This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021R1087
Commission Delegated Regulation (EU) 2021/1087 of 7 April 2021 amending Regulation (EU) 2018/1139 of the European Parliament and of the Council, as regards updating the references to the provisions of the Chicago Convention (Text with EEA relevance)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1087 tas-7 ta’ April 2021 li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-aġġornament tar-referenzi għad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Chicago (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1087 tas-7 ta’ April 2021 li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-aġġornament tar-referenzi għad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Chicago (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2021/2102
ĠU L 236, 5.7.2021, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
5.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 236/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1087
tas-7 ta’ April 2021
li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-aġġornament tar-referenzi għad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Chicago
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-inġenji tal-ajru, għajr inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, u l-magni, l-iskrejjen, il-parts u t-tagħmir mhux installat tagħhom jenħtieġ li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali. Ir-Regolament (UE) 2018/1139 jipprevedihom billi jirreferi għal dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Konvenzjoni ta’ Chicago li fihom dawk ir-rekwiżiti. |
(2) |
Fil-11 ta’ Marzu 2020, fil-ħames laqgħa tal-219-il Sessjoni tiegħu, il-Kunsill tal-ICAO adotta l-Emenda 13 għall-Volum I “Storbju tal-Inġenji tal-Ajru” tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, l-Emenda 10 għall-Volum II “Emissjonijiet tal-Magni tal-Inġenji tal-Ajru” tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, u l-Emenda 1 għall-Volum III “Emissjonijiet tas-CO2 tal-Ajruplani” tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, tal-Anness 16 tal-ICAO. Dawn l-emendi daħlu fis-seħħ u saru applikabbli għall-Istati Membri kollha fl-1 ta’ Jannar 2021. |
(3) |
Għaldaqstant, ir-referenzi għad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Chicago jenħtieġ li jiġu aġġornati, u r-Regolament (UE) 2018/1139 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
(4) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-Opinjoni Nru 03/2020 maħruġa mill-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EASA) f’konformità mal-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2018/1139, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“ Fir-rigward tal-istorbju u l-emissjonijiet, dawk l-inġenji tal-ajru u l-magni, l-iskrejjen, il-parts u t-tagħmir mhux installat tagħhom għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali li jinsabu fl-Emenda 13 tal-Volum I, fl-Emenda 10 tal-Volum II, u fl-Emenda 1 tal-Volum III, kollha kif applikabbli fl-1 ta’ Jannar 2021, tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago.”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ April 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN