezzar.

Stat Membru ospitanti fis-sens tal-punt (20) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/1896 jista’ juża appoġġ operattiv għall-finijiet li jkopri l-kostijiet operazzjonali tiegħu stess għall-parteċipazzjoni tiegħu fl-attivitajiet operattivi msemmija f’dak il-punt li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jew għall-finijiet ta’ attivitajiet ta’ kontroll tal-fruntiera nazzjonali tiegħu.

(b)

Fl-ambitu tal-objettiv speċifiku stipulat fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2), l-appoġġ operazzjonali għandu jkopri:

(1)

kostijiet tal-persunal, inkluż għat-taħriġ;

(2)

il-kostijiet tas-servizz;

(3)

manutenzjoni jew tiswija ta’ tagħmir u infrastruttura;

(4)

kostijiet relatati ma’ proprjetà immobbli, inkluż il-kiri u d-deprezzar.

(c)

Fl-ambitu tal-objettiv ta’ politika stipulat fl-Artikolu 3(1), l-appoġġ operazzjonali għal sistemi tal-IT fuq skala kbira għandu jkopri:

(1)

kostijiet tal-persunal, inkluż għat-taħriġ;

(2)

ġestjoni operazzjonali u manutenzjoni ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira u l-infrastrutturi tal-komunikazzjoni tagħhom, inkluż l-interoperabbiltà ta’ dawn is-sistemi u l-kiri ta’ bini sikur.

(d)

Apparti li jkopri l-kostijiet elenkati fil-punti (a), (b) u (c) ta’ dan l-Anness, l-appoġġ operazzjonali fi ħdan il-programm tal-Litwanja għandu jipprovdi appoġġ f’konformità mal-Artikolu 17(1).


ANNESS VIII

Indikaturi tal-outputs u tar-riżultati kif imsemmija fl-artikolu 27(3)

Objettiv speċifiku stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2)

Indikaturi tal-output

1.

L-għadd ta’ oġġetti ta’ tagħmir mixtrija għal punti ta’ qsim tal-fruntiera:

1.1.

minn dawn, l-għadd ta’ sistemi tal-kontroll awtomatizzat tal-fruntieri/sistemi self-service/e-gates mixtrija.

2.

L-għadd ta’ oġġetti ta’ infrastruttura mantnuti/imsewwija.

3.

L-għadd ta’ żoni hotspot appoġġati.

4.

L-għadd ta’ faċilitajiet għal punti ta’ qsim tal-fruntiera mibnija/modernizzati.

5.

L-għadd ta’ inġenji tal-ajru mixtrija.

5.1.

minn dawn, l-għadd ta’ inġenji tal-ajru mingħajr ekwipaġġ ġew mixtrija.

6.

L-għadd ta’ mezzi ta’ trasport marittimi mixtrija.

7.

L-għadd ta’ mezzi ta’ trasport bl-art mixtrija.

8.

L-għadd ta’ parteċipanti appoġġati.

8.1.

minn dawn, l-għadd ta’ parteċipanti f’attivitajiet ta’ taħriġ.

9.

L-għadd ta’ uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni skjerati f’pajjiżi terzi.

10.

L-għadd ta’ funzjonalitajiet tal-IT żviluppati/mantnuti/modernizzati.

11.

L-għadd ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira tal-UE żviluppati/mantnuti/modernizzati.

11.1.

minn dawn, l-għadd ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira żviluppati.

12.

L-għadd ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi.

13.

L-għadd ta’ persuni li applikaw għal protezzjoni internazzjonali fil-punti tal-qsim tal-fruntiera.

Indikaturi tar-riżultati

14.

L-għadd ta’ oġġetti ta’ tagħmir irreġistrati fir-riżerva ta’ tagħmir tekniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta.

15.

L-għadd ta’ oġġetti ta’ tagħmir imqiegħda għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta.

16.

L-għadd ta’ forom ta’ kooperazzjoni mibdija/imtejba ta’ awtoritajiet nazzjonali maċ-ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni tal-EUROSUR.

17.

L-għadd ta’ qsim tal-fruntieri permezz ta’ sistemi tal-kontroll awtomatizzat tal-fruntieri u e-gates.

18.

L-għadd ta’ rakkomandazzjonijiet indirizzati minn evalwazzjonijiet ta’ Schengen u minn valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri.

19.

L-għadd ta’ parteċipanti li jirrapportaw, tliet xhur wara attività ta’ taħriġ, li qed jużaw il-ħiliet u l-kompetenzi miksuba matul dik l-attività ta’ taħriġ.

20.

L-għadd ta’ persuni li ma tħallewx jidħlu mill-awtoritajiet tal-fruntiera.

Objettiv speċifiku stipulat fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2)

Indikaturi tal-output

1.

L-għadd ta’ proġetti li jappoġġaw id-diġitalizzazzjoni tal-ipproċessar tal-viża.

2.

L-għadd ta’ parteċipanti appoġġati.

2.1.

minn dawn, l-għadd ta’ parteċipanti f’attivitajiet ta’ taħriġ.

3.

L-għadd ta’ membri tal-persunal stazzjonati f’konsulati f’pajjiżi terzi.

3.1.

li minnhom l-għadd ta’ membri tal-persunal utilizzati fl-ipproċessar tal-viżi.

4.

L-għadd ta’ funzjonalitajiet tal-IT żviluppati/mantnuti/modernizzati.

5.

L-għadd ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira tal-UE żviluppati/mantnuti/modernizzati.

5.1.

minn dawn, l-għadd ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira żviluppati.

6.

L-għadd ta’ oġġetti ta’ infrastruttura mantnuti/imsewwija.

7.

L-għadd ta’ proprjetajiet mikrija/deprezzati.

Indikaturi tar-riżultati

8.

L-għadd ta’ konsulati ġodda/modernizzati barra miż-żona Schengen:

8.1.

minn dawn, l-għadd ta’ konsulati modernizzati fir-rigward tal-faċilità għall-klijenti li japplikaw għal viża.

9.

L-għadd ta’ rakkomandazzjonijiet indirizzati minn evalwazzjonijiet ta’ Schengen fil-qasam tal-politika komuni dwar il-viżi.

10.

L-għadd ta’ applikazzjonijiet għal viża bl-użu ta’ mezzi diġitali.

11.

L-għadd ta’ forom ta’ kooperazzjoni mibdija/imtejba introdotti fost l-Istati Membri fl-ipproċessar tal-viżi.

12.

L-għadd ta’ parteċipanti li jirrapportaw, tliet xhur wara attività ta’ taħriġ, li qed jużaw il-ħiliet u l-kompetenzi miksuba matul dik l-attività ta’ taħriġ.

Top